EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni

Kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2012) 497 final) — l-appoġġ strateġiku tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Hija tipproponi t-tisħiħ u l-iffukar tal-attivitajiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea (UE) fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jintuża l-approċċ doppju.
  • L-approċċ doppju ta’ ftuħ ikkumplimentat minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali mmirati sejjer jiġi żviluppat abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, l-aħjar skala u ambitu, sħubija u sinerġija.

PUNTI EWLENIN

  • L-UE jeħtieġ li l-mexxej dinji fir-riċerka u l-innovazzjoni. Hekk kif qed issir dejjem aktar riċerka u innovazzjoni fil-pajjiżi mhux tal-UE, l-UE se jkollha taċċessa dan l-għarfien.
  • Sabiex tibqa’ attur globali ewlieni, l-UE għandha tippromwovi ruħha bħala post attraenti għar-riċerka u l-innovazzjoni u tkun ta' suċċess fil-kompetizzjoni globali għat-talent, filwaqt li fl-istess ħin tippreserva l-interessi ekonomiċi tagħha.
  • L-UE teħtieġ li ssaħħaħ id-djalogi tagħha mal-imsieħba internazzjonali biex tibni massa kritika sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.
  • Sejrin jiġu żviluppati, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-politiki u l-istrumenti esterni tal-UE, attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni.
  • L-UE, kif ukoll pajjiżi tal-UE jeħtieġ li jikkoordinaw l-attivitajiet rispettivi tagħhom, sabiex jiżguraw li politiki nazzjonali u tal-UE huma konsistenti b’mod reċiproku.

L-għanijiet tal-kooperazzjoni UE-internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni huma:

  • 1.

    It-tisħiħ tal-eċċellenza u l-attrazzjoni tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll il-kompetittività ekonomika u industrijali tagħha, billi:

    • jinħolqu sitwazzjonijiet li jkunu ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat u ssir kooperazzjoni abbażi ta’ benefiċċju reċiproku;
    • ikun hemm aċċess għal sorsi ta’ għarfien barra mill-UE;
    • ikun attirat it-talent u l-investiment lejn l-UE;
    • ikun iffaċilitat l-aċċess għal swieq ġodda u emerġenti; u
    • ikun hemm ftehim dwar prattiki komuni għat-twettiq tar-riċerka u għall-użu tar-riżultati.
  • 2.

    L-indirizzar tal-isfidi globali għas-soċjetà billi:

    • jiġu żviluppati u implimentati soluzzjonijiet effettivi b’mod iktar mgħaġġel; u
    • ikun ottimizzat l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka.

Id-diplomazija tax-xjenza ” se tuża kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni bħala mod għat-titjib tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi u reġjuni ewlenin. Relazzjonijiet internazzjonali tajbin jistgħu, min-naħa tagħhom, iwasslu għal kooperazzjoni effettiva fir-riċerka u l-innovazzjoni

Din l-istrateġija l-ġdida għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni hija kkaratterizzata minn:

  • Il-programm Orizzont 2020 li huwa miftuħ b’mod sħiħ għall-parteċipazzjoni mhux mill-UE, fattur li jippermetti lir-riċerkaturi tal-UE biex jikkooperaw mal-aħjar imħuħ minn madwar id-dinja;
  • attivitajiet immirati ta’ kooperazzjoni internazzjonali bl-iskala u l-ambitu neċessarji sabiex l-impatt ikun massimizzat;
  • l-iżvilupp ta’ pjanijiet direzzjonali multiannwali għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni msieħba ewlenin;
  • it-tisħiħ tas-sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-UE u partijiet interessati relevanti;
  • il-promozzjoni ta’ prinċipji komuni għat-twettiq tal-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni;
  • it-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u fora multilaterali;
  • it-tisħiħ tal-implimentazzjoni, governanza, monitoraġġ u evalwazzjoni.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni: Approċċ strateġiku (COM(2012) 497 final, 14.9.2012)

DOKUMENTI RELATATI

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li Jakkumpanja d-dokument ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE: Approċċ strateġiku (SWD(2012) 258 final, 14.9.2012)

Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 104–173)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2014) 567 final, 11.9.2014)

Dokument ta' Pjanijiet Direzzjonali ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni internazzjonali li Jakkumpanja r-rapport tad-dokument tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (SWD (2014) 276 final, 11.9.2014)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2016) 657 final, 13.10.2016)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni; Prijoritajiet għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni li Jakkumpanja d-dokument Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (SWD(2016) 329 final, 13.10.2016)

l-aħħar aġġornament 07.12.2016

Top