Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2017:431:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 431, 15 ta' Diċembru 2017


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 431

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
15 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2017/C 431/01 BERS/2017/4

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2017/4)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 431/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagamenti ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur

3

2017/C 431/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8454 — KKR/Pelican Rouge) ( 1 )

6


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 431/04

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 431/05

Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (kodifikazzjoni)

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 431/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8665 — Discovery/Scripps) ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 431/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10


 

Rettifika

2017/C 431/08

Rettifika tas-sejħa għall-proposti 2018 — EAC/A05/2017 — Il-Programm Erasmus+ ( ĠU C 361, 25.10.2017 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-20 ta’ Ottubru 2017

li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom

(BERS/2017/4)

(2017/C 431/01)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(3)(e) u l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

Il-qafas dwar reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3) għandu jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn sal-ogħla grad possibbli.

(2)

L-awtoritajiet relevanti fi Stati Membri jistgħu jeżentaw fornitur individwali ta’ servizz finanzjarju bi skopertura mhux materjali mill-applikazzjoni tal-miżura reċiprokanti (prinċipju de minimis).

(3)

Il-qafas attwali dwar ir-reċiproċità volontarja tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ma jipprovdix gwida dwar il-livell limitu li għandu jintuża mill-awtoritajiet relevanti sabiex tiġi ddeterminata l-materjalità tal-iskopertura. Meta awtorità relevanti teżenta lil fornitur individwali ta’ servizz finanzjarju bi skopertura mhux materjali, l-awtorità attwalment tista’ tadotta l-livell limitu li jidhrilha li huwa xieraq, u b’hekk toħloq diverġenzi potenzjali fl-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis.

(4)

Sabiex jiġu evitati dawk id-diverġenzi potenzjali, l-awtorità attivanti relevanti għandha tipproponi livelli limitu ta’ materjalità massima fil-livell tal-fornitur tas-servizz finanzjarju meta titlob ir-reċiprokazzjoni. It-Tim ta’ Valutazzjoni permanenti tal-BERS, kif imsemmi fid-Deċiżjoni BERS/2015/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk dan jitqies meħtieġ.

(5)

Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni d-Deċiżjoni BĊE/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Emendi

Id-Deċiżjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:

1.

Fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni B(2) hija ssostitwita b’dan li ġej:

“2.

Jekk reċiprokazzjoni minn Stati Membri oħrajn titqies li hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tal-miżuri relevanti, l-awtoritajiet attivanti relevanti huma rrakkomandati li jissottomettu talba għal reċiprokazzjoni lill-BERS, flimkien man-notifika tal-miżura. It-talba għandha tinkludi livell limitu ta’ materjalità propost.”;

2.

Fil-paragrafu 1 tat-Taqsima 2, qed jiżdied il-punt li ġej:

“(i)

‘livell limitu ta’ materjalità’ tfisser livell limitu kwantitattiv li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizz finanzjarju għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn tiġi applikata l-miżura tal-politika makroprudenzjali mill-awtorità attivanti tista’ titqies bħala non-materjali.”;

3.

fit-Taqsima 2, fl-Artikolu 2, il-paragrafu (1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-awtoritajiet relevanti jistgħu jeżentaw lil fornituri ta’ servizzi finanzjarji taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom milli japplikaw miżura reċiprokanti partikolari tal-politika makroprudenzjali, jekk dawn il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji jkollhom skoperturi mhux materjali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġuriżdizzjoni, fejn l-awtorità attivanti relevanti tkun qiegħda tapplika l-miżura tal-politika makroprudenzjali inkwistjoni (prinċipju de minimis). L-awtoritajiet relevanti huma mitluba li jirrapportaw lill-BERS dwar dawk l-eżenzjonijiet, bl-użu tal-mudell għan-notifika ta’ miżuri reċiprokanti ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BERS.

Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis, il-BERS jirrakkomanda livell limitu ta’ materjalità bbażat fuq dak propost mill-awtorità attivanti relevanti skont it-Taqsima 1, subrakkomandazzjoni B(2). Il-kalibrazzjoni tal-livell limitu għandha ssegwi l-aqwa prattiki kif stabbiliti mill-BERS. Il-livell limitu tal-materjalità huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu japplikaw il-livell limitu rakkomandat, japplikaw livell limitu aktar baxx għall-ġurisdizzjoni tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. Meta japplikaw il-prinċipju de minimis, jenħtieġ li l-awtoritajiet jimmonitorjaw mill-qrib jekk jimmaterjalizzawx tixrid u arbitraġġ regolatorju u jagħlqu l-lakuna regolatorja jekk meħtieġ.”;

4.

It-Taqsima 2.4 hija mibdula b’li ġej:

“4.

Emendi għar-Rakkomandazzjoni

Il-Bord Ġenerali għandu jiddeċiedi meta jkun meħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tiġi emendata. Dawk l-emendi jinkludu b’mod partikolari kwalunkwe miżura addizzjonali jew immodifikata tal-politika makroprudenzjali li jkollhom jiġu rreċiprokati kif stabiblit fir-Rakkomandazzjoni C u l-annessi relatati li jkun fihom informazzjoni speċifika għall-miżura, inkluż il-livell limitu tal-materjalità pprovdut mill-BERS. Il-Bord Ġenerali jista’ wkoll jestendi l-iskadenzi stipulati fil-paragrafi preċedenti meta jkunu meħtieġa inizjattivi leġiżlattivi għal konformità ma’ rakkomandazzjoni waħda jew aktar. B’mod partikolari, il-Bord Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jemenda din ir-Rakkomandazzjoni skont ir-reviżjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-qafas ta’ rikonoxximent obbligatorju taħt il-liġi tal-Unjoni jew fuq il-bażi ta’ esperjenza miksuba fit-tħaddim tal-arranġament ta’ reċiproċità volontarja stabbilit b’din ir-Rakkomandazzjoni.”

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Ottubru 2017.

Francesco MAZZAFERRO,

Kap tas-Segretarjat tal-BERS,

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(3)  Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).

(4)  Deċiżjoni BERS/2015/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-16 ta’ Diċembru 2015 dwar qafas ta’ koordinazzjoni għan-notifika ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali minn awtoritajiet rilevanti, il-ħruġ ta’ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS u li tħassar id-Deċiżjoni BERS/2014/2 (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 28).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/3


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagamenti ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur

(2017/C 431/02)

I.   INTRODUZZJONI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (1) (issa l-Artikolu 260(1) u (2) TFUE) stabbiliet il-bażi li fuqha l-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella ta’ penali) li hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika meta tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru.

F’Komunikazzjoni sussegwenti tal-2010 (2) dwar l-aġġornament tad-dejta użata għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni stabbiliet li din id-dejta makroekonomika tkun suġġetta għal reviżjoni kull sena, biex tqis l-andament tal-inflazzjoni u tal-PDG.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (3) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2017 “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar” (4) jenfasizzaw li l-istess metodu kif stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni tal-2005 japplika għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika skont l-Artikolu 260(3) TFUE.

L-aġġornament ta’ kull sena pprovdut f’din il-Komunikazzjoni huwa bbażat fuq l-iżviluppi fl-inflazzjoni u fil-PDG ta’ kull Stat Membru (5). Ir-rata rilevanti tal-inflazzjoni u l-istatistiċi tal-PDG li għandhom jintużaw huma dawk stabbiliti sentejn qabel l-aġġornament (“ir-regola t-2”), billi l-perjodu minimu meħtieġ għall-ġbir ta’ dejta makroekonomika relattivament stabbli huwa ta’ sentejn. Din il-Komunikazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-dejta ekonomika għall-PDG nominali u d-deflatur tal-PDG għall-2015 (6) u fuq il-ponderazzjoni attwali tad-drittijiet tal-vot tal-Istati Membri fil-Kunsill.

