This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat- dwar l-Istatut għal Kumpanija Ewropea
Ir-Regolament (KE) Nru 2157/2001
SE bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż tal-UE hija rregolata:
SE hija stabbilta minn tal-anqas żewġ kumpaniji li joriġinaw minn pajjiżi taż-ŻEE differenti, li jfisser li tista’ tinħoloq biss minn bażi eżistenti. Għandu jkollha kapital minimu ta’ EUR 120,000 u tista’ tinħoloq bil-modi li ġejjin.
| Fużjoni (biex tiġi stabbilita SE) | Kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata | Tal-anqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti taż-ŻEE |
| Stabbiliment ta’ kumpanija azzjonarja Ewropea | Kumpaniji pubbliċi jew privati b’responsabbiltà limitata | Tal-anqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti taż-ŻEE jew għandu jkollhom sussidjarja jew fergħa f’pajjiż ieħor tal-UE għal tal-anqas sentejn |
| Stabbiliment ta’ sussidjarja Ewropea | Kumpaniji, ditti jew entitajiet legali oħra | Tal-anqas tnejn mill-entitajiet għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti taż-ŻEE jew għandu jkollhom sussidjarja jew fergħa f’pajjiż ieħor tal-UE għal tal-anqas sentejn |
| Konverżjoni | Kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata | Il-kumpanija għandu jkollha sussidjarja f’pajjiż ieħor taż-ŻEE għal tal-anqas sentejn |
SE:
Ir-reġistrazzjoni u t-tlestija tal-likwidazzjoni ta’ SE tiġi ppubblikata għal informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-istatuti tal-SE jistgħu jkunu relatati ma’ żewġ sistemi organizzazzjonali differenti:
L-SEs huma soġġetti għal taxxi u imposti fil-pajjiżi kollha taż-ŻEE skont ir-regoli applikabbli f’dawk il-pajjiżi.
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/699 jintroduċi eċċezzjoni temporanja għar-regoli li jirregolaw l-SEs (u s-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs), maħluqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003). Peress li l-miżuri ta’ konfinament u ta’ tbegħid soċjali tal-COVID-19 jagħmluha diffiċli għall-SEs u l-SCEs biex jorganizzaw il-laqgħat ġenerali tagħhom fi żmien 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja tagħhom, kif inhu legalment meħtieġ, din il-miżura temporanja tippermetti lill-SEs u lill-SCEs jagħmlu l-laqgħat ġenerali tagħhom fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja, iżda mhux aktar tard mill-.
Id-Direttiva 2001/86/KE
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat- dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, , p. 1-21)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat- li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (ĠU L 294, , p. 22-32)
l-aħħar aġġornament