EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-sigurtà għall-bastimenti u l-faċilitajiet tal-port

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom japplikaw b’mod sħiħ is-SOLAS emendat u l-Kodiċi ta’ Sigurtà Internazzjonali għall-Bastimenti u l-Portijiet għat-tbaħħir internazzjonali sal-1 ta’ Lulju 2004. Għall-bastimenti tal-passiġġieri domestiċi ewlenin, l-iskadenza hija l-1 ta’ Lulju 2005.
  • Sal-1 ta’ Lulju 2007, il-pajjiżi kollha tal-UE, wara li jwettqu valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà obbligatorja, għandhom jiddeċiedu sa fejn għandhom japplikaw il-miżuri għal kategoriji oħrajn ta’ tbaħħir domestiku.
  • Kull pajjiż tal-UE jinforma lill-OMI, lill-Kummissjoni Ewropea u lil pajjiżi oħrajn tal-UE dwar il-miżuri li jkun ħa. Dawn jinkludu dettalji tal-punti ewlenin ta’ kuntatt għas-sigurtà marittima maħtura minn kull pajjiż tal-UE.
  • Il-bastimenti koperti minn miżuri speċjali u li jkollhom intenzjoni li jidħlu f’port tal-UE għandhom jipprovdu informazzjoni dwar is-sigurtà lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti:
    • mill-inqas 24 siegħa qabel; jew
    • l-aktar tard, meta jħalli l-port preċedenti li jkun waqaf fih jekk il-ħin tal-vjaġġ ikun inqas minn 24 siegħa; jew
    • jekk il-port tal-waqfa ma jkunx magħruf meta telaq, hekk kif il-port tal-waqfa jkun magħruf.
  • Is-servizzi ta’ tbaħħir skedati li jkunu qegħdin ibaħħru bejn portijiet fit-territorju tagħhom stess jew bejn żewġ pajjiżi tal-UE jistgħu jkunu eżenti milli jipprovdu l-informazzjoni ta’ qabel il-wasla, sakemm jagħmlu dan jekk jintalbu mill-awtoritajiet.
  • L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iżommu lista ta’ kumpaniji u ta’ bastimenti li jgawdu mill-eżenzjoni u jaġġornawha b’mod regolari.
  • Sal-1 ta’ Lulju 2004, il-pajjiżi tal-UE kellhom jagħżlu awtorità ewlenija għas-sigurtà marittima.

Riperkussjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19

  • Minħabba li l-kriżi tas-saħħa pubblika li għaddejja tagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE biex iwettqu spezzjonijiet u stħarriġ dwar is-sigurtà marittima bil-għan li jiġġeddu ċerti dokumenti fil-qasam tas-sigurtà marittima, ir-Regolament (UE) 2020/698 jestendi l-limiti ta’ żmien għar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà u l-pjanijiet ta’ sigurtà għall-faċilitajiet tal-portijiet u l-portijiet biex il-pajjiżi tal-UE u l-industrija tat-tbaħħir ikunu jistgħu jadottaw approċċ flessibbli u pragmatiku, u biex il-katini tal-provvista essenzjali jinżammu miftuħa, filwaqt li ma tiġix kompromessa s-sigurtà.
  • Ir-Regolament (UE) 2020/698 jippermetti ftit flessibilità għal provi u eżerċizzji tas-sigurtà marittima, li l-atti legali tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima, bħad-Direttiva 2005/65/KE (ara s-sommarju), jeżiġu li jitwettqu f’ċerti skedi taż-żmien.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2004.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sigurtà marittima: taħlita ta’ miżuri ta’ prevenzjoni li jipproteġu l-faċilitajiet ta’ tbaħħir u tal-port kontra t-theddid ta’ atti illegali intenzjonati.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, pp. 6-91)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 725/2004 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġislazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, pp. 10-24)

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, pp. 28-39)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 08.07.2020

Top