II.   L-ELEMENTI TAL-AĠĠORNAMENT

Il-lista ta’ kriterji ekonomiċi li għandhom jiġu riveduti hija kif ġej:

l-ammont standard b’rata fissa għall-pagament ta’ penali (7), li bħalissa huwa stabbilit għal EUR 680 kuljum, li għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni;

l-ammont standard b’rata fissa għall-ħlas ta’ somma f’daqqa, (8) li bħalissa huwa ta’ EUR 230 kuljum, li għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni;

il-fattur speċjali “n” (9), li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-PDG tal-Istat Membru inkwistjoni wara li jitqies l-għadd tad-drittijiet tal-vot li dan ikollu fil-Kunsill; il-fattur “n” huwa identiku għall-kalkolu tal-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali għal kull ġurnata;

il-ħlasijiet minimi ta’ somma f’daqqa (10), li għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-inflazzjoni.

III.   AĠĠORNAMENTI

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati segwenti biex tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella ta’ penali) meta tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) u (3) TFUE:

(1)

l-ammont standard b’rata fissa għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali huwa stabbilit għal EUR 700 kuljum,

(2)

ir-rata fissa standard għall-ħlas ta’ somma f’daqqa hija stabbilita għal EUR 230 kuljum.

(3)

Il-fattur speċjali “n” u s-somma f’daqqa minima għat-28 Stat Membru tal-UE huma stabbiliti kif ġej:

Stat Membru

fattur speċjali “n”

Somom f’daqqa minimi

(EUR 1 000 )

Il-Belġju

4,85

2 799

Il-Bulgarija

1,47

848

Ir-Repubblika Ċeka

3,09

1 783

Id-Danimarka

3,01

1 737

Il-Ġermanja

20,50

11 832

L-Estonja

0,62

358

L-Irlanda

2,92

1 685

Il-Greċja

3,17

1 830

Spanja

11,78

6 799

Franza

17,43

10 060

Il-Kroazja

1,21

698

L-Italja

15,10

8 715

Ċipru

0,58

335

Il-Latvja

0,68

392

Il-Litwanja

1,12

646

Il-Lussemburgu

1,00

577

L-Ungerija

2,51

1 449

Malta

0,36

208

In-Netherlands

6,48

3 740

L-Awstrija

4,03

2 326

Il-Polonja

7,45

4 300

Il-Portugall

3,21

1 853

Ir-Rumanija

3,27

1 887

Is-Slovenja

0,86

496

Is-Slovakkja

1,62

935

Il-Finlandja

2,65

1 529

L-Iżvezja

4,62

2 666

Ir-Renju Unit

18,90

10 908

(4)

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati għad-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 TFUE b’seħħ mill-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni.


(1)  SEG(2005) 1658 (ĠU C 126, 7.6.2007, p. 15).

(2)  SEG(2010) 923/3. Din il-Komunikazzjoni ġiet aġġornata fl-2011 (SEC(2011) 1024 final), fl-2012 (C(2012) 6106 final), fl-2013 (C(2013) 8101 final) u fl-2014 (C(2014) 6767 final), fl-2015 (C(2015)5511 final) u fl-2016 (C(2016)5091 final) għall-adattament ta’ kull sena tad-dejta ekonomika.

(3)  ĠU C 12 ta’ 15.1.2011, p. 1.

(4)  ĠU C 18 ta’ 19.1.2017, p. 10.

(5)  Skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-2005 u tal-2010.

(6)  Id-deflatur tal-prezz tal-PDG jintuża bħala kejl tal-inflazzjoni. L-ammonti uniformi għall-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali huma aġġustati għall-eqreb multiplu ta’ għaxra. Is-somom f’daqqa minimi huma aġġustati għall-eqreb elf. Il-fattur “n” huwa aġġustat sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(7)  L-ammont b’rata fissa standard jew uniformi għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa definit bħala l-ammont bażiku fiss li għalih jiġu applikati ċerti koeffiċjenti tal-korrezzjoni multiplikaturi. Il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni huma l-koeffiċjenti tal-gravità u d-dewmien tal-ksur, u l-fattur speċjali “n” li jikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu ta’ pagament ta’ penali ta’ kuljum.

