EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2001/34/KE fuq l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din id-direttiva għandha l-għan li tikkoordina r-regoli fir-rigward ta’:

  • l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u
  • l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata dwar dawk il-titoli sabiex tipprovdi protezzjoni ekwivalenti għall-investituri fil-livell tal-UE.

PUNTI EWLENIN

F’konformità mal-għanijiet segwiti mill-Pjan ta’ Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji, id-Direttiva 2001/34/KE (magħrufa bħala d-Direttiva dwar l-Elenkar) tikkonsolida l-miżuri eżistenti li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ titoli fil-lista uffiċjali tal-Borża u l-informazzjoni finanzjarja li kumpaniji elenkati għandhom jagħmlu disponibbli għall-investituri. Il-miżuri eżistenti (imħassra bid-Direttiva dwar l-Elenkar) huma:

  • Id-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE li tikkoordina l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ titoli fil-lista uffiċjali tal-Borża;
  • Id-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE li tikkoordina r-rekwiżiti għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tad-dettalji tal-lista li għandhom jiġu ppubblikati għall-ammissjoni tat-titoli fil-lista uffiċjali tal-Borża;
  • Id-Direttiva tal-Kunsill 82/121/KEE dwar informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata fuq bażi regolari minn kumpaniji li l-ishma tagħhom ikunu ġew ammessi fil-lista uffiċjali tal-Borża;
  • Id-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE dwar l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata meta tinxtara jew tinbiegħ parteċipazzjoni ewlenija f’kumpanija kkwotata.

Id-Direttiva 2003/71/KE (id-Direttiva dwar il-Prospett) u 2004/109/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza) ikkonsolidaw aktar ir-regoli li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ informazzjoni rigward talbiet għall-ammissjoni ta’ titoli fil-lista uffiċjali tal-Borża u l-informazzjoni dwar titoli ammessi għan-negozjar.

Id-Direttivi dwar il-Prospett u dwar it-Trasparenza emendaw id-Direttiva dwar l-Elenkar billi neħħew ir-rekwiżiti li jikkoinċidu. Bħala konsegwenza, l-Artikoli 3, 4, 20 sa 41, 65 sa 104 u 108 tad-Direttiva dwar l-Elenkar ġew imħassra.

Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/39/KE (id-Direttiva oriġinali dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji, MiFID) issostitwiet il-kunċett ta’ “ammissjoni fil-lista uffiċjali” ma’ “bl-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat”.

Id-Direttiva dwar l-Elenkar tikkonċerna titoli li tintalab għalihom ammissjoni fil-lista uffiċjali u dawk ammessi, irrispettivament min-natura legali ta’ min joħroġhom. Madankollu, huma possibbli ċerti eżenzjonijiet fil-każ ta’ titoli maħruġa minn pajjiż tal-UE jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħu, jew unitajiet maħruġa minn impriżi ta’ investiment kollettiv għajr tat-tip magħluq.

Id-Direttiva dwar l-Elenkar hija direttiva ta’ armonizzazzjoni minima. Tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jimplimentaw rekwiżiti addizzjonali għall-ammissjoni ta’ titoli fil-lista uffiċjali, sakemm:

  • dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali japplikaw għall-emittenti kollha u
  • ikunu ġew ippubblikati qabel l-applikazzjoni għall-ammissjoni ta’ dawn it-titoli.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-26 ta’ Lulju 2001.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, pp. 1-66)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/34/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, pp. 12-82)

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 349-496)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 1-61)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, pp. 9-17)

Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, pp. 38-57)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, pp. 64-89)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: pjan ta’ azzjoni (COM(99) 232 final, 11.5.1999)

l-aħħar aġġornament 08.06.2021

Top