This document is an excerpt from the EUR-Lex website
The European Migration Network
In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.
In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.
In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni — Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE
SOMMARJU
X'TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?
Hija tistabbilixxi n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (EMN), li għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u komparabbli dwar il-migrazzjoni u l-asil lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-pajjiżi tal-UE u lill-pubbliku ġenerali.
PUNTI EWLENIN
— |
Sabiex jilħaq l-għan tiegħu, l-EMN, b’kollaborazzjoni ma’ korpi rilevanti oħrajn tal-UE, jiġbor u janalizza dejta minn firxa wiesgħa ta’ sorsi. Huwa mbagħad jipproduċi rapporti u studji dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-asil fl-UE u fil-pajjiżi tagħha, li huma kondiviżi fuq is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tiegħu.
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea (KE) tikkoordina l-ħidma tal-EMN b’kooperazzjoni mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP tal-EMN), li jinħatru f’kull pajjiż tal-UE u huma responsabbli għall-iżvilupp ta’ netwerk nazzjonali. Kull NCP tal-EMN huwa magħmul minn mill-inqas 3 esperti dwar l-asil u l-migrazzjoni, li jkopru d-dixxiplini tat-tfassil tal-politika, tal-liġi, tar-riċerka u tal-istatistika.
|
— |
Responsabbiltajiet oħrajn tal-NCP tal-EMN jinkludu:
|
— |
Il-bord ta’ tmexxija tal-EMN (ippresedut mill-KE u magħmul minn rappreżentanti minn kull pajjiż tal-UE u osservatur mill-Parlament Ewropew) jiżgura li l-ħidma tal-EMN tkun allinjata mal-prijoritajiet politiċi tal-UE.
|
— |
L-EMN huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. B’mod speċifiku, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni jipprovdi r-riżorsi finanzjarji għall-attivitajiet u l-iżvilupp tal-EMN fil-ġejjieni.
|
SFOND
L-istadju preparatorju tal-EMN beda fl-2003 sabiex jindirizza l-ħtieġa li tiġi skambjata informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-migrazzjoni u sabiex jikkontribwixxi għal politika komuni dwar l-asil u l-immigrazzjoni. Il-Programm tal-Aja saħħaħ ukoll il-ħtieġa għal analiżi komuni tal-migrazzjoni, li bniet momentum għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal din id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi formalment l-EMN.
— |
ATT
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Id-Deċiżjoni 2008/381/KE |
21.5.2008 |
— |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 |
1.1.2014 |
— |
l-aħħar aġġornament 22.10.2015