(8)  L-ammont b’rata fissa jrid jiġi applikat meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa. Fir-rigward tal-Artikolu 260(2) TFUE, is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somom f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem għal kemm il-ksur idum għaddej bejn id-data tal-ewwel sentenza u d-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data ta’ meta tingħata s-sentenza skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 260(3) TFUE, skont il-punt 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Implementation of Article 260(3) of the Treaty” (SEC (2010)1371 final; ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1), is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem mill-għada tal-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fid-Direttiva sa dakinhar li jintemm il-ksur jew sad-data tal-ewwel sentenza skont l-Artikoli 258 u 260(3) TFUE. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi hawn fuq jaqbeż is-somma f’daqqa minima, għandha tapplika s-somma f’daqqa kkalkulata abbażi tal-ammont ta’ kuljum.

(9)  Il-fattur speċjali “n” iqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu (il-prodott domestiku gross (PDG)) u n-numru ta’ voti li jkollhom fil-Kunsill.

(10)  Il-ħlas tas-somma f’daqqa fissa minima huwa ddeterminat għal kull Stat Membru skont il-fattur speċjali “n”. Is-somma f’daqqa fissa minima se tiġi proposta lill-Qorti meta t-total tal-ħlasijiet tas-somma f’daqqa ta’ kuljum ma jaqbiżx is-somma sħiħa f’daqqa minima.


15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8454 — KKR/Pelican Rouge)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 431/03)

Fil-25 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8454. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Diċembru 2017

(2017/C 431/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1845

JPY

Yen Ġappuniż

133,39

DKK

Krona Daniża

7,4433

GBP

Lira Sterlina

0,88163

SEK

Krona Żvediża

9,9488

CHF

Frank Żvizzeru

1,1686

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,7783

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,695

HUF

Forint Ungeriż

314,07

PLN

Zloty Pollakk

4,2220

RON

Leu Rumen

4,6330

TRY

Lira Turka

4,5855

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5452

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5196

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2499

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6934

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5950

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 288,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9540

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8278

HRK

Kuna Kroata

7,5478

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 077,22

MYR

Ringgit Malażjan

4,8377

PHP

Peso Filippin

59,902

RUB

Rouble Russu

69,6190

THB

Baht Tajlandiż

38,505

BRL

Real Brażiljan

3,9529

MXN

Peso Messikan

22,6237

INR

Rupi Indjan

76,2465


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/8


Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (kodifikazzjoni) (1)

(2017/C 431/05)

Il-pubblikazzjoni tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

REPUBBLIKA ĊEKA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Is-servizz nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera: (Ředitelství služby cizinecké policie, celní správa) Id-Direttorat tas-Servizz tal-Pulizija għall-Barranin, id-Dwana.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17.

 

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 1.

 

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 21.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 15.

 

ĠU C 87, 1.4.2010, p. 15.

 

ĠU C 180, 21.6.2012, p. 2.

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 2.

 

ĠU C 256, 5.9.2013, p. 14.

 

ĠU C 360, 10.12.2013, p. 17.

 

ĠU C 218, 7.7.2017, p. 19.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8665 — Discovery/Scripps)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 431/06)

1.

Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Discovery Communications, Inc. (“Discovery”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Scripps Networks Interactive, Inc. (“Scripps”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Discovery takkwsita, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Scripps kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Discovery: kumpanija dinjija tal-midja li tipprovdi kontenut għal pjattaformi ta’ distribuzzjoni multipli, inklużi pjattaformi lineari bħalma huma tat-televiżjoni bi ħlas, televiżjoni mingħajr ħlas, u diversi pjattaformi ta’ distribuzzjoni diġitali madwar id-dinja,

—   Scripps: kumpanija dinjija tal-midja li tipprovdi primarjament programmi dwar id-dar, l-ikel, l-ivvjaġġar u oħrajn relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8665 — Discovery/Scripps

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 431/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“Lough Neagh Pollan”

Nru tal-UE: PDO-GB-2159 – 28.7.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Lough Neagh Pollan”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7 Ħut frisk, molluski, krostaċji u prodotti magħmulin minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Lough Neagh Pollan huwa l-isem mogħti lill-ħut tal-lagi tal-Familja tas-Salmonidi u tal-ispeċi Coregonus pollan li jinqabad bħala ħut selvaġġ. Il-Lough Neagh Pollan tqies bħala ġenetikament uniku għal Lough Neagh. Għalhekk jista’ jinqabad biss fiż-żona ġeografika ddefinita ta’ Lough Neagh.

Il-Lough Neagh Pollan għandu kulur il-fidda ileqq, b’kulur skur fix-xewka tad-dahar u pinen ċari. Huma fiżikament distinti mill-Koregonidi l-oħrajn fil-Gżejjer Brittaniċi għax għandhom:

ix-xedaq ta’ isfel li ma joħroġx ’il barra

41–48 spina brankjali

74–92 qoxra fil-linja laterali.

Il-limitu minimu tad-daqs kummerċjabbli għal-Lough Neagh Pollan huwa tul ta’ 205 mm. Il-ħut ta’ dan id-daqs tipikament ikollu età ta’ bejn tlieta sa erba’ snin u piż ta’ bejn 76 g u 210 g. Il-Lough Neagh Pollan jinbiegħ sħiħ imnaddaf jew iffilitjat u jkun frisk jew iffriżat.

Il-Lough Neagh Pollan nej għandu aroma ta’ ħut ħafifa u delikata. Il-laħam huwa ta’ kulur abjad ċar u jleqq li jagħti fir-roża u l-ġilda mingħajr il-qxur hija kulur il-fidda u tleqq.

Wara li jissajjar, il-laħam huwa abjad u jleqq. L-aroma u t-togħma huma delikati bi ħjiel ta’ ħamrija pjaċevoli u togħma ta’ ħut ħafifa. Il-konsistenza hija lixxa bi rtubija medja, u ta’ spiss din il-ħuta titqies bħala waħda laħmija għal ħuta ta’ dan id-daqs.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-Lough Neagh Pollan irid jinqabad u jiġi pproċessat fiż-żona ġeografika ddefinita bl-użu tat-tartarun jew tal-għażel tradizzjonali (lokalment magħruf bħala Trammel netting, jew parit bil-Malti). L-ipproċessar isir b’żewġ modi skont il-ħtiġijiet tal-konsumatur; sħiħ imnaddaf jew iffilitjat.

Lough Neagh Pollan sħiħ imnaddaf

L-ipproċessar tal-Lough Neagh Pollan sħiħ imnaddaf jinvolvi t-tneħħija tal-qxur, l-evixxerazzjoni u t-tindif.

Lough Neagh Pollan iffilitjat

Ma hemm l-ebda proċedura stabbilita, l-iffilettjar jista’ jsir bl-idejn jew f’operazzjonijiet akbar bl-użu ta’ tagħmir industrijali.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija Lough Neagh, fit-Tramuntana tal-Irlanda (54,6302, 6,4380 Lat. Lonġ.) u tinkludi ż-żona fuq l-art inkorporata f’perimetru ta’ żewġ mili (tliet kilometri) tal-kosta tal-lag (lough bl-Irlandiż), li fiha jsir l-ipproċessar kollu tal-Lough Neagh Pollan.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-Pollan huwa l-uniku vertebrat Ewropew li jinsab biss fl-Irlanda, fejn id-distribuzzjoni kollha tiegħu hija limitata għall-ħames lagi li ġejjin:

Lough Allen

Lough Ree

Lough Derg

Lough Erne (il-parti ta’ isfel)

Lough Neagh

Lough Neagh għandu erja ta’ 151 mil kwadru (392 km2), u profondità medja ta’ 8,9 km. Huwa l-akbar lag fil-Gżejjer Brittaniċi u wieħed mill-akbar lagi fil-Majjistral tal-Ewropa. Jirċievi ilma minn tmien xmajjar afferenti u jnixxi fil-baħar permezz tan-naħa ta’ isfel tax-Xmara Bann fil-parti tat-Tramuntana tagħha. Il-Lough Neagh Pollan huwa speċi li jgħix biss fil-lagi u ma jinsabx fit-tributarji ta’ madwarhom.

