Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:154:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 154, 31 ta' Mejju 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.154.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 154

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
31 ta' Mejju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 154/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012 li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta’ skart radjutattiv mil-Faċilitajiet Interim ta’ Ħżin għall-Iskart u Fjuwil Użat tal-Livell Intermedjarju fis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley, il-Punt C, f’Somerset, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 154/02

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 154/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2012/C 154/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni marbuta ma' Każ COMP/M.6214 – Seagate Technology/The HDD Business Of Samsung – Rapporteur: L-Italja

4

2012/C 154/05

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/M.6214 – Seagate/HDD Business of Samsung

7

2012/C 154/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2011 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6214 – Seagate/HDD Business of Samsung) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7592)  ( 1 )

8

2012/C 154/07

Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 154/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 154/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

16

2012/C 154/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

18

2012/C 154/11

Opinjoni tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ippreżentata waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni marbuta ma' il-Każ COMP/M.6214 – Seagate Technology/In-negozju tal-HDDs ta’ Samsung – Relatur: L-Italja

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 154/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6614 – Samsung Electronics/Samsung Mobile Display) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

23

2012/C 154/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6469 – Tognum/TMH/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

25

2012/C 154/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group) ( 1 )

26

2012/C 154/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6610 – CVC/AlixPartners) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

27

 

Rettifika

2012/C 154/16

Rettifika għal-Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill – Jannar, Frar, Marzu u April 2012 (qasam soċjali) (Dan it-test jannulla u jbiddel dak ippubblikat f'Il-ĠU C 135, 9.5.2012, p. 6)

28

2012/C 154/17

Rettifika għall-Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet (ĠU C 147, 25.5.2012)

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Mejju 2012

li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta’ skart radjutattiv mil-Faċilitajiet Interim ta’ Ħżin għall-Iskart u Fjuwil Użat tal-Livell Intermedjarju fis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley, il-Punt C, f’Somerset, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)

2012/C 154/01

Il-valutazzjoni hawn taħt hija mwettqa skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li trid titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja.

Fis-27 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet minn għand il-Gvern tar-Renju Unit, Dejta Ġenerali li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv mil-Faċilitajiet Interim ta’ Ħżin għall-Iskart u Fjuwil Użat tal-Livell Intermedjarju fis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley, il-Punt C, f’Somerset, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom.

Abbażi ta’ din id-dejta, u wara li kkonsultat mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni tagħha kif ġej:

(1)

Id-distanza mis-sit għall-eqreb Stati Membri hija 185 km għal Franza u 250 km għar-Repubblika tal-Irlanda.

(2)

Taħt kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, ir-rilaxx ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi aktarx li ma jwassalx għall-esponiment tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor li huwa sinifikanti mil-lat sanitarju.

(3)

Skart sekondarju solidu ta’ radjuattività ta' livell baxx jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jiġi trasferit għal faċilitajiet ta' rimi awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji tar-Renju Unit. Skart solidu mhux radjuattiv jew materjali residwi ser jiġu rilaxxati għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew għall–użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ skont il-kriterji li huma konsistenti mad-Direttiva 96/29/Euratom.

(4)

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni ta' pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv ikun f'liema forma jkun, li joriġina mill-Faċilitajiet Interim ta’ Ħżin għall-Iskart u l-Fjuwil Użat ta’ Livell Intermedjarju fis-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley, il-Punt C, f’Somerset, ir-Renju Unit, kemm matul it-tħaddim normali kif ukoll f’każ ta’ inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista’ twassal għal kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor li tista' tkun sinifikanti mill-perspettiva sanitarja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/2


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/02

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-l-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Mejju 2012

2012/C 154/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2438

JPY

Yen Ġappuniż

98,38

DKK

Krona Daniża

7,4312

GBP

Lira Sterlina

0,79775

SEK

Krona Żvediża

8,9555

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5145

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,658

HUF

Forint Ungeriż

298,95

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6982

PLN

Zloty Pollakk

4,3873

RON

Leu Rumen

4,4675

TRY

Lira Turka

2,2930

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2729

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2784

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6551

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6402

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5948

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 465,19

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5086

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8920

HRK

Kuna Kroata

7,5555

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 976,30

MYR

Ringgit Malażjan

3,9329

PHP

Peso Filippin

54,116

RUB

Rouble Russu

40,5650

THB

Baht Tajlandiż

39,627

BRL

Real Brażiljan

2,4921

MXN

Peso Messikan

17,3868

INR

Rupi Indjan

69,9420


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni marbuta ma' Każ COMP/M.6214 – Seagate Technology/The HDD Business Of Samsung

Rapporteur: L-Italja

2012/C 154/04

Konċentrazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' kif il-Kummissjoni tiddefinixxi s-swieq ta' prodotti relevanti kif dikjarat fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

B'mod partikulari, fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodotti tas-suq, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni proposta għandu jkun evalwat fuq is-swieq li ġejjin:

(a)

Is-suq għal HDDs 3,5″ tal-Intrapriżi għal Missjonijiet Kritiċi;

(b)

Is-suq għal HDDs 3,5″ tal-Intrapriżi Kritiċi fin-Negozju;

(c)

Is-suq għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop;

(d)

Is-suq għal HDDs 3,5″ għall-Elettronika tal-Konsumatur (CE);

(e)

Is-suq għal HDDs 2,5″ Mobbli;

(f)

Is-suq għal CE HDDs 2,5″; u

(g)

Is-suq tal-ħardisks esterni (XHDD)

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjoni tas-suq ġeografiku għal:

(a)

HDDs; u

(b)

XHDDs

Kontrofattwali

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-fini tal-valutazzjoni kompetittiva tat-tranżazzjoni proposta, l-approċċ l-aktar xieraq huwa li tiġi adottata r-regola ta' prijorità (“min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel”) ibbażata fuq id-data tan-notifika.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta għandha tiġi evalwata fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva prevalenti fiż-żmien tan-notifika tagħha, jiġifieri mingħajr ma titqies it-tranżazzjoni fil-Każ COMP/M.6203 Western Digital/Viviti Technologies (Hitachi Global Storage Technologies, li reċentement biddlet isimha għal Viviti Technologies).

Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni

Effetti li mhumiex ikkordinati

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li effetti mhux koordinati jridu jiġu valutati fis-swieq li ġejjin:

(a)

Is-suq globali għal HDDs 3,5″ għal Kompjuters Desktop;

(b)

Is-suq globali għal HDDs 2,5″ Mobbli;

(c)

Is-suq globali għal HDDs 3,5″ tal-Intrapriżi Kritiċi fin-Negozju;

(d)

Is-suq globali għal CE HDDs 3,5″; u

(e)

Is-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-klijenti wara t-tranżazzjoni se jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu użu minn mill-inqas tliet fornituri tal-HDD b’saħħithom u li t-tranżazzjoni proposta ma jkollhiex impatt fuq il-kapaċità tal-klijenti li jużaw bosta sorsi u jaqilbu l-fornituri fis-swieq relevanti kollha tal-HDD.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li Seagate u Samsung HDD mhumiex kompetituri partikularment mill-qrib fl-ebda suq relevanti tal-HDD.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta mhix se telimina forza kompetittiva importanti minħabba l-kapaċitajiet inqas kompetittivi u innovattivi ta’ Samsung.

11.

Fir-rigward tas-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li:

(a)

L-akkwist ta' Samsung mhux se jżid b’mod konsiderevoli l-pożizzjoni fis-suq ta' Seagate;

(b)

Anke fid-dawl tax-xejra attwali tas-suq tal-manifatturi tal-HDD li jiksbu malajr ishma tas-suq għad-dannu tal-fornituri tal-XHDD mhux integrati, tliet fornituri alternattivi kredibbli jibqgħu preżenti fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE wara t-tranżazzjoni; u

(c)

L-entità amalgamata mhux se jkollha l-kapaċità jew l-inċentiv li teskludi parti sinifikanti tas-suq.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta m’għandhiex twassal għal effetti mhux koordinati li jistgħu jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq globali tal-HDD għal HDDs 3,5″ tal-Kompjuters Desktop, HDDs 2,5″ Mobbli, HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju, u CE HDDs 3,5″ u lanqas fis-suq tal-XHDD madwar iż-ŻEE.

