This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (2007-2013)
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (2007-2013)
Go to the summaries’ table of contents
SURVEY: Tell us what you think about the summaries!
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (2007-2013)
Sabiex tonqos id-diskrepanza bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni Ewropej u sabiex jiġi rkuprat id-dewmien tar-reġjuni żvantaġġati, dan ir-Regolament jiddefinixxi t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Jistabbilixxi wkoll kompiti u l-punt sa fejn jestendi l-intervent tal-FEŻR fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza”, “Kompetittività reġjonali u impjiegi” u “l-kooperazzjoni territorjali Ewropea” tar-riforma tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2007 – 2013.
ATT
Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (ara l-att(i) emendatorju(i)).
SOMMARJU
Dan ir-Regolament jistabbilixxi u jiddefinixxi l-kompiti u l-punt sa fejn jestendi l-intervent tal-FEŻR. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-FEŻR jinstab fi ħdan il-kuntest tal-objettivi “Konverġenza”, “Kompetittività reġjonali u impjiegi” u “l-Kooperazzjoni territorjali Ewropea”, kif definiti mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.
Objettiv
L-objettiv tal-FEŻR huwa li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jnaqqas id-disparitajiet reġjonali. Din il-kontribuzzjoni sseħħ permezz ta’ appoġġ għall-iżvilupp u aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali, inkluża rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura.
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-FEŻR jikkonċentra l-intervent tiegħu fuq għadd ta’ prijoritajiet tematiċi, li jirreflettu n-natura tal-objettivi “Konverġenza”, “Kompetittività reġjonali u impjiegi” u “l-Kooperazzjoni territorjali Ewropea”. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-finanzjamenti relatati ma’:
Konverġenza
Fil-qafas tal-objettiv “Konverġenza”, il-FEŻR jikkonċentra l-għajnuna tiegħu fuq l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli integrat, kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli. Il-programmi operazzjonali fl-Istati Membri għandhom l-għan li jimmondernizzaw u jiddiversifikaw l-istrutturi ekonomiċi reġjonali, fost l-oħrajn fi ħdan l-oqsma li ġejjin:
Kompetittività reġjonali u impjiegi
Fir-rigward tal-objettiv “Kompetittività reġjonali u l-impjiegi”, il-prijoritajiet jinqasmu fi tliet gruppi:
Kooperazzjoni territorjali Ewropea
Fir-rigward tal-objettiv “Kooperazzjoni territorjali Ewropea”, il-FEŻR jikkonċentra l-għajnuna tiegħu fuq tliet oqsma:
Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tipproponi xi regoli għal ċerti kategoriji ta’ spejjeż fis-seħħ u timplimenta xi regoli nazzjonali.
Huwa f’idejn l-Istati Membri li jaħtru awtorità waħda ta’ ġestjoni, awtorità ta’ ċertifikazzjoni u awtorità waħda tal-awditjar.
Kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jirrikorru għall-istrument ġuridiku ta’ kooperazzjoni, ir-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT), sabiex jiddelegaw lilu l-kompiti tal-awtorità ta’ ġestjoni u tas-segretarjat tekniku konġunt.
Sabiex jingħażel proġett, dan irid ikun jinkludi benefiċjarji ta’ mill-inqas żewġ pajjiżi li jridu jaġixxu b’mod konġunt f’mill-inqas tnejn mill-erba’ oqsma li ġejjin: l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tagħmir u l-finanzjament. Fil-każ tal-kooperazzjoni nazzjonali, programm jista’ jiġi implimentat fi Stat Membru bil-kundizzjoni li jkun ġie ppreżentat minn tal-inqas żewġ Stati. Meta jkunu kkonċernati n-netwerks ta’ kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenzi, iridu jinkludu tal-inqas tliet benefiċjarji minn tal-inqas tliet reġjuni ta’ żewġ Stati Membri bħala minimu, li jridu jaġixxu b’mod konġunt fl-erba’ oqsma msemmija.
B’mod partikolari, il-programm operazzjonali jrid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:
Rigward il-finanzjament, jeżistu partikolaritajiet marbutin mal-lokalizzazzjoni. Il-kofinanzjament jista’ jilħaq:
Speċifiċitajiet territorjali
Il-FEŻR jixħet attenzjoni partikolari fuq l-ispeċifiċitajiet territorjali. L-azzjonijiet relatati mad-dimensjoni urbana huma integrati fil-programmi operazzjonali, billi huma msejsa fuq l-esperjenza tal-inizjattiva URBAN. Fil-fatt, l-azzjoni tal-FEŻR għandha l-għan li ssolvi l-problemi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-ibliet.
Fir-rigward taż-żoni rurali u taż-żoni li jiddependu fuq is-sajd, l-intervent tal-FEŻR irid jikkonċentra fuq id-diversifikazzjoni tal-ekonomija, l-aktar:
Għaż-żoni bi żvantaġġi naturali, il-FEŻR jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ investimenti favur l-aċċessibilità, attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-patrimonju kulturali, l-użu sostenibbli ta’ riżorsi u l-istimolu tas-settur tat-turiżmu.
