EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-iżgurar tas-sikurezza tal-ġugarelli fl-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2009/48/KE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Hija tissabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza li l-ġugarelli li jsiru disponibbli fl-Unjoni Ewropea (UE) jeħtieġ li jilħqu. Dawn ir-rekwiżiti huma mfassla biex jipprovdu livell għoli ta’ saħħa u sikurezza, biex jipproteġu l-pubbliku u jiggarantixxu l-moviment liberu tal-ġugarelli fl-UE.
  • Hija tidentifika r-responsabbiltajiet partikolari ta’ operaturi differenti fil-katina tal-provvista mill-manifattur lill-importatur/bejjiegħ/distributur.

PUNTI EWLENIN

  • Il-ġugarelli huma prodotti ddisinjati jew intiżi, esklussivament jew le, sabiex jintużaw fil-logħob minn tfal ta’ taħt l-14-il sena.
  • Minħabba li għandhom għarfien iddettaljat dwar il-prodott tagħhom, il-manifatturi għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-ġugarelli tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza kollha applikabbli.
  • L-importaturi huma meħtieġa li jpoġġu biss fis-suq ġugarelli minn barra l-UE li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha applikabbli.
  • Id-distributuri u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom jaġixxu b’attenzjoni xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jwettqu sorveljanza tas-suq.
  • Il-ġugarelli għandhom jiġu akkumpanjati minn “dikjarazzjoni ta’ konformità” tal-UE u jeħtieġ li juru l-marka CE sabiex jinbiegħu madwar l-UE.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għat-tipi ta’ ġugarelli (fost oħrajn) li ġejjin:
    • tagħmir tal-plejgrawnd għall-użu pubbliku;
    • magni tal-logħob awtomatiċi maħsuba għall-użu pubbliku;
    • vetturi tal-ġugarelli b’magni tal-kombustjoni;
    • magni li jaħdmu bl-istim tal-ġugarelli;
    • wdab (vleġeġ) u żbandoli.
  • Id-direttiva tiġi aġġornata perjodikament sabiex tistabbilixxi limiti siguri għall-kimiċi li jintużaw fil-ġugarelli (bħall-kadmju, barju, nikil, bisfenol A, formaldeid u ċomb), partikolarment rigward tfal taħt it-tliet snin u f’ġugarelli maħsuba biex jitpoġġew fil-ħalq. L-emendi dawn l-aħħar 5 snin jirrelataw ma’ aspetti bħal:
  • Il-Kummissjoni Ewropea u l-Grupp ta’ Esperti fuq is-Sigurtá tal-Ġugarelli ppubblikaw dokumenti gwida biex jassistu l-manifatturi, l-importaturi, d-distributuri u l-awtoritajiet pubbliċi fl-applikazzjoni tad-direttiva.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta f’liġi nazzjonali sal- 20 ta’ Jannar 2011. Dawn ir-regoli ilhom japplikaw mill-20 ta’ Jannar 2011.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, pp. 1-37).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/48/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2021/1992 tal-15 ta’ Novembru 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 405, 16.11.2021, pp. 14-19).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2021/903 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri ta’ limitu speċifiċi għall-anilina f’ċerti ġugarelli (ĠU L 197, 4.6.2021, pp. 110-113).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/2088 tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-fwejjaħ allerġeniċi fil-ġugarelli (ĠU L 423, 15.12.2020, pp. 53-57).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/2089 tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-projbizzjoni tal-fwejjaħ allerġeniċi fil-ġugarelli (ĠU L 423, 15.12.2020, pp. 58-61).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1929 tad-19 ta’ Novembru 2019 li temenda l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu adottati valuri ta’ limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati f’ċerti ġugarelli, fir-rigward tal-formaldeid (ĠU L 299, 20.11.2019, pp. 51-54).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1922 tat-18 ta’ Novembru 2019 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-aluminju VI (ĠU L 298, 19.11.2019, pp. 5-7).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/725 tas-16 ta’ Mejju 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-kromju VI (ĠU L 122, 17.5.2018, pp. 29-31).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/898 tal-24 ta’ Mejju 2017 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-bisfenol A (ĠU L 138, 25.5.2017, pp. 128-130).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE)2017/774 tat-3 ta’ Mejju 2017 li temenda l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-fenol, sabiex jiġu adottati valuri ta’ limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli (ĠU L 115, 4.5.2017, pp. 47-49).

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/738 tas-27 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli fir-rigward taċ-ċomb, biex tadatta mal-progress tekniku (ĠU L 110, 27.4.2017, pp. 6-8).

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, pp. 1-1355).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-rReġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Aawtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, pp. 1-849). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 136, 29.5.2007, pp. 3-280).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.09.2022

Top