This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2017:123:FULL
Official Journal of the European Union, C 123, 20 April 2017
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 123, 20 ta' April 2017
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 123, 20 ta' April 2017
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 123/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8413 — Engie/Omnes Capital/Prédica/Engie PV Besse/Engie PV Sanguinet) ( 1 ) |
|
|
2017/C 123/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8430 — AÜW/Siemens/Egrid) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 123/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 123/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2017/C 123/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 123/06 |
||
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2017/C 123/07 |
||
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2017/C 123/08 |
||
|
2017/C 123/09 |
||
|
2017/C 123/10 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 123/11 |
||
|
2017/C 123/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8431 — OMERS/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 123/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8413 — Engie/Omnes Capital/Prédica/Engie PV Besse/Engie PV Sanguinet)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 123/01)
Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8413. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8430 — AÜW/Siemens/Egrid)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 123/02)
Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8430. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ April 2017
(2017/C 123/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0725 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
116,91 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4387 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83430 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,6195 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0690 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,1528 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,794 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
313,05 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2358 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5341 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,9292 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4255 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4415 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,3397 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5283 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4987 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 222,42 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,2610 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3852 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4468 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 293,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7190 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,339 |
|
RUB |
Rouble Russu |
60,2656 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,883 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,3368 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,0190 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,2430 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/3 |
Proċeduri ta’ stralċ
Deċiżjoni biex jitnedew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ ADRIA Way
(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))
(2017/C 123/04)
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
|
||||||
|
Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni |
Fil-25 ta’ Jannar 2017, il-Bank Nazzjonali Ċek ordna li s-Sinjura JUDr. Kateřina Martínková LL.M tinħatar perit tal-pretensjonijiet ta’ ADRIA Way. Dħul fis-seħħ: it-2 ta’ Frar 2017 |
||||||
|
Awtoritajiet kompetenti |
Il-Bank Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka |
||||||
|
Awtorità superviżorja |
Il-Bank Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka |
||||||
|
Likwidatur maħtur |
|
||||||
|
Leġiżlazzjoni applikabbli |
Il-liġi Ċeka |
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/4 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjonijiet biex jingħalaq każ ta’ għajnuna eżistenti wara li ġew aċċettati miżuri xierqa minn Stat tal-EFTA
(2017/C 123/05)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA pproponiet miżuri xierqa, li ġew aċċettati mill-Iżlanda, dwar il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
Il-25 ta’ Jannar 2017 |
|
Numru tal-każ |
: |
78027 |
|
Deċiżjoni Nru |
: |
010/17/COL |
|
Stat tal-EFTA |
: |
L-Iżlanda |
|
Titlu (u/jew l-isem tal-benefiċjarju) |
: |
Deċiżjoni biex jingħalaq il-każ rigward l-użu ta’ artijiet pubbliċi u ta’ riżorsi naturali minn produtturi tal-elettriku fl-Iżlanda |
|
Bażi ġuridika |
: |
Varji |
|
Tip ta’ miżura |
: |
L-ebda għajnuna mill-Istat |
|
Informazzjoni oħra |
: |
L-Awtorità tikkunsidra li l-miżuri meħuda u l-impenji mill-awtoritajiet Iżlandiżi biex jemendaw l-iskema rigward l-użu ta’ riżorsi naturali pubbliċi minn produtturi pubbliċi tal-elettriku fl-Iżlanda u r-rieżami u l-emendi ta’ kuntratti eżistenti ma’ produtturi tal-elettriku se jiżguraw it-tneħħija tas-sistema eżistenti tal-għajnuna. Għalhekk, l-Awtorità ddeċidiet li tagħlaq il-każ. |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/5 |
Sejħa għall-proposti f’konformità mal-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020
(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2017) 2109))
(2017/C 123/06)
Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiftaħ sejħa għall-proposti sabiex jitqassmu għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma multiannwali fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.
Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:
|
|
CEF-Energy-2017 |
|
|
L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 800 miljun. |
|
|
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-Il-Ħamis, 12 ta’ Ottubru 2017. |
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq il-paġna web tas-sejħa għall-proposti:
https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-energy/calls/2017-cef-energy-call-proposals
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/6 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
(2017/C 123/07)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:
|
|
EPSO/AST/140/17 – INFERMIERA (AST 3) |
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 123 A tal-20 ta’ April 2017.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/7 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-22 ta’ Settembru 2016
fil-Każ E-29/15
Sorpa bs. v L-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni
(Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Nozzjoni ta’ impriża — Aġenziji kooperattivi stabbiliti minn muniċipalitajiet — Immaniġġjar tal-iskart — Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kundizzjonijiet differenti applikati għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma’ partijiet ta’ negozju oħra — Diskriminazzjoni tal-prezzijiet)
(2017/C 123/08)
Fil-Każ E-29/15, Sorpa bs. v L-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni — TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tal-Iżlanda (Hæstiréttur Íslands) rigward l-interpretazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Relatur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, ħarġet is-sentenza fit-22 ta’ Settembru 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
|
1. |
Muniċipalità tista’ tikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE meta hija timpenja ruħha f’attività ekonomika, li tikkonsisti f’li toffri oġġetti jew servizzi fis-suq. Sabiex jiġi ddeterminat jekk attività bħall-immaniġġjar tal-iskart tkunx ekonomika, għandha titqies l-eżistenza tal-kompetizzjoni ma’ entitajiet privati. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-miżata rċevuta għall-provvediment ta’ servizzi ta’ immaniġġjar tal-iskart ma tistax taqbeż l-ispejjeż li jokkorru għandu jiġi mqabbel mal-eżistenza tal-kompetizzjoni fis-suq. |
|
2. |
L-immaniġġjar tal-iskart jista’ jikkostitwixxi servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Huwa f’idejn il-qorti ta’ referenza li tiddetermina jekk l-applikazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE tagħmilhiex impossibbli li l-muniċipalitajiet jipprovdu s-servizzi għall-immaniġġjar tal-iskart li ġew afdati, jew li jipprovduhom taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. |
|
3. |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk entità pubblika tikkostitwixxix impriża fis-sens tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE meta tipprovdi servizzi tal-immaniġġjar tal-iskart, huwa irrelevanti jekk din l-entità tkunx muniċipalità jew aġenzija kooperattiva amministrata minn diversi muniċipalitajiet. |
|
4. |
L-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE ma japplikax jekk l-imġiba antikompetittiva tiġi imposta fuq l-impriżi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jew jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali toħloq kuntest legali li jelimina huwa stess kull possibilità ta’ attività kompetittiva min-naħa tagħhom. Madankollu, l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE japplika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma żżommx lill-impriżi milli jinvolvu ruħhom f’imġiba awtonoma li tipprevjeni, tirrestrinġi jew tgħawweġ il-kompetizzjoni. |
|
5. |
Jekk Stat taż-ŻEE, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jagħti deroga mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni taż-ŻEE lil entitajiet pubbliċi, pereżempju billi jtihom drittijiet speċjali jew esklussivi, huwa għandu jagħmel dan f’konformità mar-regoli ta’ kompetizzjoni taż-ŻEE, b’mod partikolari mal-Artikolu 59(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
6. |
Is-sidien tal-kooperattiva muniċipali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-imsieħba fil-kummerċ ta’ dik il-kooperattiva fis-sens tal-Artikolu 54(2)(c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, sakemm dawn ma jkunux jifformaw impriża waħda ma’ dik il-kooperattiva. |
|
7. |
Meta impriża dominanti tagħti skont lis-sidien tagħha li hija ċċaħħad lill-konsumaturi l-oħra tagħha, hija tqiegħed lil dawn il-konsumaturi l-oħra fi żvantaġġ kompetittiv fis-sens tal-Artikolu 54(2)(c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dment li huma jikkompetu mas-sidien tal-impriża dominanti fuq suq li jinsab upstream jew downstream tas-suq iddominat. |
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/8 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Borgarting lagmannsrett datata s-27 ta’ Settembru 2016 fil-kawża ta’ Yara International ASA vs il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Finanzi
(Kawża E-15/16)
(2017/C 123/09)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA b’ittra datata s-27 ta’ Settembru 2016 minn Borgarting lagmannsrett (il-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting), li ġiet riċevuta mir-Reġistru tal-Qorti fl-4 ta’ Ottubru 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Yara International ASA vs il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Finanzi dwar il-mistoqsija li ġejja:
Huwa kompatibbli mal-Artikoli 31 u 34 ŻEE li regoli nazzjonali dwar kontribuzzjonijiet intragrupp, bħar-regoli fl-Att tat-Tassazzjoni Norveġiż, li taħthom il-kontribuzzjoni tnaqqas id-dħul taxxabbli tat-trasferitur u jiġi inkluż fid-dħul taxxabbli tar-riċevitur indipendentement minn jekk ir-riċevitur jagħmilx telf jew profitt għal għanijiet tat-taxxa, jistabbilixxu l-kundizzjoni li kemm it-trasferitur kif ukoll ir-riċevitur huma responsabbli għat-tassazzjoni fl-Istat ŻEE inkwistjoni, jew ir-regoli ŻEE jridu jiġu interpretati biex ifissru li, taħt ċerti kundizzjonijiet, trid tingħata eċċezzjoni mill-ħtieġa għal obbligazzjoni tat-taxxa fir-renju?
