EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sorsi tal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Sorsi tal-liġi tal-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 216 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI 207, 216 U 288 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UE (TFUE)?

  • L-Artikolu 207 TFUE jistabbilixxi l-bażi legali għall-politika kummerċjali tal-UE u jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar aspetti differenti tal-kummerċ.
  • L-Artikolu 216 TFUE jiddikjara l-kundizzjonijiet li skonthom l-UE tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
  • L-Artikolu 288 TFUE jiddefinixxi t-tipi differenti ta’ atti legali li tista’ tadotta l-UE.

PUNTI EWLENIN

Hemm tliet sorsi tad-dritt tal-Unjoni: id-dritt primarju, id-dritt sekondarju u d-dritt supplimentari (ara l-ġerarkija tan-normi).

Id-dritt primarju

Id-dritt sekondarju

Id-dritt sekondarju jinkludi l-atti unilaterali, li jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji:

Il-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali huma wkoll parti integrali mid-dritt tal-Unjoni. Dawn huma separati mid-dritt primarju u mil-leġiżlazzjoni sekondarja u jiffurmaw kategorija sui generis. Skont xi sentenzi tal-QtĠ-UE, dawn jista’ jkollhom effett dirett u l-forza legali tagħhom hija superjuri għal-leġiżlazzjoni sekondarja, li għalhekk għandha tkun konformi magħhom.

Sorsi supplimentari tad-dritt

Is-sorsi supplimentari huma elementi tad-dritt mhux speċifikament imsemmija fit-trattati. Din il-kategorija tinkludi:

  • il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QtĠ-UE);
  • id-dritt internazzjonali — ħafna drabi sors ta’ ispirazzjoni għall-QtĠ-UE meta tku qed tiżviluppa l-każistika tagħha. Il-QtĠ-UE tikkwota liġi miktuba, drawwa jew użu;
  • il-prinċipji ġenerali tad-dritt — sorsi mhux miktuba żviluppati mill-każistika tal-QtĠ-UE. Dawn ippermettew lill-QtĠ biex timplimenta regoli f’diversi oqsma li mhumiex imsemmija fit-trattati.

DOKUMENTI EWLENIN

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu II — Politika kummerċjali komuni — Artikolu 207 (eks Artikolu 133 Kunsill Ekonomiku Transatlantiku) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 140–141)

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu V — Ftehimiet internazzjonali — Artikolu 216 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 144)

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Sitta — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 2 — Atti legali tal-Unjoni, proċeduri ta’ adeżjoni u dispożizzjonijiet oħra — Sezzjoni 1 — L-atti legali tal-Unjoni — Artikolu 288 (eks Artikolu 249 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 171–172)

l-aħħar aġġornament 13.03.2020

Top