Effetti kkoordinati

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li huwa probabbli li t-tranżazzjoni proposta mhix se żżid il-kapaċità tal-bqija tal-fornituri tal-HDD biex jilħqu t-termini ta' koordinazzjoni.

14.

B’mod partikulari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li:

(a)

It-tneħħija ta' Samsung HDD ma tikkawżax effett materjali speċifiku għall-għaqda f'għadd ta' swieq relevanti minħabba n-nuqqas jew il-preżenza insinifikanti ta’ Samsung fis-swieq għal HDDs 3,5″ Kritiċi fin-Negozju u CE HDDs 3,5″;

(b)

Fis-suq tal-HDD 3,5″ għal Kompjuters Desktop, Samsung mhijiex forza innovattiva partikolarment qawwija jew kompetitur partikolarment qawwi u għalhekk l-effett tat-tneħħija ta’ Samsung probabbli se jkun limitat fir-rigward tal-effetti koordinati;

(c)

Fis-suq tal-HDD 3,5″ għal Kompjuters Desktop il-livell tal-assimetrija wara l-għaqda jibqa’ għoli;

(d)

Jidher probabbli li HGST għandu jkollha inċentivi qawwija li ma tipparteċipax fi kwalunkwe koordinazzjoni fis-suq tal-HDD 3,5″ għal Kompjuters Desktop.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta m’għandhiex twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li tirriżulta minn effetti koordinati.

Effetti vertikali

16.

Fir-rigward tar-relazzjonijiet vertikali bejn is-swieq downstream tal-HDD u s-swieq upstream għall-komponenti ewlenin, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta aktarx mhix se timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva.

17.

Fir-rigward tar-relazzjonijiet vertikali bejn is-swieq downstream tal-HDD u s-swieq upstream għall-komponenti tal-midja, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta aktarx mhix se timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva.

Konklużjoni

18.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta aktarx mhix se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

19.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

20.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/7


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/M.6214 – Seagate/HDD Business of Samsung

2012/C 154/05

Fid-19 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (minn hawn ’il quddiem msejjaħ “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha Seagate Technology Public Limited Company (“Seagate”) tikseb fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll tan-negozju ta’ hard disk drive (“HDD”) ta’ Samsung Electronics Co., Ltd (“is-Samsung HDD business”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Wara eżami tan-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Fit-30 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni bdiet għalhekk il-proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Ir-riżultati tal-investigazzjoni fil-fond tas-suq ma kkonfermawx id-dubji serji tal-fażi ta’ qabel. Il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti. Il-konċentrazzjoni notifikata ġiet għaldaqstant ikklerjata mingħajr ma’ saret Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Ma rċivejt l-ebda talba ta’ natura proċedurali mill-partijiet fit-tranżazzjoni. Madankollu, wieħed mill-partijiet terzi ppreżentali talba għal aċċess għall-fajl, wara li t-talba inizjali kienet ġiet miċħuda mit-tim responsabbli għall-każ fid-DĠ għall-Kompetizzjoni. Jien irrifjutajt tali talba ladarba l-partijiet terzi m’għandhomx id-dritt ta' aċċess għall-fajl waqt proċedimenti ta' amalgamazzjoni (3). Meta japplikaw biex jiġu mismugħa, il-partijiet terzi li juru biżżejjed interess għandhom biss id-dritt li jkunu infurmati mill-Kummissjoni dwar in-natura u l-materja tas-suġġett tal-proċedimenti (4). Fi kwalunkwe ċirkostanza, fil-każ preżenti, il-parti terza li talbet aċċess għall-fajl ma applikatx biex tinstema’.

Fid-dawl ta’ dan, inqis li d-dritt tal-parteċipanti kollha li jinstemgħu f'dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2011.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ riferenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02, p. 151-154).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 03, p. 40-61). B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) introduċa ċerti bidliet, bħas-sostituzzjoni tat-terminu “Komunità” bit-terminu “Unjoni” u t-terminu “suq komuni” bit-terminu “suq intern”. Matul dan ir-rapport ser tintuża' t-terminoloġija tat-TFUE.

(3)  Huma biss il-parti nnotifikata u l-“partijiet l-oħra involuti” (fit-tifsira tal-Artikolu 11(b) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004) li għandhom dan id-dritt b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 03, p. 88-126) (“Regolament (KE) Nru 802/2004”).

(4)  Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004.


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/8


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Ottubru 2011

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.6214 – Seagate/HDD Business of Samsung)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7592)

(It-test bil-Ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/06

Fid-19 ta' Ottubru 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal- konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi  (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”), u b’mod partikolari Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux konfidenzjali dwar id-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fil-lingwa awtentika tal-każ u fil-lingwi proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq l-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET

(1)

Seagate Technology Public Limited Company (“Seagate”, l-Istati Uniti) tfassal, timmanifattura u tbigħ firxa wiesgħa ta’ apparat għall-ħżin relatat mal-kompjuters, li jikkonsistu l-aktar f’hard disk drives (“HDDs”) u hard disk drives esterni (“XHDDs”). L-operazzjonijiet tagħha huma integrati b’mod vertikali upstream fil-manifatturar tal-komponenti ewlenin, bħal ma huma heads għall-qari/kitba u mezzi għar-reġistrazzjoni b’film b’rita rqiqa.

(2)

Samsung Electronics Co., Ltd. (“Samsung”, il-Korea t’Isfel) hija attiva fil-manifatturar ta’ apparat elettroniku avvanzat u mezzi diġitali. L-impriża HDD Business of Samsung (minn hawn il quddiem imsejħa “Samsung HDD”) tfassal, timmanifattura, tippromwovi u tbigħ HDDs u XHDDs. Samsung HDD mhijiex integrata b’mod vertikali upstream fil-manifatturar tal-komponenti. Għalkemm l-impriża Samsung hija wkoll attiva fis-solid state drives (“SSDs”), mhijiex se tiġi trasferita għal Seagate.

II.   L-OPERAZZJONI

(3)

Fid-19 ta' April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika formali skont Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Seagate, permezz tas-sussidjarja tagħha Seagate Technology Public Limited Company, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet takkwista kontroll tal-HDD business of Samsung permezz ta’ xiri tal-assi.

(4)

It-tranżazzjoni tirrigwarda l-akkwist ta’ kontroll uniku fuq l-impriża HDD Business of Samsung permezz ta’ Seagate. In-negozju li għandu jinkiseb jikkonsisti l-aktar mill-assi kollha tanġbli u mhux tanġibli wżati b’mod esklussiv minn Samsung fir-riċerka u l-iżvilupp, fil-manifattura u l-bejgħ ta’ HDDs u XHDDs li huma fil-pussess jew mikrija minn Samsung. Għalhekk, it-tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(5)

It-tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-UE skont Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

III.   SOMMARJU

A.   Qafas analitiku

(6)

Konċentrazzjoni oħra li qed taffettwa l-istess swieq, jiġifieri l-akkwist minn Western Digital (“WD”) tan-negozji tal-HDDs u l-SSDs ta’ Hitachi Global Storage Technologies (“HGST”), ġiet notifikata lill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011, ġurnata wara t-tranżazzjoni attwali.

(7)

Il-valutazzjoni tal-effetti kompetittivi ta’ konċentrazzjoni proposta skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet tinvolvi paragun bejn il-kondizzjonijiet kompetittivi li jirriżultaw mill-amalgamazzjoni notifikata u l-kondizzjonijiet li kien ikun hemm fin-nuqqas tal-amalgamazzjoni. Fil-prinċipju, il-kondizzjonijiet kompetittivi li jeżistu fil-ħin tan-notifika jikkostitwixxu l-qafas rilevanti ta’ paragun għall-evalwazzjoni tal-effetti ta' konċentrazzjoni. Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi l-Kummissjoni tista' tqis bidliet futuri fis-suq li raġonevolment jistgħu jiġu mbassra.

