Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Apparati ta’ medda qasira, RLAN (WiFi), Internet tal-Oġġetti, tagħmir ultra-wide band (UWB) u Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (ITS)

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/179 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ aċċess bla wajers inklużi n-networks tar-radju għaż-żona lokali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/173 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 900 MHz u1800 Mhz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875-5935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti s (ITS)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2077 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1483 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/641/Uedwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/752/UE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/829/UE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi

Id-Deċiżjoni 2010/368/UE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni 2009/381/KE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika

Id-Direttiva 91/287/KEE dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità

X’INHUMA L-GĦANIJIET TAD-DIRETTIVA U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jikkonċernaw l-aktar l-armonizzazzjoni, filwaqt li oħra jindirizzaw meded ta’ frekwenza speċifiċi għal skopijiet speċifiċi, minbarra l-limiti fuq il-qawwa tas-sinjali u l-interferenza li tikkawża ħsara fejn applikabbli. Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, u l-emendi jirriflettu kif evolvew il-ftehimiet Ewropej u internazzjonali dwar l-armonizzazzjoni u dawk tekniċi.
  • Id-direttiva “DECT” għażlet il-banda ta’ frekwenza 1 880-1 900 MHz għal komunikazzjonijiet diġitali bla fili sal-1 ta’ Jannar 1992 u tobbliga lill-pajjiżi tal-UE jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli amministrattivi nazzjonali meħtieġa.

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jkopru apparati ta’ tagħmir bir-radju li jiġu operati permezz ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew fuq bażi mhux liċenzjata jew kondiviża mill-utenti aħħarin. Dan jinkludi apparati ta’ netwerk għall-aċċess bir-radju lokali (wi-fi) li wrew tkabbir kbir fid-domanda għall-ispettru tar-radju, kif ġie rikonoxxut fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tal-2018.

Il-maġġoranza ta’ dawn l-atti huma deċiżjonijiet ta’ armonizzazzjoni. Oħrajn jindirizzaw il-meded ta’ frekwenza għal skopijiet differenti, bħal varjetà kbira ta’ apparati għal meded qosra, it-tagħmir tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), tagħmir ta’ meded ultra-wide, allarmi, apparati li jiftħu l-bibien, impjanti mediċi, sistemi tat-trasport intelliġenti, apparati ta’ identifikazzjoni permezz ta’ frekwenza tar-radju (RFID), lokalizzazzjoni bir-radju, probing tal-art, u tipi ġodda ta’ apparati bejn il-magni, kif ukoll tagħmir għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (PMSE) bħal kollegamenti bil-vidjo mingħajr fili jew mikrofoni u telefons diġitali mingħajr fili.

Medda oħra ġenerali ta’ awtorizzazzjoni hija relatata mas-sigurtà tal-vetturi, b’mod partikolari għall-operazzjoni tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS).

Id-diversi deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jkopru l-ispettru tar-radju li ġej, minħabba l-limiti fuq il-qawwa tas-sinjali u l-interferenza li tikkawża ħsara fejn applikabbli

  • il-medda ta’ frekwenza 5 GHz (5 150-5 350 MHz u 5 470-5 725 MHz) għas-sistemi ta’ aċċess bla fili, inklużi n-networks tar-radju għaż-żona lokali (WAS/RLANs — wi-fi broadband);
  • il-medda ta’ frekwenza 3 400-3 800 MHz għal sistemi terrestri għal “networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fissi, nomadiċi u mobbli”;
  • il-medda ta’ frekwenza 5 875-5 935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport;
  • l-ispettru tar-radju għall-użu minn apparati għal meded qosra;
  • il-medda tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi;
  • użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali;
  • il-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjo mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr filili jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali;
  • il-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti;
  • spettru tar-radju għall-użu minn tagħmir għal meded qosra fil-meded ta’ frekwenzi 874-876 and 915-921 MHz;
  • spettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, bħal intraċċar tal-post tal-vettura u tal-inġenju tal-ajru.

Id-Direttiva 91/287/KEE

Id-direttiva tobbliga lill-pajjiżi tal-UE jagħżlu l-medda ta’ frekwenza 1 880-1 900 MHz għal komunikazzjonijiet diġitali mingħajr fili sal-1 ta’ Jannar 1992.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW ID-DIRETTIVA U D-DEĊIŻJONIJIET?

Leġiżlazzjoni

Id-data tal-applikazzjoni

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/179

10.02.2022

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/173

09.02.2022

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1426

08.10.2020

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785

16 ta’ Mejju 2019

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538

12 ta’ Ottubru 2018

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2077

13 ta’ Novembru 2017

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1483

10 ta’ Awwissu 2017

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/339

9 ta’ Marzu 2016

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/641/UE

2 ta’ Settembru 2014

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/752/UE

12 ta’ Diċembru 2013

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/829/UE

9 ta’ Diċembru 2011

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE

1 ta’ Awwissu 2011

Deċiżjoni 2010/368/UE

1 ta’ Lulju 2010

Deċiżjoni 2009/381/KE

14 ta’ Mejju 2009

Deċiżjoni 2008/411/KE

21 ta’ Mejju 2008

Id-Direttiva 91/287/KEE

5 ta’ Ġunju 1991

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/179 tat-8 ta’ Frar 2022 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ aċċess mingħajr fili inklużi n-networks ta’ żoni lokali bir-radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/513/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 628) (ĠU L 29, 10.2.2022, pp. 10–16).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni(UE) 2022/179 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/173 tas-7 ta’ Frar 2022 dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/766/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 605) (ĠU L 28, 9.2.2022, pp. 29–39).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875-5 935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/671/KE (ĠU L 328, 9.10.2020, pp. 19–23).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (ĠU L 127, 16.5.2019, pp. 23–33).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538 tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz (ĠU L 257, 15.10.2018, pp. 57–63).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal-10 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 295, 14.11.2017, pp. 75–76).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1483 tat-8 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/804/KE (ĠU L 214, 18.8.2017, pp. 3–27).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (ĠU L 63, 10.3.2016, pp. 5–8).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (ĠUL 263, 3.9.2014, pp. 29–34).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE of 11 December 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE (ĠU L 334, 13.12.2013, pp. 17–36).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE of 8 December 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠUL 329, 13.12.2011, pp. 10–18).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 198, 30.7.2011, pp. 71–72).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta’ Ġunju 2010 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 166, 1.7.2010, pp. 33–41).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 119, 14.5.2009, pp. 32–39).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 3 400 u 3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 144, 4.6.2008, pp. 77–81).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/287/KEE tat-3 ta’ Ġunju 1991 dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità (ĠU L 144, 8.6.1991, pp. 45–46).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 36-214).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, pp. 1-6).

l-aħħar aġġornament 05.04.2024

Top