EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Statistika dwar is-saħħa pubblika/is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

Statistika dwar is-saħħa pubblika/is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi regoli għal kif għandha tinġabar u tiġi ppreżentata l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol bil-għan li tiġi pprovduta data komparabbli fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Dan se jgħin lill-UE tipproduċi politika effettiva dwar is-saħħa pubblika u tappoġġja l-istrateġiji nazzjonali f’dan il-qasam.

PUNTI EWLENIN

L-istatistika miġbura mill-pajjiżi tal-UE, mil-Liechtenstein, mill-Iżlanda u min-Norveġja tintbagħat lill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, l-Eurostat.

L-istatistika li tinġabar tkopri s-suġġetti li ġejjin:

  • is-saħħa u l-fatturi li jaffettwawha:
    • il-perċezzjonijiet tas-saħħa;
    • il-funzjonament fiżiku u mentali, u d-diżabilità;
    • morbożità* ir-rati, maqsuma skont id-dijanjożi;
    • inċidenti u korrimenti;
    • l-istil ta’ ħajja (eżerċizzju, dieta, tipjip, alkoħol, l-użu tad-droga, eċċ.) u l-fatturi ambjentali, soċjali u okkupazzjonali;
    • l-aċċess għal, u l-użu ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;
    • informazzjoni demografika u soċjoekonomika dwar individwi;
  • kura tas-saħħa:
    • faċilitajiet;
    • persunal;
    • spiża u finanzjament;
  • kawżi tal-mewt:
    • karatteristiċi tal-mejjet;
    • reġjun;
    • kawżi sottostanti tal-mewt;
  • aċċidenti fuq ix-xogħol, mard okkupazzjonali u problemi ta’ saħħa oħrajn relatati max-xogħol:
    • il-persuna affettwata;
    • korriment jew mard u s-severità tiegħu;
    • organizzazzjoni u post tax-xogħol;
    • il-kawżi u l-fatturi involuti.

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 kien segwit minn bosta regolamenti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli u proċeduri aktar dettaljati dwar aspetti oħrajn tal-ġbir ta’ statistika dwar is-saħħa:

  • Ir-Regolament (UE) Nru 328/2011 — imwiet u trabi mwielda mejtin irreġistrati f’kull pajjiż tal-UE;
  • Ir-Regolament (UE) Nru 349/2011 — il-ġbir ta’ statistika dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol;
  • Ir-Regolament (UE) Nru 141/2013 — l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti;
  • Ir-Regolament (UE) Nru 2015/359 — l-elenkar fid-dettall ta’ statistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-20 ta’ Jannar 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Morbożità: il-prevalenza tal-mard jew ta’ marda speċifika f’żona ġeografika.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70-81)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta stħarriġ ta kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3-7)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 22-24)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3-8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20-48)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6-15)

l-aħħar aġġornament 29.09.2015

Top