EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim Qafas dwar il-Koperazzjoni Interreġjonali bejn il-Komunità Ewropea u Mercosur

Ftehim Qafas dwar il-Koperazzjoni Interreġjonali bejn il-Komunità Ewropea u Mercosur

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/279/KE — li tikkonkludi f’isem il-Komunità Ewropea, il-ftehim qafas dwar il-koperazzjoni interreġjonali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Istati Partijiet tiegħu

Ftehim Qafas dwar il-Koperazzjoni Interreġjonali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Istati Partijiet tiegħu

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

  • Id-deċiżjoni tikkonkludi l-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).
  • Il-ftehim, ibbażat fuq prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali, għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet eżistenti bejn il-partijiet u jistabbilixxi l-pedamenti għal Assoċjazzjoni Interreġjonali bejn l-UE u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar (Mercosur).

PUNTI EWLENIN

  • Flimkien ma serje ta’ ftehimiet bilaterali, l-UE kkonkludiet dan il-Ftehim Qafas Interreġjonali ma’ Mercosur.
  • Mercosur jinkludi l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj.
  • Il-ftehim ikopri kwistjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, kooperazzjoni u oqsma oħra ta’ interess reċiproku.
  • Fir-rigward ta’ kummerċ, id-djalogu regolari dwar kwistjonijiet kummerċjali u ekonomiċi huwa ddisinjat biex jipprepara għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ gradwali u reċiproku, u l-oqsma ta’ kooperazzjoni ewlenin jinkludu:
    • aċċess għas-suq, liberalizzazzjoni tal-kummerċ u dixxiplini kummerċjali;
    • il-kompatibilità tal-kummerċ mar-regoli tad-WTO;
    • l-identifikazzjoni ta’ prodotti sensittivi u ta’ prijorità;
    • il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fuq is-servizzi.
  • Għalkemm ebda settur mhu eskluż mill-kooperazzjoni ekonomika, il-ftehim speċifikament ikopri:
    • l-enerġija;
    • it-trasport;
    • it-telekomunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni;
    • il-protezzjoni ambjentali;
    • ix-xjenza u t-teknoloġija;
    • il-koperazzjoni fin-negozju; u
    • l-promozzjoni ta’ investiment;
  • Oqsma oħra ta’ kooperazzjoni jinkludu:
    • taħriġ u edukazzjoni;
    • komunikazzjoni, informazzjoni u kultura, fejn l-għan huwa li jippromwovi l-fehim reċiproku u jsaħħaħ ir-rabtiet kulturali;
    • il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi.

Finanzjament

  • Il-partijiet jaqblu li jipprovdu r-riżorsi meħtieġa u jinkoraġġixxu lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jagħti aktar għajnuna lil Mercosur biex jikseb l-għanijiet tal-ftehim.

Appoġġ istituzzjonali

  • Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim jiltaqa’ regolarment f’livell ministerjali.

Assoċjazzjoni Interreġjonali

  • Il-ftehim jistabbilixxi djalogu politiku regolari biex javvanza l-progress lejn Assoċjazzjoni Interreġjonali.
  • F’Ġunju tal-2019, intlaħaq ftehim politiku dwar Assoċjazzjoni Interreġjonali bejn il-partijiet.

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 u huwa validu għal żmien indefinit.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/279/KE tat-22 ta’ April 1999 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-ftehim qafas dwar il-koperazzjoni interreġjonali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Istati Partijiet tiegħu, min-naħa l-oħra (ĠU L 112, 29.4.1999, pp. 65-84)

Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda , u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Istati Partijiet tiegħu, min-naħa l-oħra — Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-djalogu politiku bejn l-Unjoni Ewropea u Mercosur (ĠU L 69, 19.3.1996, pp. 4-22)

DOKUMENTI RELATATI

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Istati Partijiet tiegħu, min-naħa l-oħra (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 62)

l-aħħar aġġornament 06.03.2020

Top