EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-Trattat ta’ Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea

It-Trattat ta’ Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAT-TRATTAT?

  • Maastricht huwa trattat ambizzjuż. Huwa jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea. Dan jinkludi 3 fergħat separati (l-hekk imsejħa pilastri):
  • Fost l-aktar innovazzjonijiet prominenti tiegħu, it-trattat:

PUNTI EWLENIN

Il-Komunitajiet Ewropej (l-ewwel pilastru)

Dan jiġbor l-attivitajiet tradizzjonali, il-proċeduri tax-xogħol u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tat-tliet organizzazzjonijiet oriġinali tal-UE:

Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (it-tieni pilastru)

Dan għandu l-għan li:

  • jissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE, l-interessi fundamentali u l-indipendenza;
  • isaħħaħ is-sigurtà tal-UE u tal-pajjiżi membri tagħha;
  • jippreserva l-paċi u s-sigurtà internazzjonali f’konformità mal-prinċipji tan- Nazzjonijiet Uniti;
  • jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali;
  • jiżviluppa u jikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Kooperazzjoni dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni (it-tielet pilastru)

Dan għandu l-għan li jipprovdi lill-pubbliku b’livell għoli ta’ sikurezza billi:

L-unjoni ekonomika u monetarja

Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom:

Munita komuni (l-euro)

Din:

  • hija introdotta fi 3 fażijiet:
  • tistipula kriterji dwar l-inflazzjoni, livelli ta’ dejn pubbliku, rati tal-imgħax u rati ta’ kambju li jridu jintlaħqu mill-pajjiżi qabel ma jadottaw l-euro;
  • tipprovdi esklużjoni fakultattiva għar-Renju Unit (1) mit-tielet stadju u l-parteċipazzjoni Daniża hija suġġetta għal referendum nazzjonali.

Politiki ġodda

L-UE tingħata r-responsabbiltà għal:

Protokoll soċjali

  • Dan jestendi r-responsabbiltà tal-UE biex:
    • tippromwovi l-impjieg;
    • ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol;
    • tipprovdi protezzjoni soċjali adegwata;
    • tmexxi djalogu soċjali;
    • tiżviluppa r-riżorsi umani biex ikun żgurat livell għoli u sostenibbli ta’ impjieg;
    • tintegra l-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol;
  • Ir-Renju Unit (1) għandu l-esklużjoni fakultattiva mill-protokoll soċjali.

Iċ-ċittadinanza Ewropea

Din tagħti lil kull ċittadin ta’ pajjiż tal-UE d-dritt li:

Bidliet istituzzjonali

Dawn jinkludu:

  • iktar setgħat leġiżlattivi għall-Parlament Ewropew;
  • iktar votazzjoni b’maġġoranza meta l-gvernijiet tal-UE jadottaw leġiżlazzjoni;
  • il-ħolqien ta’ Kumitat tar-Reġjuni;
  • l-applikazzjoni tal- prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn l-UE ser taġixxi biss jekk dan ikun iktar effettiv fuq livell tal-UE milli fuq livell nazzjonali.

MINN META JAPPLIKA T-TRATTAT?

Huwa ġie ffirmat fis-7 ta’ Frar 1992 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993.

SFOND

Uffiċjalment magħruf bħala t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat ta’ Maastricht immarka l-bidu għal “stadju ġdid fil-proċess tal-ħolqien ta’ unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa” billi ta lill-komunitajiet preċedenti dimensjoni politika.

DOKUMENT EWLIENI

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (ĠU C 191, 29.7.1992, pp. 1-112)

l-aħħar aġġornament 21.03.2018



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top