(8)

Huwa inerenti fis-sistema ġenerali tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li l-ewwel parti li tinnotifika konċentrazzjoni li, pernmezz ta’ evalwazzjoni fuq il-merti tagħha stess, ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti kbira minnu, l-operazzjoni tagħha tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern fi ħdan il-limiti taż-żmien applikabbli. Mhuwiex meħtieġ u lanqas xieraq li jiġu kkunsidrati bidliet futuri fil-kondizzjonijiet tas-suq li jirriżultaw minn konċentrazzjonijiet sussegwentement notifikati.

(9)

L-approċċ ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” huwa l-uniku wieħed li jiżgura ċertezza legali biżżejjed u oġġettività. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-Regolament dwar l-Għaqdiet huwa li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(10)

Barra minn hekk, skont l-iskema tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, id-data ta’ notifika hija l-bażi l-aktar xierqa għall-applikazzjoni tar-regola ta’ prijorità. Din ir-regola hija kriterju ċar u oġġettiv, determinat fil-każijiet kollha skont ir-regoli tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 802/2004, li jagħmel parti minn sistema ta’ kontroll tal-amalgamazzjonijiet ibbażata fuq notifika.

(11)

B’mod konsistenti mal-prattika riċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tevalwa t-tranżazzjoni attwali skont ir-regola ta’ prijorità (“min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”) bbażata fuq id-data ta’ notifika. Għalhekk, fid-dawl tad-dati ta’ notifika, it-tranżazzjoni attwali hija evalwata b’mod indipendenti mit-tranżazzjoni WD/HGST filwaqt li tiġi kkunsidrata bħala punt ta’ tluq tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni struttura tas-suq mal-fornituri tal-HDDs li ġejjin: Seagate, WD, HGST, Toshiba, u Samsung HDD.

B.   Is-suq rilevanti

1.   Introduzzjoni

(12)

L-HDDs huma apparat li jagħmel użu minn diska tar-rotazzjoni waħda jew aktar bl-uċuħ superfiċjali manjetiċi (mezzi) għall-ħżin u l-aċċess tad-dejta. L-HDDs jipprovdu ħżin ta’ dejta li ma tintilifx, jiġifieri d-dejta tibqa’ preżenti meta l-apparat ma jkunx imqabbad mal-elettriku.

(13)

Il-komponenti ewlenin ta’ hard drive huma l-Assemblaġġ tal-Head-Disk (“HDA”) u l-Assemblaġġ tal-Bord taċ-Ċirkwiti Stampati (“PCBA”). L-impriżi Toshiba u Samsung HDD jixtru komponenti kbar bħal heads u mezzi mingħand kumpaniji terzi li jimmanifatturawhom, bħal TDK għall-heads u Showa Denko għall-mezzi. Fornituri oħra, jiġifieri Seagate, WD and HGST, jipproduċu huma stess il-maġġoranza kbira ta’ dawn il-komponenti ewlenin.

(14)

Id-differenzazzjoni tal-HDDs hija possibbli skont il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, bħall-qies (fatturi tal-għamla 3,5″, 2,5″, 1,8″), il-veloċità tar-rotazzjoni (ħin ta’ tfittxija), il-wisa’ għall-ħżin u t-tip ta’ interfaċċja.

(15)

Barra dan, l-HDDs huma ġeneralment kategorizzati skont ir-referenza tal-użu finali tagħhom, b’mod partikolari:

(a)   HDDs tal-Intrapriża

(16)

L-HDDs tal-Intrapriża huma użati l-aktar f’servers u sistemi għall-ħżin tal-intrapriża. Il-HDDs tal-Intrapriża jistgħu jkomplu jiġu mqassma f’: (i) L-HDDs ta’ Missjoni Kritika (użati f’servers jew dajowds tal-ħżin bi prestazzjoni għolja li jeħtieġu affidabilità ta’ 99,999 % ); u (ii) L-HDDs Kritiċi fin-Negozju (użati l-aktar fil-faċilitajiet il-kbar tal-ħżin jew il-kmamar tas-servers (server farms) ta’ kumpaniji tal-internet li joperaw 24 siegħa kuljum).

(b)   HDDs għall-Kompjuters Desktop

(17)

L-HDDs għall-Kompjuters Desktop huma inkorporati fil-kompjuters personali maħsubin għall-użu regolari f’post wieħed (djar, negozji u netwerks b’aktar minn utent wieħed). Kważi l-HDDs kollha għall-applikazzjonijiet tal-Kompjuters Desktop huma bbażati fuq il-fattur tal-għamla ta’ 3,5″, li joffri l-akbar wisa’ għall-ħżin bl-anqas prezz għal kull GB.

(c)   HDDs Mobbli

(18)

L-HDDs Mobbli huma primarjament inkorporati f’kompjuters notebook u apparat ieħor mobbli. Il-konsumaturi jużaw kompjuters mobbli kemm fid-djar kif ukoll barra u fin-negozji. Ħafna HDDs Mobbli huma bbażati fuq il-fattur tal-għamla ta’ 2,5″. Ġeneralment dawn l-HDDs ikunu ogħla fil-prezz u jkollhom anqas wisa’ għall-ħżin minn HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″.

(d)   HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur

(19)

L-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur jintużaw f’ (i) reġistraturi tal-vidjos diġitali (“DVRs”) u f’dekodifikaturi li joperaw bis-satellita u bil-kejbil (“STBs”), u (ii) consoles tal-logħob. Il-HDDs fornuti għall-applikazzjonijiet tal-Elettronika tal-Konsumatur jinkludu kemm drives bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″ kif ukoll ta’ 2,5″ (2) B’kuntrast mal-HDDs użati fl-applikazzjonijiet tal-kompjuters personali (kemm jekk Kompjuters Desktop kif ukoll Mobbli), il-HDDs bil-fattur tal-għamla ta’ 2,5″ u 3,5″ użati fil-prodotti tal-Elettronika tal-Konsumatur huma fornuti b’kodiċi speċifiċi ta’ firmware addattati skont l-iskop speċifiku tal-applikazzjoni.

2.   Swieq differenti tal-HDDs skont il-fattur tal-għamla u l-użu finali

(20)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li ma teżisti ebda sostitwibbiltà mil-lat tad-domanda fl-HDDs kollha billi d-diversi applikazzjonijiet tal-użu finali fejn il-HDDs huma l-biċċa l-kbira inkorporati jiddeterminaw il-ħtiġijiet tekniċi tal-HDDs (il-wisa’, l-interfaċċja, il-veloċità tar-rotazzjoni (rpm) u l-fattur tal-għamla). B’żieda ma’ dan, fi ħdan l-istess applikazzjoni tal-użu finali HDDs b’fatturi differenti tal-għamla (jiġifieri ta’ 3,5″ u 2,5″) ma jistgħux jinbidlu min-naħa tal-konsumatur.

(21)

L-HDDs użati f’applikazzjonijiet differenti tal-użu finali huma soġġetti wkoll għal dinamiki industrijali differenti u mudelli differenti tal-katina ta’ provvista. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat ukoll li m’hemmx biżżejjed sostitwibbiltà mil-lat tal-provvista fit-tipi kollha tal-HDDs f’termini ta’ effettività u immedjatezza. Fin-nuqqas ta’ tali sostitwibbiltà mil-lat tal-provvista, is-suq ma jistax jiġi mfisser f’mod aktar wiesa’.

(22)

Il-Kummissjoni fissret dawn is-swieq tal-prodott rilevanti li ġejjin: (i) L-HDDs ta’ Missjoni Kritika għall-Intrapriża (3), (ii) L-HDDs Kritiċi fin-Negozju għall-Intrapriża b'fattur tal-għamla ta' 3,5″, (iii) L-HDDs għall-Kompjuters Desktop b'fattur tal-għamla ta' 3,5″, (iv) L-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur (“CE”) b'fattur tal-għamla ta' 3,5″ (v) L-HDDs Mobbli b’fattur tal-għamla 2,5″ u (vi) L-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur b’fattur tal-għamla ta’ 2,5″.

