EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
L-Unjoni Ewropea (UE) biss għandha l-kompetenzi (is-setgħat) mogħtija lilha mit-trattati (prinċipju tal-konferiment). Taħt dan il-prinċipju, l-UE tista’ taġixxi biss fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha fit-trattati mill-Istati Membri tal-UE sabiex tikseb l-għanijiet tat-trattati. Kompetenzi mhux mogħtija lill-UE fit-trattati jibqgħu għand l-Istati Membri.
It-Trattat ta’ Lisbona jiċċara d-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha. Dawn il-kompetenzi huma maqsumin fi tliet kategoriji ewlenin:
Tliet tipi ewlenin ta’ kompetenzi
L-UE għandha kompetenza esklussiva għall-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali taħt ċerti kundizzjonijiet.
Kompetenzi speċjali
L-UE tista’ tieħu miżuri biex tiżgura li l-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tagħhom f’livell tal-UE.
Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE hija kkaratterizzata minn karatteristiċi istituzzjonali speċifiċi, bħall-parteċipazzjoni limitata tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fil-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-esklużjoni ta’ kull attivita ta’ leġiżlazzjoni. Dik il-politika hija definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew (li jikkonsisti mill-kapijiet tal-istati jew gvernijiet tal-Istati Membri) u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (li jikkonsisti minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru fuq livell ministerjali). Il-President tal-Kunsill Ewropew u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà jirrappreżenta lill-UE fi kwistjonijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni.
Eżerċitar tal-kompetenzi
L-eżerċitar tal-kompetenzi tal-UE huwa soġġett għal żewġ prinċipji fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — L-Ewwel Parti — Prinċipji — Titolu I — Kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni — l-Artikolu 2 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 50).
l-aħħar aġġornament 24.02.2022