Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Summaries of EU Legislation

Is-sorsi mhux miktuba tad-dritt tal-Unjoni: id-dritt supplimentari

Go to the summaries’ table of contents

Is-sorsi mhux miktuba tad-dritt tal-Unjoni: id-dritt supplimentari

 

SOMMARJU TA’:

l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU 19 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA?

PUNTI EWLENIN

Xi jfisser id-dritt supplimentari?

Liema huma s-sorsi supplimentari tad-dritt?

  • Is-sorsi supplimentari tad-dritt jinkludu l-każistika* tal-QtĠ-UE, id-dritt internazzjonali* u l-prinċipji ġenerali tad-dritt. Dawn it-tliet sorsi jikkoinċidu.
  • Il-każistika tal-QtĠ-UE
    • Fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-UE, il-QtĠ-UE spiss tkun teħtieġ tkun kreattiva sabiex timla l-vojt bejn id-dritt primarju u/jew id-dritt sekondarju.
    • Is-sentenzi tagħha jipprovdu interpretazzjoni uffiċjali u vinkolanti tad-dritt tal-UE u, bħala tali, issir referenza għalihom bħala sors tad-dritt (inkluż mill-QtĠ-UE innifisha).
  • Id-dritt internazzjonali
    • Id-dritt internazzjonali (inklużi l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-UE u mill-pajjiżi tal-UE) jintuża mill-QtĠ-UE meta tiżviluppa l-każistika tagħha, peress li r-regoli tiegħu japplikaw għall-UE u mhumiex inkompatibbli mal-istruttura speċifika tal-UE.
    • Minbarra l-impenni legali tal-UE u tal-pajjiżi tal-UE, id-dritt internazzjonali huwa wkoll sors ta’ ispirazzjoni għall-QtĠ-UE meta tfassal prinċipji ġenerali tad-dritt.
  • Il-prinċipji ġenerali tad-dritt
    • Żviluppati mill-każistika tal-QtĠ-UE, il-prinċipji ġenerali ppermettew lill-Qorti timplimentar regoli f’oqsma differenti li t-Trattati ma jsemmux.
    • Il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE jistgħu jkunu komuni għas-sistemi legali nazzjonali kollha tal-pajjiżi tal-UE u kompatibbli mal-għanijiet tal-UE, anki jekk ikunu ispirati minn prinċipji minquxa f’ċerti sistemi legali nazzjonali biss.

Drittijiet fundamentali

  • Id-drittijiet fundamentali (L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)) huma kategorija speċjali ta’ sors tad-dritt:
    • parzjalment primarju — L-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi li l-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha l-istess valur legali bħat-Trattati;
    • parzjalment supplimentari — l-Artikolu 6(3) TUE jirrikonoxxi b’mod espliċitu “id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri” bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE.

TERMINI EWLENIN

Sentenza preliminari: sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala tweġiba għal mistoqsija minn qorti nazzjonali dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-UE, u b’hekk tikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi ta’ dak id-dritt.
Każistika: il-liġi kif stabbilita mir-riżultat ta’ każijiet passati.
Id-dritt internazzjonali: is-sett ta’ regoli li jirregola r-relazzjonijiet legali bejn jew fost l-istati jew in-nazzjonijiet.

DOKUMENT EWLIENI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — Artikolu 19 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 27)

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — L-Ewwel Parti — Prinċipji — Titolu I — Kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni — Artikolu 6 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 52–53).

l-aħħar aġġornament 12.03.2018

Top