Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2009_255_R_0176_01

    2009/671/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2007

    ĠU L 255, 26.9.2009, p. 176–178 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/176


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ April 2009

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007

    (2009/671/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u partikularment l-Artikolu 8 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0169/2009),

    1.

    Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 13.

    (2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 42.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ April 2009

    li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2007

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u partikularment l-Artikolu 8 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0169/2009),

    A.

    billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta’ min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

    B.

    billi fit-22 ta’ April 2008 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 (6);

    1.

    Jinnota b’mod pożittiv li, bħal fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006, il-QEA kkunsidrat li l-Aġenzija implimentat il-baġit b’mod sodisfaċenti;

    2.

    Ifakkar li l-mandat tal-Aġenzija jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2008;

    3.

    Ra evidenza biżżejjed li l-Aġenzija ma kellhiex biss is-sistemi (loġistika, is-sistemi tal-IT, u oħrajn) biex timplimenta malajr ammonti kbar ta’ għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-konflitt, imma kellha wkoll il-ħila u l-għarfien bil-provi biex tfassal u tagħti assistenza ta’ kwalità għolja li ħalliet impatt reali;

    4.

    Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma rrispettatx ir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza għas-snin finanzjarji 2005 u 2006 billi talbet biex jitwalu l-attivitajiet tal-Aġenzija, li ntemmu fl-2008, u huwa mħasseb dwar ir-riskju konsegwenzjali li l-UE tista’ titlef ħafna mill-ħila li l-Aġenzija kisbet matul l-aħħar tmien snin;

    Segwitu għall-eżerċizju dwar il-kwittanza tal-2006

    5.

    Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2006, hu talab lill-Kummissjoni biex iżommu infurmat b’mod regolari dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet;

    6.

    Jinnota li l-Kummissjoni, fil-paragrafi 201 u 203 tas-segwitu tagħha għall-kwittanza tal-2006, wiegħdet li żżomm lill-Parlament infurmat dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet u dwar l-istadji differenti tal-għeluq tal-Aġenzija (7);

    7.

    Jinnota l-istqarrija tal-Kummissjoni, fis-segwitu tagħha tal-kwittanza tal-2006, li l-Aġenzija se ttemm l-attivitajiet operattivi kollha sa tmiem Settembru 2008; li l-Aġenzija ikollha tliet xhur, minn Ottubru sa Diċembru 2008, biex tiffinalizza l-għeluq amministrattiv tagħha; u li fl-2009, “ċellula tal-għeluq” bħala parti mill-Kummissjoni se tieħu ħsieb l-għeluq tal-attivitajiet amministrattivi li jifdal matul perjodu limitat ta’ ftit xhur;

    8.

    Jinnota li l-Kummissjoni bagħtet ġabra ta’ noti ta’ informazzjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni 2007-2008 liċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (8);

    9.

    Jinnota mir-raba’ nota ta’ informazzjoni tas-7 ta’ Ottubru 2008 li l-Kummissjoni se tressaq rapport finali dwar l-għeluq tal-Aġenzija meta jitlestew il-kontijiet finali tal-Aġenzija u ċ-ċellula tal-għeluq tkun temmet ix-xogħol tagħha; jistenna bil-ħerqa dan ir-rapport;

    Riskju potenzjali relatat mat-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet

    10.

    Jinnota li l-QEA, fir-rapport annwali tagħha għall-2007, identifikat tliet riskji potenzjali dwar it-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lid-delegazzjonijiet:

    (a)

    minħabba l-karattru pluriennali tal-attività tal-Aġenzija, għad hemm approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati ta’ EUR 453 000 000 li għandhom ikunu implimentati fis-snin wara l-2008, li hi l-aħħar sena tal-Aġenzija;

    (b)

    in-nota ta’ gwida maħruġa mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Ġunju 2008 dwar it-trasferiment tal-fajls ma tkoprix il-punti kollha li hemm fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija;

    (c)

    il-bilanċ żejjed akkumulat ta’ EUR 180 000 000 muri fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2007 se jkollu jittieħed mill-Kummissjoni u jkun ġestit minnha meta jispiċċa l-mandat tal-Aġenzija;

    11.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament dwar:

    (a)

    kif l-approprjazzjonijiet mhux użati tal-baġit se jkunu implimentati;

    (b)

    jekk kienx konkluż memorandum ta’ ftehim li jkopri l-punti kollha fuq il-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni, jew kif il-Kummissjoni b’xi mod ieħor assigurat it-tkomplija tat-trasferiment tal-fajls u tal-materji kollha;

    (c)

    kif il-bilanċ żejjed akkumulat ta’ EUR 180 000 000 li jidher fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija tal-31 ta’ Diċembru 2007 se jkun gestit mill-Kummissjoni;

    12.

    Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza li huma ta’ natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE (9).


    (1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 13.

    (2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 42.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

    (6)  ĠU L 88, 31.3.2009, p. 150.

    (7)  Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, anness mar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta’ kwittanza tal-2006 (SEC(2008) 2579).

    (8)  In-noti jinsabu fuq il-website tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.

    (9)  Ara paġna 206 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top