EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Infurzar tar-regoli tal-UE għall-katina agroalimentari

Infurzar tar-regoli tal-UE għall-katina agroalimentari

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2017/625 — kontrolli uffiċjali tul il-katina agroalimentari

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-kontrolli uffiċjali tal-UE biex jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-katina agroalimentari għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali u tas-saħħa tal-pjanti, tiġi applikata u infurzata b’mod korrett.
  • Ir-regolament jintroduċi approċċ armonizzat u koerenti aħjar għall-kontrolli uffiċjali u l-miżuri ta’ infurzar tul il-katina agroalimentari u jsaħħaħ il-prinċipju ta’ kontrolli bbażati fuq ir-riskju.

PUNTI EWLENIN

Katina agroalimentari

Ir-regolament jinkludi regoli dwar kontrolli uffiċjali mwettqa fuq in-negozji kollha tal-ikel u tal-għalf, minn produtturi primarji sa bejjiegħa bl-imnut u fornituri tal-ikel, iżda wkoll dawk li jrabbu, li jkabbru l-pjanti/l-annimali u n-negozjanti.

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Ir-regolament ikopri l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar sabiex jivverifika l-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar:
    • l-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni;
    • ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf;
    • is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf;
    • is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali;
    • il-produzzjoni organika u t-tikkettjar.
  • Ir-regolament ikopri wkoll l-importazzjoni ta’ ċerti annimali u prodotti minn:
    • barra l-UE li huma suġġetti għal verifiki fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-UE;
    • prodotti mibjugħa fuq l-internet.

Sistema bbażata fuq ir-riskju

  • Jistabbilixxi sistema bbażata fuq ir-riskji biex l-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali jwettu l-kontrolli uffiċjali fejn huma meħtieġa l-aktar.
  • B’mod ġenerali, sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom, dawn il-kontrolli mhux se jkunu mħabbra.

Il-benesseri tal-annimali

  • Il-kontrolli uffiċjali japplikaw għar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali, inkluż matul it-trasport, il-qtil u l-biedja tagħhom.
  • Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tadotta leġiżlazzjoni sabiex taġġusta r-rekwiżiti ta’ kontroll uffiċjali biex jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-benessri tal-annimali.
  • Se jkun hemm ċentri ta’ referenza tal-UE għall-benesseri tal-annimali li huma maħsuba sabiex:
    • jassistu lill-pajjiżi tal-UE bil-kontrolli uffiċjali tagħhom billi
      • iwettqu studji xjentifiċi u tekniċi
      • imexxu korsijiet ta’ taħriġ, u
      • jaqsmu riżultati tar-riċerka u informazzjoni dwar innovazzjonijiet tekniċi;
    • jipprovdu l-kompetenza xjentifika u teknika ta’ metodi għall-valutazzjoni u t-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali.

Kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE

  • Tiċċara u ssaħħaħ ir-regoli dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva bejn il-pajjiżi tal-UE.
  • Titlob li l-pajjiżi tal-UE jiżguraw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u awtoritajiet oħra tal-infurzar, prosekuturi pubbliċi u awtoritajiet ġudizzjarji dwar każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità.
  • Sistema integrata ta’ ġestjoni għal kontrolli uffiċjali se tintegra s-sistemi kollha tal-kompjuter eżistenti (u futuri) ġestiti mill-Kummissjoni.

Trasparenza

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippubblikaw rapporti annwali.

Finanzjament

Regoli għall-kalkolu tal-miżati għall-kontrolli uffiċjali se jiżguraw li pajjiżi tal-UE jiffinanzjaw is-sistema tal-kontroll tagħhom sew u li l-miżati ma jaqbżux l-ispiża tat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali.

Miżuri temporanji ta’ COVID-19

  • Wara li faqqgħet COVID-19, ħafna pajjiżi tal-UE introduċew restrizzjonijiet konsiderevoli ta’ moviment għall-popolazzjonijiet tagħhom biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, il-Kummissjoni adottat att ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament (UE) 2020/466, li jintroduċi miżuri temporanji meħtieġa biex jinkludu riskji mifruxa għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għall-benessri tal-annimali li jirriżultaw mill-kapaċità insuffiċjenti tal-pajjiżi biex iħaddmu persunal adattat għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. Tali attivitajiet jinkludu eżamijiet kliniċi ta’ annimali, ittestjar ta’ kampjuni u l-iffirmar u l-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali oriġinali fuq il-karta u attestazzjonijiet uffiċjali.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jirrimedjaw it-tfixkil serju fis-sistemi ta’ kontroll tagħhom mill-aktar fis possibbli. Ir-regolament japplika mill-1 ta’ Ġunju 2020.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019 għall-maġġoranza tal-artikoli fir-regolament bħal dawk dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, id-definizzjonijiet, ir-regoli għall-awtoritajiet kompetenti, il-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali u l-azzjonijiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjalin) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 2017/625 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2020/466 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) (ĠU L 98, 31.3.2020, pp. 30-33)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, pp. 10-22)

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 165, 21.6.2019, pp. 4-7)

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, pp. 1-4)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, pp. 31-50)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, pp. 1-17)

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 tas-7 ta’ Frar 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti (ĠU L 105, 25.4.2018, pp. 1-2)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/329 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jaħtar Ċentru ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali (ĠU L 63, 6.3.2018, pp. 13-14)

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, pp. 1-32)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, pp. 1-29)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 1-50)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, pp. 1–33)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-regolament tal-Kunsill Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, pp. 1-30)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, pp. 5-13)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119//KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela (verżjoni kodifikat) (ĠU L 10, 15.1.2009, pp. 7-13)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tad-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, pp. 19-28)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, pp. 1-16)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, pp. 1-44)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, pp. 53-57)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, pp. 23–27)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 05.05.2020

Top