Il-karatteristiċi tal-Lough Neagh Pollan huma marbuta mal-ambjent fejn jikber, u kkontribwixxew għall-iżvilupp tal-metodi bit-tartarun u bl-għażel tradizzjonali (lokalment magħruf bħala Trammel netting, jew parit bil-Malti) li jintużaw biex jinqabad dan il-ħut.

Il-karatteristiċi tal-Lough Neagh Pollan huma prodott tad-diverġenza ġenetika mill-aktar qarib strett ħaj tiegħu, l-Omul tal-Artiku, (madwar 200 000 sena ilu) u s-sopravivenza u l-konfinament sussegwenti tiegħu f’żona ġeografika ristretta. Biż-żieda fit-temperatura u s-salinità tal-baħar, il-Pollan tilef l-imġiba migratorja tiegħu u beda jgħix biss f’ħabitats tal-ilma ħelu bħal dak ta’ Lough Neagh. Bil-kuntrarju għall-membri l-oħra kollha tal-familja tal-ħut abjad Cisco, li jinsabu f’reġjuni bil-klima Arttika, il-Pollan evolva u sar jgħix f’ilmijiet b’temperatura moderata. L-analiżi tad-DNA tindika li l-Pollan ikkolonizza Lough Neagh wara l-era glaċjali tas-Saale (Saalian ice age), madwar 200 000 sena ilu, filwaqt li l-popolazzjonijiet Irlandiżi l-oħrajn saru residenti matul l-aktar perjodu glaċjali reċenti (Devensian glacial period) madwar 40 000 sena ilu (komunikazzjoni personali Ensing). Il-Pollan huwa l-uniku verterbrat Ewropew li jinsab biss fl-Irlanda, filwaqt li dawk f’Lough Neagh huma l-unika popolazzjoni vijabbli ta’ Pollan kummerċjalment sfruttabbli fid-dinja.

Studju ġenetiku tal-istokkijiet tal-Pollan Irlandiż (Coregonus pollan) mil-lagi Ree, Allen, Neagh u Erne bl-użu ta’ serje ta’ 10 markaturi mikrosatellitari jindika differenzjazzjoni ġenetika pjuttost kbira f’dawn il-markaturi fost it-tliet raggruppamenti ġenetiċi ewlenin; Lough Neagh, Lough Erne u Lough Allen/Ree. It-tali riżultati juru li l-Lough Neagh Pollan huwa ġenetikament distint mill-popolazzjonijiet l-oħrajn kollha tal-Pollan.

L-għadd kbir ta’ xmajjar li jnixxu f’Lough Neagh jirriżultaw f’depożiti għolja ta’ sediment. Dawn is-sedimenti huma skuri ħafna u huma magħmula minn ramal u tafal, materja organika u frustuli dijatomi. Ir-ramal u t-tafal jiġu primarjament mill-materjal fil-wiċċ tal-ilma imkaxkar mill-ilmijiet tax-xmajjar filwaqt li l-materja organika toriġina parti minn sorsi ta’ qbid u parti minn materjal prodott f’Lough Neagh. Għalhekk, Lough Neagh huwa mimli nutrijenti (ipertrofiku) u jingħata arja kontinwament permezz tal-irjieħ ta’ ċirkolazzjoni, li jiżguraw li n-natura arrikkita tal-lag ma tirriżultax f’nuqqas drammatiku ta’ ossiġenu fix-xhur aktar sħan.

