EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi għall-pajjiżi tal-UE

Linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi għall-pajjiżi tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 — linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-pajjiżi tal-UE u għall-UE kollha b'mod ġenerali

SOMMARJU

X'JAGĦMLU L-LINJI GWIDA ĠENERALI GĦALL-POLITIKI EKONOMIĊI?

B'mod konformi mal-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill joħroġ linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi (BEPGs) għall-ekonomija tal-UE. Dawn huma linji gwida dwar il-politiki makroekonomiċi u strutturali li għandhom l-għan li jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tal-pajjiżi tal-UE sabiex jintlaħqu miri komuni.

Meta jinqraw flimkien mal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-pajjiżi tal-UE, li jiġu ppubblikati kull sena taħt artiklu separat (Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), huma jiffurmaw il-linji gwida integrati għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020.

PUNTI EWLENIN

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 żvelat u ħarrxet dgħjufijiet importanti fl-UE u enfasizzat l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-pajjiżi tal-UE. L-aktar sett ta' linji gwida reċenti, dawk tal-2015, ifittex li:

  • kif deskritt fl-istħarriġ dwar it-tkabbir annwali tal-2015 ippreżentat mill-Kummissjoni, jivvalida u jappoġġa azzjonijiet politiċi biex jintlaħqu l-miri għall-istrateġija ta' Ewropea 2020 abbażi ta':
    • l-investiment,
    • ir-riformi strutturali, u
    • ir-responsabilità fiskali;
  • jistabbilixxi b'mod sod lill-UE fit-triq għat-tkabbir, il-mira tal-istrateġija ta' Ewropa 2020, u jippermettilha timmassimizza l-potenzjal għall-ħolqien ta' xogħlijiet ġodda;
  • jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tas-simestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.

Il-Kunsill jirrakkomanda li l-pajjiżi tal-UE u, fejn xieraq lill-UE inġenerali, jqisu l-linji gwida li ġejjin fil-politiki ekonomiċi tagħhom.

  • Linja gwida 1: tisħiħ tal-investiment billi:
    • l-opportunitajiet ipprovduti mill-fondi tal-UE jiġu sfruttati bl-aqwa mod, inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Fondi Strutturali sabiex jiffinanzjaw l-investiment f'oqsma prinċipali ta' tkabbir
    • tiġi stabbilita pjattaforma Ewropea taħt l-awspiċji tal-Bank Ewropew ta' Investiment (EIB) sabiex jiġi pprovdut parir fuq l-investiment kif ukoll tinbena sensiela trasparenti ta' proġetti sabiex jiġi żgurat li l-kapital ikun ta' benefiċċju għall-ekonomija reali (jiġifieri l-lat pożittiv tal-ekonomija).
  • Linja gwida 2: żieda fit-tkabbir permezz ta' riformi strutturali fil-pajjiżi tal-UE permezz ta':
    • kontinwazzjoni tar-riformi tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tas-sigurtà soċjali sabiex jiżdied it-tkabbir u jiżdiedu l-impjiegi filwaqt li jiġi żgurat aċċess universali għall-benefiċċji soċjali u għas-servizzi, flimkien mal-kwalità, l-affordabilità u sostenibbiltà tagħhom;
    • is-segwiment tar-riforma u l-integrazzjoni tas-swieq tal-prodotti sabiex il-klijenti u n-negozji tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi u minn għażla usa' ta' oġġetti u servizzi;
    • titjib tal-ambjent regolatorju li fih joperaw il-kumpaniji, b'mod partikolari sabiex jiġu appoġġati negozji ta' daqs żgħir u medju (SMEs);
    • il-promozzjoni tal-investiment tas-settur privat fir-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari tas-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ekonomija diġitali.
  • Linja gwida 3: eliminazzjoni tal-ostakoli ewlenin għal tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi fl-UE billi:
  • Linja gwida 4: il-finanzi pubbliċi jkunu magħmulin aktar sostenibbli u favur it-tkabbir billi:
    • jitwettqu politiki fiskali li jikkonformaw mal-Patt dwar l-Istabilità u t-Tkabbir (jiġifieri l-kontrollar tad-defiċit u dejn f'livelli sostenibbli) sabiex jiġu ġġenerati effetti ta' tixrid ta' benefiċċju fuq it-tkabbir permezz ta' azzjoni aktar ikkoordinata. Dan għandu jippermetti lil dawk il-pajjiżi tal-UE li ma għandhomx spazju fiskali (jiġifieri spazju fejn jimmanuvraw) sabiex jerġgħu jiksbuh, u dawk li għandhom, sabiex jużaw l-opportunità biex iħeġġu d-domanda domestika, b'enfażi partikolari fuq l-investiment.
    • il-prijoritazzjoni ta' oqsma ta' nfiq li jsaħħu t-tkabbir (eż. edukazzjoni, ħiliet, riċerka u żvilupp, innovazzjoni u investiment f'netwerks b'impatti pożittivi fuq il-produttività);
    • mixja lejn tassazzjoni aktar favur it-tkabbir u t-titjib tal-effiċjenza tas-sistema fiskali billi titwessa' l-bażi fiskali, kif ukoll tissaħħaħ l-amministrazzjoni fiskali, tiġi ssimplifikata s-sistema tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27-31)

l-aħħar aġġornament 25.02.2016

Top