(23)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni u d-deċiżjonijiet preċedenti indikaw li s-swieq tal-HDDs kollha huma ta’ dimensjoni mondjali.

3.   XHDDs

(24)

Il-Hard Disk Drives esterni (XHDDs) jippermettu lill-utenti tal-kompjuters personali li jżidu l-ispazju għall-ħżin tas-sistemi tal-Kompjuters Personalizzati tagħhom, tan-netwerks fid-dar u dawk żgħar fl-uffiċju tagħhom, jew tal-apparat għall-elettronika tal-konsumatur tagħhom. Dawn il-hard disk drives jipprovdu soluzzjonijiet awtonomi għall-ħżin. L-XHDDs jużaw il-HDDs bħala inputs. B’kuntrast mal-HDDs interni, l-XHDDs jinbiegħu bħala prodotti lesti fis-suq ħieles u sostanzjalment jimmiraw lejn konsumaturi differenti, l-aktar utenti finali tal-Kompjuters Personalizzati u tal-apparat għall-elettronika tal-konsumatur b’kuntrast mal-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali (OEMs). Il-biċċa l-kbira tal-XHDDs jirrappreżentaw negozju tal-prodotti bil-marka tad-ditta.

(25)

Il-Kummissjoni tqis li l-XHDDs jikkostitwixxu suq tal-prodott separat downstream minn dak tal-HDDs. Barra minn hekk il-Kummissjoni tqis li s-suq tal-XHDDs huwa attwalment reġjonali u għalhekk għandu jiġi valutat fil-livell taż-ŻEE kollha, billi il-konsumaturi kif ukoll it-taħlita tal-konsumaturi tvarja b’mod sinifikanti bejn reġjun u ieħor. Bl-istess mod, l-identità u n-numri tal-fornituri tal-XHDDs ivarjaw tul ir-reġjuni differenti fid-dinja.

C.   Evalwazzjoni kompetittiva

Effetti li mhumiex ikkordinati

(26)

Skont l-estimi tagħha, il-kumpanija Seagate hija attwalment l-akbar fornitur tal-HDDs f'termini ta' dħul, u kważi t-tieni l-akbar wara WD f’termini ta’ volum għall-HDDs b’mod ġenerali. Seagate hija l-akbar fornitur fis-swieq tal-HDDs ta’ Missjoni Kritika għall-Intrapriża (b'([60-70] % sehem mis-suq fi dħul), tal-HDDs ta’ Negozju Kritiku għall-Intrapriża (b'[30-40] % sehem mis-suq fi dħul) u tal-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur b’fattur tal-għamla ta’ 3,5″ (b’[40-50] % sehem mis-suq fi dħul), il-kumpanija hija t-tieni l-akbar fornitur fis-suq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-forma tal-għamla ta’ 3,5″ (b'[30-40] % sehem mis-suq fi dħul) u t-tielet l-akbar fornitur fis-suq tal-HDDs Mobbli bil-fattur tal-għamla ta’ 2,5″ (b’[10-20] % sehem mis-suq fi dħul).

(27)

L-attivitajiet ta’ Seagate u ta’ Samsung HDD huma komuni fis-swieq kollha tal-HDDs bl-eċċezzjoni tas-suq tal-HDDs b’Missjoni Kritika għall-Intrapriża (fejn Samsung mhix preżenti) li għalhekk mhuwiex stmat għall-iskop tad-deċiżjoni attwali. Bħala riżultat tat-tranżazzjoni proposta, Seagate se tkun l-attur prinċipali fis-swieq kollha tal-HDDs bl-eċċezzjoni tas-suq tal-HDDs maħsubin għall-Elettronika tal-Konsumatur bil-fattur tal-għamla ta’ 2,5″ li mhuwiex affettwat (4).

(28)

L-istruttura tas-suq u d-dinamiki kompetittivi jvarjaw għal kull wieħed mis-swieq rilevanti tal-HDDs. Xorta waħda hemm numru ta’ fatturi rilevanti għall-istima kompetittiva tal-Kummissjoni għal kull wieħed minn dawn is-swieq, kif spjegat hawn taħt.

(29)

Il-Kummissjoni tqis li l-prodotti fis-swieq tal-HDD għandhom fatturi tal-prodotti differenzjati aktar milli prodotti purament ta’ komodità.

(30)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li l-prattika tal-multisourcing hija importanti ħafna għall-konsumaturi tal-HDDs minħabba raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista kif ukoll biex wieħed jibbenifika mill-provvista bi prezzijiet kompetittivi. Barra dan, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni qalet li tliet fornituri kwalifikati u affidabbli jkunu biżżejjed għal politika effettiva ta’ multisourcing. Billi l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li kemm WD kif ukoll HGST huma kwalifikati mill-konsumaturi tal-HDDs bħala fornituri validi u affidabbli tal-HDDs, isegwi li ma jkunx hemm impatt fuq il-proċess ta' wara t-tranżazzjoni, il-kapaċità li titwettaq il-prattika tal-multisourcing mill-OEMs.

(31)

Seagate u Samsung HDD mhumiex kompetituri mill-qrib. Samsung HDD u Seagate għandhom gruppi ta’ konsumaturi differenti. Il-kumpanija Samsung HDD ma tidhirx bħala fornitur sinifikanti għall-OEMs meta mqabbla ma’ Seagate u l-kompetituri l-oħra tal-HDDs.

(32)

L-integrazzjoni vertikali upstream toħloq vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-fornituri tal-HDDs. Filwaqt li Seagate hija integrata b’mod vertikali, Samsung HDD għandha sserraħ fuq partijiet terzi għall-provvista tagħha ta’ komponenti ewlenin tal-HDDs.

(33)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li ma jkunx hemm possibiltà ta' dħul fil-ħin u suffiċjenti ta' kompetitur ġdid tal-HDDs. F’kull każ, it-tranżazzjoni proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’ebda suq tal-HDDs.

(34)

Għar-raġunijiet spjegati hawn taħt, it-tranżazzjoni proposta mhix se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’ebda suq mondjali tal-HDDs jew fis-suq tul iż-ŻEE tal-XHDDs.

(35)

It-tranżazzjoni se twassal għal tnaqqis minn erbgħa għal tlieta fin-numru ta’ fornituri fis-swieq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″ u tal-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″, u minn ħamsa għal erbgħa fornituri fis-swieq tal-HDDs Mobbli bil-fattur tal-għamla ta' 2,5″ u tal-HDDs Kritiċi fin-Negozju għall-Intrapriża bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″.

(36)

Fis-swieq tal-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″ u tal-HDDs ta’ Kritiċi fin-Negozju għall-Intrapriża bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″, it-tranżazzjoni twassal biss għal żieda żgħira fis-sehem fis-suq ta’ Seagate billi s-sehem fis-suq ta’ Seagate hija żgħira ħafna (anqas minn 2 %).

(37)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li għalkemm l-entità ta’ amalgamazzjoni se tibbenifika minn sehem fis-suq sostanzjali fis-suq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta' 3,5″, hija tkompli tiffaċċja tal-anqas żewġ kompetituri b’saħħithom b’sehem fis-suq importanti, jiġifieri WD u HGST. Barra dan, Seagate u Samsung mhumiex kompetituri mill-qrib. Bit-tliet fornituri li jifdal, il-konsumaturi jkollhom biżżejjed possibiltajiet li jibdlu l-fornituri u li japplikaw politika ta’ multisourcing b’mod effettiv. F’każ li jiżdied il-prezz, teżisti l-possibiltà li HGST u WD jkollhom il-kapaċità u l-inċentiv li jżidu l-provvista tagħhom. Fl-aħħar, l-amalgamazzjoni ma teskludix forza kompetittiva partikolarment importanti fis-suq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″.

