EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kwistjonijiet dwar ir-rata tal-kambju u ftehimiet monetarji maż-żona tal-euro

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 98/683/KE — kwistjonijiet dwar ir-rata tal-kambju relatati mal-Frank CFA u mal-Frank Comorjan

Deċiżjoni 98/744/KE — kwistjonijiet dwar ir-rata tal-kambju relatati mal-escudo Cape Verdjan

Deċiżjoni 1999/95/KE — il-ftehimiet monetarji fil-kommunitajiet territorjali Franċiżi ta’ Saint-Pierre-et-Miquelon u Mayotte

Deċiżjoni 1999/96/KE — il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Prinċipat ta’ Monaco

Deċiżjoni 1999/97/KE — il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mar-Repubblika ta’ San Marino

Deċiżjoni 1999/98/KE — il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Deċiżjoni 2004/548/KE — il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Prinċipat ta’ Andorra

Deċiżjoni 2004/750/KE — il-ftuħ tan-negozjati dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Prinċipat ta’ Andorra

Ftehim monetarju bejn l-UE u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Ftehim monetarju bejn l-UE u Andorra

Ftehim monetarju bejn l-UE u San Marino

Ftehim monetarju bejn l-UE u Monaco

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONIJIET U TAL-FTEHIMIET?

  • Mal-wasla tal-euro fl-1 ta’ Jannar1999, kien meħtieġ li l-Unjoni Ewropea (UE) tiddefinixxi mill-ġdid ir-relazzjonijiet monetarji ma’ pajjiżi u territorji li qabel kienu jużaw il-frank Franċiż u l-escudo Portugiż.
  • Fl-istess ħin, kien jinħtieġ li tiġi stabbilita bażi monetarja ġdida mal-ġirien tal-UE, bħal Monaco, San Marino u l-Vatikan. Dawn ma kellhom l-ebda munita nazzjonali tagħhom stess, iżda kienu jużaw dawk tal-pajjiżi li sussegwentement adottaw l-euro.

PUNTI EWLENIN

L-arranġamenti l-ġodda huma stabbiliti fil-ftehimiet li ġejjin:

  • 1.

    Kwistjonijiet dwar ir-rata tal-kambju

  • 2.

    Ftehimiet monetarji

    • It-territorji Franċiżi ta’ Saint-Pierre-et-Miquelon, qrib il-kosta tal-Lvant tal-Kanada u Mayotte fl-Oċean Indjan, li l-ebda wieħed minnhom ma jagħmel parti mill-UE, jissostitwixxu l-frank Franċiż bil-euro. Dawn huma permessi jużaw il-karti tal-flus u l-muniti bil-valuta frank sat-30 ta’ Ġunju 2002.
  • 3.

    Relazzjonijiet monetarji

    • Monaco, San Marino u l-Vatican iffirmaw ftehimiet monetarji mal-UE qabel l-introduzzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro fl-2002. Dawn ġew negozjati mill-ġdid sabiex jiġu kkoreġuti xi nuqqasijiet. Dawn jawtorizzaw it-3 pajjiżi biex jużaw l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħhom. Huma jridu:
      • ma joħorġu l-ebda karta jew munita tal-euro diment li l-ftehim jippermetti dan;
      • jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar il-karti u l-muniti tal-euro, id-drittijiet tal-awtur u l-iskambju ta’ karti ddanneġġati;
      • jipproteġu l-karti u l-muniti tal-euro kontra l-falsifikazzjoni ta’ flus.
    • Il-ftehimiet jippermettu lil kull wieħed mit-3 pajjiżi joħroġ numru limitat tal-muniti tal-euro:
      • Monaco (volum annwali ta’ 1/500 mill-kwantità ta’ muniti maħduma fi Franza);
      • San Marino (valur nominali annwali massimu ta’ EUR 1,944,000);
      • the Vatican (valur nominali annwali massimu ta’ EUR 1 miljun).
    • Andorra talbet ftehim monetarju mal-UE fil-15 ta’ Lulju 2003 Dan ġie konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2011, billi ppermetta lill-pajjiż juża l-euro bħala l-munita uffiċjali tiegħu u, minn Lulju 2013, joħroġ il-muniti tal-euro tiegħu stess.

META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONIJIET U L-FTEHIMIET?

  • Mill-1 ta’ Jannar 1999 għall-frank CFA, il-frank Franċiż (Saint-Pierre-et-Miquelon u Mayotte), il-frank Comorjan u l-escudo Cape Verdjan.
  • Mill-1 ta’ Jannar 2010: il-Vatikan — dan il-ftehim issostitwixxa ftehim monetarju preċedenti li ġie konkluż fl-2000 bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Italja flimkien mal-Kummissjoni u l-BĊE, u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.
  • 1 ta’ Diċembru 2011: Monaco — dan il-ftehim issostitwixxa ftehim li ġie konkluż fl-2001 minn Franza, flimkien mal-Kummissjoni u l-BĊE.
  • 1 ta’ April 2012: Andorra.
  • 1 ta’ Settembru 2012: San Marino — dan il-ftehim issostitwixxa ftehim preċedenti bejn l-Italja, f’isem il-Komunità Ewropea u San Marino.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill 98/683/KE tat-23 ta’ Novembru 1998 li tikkonċerna kwistjonijiet dwar ir-rata tal-kambju relatati mal-Frank CFA u mal-Frank Comorjan (ĠUJ L 320, 28.11.1998, pp. 58–59).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 98/683/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni tal-Kunsill 98/744/KE tal-21 ta’ Diċembru 1998 li tikkonċerna kwistjonijiet dwar ir-rata tal-kambju relatati mal-escudo Cape Verdjan (ĠU L 358, 31.12.1998, pp. 111–112).

Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/95/KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 li tikkonċerna arranġamenti monetarji fil-komunitajiet territorjali Franċiżi ta’ Saint-Pierre-et-Miquelon u Mayotte (ĠU L 30, 4.2.1999, pp. 29–30).

Deċiżjoni tal-Kunsill 1996/96/KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Prinċipat ta’ Monaco (ĠU L 30, 4.2.1999, pp. 31–32).

Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/97/KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mar-Repubblika ta’ San Matino (ĠU L 30, 4.2.1999, pp. 33–34).

Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/98/KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan (ĠU L 30, 4.2.1999, pp. 35–36).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/548/KE tal-11 ta’ Mejju 2004 2004 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Prinċipalità ta’ Andorra (ĠU L 244, 16.7.2004, pp. 47–49).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/750/KE tal-21 ta’ Ottubru 2004 dwar il-ftuħ tan-negozjati fir-rigward ta’ ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Prinċipat ta’ Andorra (ĠU L 332, 6.11.2004, p. 15).

Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (ĠU C 28, 4.2.2010, pp. 13–18).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra (ĠU C 369, 17.12.2011, pp. 1–13).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino (ĠU C 121, 26.4.2012, pp. 5–17).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako (Ġ C 310, 13.10.2012, pp. 1–11).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 26.08.2021

Top