Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2022:464:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 464, 6 ta' Diċembru 2022


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 464

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
6 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 464/01

Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10325 — KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA) ( 1 )

1

2022/C 464/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10906 — INFRAVIA / LIBERTY GLOBAL / TELEFÓNICA / OPAL) ( 1 )

2

2022/C 464/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10910 — MACQUARIE / ABERDEEN / AIP / CERTAIN MÁSMÓVIL ASSETS) ( 1 )

3

2022/C 464/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10790 — SALIC / OLAM / OLAM AGRI) ( 1 )

4

2022/C 464/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10900 — PLATINUM EQUITY GROUP / IMERYS HTSM) ( 1 )

5

2022/C 464/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10948 — STORA ENSO / DE JONG PAPIER HOLDING / DJV HOLDING) ( 1 )

6


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 464/07

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

7

2022/C 464/08

Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2376 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2374 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 464/09

Rata tal-kambju tal-euro — Il-5 ta' Diċembru 2022

10


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 464/10

Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma għall-2023-2024 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 464/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10954 – BOUYGUES IMMOBILIER / CLC HOLDINGS / CLC FRANCE PROPERTY JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2022/C 464/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni — Il-Każ M.10979 - PROVIDENCE EQUITY PARTNERS / ROTHSCHILD & CO / A2MAC1 — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/1


Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10325 — KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/01)

Fi 15 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fi 5 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti (3) skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fi 29 ta’ Novembru 2022, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat in-notifika tagħha u wriet li hija abbandunat il-konċentrazzjoni.


(1)  ĠU C 87, 23.2.2022, p. 13.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 159, 12.4.2022, p. 5.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10906 — INFRAVIA / LIBERTY GLOBAL / TELEFÓNICA / OPAL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/02)

Fl-14 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10906. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10910 — MACQUARIE / ABERDEEN / AIP / CERTAIN MÁSMÓVIL ASSETS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/03)

Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10910. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10790 — SALIC / OLAM / OLAM AGRI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/04)

Fit-18 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10790. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10900 — PLATINUM EQUITY GROUP / IMERYS HTSM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/05)

Fl-24 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10900. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10948 — STORA ENSO / DE JONG PAPIER HOLDING / DJV HOLDING)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/06)

Fit-28 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10948. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/7


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2022/C 464/07)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2376 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2374 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1. fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2376, u r-Regolament (UE) 2020/1998 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2374, dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(3)  ĠU L 314, 6.12.2022, p. 90.

(4)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(5)  ĠU L 314, 6.12.2022, p. 81.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/9


Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2376 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2374 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2022/C 464/08)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2376 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2374 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jibqgħu fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet tal-indikazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Lulju 2023, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.


(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(2)  ĠU L 314, 6.12.2022, p. 90.

(3)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 6.12.2022, p. 81.


Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta' Diċembru 2022

(2022/C 464/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0587

JPY

Yen Ġappuniż

143,07

DKK

Krona Daniża

7,4369

GBP

Lira Sterlina

0,86085

SEK

Krona Żvediża

10,8931

CHF

Frank Żvizzeru

0,9893

ISK

Krona Iżlandiża

148,90

NOK

Krona Norveġiża

10,3366

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,351

HUF

Forint Ungeriż

412,13

PLN

Zloty Pollakk

4,6950

RON

Leu Rumen

4,9215

TRY

Lira Turka

19,7326

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5542

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4198

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2236

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6498

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4271

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 370,87

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,2038

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3573

HRK

Kuna Kroata

7,5510

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 332,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,6255

PHP

Peso Filippin

59,245

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,732

BRL

Real Brażiljan

5,5491

MXN

Peso Messikan

20,7295

INR

Rupi Indjan

86,5249


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/11


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma għall-2023-2024 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

(2022/C 464/10)

B’dan qed jingħata avviż dwar it-tnedija tas-sejħiet għal proposti u l-attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma għall-2023-2024 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

Permezz tad-Deċiżjoni C(2022) 7550 tas-6 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni adottat il-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq, li jinkludi s-sejħiet għal proposti u l-attivitajiet relatati.