(38)

Dawn is-sejbiet huma validi a fortiori għas-suq tal-HDDs Mobbli bil-fattur tal-għamla ta’ 2,5″ fejn wara t-tranżazzjoni jifdal erba’ kompetituri u, b’żieda ma’ WD u HGST, l-entità ta’ amalgamazzjoni tiffaċċja wkoll lil Toshiba bħala kompetitur.

(39)

Fir-rigward tas-suq tal-XHDD fiż-ŻEE, dan is-suq qed jikber b’rata aktar mgħaġġla mis-swieq interni tal-HDDs. Mil-lat tal-provvista, is-suq tal-XHDDs jidher li huwa anqas konċentrat mis-swieq tal-HDDs. B’żieda mal-produtturi tal-HDDs, hemm fornituri alternattivi tal-XHDDs li mhumiex integrati b’mod vertikali upstream fil-manifatturar tal-HDDs.

(40)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li (i) Seagate hija biss it-tieni l-akbar attur fis-suq ([10-20] %) u taqsam din it-tieni pożizzjoni ma’ Iomega; (ii) l-akkwist ta’ Samsung HDD li attwalment hija l-attur numru 6 fis-suq ([0-5] %) ma żżidx b’mod konsiderevoli l-pożizzjoni tas-suq ta’ Seagate u l-entità ta’ amlagamazzjoni jkollha sehem fis-suq anqas minn 25 % fuq is-suq tal-XHDDs fiż-ŻEE, li minnu jista’ jiġi ssoponut in-nuqqas ta’ xi effetti antikompetittivi. (iii) fil-futur qarib se jkun għad hemm biżżejjed atturi attivi fis-suq tal-XHDD fiż-ŻEE li jikkompetu mal-entità ta’ amalgamazzjoni, u (iv) mhemmx possibiltà li t-tranżazzjoni proposta tippermetti lill-entità ta’ amalgamazzjoni tfixkel it-tkabbir minn ħafna mill-kompetituri billi ma jkollhiex il-kapaċità u lanqas l-inċentiv biex iżżid il-prezz tal-atturi integrati b'mod mhux vertikali.

Effetti kkoordinati

(41)

L-investigazzjoni tas-suq mill-Kummissjoni ma żvelatx evidenza ta’ koordinazzjoni b’suċċess fis-swieq rilevanti li fihom jeżistu attwalment erba’ fornituri tal-HDDs, bħas-suq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″. Dan jindika li tnaqqis għal erba’ manifatturi tal-HDD wara l-amalgamazzjoni ma jwasslux b’mod awtomatiku għal riskju ta’ koordinazzjoni speċifiku għall-amalgamazzjoni.

(42)

It-tneħħija ta’ Samsung HDD ma ġġibx magħha effett materjali speċifiku għall-amalgamazzjoni f’numru ta’ swieq rilevanti minħabba nuqqas jew preżenza żgħira (5) ta’ Samsung HDD f’dawn is-swieq qabel ma ssir it-tranżazzjoni proposta. Notevolment dan japplika għas-swieq tal-HDDs b’Missjoni Kritika għall-Intrapriża, għall-HDDs Kritiċi fin-Negozju għall-Intrapriża bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″, u għall-HDDs għall-Elettronika tal-Konsumatur bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″.

(43)

Fir-rigward tas-suq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″, ta’ min jinnota li Samsung HDD mhix forza innovattiva partikolarment b’saħħitha jew kompetitur partikolarment b’saħħtu.

(44)

Fis-suq tal-HDDs għall-Kompjuters Desktop bil-fattur tal-għamla ta’ 3,5″ il-livell tal-assimetrija wara l-amalgamazzjoni jibqa’ għoli waqt li jiġi kkunsidrat li d-differenza bejn l-entità kombinata u l-kumpanija HGST għandha proporzjon akbar minn 3,5 għal 1 (3.5:1), u bejn Western Digital u HGST ta’ aktar minn 3 għal 1 (3:1). B’żieda ma’ dan, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li HGST għandha l-inċentiva li tespandi l-bejgħ u tkabbar is-sehem tagħha ta’ [10-20] % u mhemmx il-possibiltà li taċċetta l-istatus quo biex tibqa’ fit-tielet post distanti fis-suq.

(45)

It-tranżazzjoni proposta għalhekk ma toħloqx xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li joħroġ minn effetti koordinati fis-swieq rilevanti tal-HDDs.

Relazzjonijiet vertikali

(46)

It-tranżazzjoni proposta toħloq relazzjonijiet vertikali bejn is-swieq upstream għall- (i) heads u (ii) mezzi li huma tnejn mill-komponenti wżati fil-manifattura tal-HDDs, u (iii) is-swieq downstream għall-HDDs li jużaw dawk il-komponenti.

(47)

B’kuntrast ma’ Seagate il-Kumpanija Samsung mhix integrata b'mod vertikali upstream fil-produzzjoni tal-komponenti tal-HDD bħal heads jew mezzi. Il-kumpanija Toshiba mhix lanqas integrata b’mod vertikali u tiddependi fuq fornituri terzi għall-għoti ta' heads u mezzi.

(48)

Madankollu, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li wara t-tranżazzjoni l-kumpanija Seagate ma’ jkollhiex il-kapaċità jew l-inċentiv biex issegwi strateġija ta’ esklużjoni kontra TDK (l-uniku fornitur tal-heads fis-suq ħieles) li tirriskja ddgħajjef lil TDK u min-naħa l-oħra tipperikola l-provvista kompetittiva ta’ dan il-komponent ewlieni għal Toshiba. B’mod partikolari, skont l-Ittra ta’ Intenzjoni ffirmata bejn Seagate u TDK fit-3 ta' Awwissu 2011, l-entità ta’ amalgamazzjoni se tkompli tixtri volum sufficjenti ta’ heads minn TDK tal-anqas sal-2014.

(49)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat ukoll li x’aktarx it-tranżazzjoni proposta ma jkollha l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq il-fornituri attwali tal-mezzi ta' Samsung (Showa Denko u Fuji).

IV.   KONKLUŻJONI

(50)

Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se xxekkel il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f'xi parti sostanzjali minnu b'mod sinifikanti.

(51)

Bħala konsegwenza l-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-Suq Intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE, b'konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Id-drive bil-fattur tal-għamla ta’ 1,8″ mhux se jkun diskuss billi la Seagate u lanqas Samsung ma jimmanifatturaw dan it-tip ta’ HDDs.

(3)  Għall iskop tad-deċiżjoni m’hemmx bżonn li ssir distinzjoni fl-HDDs ta’ Missjoni Kritika għall-Intrapriża skont il-fattur tal-għamla billi ma joħroġ l-ebda tħassib ta' kompetittività f'dan is-suq taħt kwalunkwe definizzjoni alternattiva ta' suq tal-prodott.

(4)  Billi s-sehem fis-suq kombinat tal-partijiet huwa anqas minn 15 %.

(5)  2 % sehem fis-suq jew anqas.


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/13


Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja (1) u t-Turkija

2012/C 154/07

Għall-iskop tal-ħolqien ta’ kumulazzjoni djagonali tal-oriġini fost l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija, l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kkonċernati, jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli ta’ oriġini li hemm fis-seħħ ma’ pajjiżi oħra.

It-tabella mehmuża, li hija bbażata fuq in-notifiki miksuba mill-pajjiżi kkonċernati, tagħti viżjoni ġenerali tal-protokolli tar-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali li tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tissostitwixxi dik ta' qabilha (ĠU C 63, 2.3.2012, p. 8).

Huwa mfakkar li l-kumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-kisba ta' status tal-oriġini, jiġifieri mal-pajjiżi kollha li fihom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjali li joriġinaw f'pajjiż li ma jkunx ikkonkluda ftehim mal-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinanti.

Huwa mfakkar ukoll li l-materjali li joriġinaw mit-Turkija kopert mill-unjoni doganali UE/Turkija jistgħu jiġu inkorporati bħala materjali oriġinali għal skop ta’ kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi parteċipanti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bih ikun daħal fis-seħħ protokoll ta’ oriġini.