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/9 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti tal-EFTA minn Frostating lagmannsrett datata l-24 ta’ Ottubru 2016 fil-kawża ta’ Fosen-Linjen AS v AtB AS
(Kawża E-16/16)
(2017/C 123/10)
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Ottubru 2016 minn Frostating lagmannsrett (il-Qorti tal-Appell ta’ Frostating), li daħlet fir-Reġistru tal-Qorti fil-31 ta’ Ottubru 2016, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Fosen-Linjen As v AtB AS fuq il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
1. |
L-Artikoli 1(1) u 2(1)(c) tad-Direttiva 89/665/KEE, jew dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva, jipprekludu regoli nazzjonali dwar l-għoti ta’ kumpens, jekk l-għoti ta’ kumpens minħabba li l-awtorità kontraenti tkun warrbet id-dispożizzjonijiet legali taż-ŻEE dwar il-kuntratti pubbliċi, jkun kundizzjonali fuq
|
|
2. |
L-Artikoli 1(1) u 2(1)(c) tad-Direttiva 89/665/KEE, jew dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva, għandhom jiġu interpretati li jfissru li ksur ta’ dispożizzjoni dwar id-dritt ta’ akkwist taż-ŻEE, li skontha l-awtorità kontraenti mhix libera li teżerċita diskrezzjoni, jikkostitwixxi fih inniffsu ksur kwalifikat biżżejjed li jista’ jiskatta dritt għall-kumpens b’ċerti kundizzjonijiet? |
|
3. |
L-Artikoli 1(1) u 2(1)(c) tad-Direttiva 89/665/KEE, jew dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva, jipprekludu regoli nazzjonali dwar l-għoti ta’ kumpens, jekk l-għoti ta’ kumpens minħabba li l-awtorità kontraenti tkun warrbet id-dispożizzjonijiet legali taż-ŻEE dwar il-kuntratti pubbliċi, jkun kundizzjonali fuq li l-fornitur, li jressaq il-kawża u jitlob kumpens billi jippreżenta preponderanza ċara, jiġifieri kwalifikata, ta’ evidenza, [it-tali fornitur] kellu jingħata l-kuntratt li kieku l-awtorità kontraenti ma għamlitx l-iżball? |
|
4. |
L-Artikoli 1(1) u 2(1)(c) tad-Direttiva 89/665/KEE, jew dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva, jipprekludu regoli nazzjonali li permezz tagħhom l-awtorità kontraenti tista’ teħles lilha innifisha mit-talba għall-kumpens billi tinvoka li l-proċedura tal-offerti fi kwalunkwe każ kellha tkun imħassra bħala konsegwenza ta’ iżball li tkun għamlet l-awtorità kontraenti, apparti mill-iżball invokat mir-rikorrent, jekk dak l-iżball ma kienx fil-fatt invokat waqt il-proċedura tal-offerti? Jekk żball ieħor bħal dan jista’ jiġi invokat mill-awtorità kontraenti, id-Direttiva 89/665/KEE tipprekludi regola nazzjonali li permezz tagħha l-oneru tal-prova li dan l-iżball fil-fatt ma jeżistix jaqa’ fuq il-fornitur li jressaq l-azzjoni? |
|
5. |
Il-prinċipju fil-liġi taż-ŻEE ta’ trattament indaqs liema rekwiżiti jpoġġi fuq il-verifika effettiva mill-awtorità kontraenti tal-informazzjoni pprovduta fl-offerti marbuta mal-kriterji tal-għoti? Ir-rekwiżit għal verifika effettiva jkun intlaqa’ jekk l-awtorità kontraenti tkun kapaċi tivverifika li l-propjetajiet offruti fl-offerta jidhru li kienu ddeterminati b’mod affidabbli abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta fl-offerta? L-awtorità kontraenti kemm trid tkun kapaċi tivverifika preċiżament il-propjetajiet tal-oġġett tal-kuntratt offruti fl-offerta? Jekk l-offerent jikkommetti ruħu għal xi ċifra partikolari ta’ konsum għall-oġġett li fuqu ssir l-offerta u din iċ-ċifra tkun integrata fl-evalwazzjoni tal-offerta, l-obbligu ta’ verifika tal-awtorità kontraenti jkun intlaħaq jekk tkun kapaċi tivverifika li din iċ-ċifra hija ta’ min joqgħod fuqha fi ħdan ċertu marġni ta’ inċertezza, pereżempju madwar 20 fil-mija ‘l hawn jew ‘l hemm? Meta l-awtorità kontraenti tiġi biex tivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-offerent konnessa mal-kriterju tal-għoti, jista’ r-rekwiżit għal verifika effettiva tal-offerti skont il-prinċipju ta’ trattament indaqs jintlaqa’ mill-fatt li l-awtorità kontraenti tkun qieset dokumentazzjoni xi mkien ieħor fl-offerta ta’ prezzijiet? |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/10 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli
(2017/C 123/11)
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C 363/02) (1) għas-sensiela ta’ Jannar 2018.
Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-16 ta’ Ġunju 2017, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja
L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.
Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm
(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8431 — OMERS/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 123/12)
|
1. |
Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Space Cinema 1 SpA (“TSC”, l-Italja), ikkontrollata indirettament minn Vue International Holdco Limited (“Vue”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn Alberta Investment Management Corporations (“AIMCo”, il-Kanada) u OCP Investment Corporation (“OMERS”, il-Kanada), u UCI Italia SpA (“UCI Italia”, l-Italja), ikkontrollata mid-Dalian Wanda Group (iċ-Ċina) permezz ta’ AMC Entertainment Holdings, Inc. (“AMC”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida (“JV”) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal TSC: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Italja fejn tħaddem 36 ċinema; — għal Vue: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fir-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Polonja, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja u t-Tajwan. Vue bħalissa tħaddem b’kollox 211-il ċinema; — għal AIMCo: ġestjoni tal-investimenti, investimenti globali f’isem il-klijenti tagħha, diversi fondi ta’ pensjonijiet, ta’ dotazzjoni u governattivi fil-Provinċja ta’ Alberta (il-Kanada); — għal OMERS: amministrazzjoni ta’ wieħed mill-iktar fondi tal-pensjonijiet importanti tal-Kanada, li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar, ġestjoni ta’ portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetajiet immobbli, infrastruttura u investimenti ta’ ekwità privata; — għal UCI Italia: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Italja fejn tħaddem 48 ċinema; — għal AMC: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Istati Uniti u f’partijiet mill-Ewropa; — għad-Dalian Wanda Group: tliet attivitajiet ta’ negozju prinċipali - investiment u operazzjonijiet ta’ proprjetajiet kummerċjali, tal-kultura u tal-finanzi. Huwa jipprovdi wkoll servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Awstralja u fiċ-Ċina, u servizzi ta’ produzzjoni u distribuzzjoni tal-films fiċ-Ċina. — għall-JV: servizzi ta’ reklamar taċ-ċinema fl-Italja; |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8431 — OMERS/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 123/13)
|
1. |
Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Galaxy Holding Sàrl, parti mill-Ares Management L.P. Group (“Ares”, USA) u BPI 25 S.à r.l, parti mill-Baupost Group L.L.C (“Baupost”, USA) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Prejan Enterprises Limited, il-kumpannija li għandha s-sjieda u topera ċ-ċentru kummerċjali Nova Eventis f’Leipzig, il-Ġermanja, permezz tax-xiri tal-assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Ares: maniġer tal-assi alternattivi globali nnegozjat pubblikament li jinvesti, inter alia, fil-proprjetà immobbli u li għandu propjetajiet residenzjali, tal-bejgħ bl-imnut, ta’ uffiċċju u industrijali fl-Ewropa. — għal Baupost: il-grupp Baupost huwa organizzazzjoni ta’ investiment opportunistika, orjentata lejn il-valur, b’mandat miftuħ ta’ investiment wiesa’ li tikkontempla l-investiment fil-firxa ta’ strumenti finanzjarji, klassijiet ta’ assi u reġjuni ġeografiċi. — għal Nova Eventis: ċentru kummerċali f’Leipzig, il-Ġermanja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.