EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Protezzjoni aħjar għall-vittmi tal-vjolenza

Protezzjoni aħjar għall-vittmi tal-vjolenza

Il-vittmi tal-vjolenza, b’mod partikolari l-vjolenza domestika u l-insegwiment malizzjuż (stalking), jistgħu jgawdu l-istess protezzjoni mid-delinkwenti fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.

ATT

Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili

SOMMARJU

Il-vittmi tal-vjolenza, b’mod partikolari l-vjolenza domestika u l-insegwiment malizzjuż (stalking), jistgħu jgawdu l-istess protezzjoni mid-delinkwenti fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament jintroduċi proċess sempliċi ta’ ċertifikazzjoni li permezz tiegħu ordni ta’ trażżin, protezzjoni jew żamma maħruġa f’pajjiż wieħed tal-UE tkun tista’ tiġi rikonoxxuta malajr u faċilment madwar l-UE kollha.

Huwa jaħdem flimkien mad-Direttiva 2011/99/UE, li tistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti lill-persuni li jibbenifikaw minn ordni ta’ protezzjoni f’pajjiż wieħed tal-UE jitolbu għal Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni li tagħtihom protezzjoni mifruxa mal-UE kollha.

PUNTI EWLENIN

Persuna protetta li tkun tixtieq tirċievi protezzjoni f’pajjiż ieħor tal-UE għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż tal-UE b’dawn li ġejjin:

  • kopja valida tal-miżura ta’ protezzjoni;
  • iċ-ċertifikat maħruġ fil-pajjiż tal-UE tal-oriġini;
  • traduzzjoni taċ-ċertifikat, fejn meħtieġ, ipprovduta mill-pajjiż tal-UE tal-oriġini bl-użu tal-formola standard multilingwali.

Il-validità taċ-ċertifikat f’pajjiżi oħrajn tal-UE hija limitata għal 12-il xahar mid-data tal-ħruġ anki jekk l-ordni ta’ protezzjoni jkollha durata itwal.

Fejn possibbli, il-persuna li tikkawża r-riskju għandha tkun ġiet innotifikata dwar l-ordni ta’ protezzjoni sabiex iċ-ċertifikat ikun jista’ jinħareġ skont il-liġi tal-pajjiż tal-UE tal-oriġini. Huma għandhom jiġu infurmati wkoll dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat u l-effett tiegħu.

Fejn ikun hemm bżonn li jiġu aġġustati l-elementi fattwali taċ-ċertifikat bil-għan li jingħata effett sħiħ lill-ordni fil-pajjiż tal-UE indirizzat, dan isir skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż. Il-persuna li tikkawża r-riskju għandha tiġi mgħarrfa b’dan l-aġġustament.

Ir-rikonoxximent jew l-infurzar jista’ jiġi rrifjutat mal-applikazzjoni mill-persuna li tikkawża r-riskju jekk:

  • imur kontra l-politika pubblika tal-pajjiż tal-UE indirizzat;
  • ikun inkompatibbli ma’ sentenza mogħtija jew rikonoxxuta f’dak il-pajjiż tal-UE.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-11 ta' Jannar 2015.

Għal aktar tagħrif, ara:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013

19.7.2013

-

ĠU L 181 tad-29.6.2013, p. 4-12

ATTI RELATATI

Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338 tal-21.12.2011, p. 2-18)

l-aħħar aġġornament 10.06.2015

Top