Il-Kodiċijiet ISO-Alpha-2 għall-pajjiżi elenkati fit-tabella huma mniżżlin hawn taħt:

L-Albanija

AL

Il-Bożnija u Ħerzegovina

BA

Il-Kroazja

HR

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK (2)

Montenegro

ME

Is-Serbja

RS

it-Turkija

TR

Id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroażja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

 

UE

AL

BA

HR

MK

ME

RS

TR

UE

 

1.1.2007

1.7.2008

1.6.2011

1.1.2007

1.1.2008

8.12.2009

 (3)

AL

1.1.2007

 

22.11.2007

22.8.2007

26.7.2007

26.7.2007

24.10.2007

1.8.2011

BA

1.7.2008

22.11.2007

 

22.11.2007

22.11.2007

22.11.2007

22.11.2007

14.12.2011

HR

1.6.2011

22.8.2007

22.11.2007

 

22.8.2007

22.8.2007

24.10.2007

1.5.2012

MK

1.1.2007

26.7.2007

22.11.2007

22.8.2007

 

26.7.2007

24.10.2007

1.7.2009

ME

1.1.2008

26.7.2007

22.11.2007

22.8.2007

26.7.2007

 

24.10.2007

1.3.2010

RS

8.12.2009

24.10.2007

22.11.2007

24.10.2007

24.10.2007

24.10.2007

 

1.9.2010

TR

 (3)

1.8.2011

14.12.2011

1.5.2012

1.7.2009

1.3.2010

1.9.2010

 


(1)  L-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja huma l-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(2)  Kodiċi ISO 3166 Kodiċi proviżorja li ma tippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun sar ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)  Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/15


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 154/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

23.4.2012

Tul ta' żmien

23.4.2012-31.12.2012

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

HKE/571214

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

Iż-żoni VI u VII; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII u XIV

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2012/C 154/09

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 6/12/EMP

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

L-awtorità awtorizzanti

L-isem

L-Amministrazzjoni Norveġiża tax-Xogħol u l-Welfare

L-indirizz

Postboks 5 St. Olavs plass

0130 Oslo

NORWAY

Il-paġna tal-internet

http://www.nav.no

It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna

(Forskrift om forsøk med funksjonsassistanse i arbeidslivet)

Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Regolament (UE) Nru 1363/2011

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

http://www.lovdata.no/for/sf/ad/xd-20111212-1363.html

It-tip ta’ miżura

Skema

X

It-tul ta’ żmien

Skema

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2013

Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

X

It-tip ta' benefiċjarju

SME

X

Impriżi kbar

X

Il-baġit

L-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

Madwar NOK 30 miljun

Għall-garanziji

NOK … (f'miljuni)

L-istrument ta' għajnuna (Art. 5)

Għotja

X

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima ta’ għajnuna f' % jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME – bonusijiet f' %

Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità (Art. 40-42)

Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta’ sussidji għall-pagi (Art. 40)

… %

 

Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji għall-pagi (Art. 41)

… %

 

Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità (Art. 42)

Spejjeż addizzjonali iddokumentati għall-assistent, għal sena waħda f’dak iż-żmien

 


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2012/C 154/10

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 7/12/ENV

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

Ir-reġjun

L-isem tar-Reġjun (NUTS)

Livell 3: County Hordaland

L-istatus tal-għajnuna reġjonali: żoni mħallta

L-Awtorità awtorizzanti

L-isem

Osterfjord Næringssamarbeid,

ved Industrikonsulenten på Osterøy

5282 Lonevåg

NORWAY

L-indirizz u l-paġna tal-internet

http://www.rup.no fittex għal “Osterfjord”

It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Pilotprosjekt for å utløyse ei bioenerginæring i Hordaland (Proġett pilota biex jistimula l-istabbiliment ta’ settur tal-bioenerġija fir-reġjun ta’ Hordaland)

Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Finanzjament mill-Kunsill ta’ Hordaland County, ittra tal-20 Diċembru 2006, FK06-06. Numru ta’ referenza: 200504724-16/3/AARN

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

http://www.rup.no/vision/vision1.aspx?hierarchyid=753&type=5

It-tip ta’ miżura

Skema

Iva

Emenda ta' miżura ta' għajnuna eżistenti

Le

 

Estensjoni

Mill-31.12.2011 sal-31.12.2012

It-tul ta’ żmien

Skema

Mid-19.12.2008 sal-31.12.2012

Is-setturi ekonomiċi kkonċernati

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

 

Limitata għal setturi speċifiċi – Jekk jogħġbok speċifika skont NACE Rev. 2.

Artikolu 23:

Produzzjoni tal-enerġija minn sorsi ta' enerġija bijoloġika li tiġġedded f'dawn is-setturi li ġejjin:

 

35.113 Produzzjoni tal-elettriku permezz tal-bijofjuwil, ħruq tal-gass tal-iskart u tal-landfill (35.113 Produksjon av elektrisitet fra biobrensel, avfallsforbrenning og deponigass)

 

35.3 Provvista ta' fwar u arja kkondizzjonata (35.3 Damp- og varmtvannsforsyning)

Art.15: Ma hemmx estensjoni

It-tip ta' benefiċjarju

SME

Iva

Impriżi kbar

Le

Il-baġit

L-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema

Għall-perjodu kollu ta' 4 snin;

NOK 2 (f'miljuni)

L-istrument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

Iva

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima ta’ għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna f'NOK

SME–bonusijiet f’ %

Għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent

(Art. 17-25)

Għajnuna għall-investiment ambjentali għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

(Art. 23)

45 %

20 % impriżi żgħar,

10 % impriżi ta' daqs medju

Għajnuna għal studji dwar l-ambjent

(Art. 24)

… %

 

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis f’taxxi ambjentali

(Art. 25)

… NOK

 


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/20


Opinjoni tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ippreżentata waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni marbuta ma' il-Każ COMP/M.6214 – Seagate Technology/In-negozju tal-HDDs ta’ Samsung

Relatur: L-Italja

2012/C 154/11

Konċentrazzjoni

1.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu ma' kif il-Kummissjoni tiddefinixxi s-swieq ta' prodotti rilevanti fl-abbozz ta’ Deċiżjoni.

B’mod partikolari, fejn tidħol id-definizzjoni tas-suq ta’ prodott, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu li l-impatt tat-tranżazzjoni proposta trid tiġi evalwata skont is-swieq li ġejjin:

(a)

Is-suq għal HDDs Mission Critical Enterprise, ta’ 3,5″;

(b)

Is-suq għal HDDs Business Critical Enterprise, ta’ 3,5″;

(c)

Is-suq għal HDDs Desktop, ta’ 3,5″;

(d)

Is-suq għal HDDs CE, ta’ 3,5″;

(e)

Is-suq għal HDDs Mobile, ta’ 2,5″;

(f)

Is-suq għal HDDs CE, ta’ 2,5″; u għal

(g)

Is-suq għal HDDs esterni.

4.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mad-definizzjoni tas-suq ġeografiku għal:

(a)

HDDs; u għal

(b)

HDDs esterni.

Kontrafattwali

5.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jablu mal-Kummissjoni li, għal skopijiet tal-evalwazzjoni kompetittiva tat-tranżazzjoni proposta, l-aktar approċċ xieraq ikun li tiġi adottata r-regola tal-prijorità (“min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”), abbażi tad-data ta’ notifika.

6.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta trid tiġi evalwata fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva li tkun teżisti fil-mument tan-notifika tagħha, jiġifieri mingħahr ma tittieħed f’kunsiderazzjoni t-tranżazzjoni fil-Kaz COMP/M.6203 Western Digital/Viviti Technologies (Hitachi Global Storage Technologies, dan l-aħħar imsemmija Viviti Technologies).

Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni

Effetti li mhumiex ikkordinati

7.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-opinjoni tal-Kummissjoni li għandhom jiġu evalwati l-effetti mhux koordinati fis-swieq li ġejjin:

(a)

Is-suq dinji għal HDDs Desktop, ta’ 3,5″;

(b)

Is-suq dinji għal HDDs Mobile, ta’ 2,5″;

(c)

Is-suq dinji għal HDDs Business Critical Enterprise, ta’ 3,5″;

(d)

Is-suq dinji għal HDDs CE, ta’ 3,5″; u

(e)

Is-suq ta’ madwar iż-ŻEE għal HDDs esterni.

8.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-klijenti ta’ wara t-tranżazzjoni se jkollhom il-possibbiltà li jissorsjaw minn ta’ lanqas tliet fornituri qawwija tal-HDDs u li t-tranżazzjoni proposta mhix se jkollha impatt fuq il-ħila tal-klijenti li jagħmlu multi-sourcing u li jpartu l-fornituri fis-swieq kollha relevanti tal-HDD.

9.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li Seagate u Samsung HDD mhumiex kompetituri partikolarment qrib ta’ xulxin fl-ebda wieħed mis-swieq relevanti ta’ HDD.

10.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta mhux se telimina xi forza kompetittiva importanti dovuta għall-ħiliet anqas kompetittivi u innovattivi ta’ Samsung.

11.

Fejn jidħol is-suq ta’ HDDs esterni madwar iż-ŻEE, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li:

(a)

L-akkwist ta’ Samsung mhux sejjer isaħħaħ b’xi mod konsiderevoli l-pożizzjoni fis-suq ta’ Seagate;

(b)

Anki meta wieħed iqis ix-xejra fis-suq preżenti ta’ manifatturi ta’ HDD li qed jakkwistaw b’ħeffa partijiet mis-suq għad-dannu tal-fornituri ta’ HDDs esterni mhux integrati, wara t-tranżazzjoni se jibqgħu preżenti fis-suq tal-HDDs esterni ta’ madwar iż-ŻEE tliet fornituri alternattivi kredibbli; u

(c)

L-entità amalgamata la se jkollha l-abilità u lanqas l-inċentiv li toħloq esklużività f’xi parti sinifikanti mis-suq.

12.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jabqlu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li mhux probabbli li t-tranżazzjoni proposta twassal għal effetti mhux koordinati li jxekklu b’xi mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq dinjija tal-HDDs għal Desktop HDDs tat-3,5″, HDDs Mobile ta’ 2,5″, HDDs Business Critical ta’ 3,5″, u HDDs CE tat-3,5″ u lanqas fis-suq tal-HDDs esterni ta’ madwar iż-ŻEE.

Effetti kkoordinati

13.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li huwa probabbli li t-tranżazzjoni proposta mhux se żżid il-ħila tal-fornituri tal-HDDs li jifdal li jaslu għal kundizzjonijiet ta' koordinazzjoni.

14.

B’mod partikolari, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-opinjoni tal-Kummissjoni li:

(a)

It-tneħħija ta’ Samsung HDD ma ġġibx magħha effett materjali speċifiċi għall-amalgamazzjoni f’numru ta’ swieq rilevanti minħabba n-nuqqas jew il-preżenza insinifikanti ta’ Samsung fis-swieq għal HDDs Business Critical Enterprise, ta’ 3,5″ u ta’ HDDs CE ta’ 3,5″;

(b)

Fejn jidħol is-suq tal-HDDs Desktop tat-3,5″, Samsung mhix xi forza qawwija ta’ innovazzjoni jew xi kompetitur partikolarment qawwi u għalhekk l-effet tat-tneħħija ta’ Samsung x’aktarx li jkun limiat fejn jidħlu l-effetti koordinati;

(c)

Rigward is-suq tal-HDDs Desktop tat-3,5″, il-livell ta’ asimmetrija wara l-amalgamazzjoni jibqa’ għoli;

(d)

Jidher li huwa probabbli li HGST jkollha inċentivi qawwija biex ma tipparteċpax f’xi koordinazzjoni fis-suq tal-HDDs Desktop tat-3,5″.

15.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li mhux probabbli li t-tranżazzjoni proposta twassal għal xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva minn effetti koordinati.

Effetti vertikali

16.

Fejn jidħlu relazzjonijiet vertikali bejn is-swieq downstream tal-HDDS u s-swieq upstream għal komponenti prinċipali, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li mhux probabbli li t-tranżazzjoni proposta xxekkel il-kompetizzjoni effettiva.

17.

Fejn jidħlu relazzjonijiet vertikali bejn is-swieq downstream tal-HDDs u s-swieq upstream għal komponenti tal-medja, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li mhux probabbli li t-tranżazzjoni proposta xxekkel il-kompetizzjoni effettiva.

Konklużjoni

18.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li mhux probabbli li t-tranżazzjoni proposta xxekkel il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’xi parti sostanzjali minnu.

19.

L-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u li t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Christian LUND

Tone H. AARTHUN


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6614 – Samsung Electronics/Samsung Mobile Display)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/12

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Samsung Electronics Co., Ltd (“SEC”, il-Korea ta’ Isfel) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-impriża Samsung Mobile Display (“SMD”, il-Korea ta’ Isfel) permezz tax-xiri tal-assi. SEC attwalment teżerċita kontroll konġunt fuq SMD.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fil-każ tal-SEC: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta' firxa wiesgħa ta' prodotti fil-qasam tal-elettronika u t-teknoloġija tal-informazzjoni. Partikolarment, l-SEC tipproduċi skrinijiet tal-kristall likwidu bi tranżistur b’tertuqa rqiqa ta’ daqs medju sa kbir (“TFT-LCD”) għal televixins u moniters, applikazzonijiet tal-informazzjoni diġitali u kompjuters portabbli,

fil-każ tal-SMD: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ TFT-LCD u dajowds organiċi li jarmu d-dawl (“OLED”), skrinijiet bil-panel li jintużaw bħala sistemi ta’ wiri ta’ informazzjoni trażmessa għal tagħmir mobbli bħat-telefowns ċellulari, kameras diġitali u mezzi tal-midja portabbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6614 – Samsung Electronics/Samsung Mobile Display, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6469 – Tognum/TMH/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/13

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha JSC Transmashholding (“TMH”, il-Federazzjoni Russa), li fundamentalment hija kkontrollata minn Alstom Holdings (“Alstom”, Franza) u Russian Railways (“RZD”, ir-Russja), u Tognum AG (“Tognum”, il-Ġermanja) jiksbu, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt fuq impriża konġunta b'funzjoni sħiħa ġdida (il-“JV”, il-Federazzjoni Russa) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fil-każ tal-TMH: il-manifattura ta' magni li jitħaddmu bid-diżil fir-Russja u fi swieq magħżulin tal-esportazzjoni, fost oħrajn,

fil-każ tat-Tognum: l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, il-forniment u l-manutenzjoni ta' magni li jitħaddmu bid-diżil u sistemi kompluti ta' propulsjoni għal applikazzjonijiet diversi, fost oħrajn,

fil-każ tal-JV: se tiżviluppa, timmanifattura u tbiegħ il-magni li jitħaddmu bid-diżil fis-swieq Russi u fis-swieq tal-esportazzjoni magħżulin.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6469 – Tognum/TMH/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/14

1.

Fil-21 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arrow Electronics Inc (“Arrow”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Altimate Group SA (“Altimate”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Arrow: distribuzzjoni globali bl-ingrossa ta' komponenti elettroniċi (inkluż semikondutturi u prodotti passivi elettromekkaniċi u tal-interkonnessjoni) u soluzzjonijiet informatiċi u tal-intrapriża (softwer u ħardwer, inklużi servers u prodotti għall-ħażna tad-dejta) u servizzi anċillari ta' appoġġ għal utenti industrijali u kummerċjali,

għal Altimate: Distribuzzjoni bl-ingrossa ta' softwer (b'mod partikolari l-ġestjoni tad-dejta, il-ġestjoni tal-IT, is-softwer għas-sigurtà u l-virtualizzazzjoni) u prodotti tal-ħardwer (partikolarment servers u prodotti għall-ħażna tad-dejta) u servizzi relatati prinċipalment fiż-ŻEE (b’mod partikolari fi Franza, fil-Portugall, fi Spanja, fir-reġjun tal-Benelux, u fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6610 – CVC/AlixPartners)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/15

1.

