Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-promozzjoni tal-vidjokonferenzi bejn il-pajjiżi tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja

Il-promozzjoni tal-vidjokonferenzi bejn il-pajjiżi tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill — l-aħjar prattiki tal-vidjokonferenzi transkonfinali fil-qasam tal-ġustizzja

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAWN IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET?

  • Huma jistabbilixxu l-benefiċċji tal-vidjokonferenzi bħala għodda sabiex tassisti l-proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu aktar minn pajjiż tal-UE wieħed u jipprovdu suġġerimenti dwar kif tista' tittejjeb.
  • Dawn huma relatati mal-politika dwar il-ġustizzja elettronika tal-UE u b’mod partikolari l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġustizzja Elettronika Ewropea 2014-2018.

PUNTI EWLENIN

Il-benefiċċji tal-vidjokonferenzi huma:

  • aktar flessibiltà għall-qrati u għall-uffiċċji ta’ prosekuzzjoni biex jiġbru evidenza mill-vittmi u x-xhieda, biex jisimgħu l-opinjonijiet tal-esperti u jieħdu d-dikjarazzjonijiet tal-persuni suspettati u tal-konvenuti,
  • inqas stress għal xhieda vulnerabbli bħal tfal,
  • li ma jsirx ivvjaġġar minn vittmi, xhieda jew esperti mill-pajjiżi tal-UE li huma meħtieġa jixhdu,
  • li jiġu pprovduti salvagwardji immedjati u effettivi bħad-dritt għal interpretazzjoni, id-dritt għal informazzjoni, l-aċċess għal avukat għal persuna suspettata meta tiġi arrestata f’post remot,
  • inqas spejjeż u aktar sigurtà , b’mod partikolari billi jiġi evitat it-trasport tal-persuni fil-kustodja.

Titjib potenzjali

Madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet jinnotaw li hemm diversi oqsma fejn il-vidjokonferenzi bejn l-awtoritajiet f’pajjiżi tal-UE differenti jistgħu jittejbu, inkluż:

  • it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi, organizzattivi u legali,
  • l-aġġornament u s-supplimentazzjoni ta’ informazzjoni fuq il-portal tal-Ġustizzja Elettronika,
  • il-koordinazzjoni ma’ proġetti oħra inklużi e-CODEX, il-proġett AVIDICUS u n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju,
  • l-iżgurar li t-tagħmir tal-vidjokonferenzi huwa ta’ kwalità suffiċjenti u li ma jaffettwax id-drittijiet tad-difiża.

Rakkomandazzjonijiet

Il-pajjiżi tal-UE huma mistiedna jieħdu għadd ta’ miżuri, inkluż:

  • l-introduzzjoni ta’ punt ta’ kuntatt jew punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-vidjokonferenzi,
  • qbil dwar lingwa komuni għall-vidjokonferenzi, jekk applikabbli, flimkien ma’ servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni xierqa,
  • l-offerta ta' taħriġ għal utenti potenzjali, inklużi l-imħallfin u l-prosekuturi,
  • l-abbozzar ta’ linji gwida prattiċi dwar l-istandards tekniċi għall-utenti u għall-persunal tal-ippjanar tekniku u ta’ appoġġ,
  • it-twettiq ta’ testijiet prattiċi biex tittejjeb l-interoperabilità mas-sistemi ta’ pajjiżi tal-UE oħrajn.

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġiżlazzjoni Elettronika (Ġustizzja Elettronika) huwa mitlub:

  • jesplora modi sabiex jinbeda approċċ ikkoordinat għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-vidjokonferenzi ma’ pajjiżi mhux tal-UE sabiex jissupplimenta l-kuntatti individwali li l-pajjiżi tal-UE diġà għandhom,
  • jistabbilixxi netwerk ta’ koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE sabiex jiskambjaw l-esperjenzi u jikkondividu l-aħjar prattiki dwar il-vidjokonferenzi, inkluż it-taħriġ,
  • jidentifika l-arranġamenti li għandhom isiru sabiex jiġu ggarantiti s-salvagwardji proċedurali fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża.

Il-Kummissjoni għandha:

  • tippubblika r-rapport finali tal-grupp ta’ esperti dwar il-vidjokonfernezi transkonfinali fuq il-portal tal-Ġustizzja Elettronika,
  • tipprovdi appoġġ finanzjarju sabiex tiżgura l-interoperabilità tas-sistemi ta’ vidjokonferenzi fil-pajjiżi tal-UE kollha.

SFOND

Il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika

ATT

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill — “Promozzjoni tal-użu u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-vidjokonferenzi transkonfinali fil-qasam tal-ġustizzja fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE” (ĠU C 250, 31.7.2015, p. 1–5)

l-aħħar aġġornament 20.01.2016

Top