Dawn huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-snin korrispondenti mill-awtorità baġitarja jew, jekk il-baġit għal sena speċifika ma jiġix adottat, kif previst fis-sistema ta’ parti minn kull tnax proviżorja.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tħassar jew li tirrettifika l-azzjonijiet.

Dan il-programm ta’ ħidma, li jinkludi l-iskadenzi u l-baġits għall-azzjonijiet, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-Portal għall-Finanzjament u l-Offerti tal-Kummissjoni Ewropea (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/horizon) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjonijiet, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal għall-Finanzjament u l-Offerti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10954 – BOUYGUES IMMOBILIER / CLC HOLDINGS / CLC FRANCE PROPERTY JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/11)

1.   

Fit-28 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bouygues Immobilier (Franza), ikkontrollata mill-grupp Bouygues (Franza),

CLC Holdings S.à.r.l (“CLC Holdings”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Ares Management Corporation (“Ares Management”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

CLC France Property (Franza).

Bouygues Immobilier u CLC Holdings jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CLC France Property, impriża bi sħab b’funzjoni sħiħa.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Bouygues Immobilier: kumpanija attiva fis-settur tas-servizzi tal-proprjetà immobbli, li fiha tiżviluppa proġetti ta’ akkomodazzjoni, xogħlijiet, ħwienet u viċinati sostenibbli fi Franza, fl-Ewropa u fid-dinja. Bouygues Immobilier hija sussidjarja tal-grupp Bouygues, attiva fis-setturi (i) tal-kostruzzjoni, (ii) tax-xogħlijiet pubbliċi, (iii) tat-telekomunikazzjonijiet u (iv) tal-media,

CLC Holdings: kumpanija maħsuba biex iżżomm sehem f’CLC France Property, miżmuma minn Ares Management, maniġer tal-assi globali alternattivi, attiva fis-swieq tal-kreditu, tal-ekwità privata u tal-proprjetà immobbli,

CLC France Property: kumpanija li se tkun attiva fis-settur tas-servizzi ta’ akkomodazzjoni “ħajja flimkien” fi Franza.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10954 — BOUYGUES IMMOBILIER / CLC HOLDINGS / CLC FRANCE PROPERTY JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 464/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.10979 - PROVIDENCE EQUITY PARTNERS / ROTHSCHILD & CO / A2MAC1

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 464/12)

1.   

Fid-29 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Providence Equity Partners, LLC (“Providence”, l-Istati Uniti),

Rothschild & Co (“Rothschild”, Franza),

Financière Hary SAS (flimkien mas-sussidjarji, “A2Mac1”, Franza), bħalissa kkontrollata minn Rothschild permezz ta’ Five Arrows Principal Investments funds (“Five Arrows”, Franza).

Rothschild u Providence se jakkwistaw indirettament il-kontroll konġunt ta’ A2Mac1 skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Providence hija ditta ta’ ekwità privata li tispeċjalizza fl-investiment fl-industriji tal-midja, tal-komunikazzjoni, tal-edukazzjoni, tas-softwer u tas-servizzi tal-informazzjoni madwar l-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa,

Rothschild hija bank ta’ investiment u kumpanija ta’ servizzi finanzjarji li toffri servizzi fl-oqsma ta’ konsulenza finanzjarja, servizzi bankarji privati u ġestjoni tal-assi, u ekwità privata u dejn privat. Five Arrows huwa n-negozju Ewropew ta’ ekwità privata korporattiva ta’ Rothschild,

A2Mac1 hija kumpanija tal-bażi tad-data B2B li tipprovdi servizzi tekniċi u tal-inġinerija, l-aktar lill-industrija awtomobilistika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.10979 - PROVIDENCE EQUITY PARTNERS / ROTHSCHILD & CO / A2MAC1

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top