Fl-24 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (“CVC”), il-Lussemburgu, membru tal-grupp CVC, takkwista l-kontroll totali, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tal-impriża AlixPartners LLP (“Alix”), l-Istati Uniti tal-Amerika, billi tixtri l-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-grupp CVC huwa magħmul minn entitajiet konsultattivi ta' proprjetà privata li l-attivitajiet tagħhom huma l-għoti ta’ pariri fl-investimenti lill-Fondi CVC u/jew il-ġestjoni tal-investimenti f’isimhom. Il-Fondi CVC għandhom interess ta’ kontroll f’għadd ta’ kumpaniji f’industriji varji inklużi l-industriji tal-kimika, tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, prinċiplament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku,

Alix hija impriża globali li tipprovdi servizzi ta' konsulenza korporattiva lin-negozji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6610 – CVC/AlixPartners, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/28


Rettifika għal-Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill – Jannar, Frar, Marzu u April 2012 (qasam soċjali)

(Dan it-test jannulla u jbiddel dak ippubblikat f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 135 tad-9 ta' Mejju 2012, p. 6 )

2012/C 154/16

 

Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill

Jannar, Frar, Marzu u April 2012 (qasam soċjali)

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/ħatra

Membru/ Membru supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Carita RAMMUS

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Estonja

Is-Sinjura Kristi SUUR

Rappreżentazzjoni Permanenti tal-Estonja għall-UE

10.2.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sur Gisbert BRINKMANN

Riżenja

Membru

Gvern

Ġermanja

Is-Sinjura Vera BADE

Bundesministerium für Arbeit und Soziales

14.2.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Liisa FOLKERSMA

Riżenja

Membru supplenti

Trade Union

Finlandja

Is-Sinjura Jenni KARJALAINEN

AKAVA — Confederation of Unions for Professional and Managerial Staff

17.2.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Anna SANTESSON

Riżenja

Membru

Gvern

Svezja

Is-Sinjura Jenny LINDBLAD

Arbetsmarknadsdepartementet

9.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Tiina OINONEN

Riżenja

Membru

Gvern

Finlandja

Is-Sur Olli SORAINEN

Ministeru tal-Impjiegi u l-Ekonomija

19.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Elina IMMONEN

Riżenja

Membru

Gvern

Finlandja

Is-Sinjura Katri AALTONEN

Ministeru tal-Intern

19.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Eleni KALAVA

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Ċipru

Is-Sinjura Elena SIVITANIDOU

Ministeru tax-Xogħol u l-Assigurazzjoni Soċjali

19.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Ingrid NOWOTNY

Riżenja

Membru

Gvern

Awstrija

Is-Sur Heinz KUTROWATZ

Bundesministerium für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

26.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Martha ROJAS-PINEDA

Riżenja

Membru

Gvern

Awstrija

Is-Sur Helmut GERL

Arbeitsmarktservice Österreich

26.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sur Heinz KUTROWATZ

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Awstrija

Is-Sinjura Barbara BOHACZEK

Bundesministerium für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

26.3.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Georgia HEINE

Riżenja

Membru supplenti

Min Iħaddem

Ġermanja

Is-Sinjura Anna ROBRA

BDA (Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitsgeberverbände)

24.4.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sur Stefan STRÄSSER

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Ġermanja

Is-Sinjura Carmen Eugenia BÂRSAN

BDA (Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitsgeberverbände

24.4.2012

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2013

L 45, 20.2.2010

Is-Sur Willy IMBRECHTS

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Belġju

Is-Sur Jan BATEN

SPF Emploi, travail et concertation sociale

17.2.2012

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2013

L 45, 20.2.2010

Is-Sinjura Elissavet GALANOPOULOU

Riżenja

Membru

Gvern

Greċja

Is-Sur Antonios CHRISTODOULOU

Ministeru tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

26.4.2012

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2013

L 45, 20.2.2010

Is-Sur Antonios CHRISTODOULOU

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Greċja

Is-Sinjura Stamatina PISSIMISSI

Ministeru tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

26.4.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

19.10.2015

C 290, 27.10.2010

Is-Sinjura Estelle CEULEMANS

Riżenja

Membru supplenti

Trade Union

Belġju

Is-Sinjura Anne PANNEELS

FGTB

24.4.2012

Kumitat Konsultattiv dwar il-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

19.10.2015

C 290, 27.10.2010

Is-Sur Andreas KYRIAKIDES

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Ċipru

Is-Sur Sotiris STRATIS

Ministeru tas-Saħħa

24.4.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sinjura Martina JANÍKOVÁ

Riżenja

Membru

Gvern

Slovakkja

Is-Sinjura Olga PIETRUCHOVÁ

Ministeru tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika tas-Slovakkja

14.2.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sinjura Andrea BARŠOVÁ

Riżenja

Membru

Gvern

Repubblika Ċeka

Is-Sur Miroslav FUCHS

Ministeru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

9.3.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sur Czeslaw WALEK

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Lucia ZACHARIÁŠOVÁ

Ministeru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

9.3.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sinjura Teresa Margarida DO CARMO FRAGOSO

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Maria de Fátima ABRANTES DUARTE

Comissão para a Cidadania e a Igualdade de Género

9.3.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sur Pedro DELGADO ALVES

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Portugall

Is-Sur Manuel Maria FEIO BARROSO

Comissão para a Cidadania e a Igualdade de Género

9.3.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sinjura Judit GAZSI

Riżenja

Membru

Gvern

Ungerija

Is-Sinjura Zsuzsanna DEBRECENI Dr. KORMOSNÉ

Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Soċjali, il-Familja u ż-Żgħażagħ

26.4.2012

Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2013

C 137, 27.5.2010

Is-Sinjura Anna OROSZ

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Ungerija

Is-Sinjura Judit HALASZ

Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Soċjali, il-Familja u ż-Żgħażagħ

26.4.2012

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sinjura Viviane GOERGEN

Riżenja

Membru

Trade Union

Lussemburgu

Is-Sur Vincent JACQUET

LCGB

10.2.2012

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Tarmo KRIIS

Riżenja

Membru supplenti

Min Iħaddem

Estonja

Is-Sinjura Marika MERILAI

Estonian Traders Association

10.2.2012

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Jan BATEN

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Belġju

Is-Sur Alain PIETTE

SPF Emploi, travail et concertation sociale

17.2.2012

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Keti KOYNAKOVA

Riżenja

Membru

Trade Union

Bulgarija

Is-Sur Ivan KOKALOV

CITUB

8.3.2012

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Ivan KOKALOV

Riżenja

Membru supplenti

Trade Union

Bulgarija

Is-Sur Oleg CHULEV

ISETUR- RODKREPA

8.3.2012

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Ole PRASZ

Riżenja

Membru

Trade Union

Danimarka

Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN

FTF

9.3.2012

Bord Governattiv ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Willy IMBRECHTS

Riżenja

Membru

Gvern

Belġju

Is-Sur Jan BATEN

SPF Emploi, travail et concertation sociale

17.2.2012

Bord Governattiv ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Christian DENEVE

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Belġju

Is-Sinjura Véronique CRUTZEN

SPF Emploi, travail et concertation sociale

17.2.2012

Bord Governattiv ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sinjura Elissavet GALANOPOULOU

Riżenja

Membru

Gvern

Greċja

Is-Sur Antonios CHRISTODOULOU

Ministeru tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

26.4.2012


31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/32


Rettifika għall-Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 147 tal-25 ta' Mejju 2012 )

2012/C 154/17

F'paġna 15, Għajnuna mill-Istat N 598/09:

minflok:

“Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.1.2012”,

aqra:

“Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.1.2010”.


Top