Finalment, il-FEŻR jikkontribwixxi sabiex jiffinanzja l-ispejjeż addizzjonali marbutin mas-sitwazzjoni ġeografika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda kif ukoll:
Dispożizzjonijiet finali
Ir-Regolament ma jaffettwax l-interventi approvati qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. It-talbiet ippreżentati fil-qafas tar-Regolament 1783/99 jibqgħu validi, iżda r-Regolament imsemmi ġie revokat mill-1 ta’ Jannar 2007. Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 u jrid jerġa’ jiġi revedut sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.
Referenzi
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Regolament (KE) Nru 1080/2006 |
1.8.2006 |
— |
ĠU L 210, 31.7.2006 |
Att emendatarju |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Regolament (KE) Nru 397/2009 |
10.6.2009 |
— |
ĠU L 126, 21.5.2009 |
Regolament (UE) Nru 437/2010 |
18.6.2010 |
— |
ĠU L 132, 29.5.2010 |
ATTI RELATATI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.Ara verżjoni kkonsolidata.
REĠJUNI U ŻONI ELIĠIBBLI
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/769/KE tal-31 ta’ Ottubru 2006 li tfassal il-lista ta' reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transkonfinali u transnazzjonali tal-objettiv tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2007–2013 (ĠU L 312, 11.11.2006).Ara verżjoni kkonsolidata.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/597/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tfassal lista tal-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni għall-perjodu 2007 – 2013 (ĠU L 243, 6.9.2006).
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/595/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tfassal lista tar-reġjuni li huma eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv tal-Konverġenza għall-perijodu 2007–2013 (ĠU L 243, 6.9.2006).Ara verżjoni kkonsolidata.
TQASSIM INDIKATTIV SKONT L-ISTATI MEMBRI
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/609/KE tal-4 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva għal kull Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-għan ta' koperazzjoni territorjali Ewropea għall-perijodu 2007–2013 (ĠU L 247, 9.9.2006).Ara verżjoni kkonsolidata.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/594/KE tal-4 ta' Awwissu 2006 li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-obbjettiv ta' Konverġenza għall-perjodu 2007–2013 (ĠU L 243, 6.9.2006).Emendata mid-:Deċiżjoni 2010/475/UE (ĠU L 232, 2.9.2010).
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE tal-4 ta' Awwissu 2006 li tiffissa allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għall-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu 2007–2013 (ĠU L 243, 6.9.2006).Emendata mid-:Deċiżjoni 2010/476/UE (ĠU L 232, 2.9.2010).
LINJI GWIDA STRATEĠIĊI KOMUNITARJI
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 octobre dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (ĠU L 291, 21.10.2006). L-abbozz ta' Linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni, it-tkabbir u l-impjieg ġie adottat mill-Kunsill fis-6 ta’ Ottubru 2006. Dawn il-linji gwida strateġiċi jikkostitwixxu l-qafas indikattiv għall-istabbiliment tal-politika ta’ koeżjoni u l-intervent tal-Fondi matul il-perjodu 2007 – 2013.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2005 — Politika ta’ Koeżjoni bħala Sostenn għat-Tkabbir u għall-Impjiegi - Il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007–2013 (COM(2005) 299 – Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
IRKUPRU EKONOMIKU
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Diċembru 2008, bit-titolu “Il-Politika ta' Koeżjoni: investiment fl-ekonomija reali” (COM(2008) 876 finali — Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-politika tal-koeżjoni hija s-sors primarju tal-finanzjament komunitarju tal-ekonomija reali. Il-Kummissjoni tippreżenta serje ta’ prijoritajiet li jikkonċernaw il-persuni, l-impriżi, l-infrastrutturi u l-enerġija, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex tikkontribwixxi għall-irkupru tal-ekonomija Ewropew u għall-progress soċjali. Tipprovdi għal tkabbir tal-investimenti pubbliċi għall-perjodu 2007–2013.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew - Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008) 800 finali — Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
ENERĠIJA — FID-DJAR
Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar. Il-pjan ta’ rkupru tal-ekonomija Ewropea jħeġġeġ il-miżuri favur l-effiċjenza enerġetika tal-bini. Dan ir-Regolament joffri qafas għall-investimenti pubbliċi previsti f’dan il-qasam. Iridu jiġu żviluppati xi pjanijiet ta’ investiment nazzjonali fil-livell territorjali li l-aktar li jkun xieraq (nazzjonali, reġjonali u lokali). Il-finanzjamenti tal-politika ta’ koeżjoni jridu jippermettu li jiġu appoġġjati l-miżuri meħuda mill-aktar familji dgħajfa.
Għaldaqstant, rigward l-ispejjeż tad-djar marbutin mal-effiċjenza enerġetika u mal-enerġiji rinnovabbli, il-kontribuzzjoni tal-FEŻR testendi għall-Istati Membri kollha. L-ispejjeż l-oħra relatati mad-djar iridu jibqgħu limitati għal dawk l-Istati Membri li aderixxew wara l-1 ta’ Mejju 2004. Konsegwentement, l-Artikolu 7 tar-Regolament 1080/2006, li jirregola l-eliġibilità ta’ dawn l-ispejjeż huwa emendat.
L-aħħar aġġornament: 17.09.2010