Il-kombinazzjoni ta’ għalf u livelli ta’ ossiġenu li jinżammu għoljin tfisser li Lough Neagh isostni popolazzjoni ta’ inverterbrati msaħħa, li mbagħad din issostni l-produzzjoni tal-unika popolazzjoni ta’ Pollan kummerċjalment sfruttabbli fid-dinja. In-natura tas-sediment jagħmluh ħabitat xieraq għall-bosta invertebrati residenti fil-lag. Il-Lough Neagh Pollan jiekol il-plankton, il-larva tal-insetti (l-aktar il-kironomidi) u l-krustaċju relitt tal-era glaċjali Mysis salemaai li jikkostitwixxi l-akbar proporzjon tad-dieta tal-Lough Neagh Pollan. Id-disponibbiltà immedjata ta’ din id-dieta bbażata fuq l-invertebrati, flimkien mal-istatus ipertrofiku u n-natura mħallta sew tal-lag, jikkontribwixxu għar-rata ta’ tkabbir mgħaġġla li hija karatteristika tal-Lough Neagh Pollan. Il-Lough Neagh Pollan jgħixu f’erja wiesgħa tal-lag, iżda għandhom ħabitats preferuti, marbuta mal-istadju tal-ħajja, it-topografija, is-substrat, il-profondità tal-ilma u l-istaġun.

Madankollu ma teżisti l-ebda speċi ta’ ħut li hija simili għall-Pollan f’Lough Neagh. Is-Salmonid resident l-ieħor ta’ Lough Neagh, it-trota komuni (Salmo trutta L.) tilħaq tul ta’ 99 mm wara l-ewwel sena ta’ ħajja u 162 mm wara sentejn. It-trota komuni timmatura fl-età ta’ tliet snin (tgħix sa tmien snin) u titlaq minn Lough Neagh biex tbid matul il-ħarifa fix-xmajjar afferenti ta’ madwar il-lag. Meta jitqabbel mat-tali ħut, il-Lough Neagh Pollan jikber malajr u jgħix ftit, jilħaq tul medju ta’ 140 mm wara l-ewwel sena, u 170 mm wara t-tieni sena. Jimmatura wara sentejn u b’tul medju tal-ħajja ta’ bejn tlieta u erba’ snin, il-Lough Neagh Pollan ibid f’Diċembru f’żoni mhux fondi ta’ Lough Neagh, u jiddepożita l-bajd fuq sottostrati ta’ żrar jew blat.

Lough Neagh biss fih stokk biżżejjed biex isostni sajd kummerċjali, għaliex il-lagi Irlandiżi l-oħra fihom popolazzjonijiet residwi żgħar biss.

Qabel l-1900, it-trobbija tal-Lough Neagh Pollan kienet l-aktar attività tas-sajd dominanti fil-lag. Din l-ispeċi għadha titqies bħala waħda ekonomikament importanti u l-Lough Neagh Pollan jikkostitwixxi proporzjon sinifikanti tal-qbid skont iż-żmien tas-sena.

Diversi rekords storiċi jindikaw li l-Lough Neagh Pollan kien elementi ewlieni tal-wirt alimentari tar-reġjun għal mijiet ta’ snin, iżda anki llum, fis-seklu 21, għadu apprezzat mill-aktar konsumaturi eżiġenti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/495437/20160126-lough-neagh-pollan-pdo.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/13


Rettifika tas-sejħa għall-proposti 2018 — EAC/A05/2017 — Il-Programm Erasmus+

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 361 tal-25 ta’ Ottubru 2017 )

(2017/C 431/08)

F’paġna 34, il-punt 5, “L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet”, l-entrati fit-tabella relatati mal-qasam taż-żgħażagħ huma mmodifikati kif ġej:

Azzjoni Ewlenija 1

“Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-15 ta’ Frar 2018”


Azzjoni Ewlenija 2

“Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-15 ta’ Frar 2018”


Azzjoni Ewlenija 3

“Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

Il-15 ta’ Frar 2018”


Top