EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Rekwiżiti tal-ekodisinn — apparat ta’ saldatura

Rekwiżiti tal-ekodisinn — apparat ta’ saldatura

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/2019 li — jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat ta’ saldatura

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi l-ekodisinn* għat-tqegħid fis-suq jew għat-tqegħid fis-servizz ta’ apparat ta’ saldatura li jaħdmu bil-mains tal-elettriku.

PUNTI EWLENIN

  • Din telenka l-proċessi ta’ saldatura li tapplika għaliha r-regolament u dawk li ma tapplikax għalihom.
  • Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn huma stabbiliti fl-Anness II, u jinkludu:
    • livelli ta’ effiċjenza minima għas-sors tal-eneġija użata;
    • “stat inattiv” massimu (simili għal standby) konsum tal-enerġija;
    • rekwiżiti mhux relatati mal-enerġija biex jagħmluha aktar faċli biex jissewwa, jiġi żmuntat, jittawwal iż-żmien għal użu utli ta’ u l-użu mill-ġdid ta’ appartat u komponenti ta’ saldatura inkluż
      • li l-paritjiet tal-bdil ikunu disponibbli għal sewwejja professjonali għal perjodu minimu ta’ 10 snin
      • li informazzjoni dwar manutenzjoni u tiswija speċifikata tkun liberament disponibbli għal sewwejja professjonali permezz tas-sit web tal-manufattur tal-apparat ta’ saldatura, l-importatur jew rappreżentant awtorizzat.
  • Ir-regolament jistipula l-proċedura ta’ vautazzjoni ta’ konformità, u fl-Anness III l-metodi ta’ kejl u l-kalkoli li għandhom jiġu segwiti bbażati, fejn disponibbli, fuq standards armonizzati mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika stabbiliti fl-Anness IV meta jwettqu kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.
  • Il-manifatturi, l-importaturi, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom ma għandhomx joffru għall-bejgħ prodotti li jkunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati u jbiddlu l-prestazzjoni tagħhom skont dan.
  • L-Anness V jistabbilixxi referenzi indikattivi għall-prodotti u tekniki li sejrin l-aħjar li huma disponibbli fis-suq f’termini ta’ effiċjenzja fis-sors tal-enerġija u l-konsum massimu tal-enerġija fi stat inattiv.
  • Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrevedi r-regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati tagħha, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta ta’ reviżjoni mhux aktar tard mill-14 ta’ Novembru 2024.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tistabbilixxi dawn għall-prodotti li jiġu mibjugħa u nnegozjati fl-UE u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

L-Ekodisinn: Politika għat-titjib, permezz ta’ disinn aħjar, tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, speċjalment l-effiċjenza enerġetika tagħhom.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1784 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar l-ekodisinn għat-tagħmir tal- iwweldjar skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 25.10.2019, pp. 121-135)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 (COM(2016) 773 final, 30.11.2016)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015) 614 final, 2.12.2015)

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, pp. 12–33)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, pp. 38-71)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2009/125/KE al-Parlament Eropew u tal-Kunsill tal-21 ta’Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, pp. 10-35)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.01.2020

Top