EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Monitoraġġ tal-effettività tal-politiki dwar il-protezzjoni soċjali tal-pajjiżi tal-UE

Il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) tal-Unjoni Ewropea (UE), stabbilit skont l-Artikolu 160 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE), jagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-aspetti kollha tal-politika dwar il-protezzjoni soċjali u għandu rwol ewlieni fil-proċess tas-Semestru Ewropew.

ATT

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - Parti 3 - Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni - Titolu X - Il-Politika Soċjali - Artikolu 160 (ex Artikolu 144 TEC) (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 118-119).

SOMMARJU

Il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) tal-Unjoni Ewropea (UE), stabbilit skont l-Artikolu 160 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE), jagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-aspetti kollha tal-politika dwar il-protezzjoni soċjali u għandu rwol ewlieni fil-proċess tas-Semestru Ewropew.

X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-SPC, kif ukoll il-kompiti, is-sħubija u l-metodi ta’ ħidma tiegħu. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni tirrifletti l-iżvilupp tas-Semestru Ewropew u r-rwol tal-SPC f’dan il-proċess u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/689/KE.

PUNTI EWLENIN

Il-kompiti tal-SPC jinkludu:

  • Il-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet soċjali fl-UE u l-iżvilupp ta’ politiki dwar il-protezzjoni soċjali fil-pajjiżi tal-UE,
  • Il-promozzjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ approċċi tal-politika soċjali fost il-gvernijiet tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea,
  • It-tħejjija ta’ rapporti, opinjonijiet u xogħol ieħor fuq talba tal-Kunsill tal-UE, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess.

Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti, l-SPC għandu jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti kollha tas-Semestru Ewropew fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tiegħu u jirrapporta dwarhom lill-Kunsill.

Kull pajjiż tal-UE u l-Kummissjoni jaħtru 2 membri tal-SPC u jistgħu jaħtru 2 membri supplenti.

Din id-Deċiżjoni tipprevedi l-ħatra ta’ Chairperson u Viċi Chairpersons minn fost il-membri u t-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma sabiex jistudjaw kwistjonijiet speċifiċi.

META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Mill-15 ta’ Mejju 2015.

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/773 tal-11 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 16-19).

l-aħħar aġġornament 15.06.2016

Top