EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ikel ġdid — regoli mill-2018

Ikel ġdid — regoli mill-2018

 

SOMMARJU TA’:

ir-Regolament (UE) Nru 2015/2283 dwar ikel ġdid

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli għat-tqegħid ta’ ikel ġdid* fis-suq fl-Unjoni Ewropea (UE). Dan huwa ddisinjat biex jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-interess tal-konsumaturi.

PUNTI EWLENIN

  • In-negozji tal-ikel iridu jiddeterminaw jekk il-prodott li jixtiequ jqiegħdu fis-suq huwiex kopert mil-leġiżlazzjoni. Jekk ma jkunux ċerti:
    • jistgħu jikkonsultaw lill-awtoritajiet nazzjonali tas-suq ikkonċernat billi jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa;
    • dawk l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkonsultaw lil kollegi f’pajjiżi oħrajn tal-UE u lill- Kummissjoni Ewropea.
  • Il-Kummissjoni tenħtieġ tistabbilixxi lista pożittiva ta’ ikel ġdid awtorizzat mill-1 ta’ Jannar 2018 u taġġornaha regolarment.
  • Prodott awtorizzat ma għandux:
    • joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem, abbażi ta’ evidenza xjentifika;
    • iqarraq bil-konsumaturi, b’mod partikolari meta jkun maħsub biex jissostitwixxi ikel ieħor u jkun hemm bidla sinifikanti fil-valur nutrittiv;
    • ikun ta’ żvantaġġ mil-lat nutrittiv meta jissostitwixxi ikel ieħor taħt konsum normali.
  • Il- proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq tista’ tiġi xkattata jew mill-applikant (pajjiż tal-UE, pajjiż mhux tal-UE jew parti interessata), jew inkella mill-Kummissjoni.
  • L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dettalji, bħall-isem u d-deskrizzjoni tal-ikel ġdid, il-kompożizzjoni dettaljata tiegħu, il-proċessi ta’ produzzjoni u l-evidenza xjentifika li tikkonferma li mhuwiex ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.
  • Il-Kummissjoni tista’ titlob lill- Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar is-sigurtà tal-ikel ġdid.
  • Il-Kummissjoni tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar jekk tawtorizzax ikel ġdid lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. L-approvazzjoni tagħha hija meħtieġa qabel ma l-prodott il-ġdid ikun jista’ jiżdied mal-lista pożittiva.
  • Regoli speċifiċi japplikaw għall-ikel tradizzjonali minn pajjiżi mhux tal-UE li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jew l-importaturi tagħhom jixtiequ jbigħu fl-UE.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal:

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan jibda japplika mill- 1 ta’ Jannar 2018.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ikel ġdid: ikel li fl-UE ma ntużax għall-konsum f’livell sinifikanti qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Dan ikopri firxa wiesgħa ta’ prodotti, bħal ikel bi struttura molekolari ġdida jew modifikata b’mod intenzjonat, ikel bl-użu ta’ proċess ta’ produzzjoni tal-ikel ġdid (ħobż ittrattat bid-dawl UV biex jiżdied il-kontenut tal-vitamina D) jew prodott mill-mikroorganiżmi, fungi jew algi (pereżempju l-użu tal-mikroalgi Schizochytrium sp f’ikel bħal bars taċ-ċereali, xaħmijiet tat-tisjir, eċċ. bħala sors alternattiv tal-aċidu Dokosaeżaenojku).

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, pp. 1-22)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 tal- 20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, pp. 55-63)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2469 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi għall-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, pp. 64-71)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal- 20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, pp. 72-201)

l-aħħar aġġornament 04.04.2018

Top