This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Regolament (UE) 2021/888 li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Il-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (KES) għandu l-għan li jsaħħaħ is-sehem taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta’ solidarjetà* li huma aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, primarjament tagħmel volontarjat bħala mezz kif issaħħaħ il-koeżjoni, is-solidarjetà, id-demokrazija, l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea (UE) u lil hinn minnha.
Għan speċifiku
Il-programm tal-KES għandu l-għan li jipprovdi liż-żgħażagħ, inklużi dawk b’anqas opportunitajiet, b’opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jħeġġu bidliet soċjetali pożittivi fl-UE u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw b’mod xieraq il-kompetenzi tagħhom, u jiffaċilitaw l-involviment kontinwu tagħhom bħala ċittadini attivi.
Linji ta’ azzjoni
Il-programm jistabbilixxi żewġ linji ta’ azzjoni għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.
Iż-żewġ linji tal-programm jinkludu wkoll l-attivitajiet ta’ networking u miżuri ta’ kwalità u ta’ għajnuna.
Il-programm se jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma adottati mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Parteċipazzjoni
Baġit
Miżuri ta’ inklużjoni
Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat att ta’ implimentazzjoni mmirat lejn parteċipazzjoni aktar inklużiva u varjata fil-KES għall-perjodu 2021–2027. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1877 se tippermetti lil aktar persuni jivvolontarjaw f’pajjiż ieħor billi jilħaq numru dejjem iktar ta’ persuni b’inqas opportunitajiet, u b’hekk itejbu l-ekwità u l-inklużjoni fil-programm. Il-miżuri jinkludu:
Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (ĠU L 202, 8.6.2021, pp. 32-54).
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1877 tat-22 ta’ Ottubru 2021 dwar il-qafas ta’ miżuri ta’ inklużjoni tal-Programm Erasmus+ u tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021–2027 (ĠU L 378, 26.10.2021, pp. 15–21).
Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, pp. 1–33).
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, pp. 1-22).
Ir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew P8_TA(2018)0328 Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ***I tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD)) P8_TC1-COD(2017)0102 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Settembru 2018 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU C 433, 23.12.2019, pp. 222-224).
l-aħħar aġġornament 23.03.2022