IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.12.2020
COM(2020) 829 final
2020/0365(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
{SWD(2020) 358}
{SWD(2020) 359}
EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020PC0829
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the resilience of critical entities
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
COM/2020/829 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.12.2020
COM(2020) 829 final
2020/0365(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
{SWD(2020) 358}
{SWD(2020) 359}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
·Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Sabiex tipproteġi lill-Ewropej b’mod effettiv, l-Unjoni Ewropea teħtieġ li tkompli tnaqqas il-vulnerabbiltajiet, inkluż għall-infrastrutturi kritiċi li huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet u l-ekonomija tagħna. L-għajxien taċ-ċittadini Ewropej u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern jiddependu fuq infrastrutturi differenti għall-forniment affidabbli ta’ servizzi meħtieġa biex jinżammu attivitajiet kritiċi soċjali u ekonomiċi. Dawn is-servizzi, li huma vitali f’ċirkostanzi normali, huma saħansitra aktar importanti hekk kif l-Ewropa qed tiġġestixxi l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u tħares ’il quddiem lejn l-irkupru minnha. Minn dan isegwi li l-entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali jridu jkunu reżiljenti, jiġifieri jkunu kapaċi jirreżistu, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li jistgħu jwasslu għal interruzzjonijiet serji, potenzjalment transsettorjali u transfruntiera.
Din il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-forniment fis-suq intern tas-servizzi essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali billi żżid ir-reżiljenza ta’ entitajiet kritiċi li jipprovdu tali servizzi. Dan jirrifletti s-sejħiet riċenti għal azzjoni min-naħa tal-Kunsill 1 u tal-Parlament Ewropew 2 , li t-tnejn li huma ħeġġew lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-approċċ kurrenti biex tirrifletti aħjar l-isfidi akbar għall-entitajiet kritiċi, u biex tiżgura allinjament aktar mill-qrib mad-Direttiva dwar in-Netwerks u s-Sistemi tal-Informazzjoni (NIS) 3 . Din il-proposta hija konsistenti u tistabbilixxi sinerġiji mill-qrib mad-Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni; (“id-Direttiva NIS 2”) li se tieħu post id-Direttiva NIS sabiex tindirizza l-interkonnettività akbar bejn id-dinja fiżika u diġitali permezz ta’ qafas leġiżlattiv b’miżuri robusti ta’ reżiljenza, kemm għall-aspetti ċibernetiċi kif ukoll dawk fiżiċi kif stabbiliti fl-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà 4 .
Barra minn hekk, il-proposta tirrifletti approċċi nazzjonali f’għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri, li għandhom it-tendenza li jenfasizzaw interdipendenzi transsettorjali u transfruntiera u huma dejjem aktar infurmati minn perspettiva ta’ reżiljenza, fejn il-protezzjoni hija biss element wieħed flimkien mal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji, il-kontinwità tan-negozju u l-irkupru. Peress li l-infrastrutturi kritiċi jirriskjaw li jisfaw ukoll miri terroristiċi potenzjali, il-miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jinsabu f’din il-proposta jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu li ġiet adottata dan l-aħħar 5 .
L-Unjoni Ewropea (UE) ilha li rrikonoxxiet l-importanza pan-Ewropea tal-infrastrutturi kritiċi. Pereżempju, l-UE stabbiliet il-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (EPCIP) fl-2006 6 u adottat id-Direttiva dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea (ECI) fl-2008 7 . Id-Direttiva dwar l-ECI, li tapplika biss għas-setturi tal-enerġija u t-trasport, tipprovdi proċedura għall-identifikazzjoni u għad-deżinjazzjoni tal-ECI, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatti transfruntiera sinifikanti f’mill-inqas żewġ Stati Membri. Tistabbilixxi wkoll rekwiżiti speċifiċi ta’ ħarsien għall-operaturi tal-ECI u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Sal-lum, ġew indikati 94 ECI, li żewġ terzi minnhom jinsabu fi tliet Stati Membri fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Madankollu, l-ambitu tal-azzjoni tal-UE fil-qasam tar-reżiljenza tal-infrastruttura kritika jestendi lil hinn minn dawn il-miżuri, u jinkludi miżuri settorjali u transsettorjali, fost l-oħrajn dwar ir-reżistenza għall-klima, il-protezzjoni ċivili, l-investiment dirett barrani u ċ-ċibersigurtà 8 . Sadanittant, l-Istati Membri nfushom ħadu miżuri waħedhom f’dan il-qasam b’modi li jvarjaw minn xulxin.
Għalhekk huwa ċar li l-qafas kurrenti dwar il-ħarsien tal-infrastruttura kritika mhuwiex biżżejjed biex jindirizza l-isfidi kurrenti għall-infrastrutturi kritiċi u l-entitajiet li jħaddmuhom. Minħabba l-interkonnessjoni dejjem akbar bejn l-infrastrutturi, in-networks u l-operaturi li jipprovdu servizzi essenzjali fis-suq intern, huwa neċessarju li l-approċċ kurrenti jinbidel fundamentalment mill-ħarsien ta’ assi speċifiċi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jħaddmuhom.
L-ambjent operazzjonali li fih joperaw l-entitajiet kritiċi nbidel b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin. L-ewwel nett, ix-xenarju tar-riskju huwa aktar kumpless milli fl-2008, u llum jinvolvi perikli naturali 9 (f’ħafna każijiet aggravati mit-tibdil fil-klima), azzjonijiet ibridi sponsorjati mill-Istat, terroriżmu, theddid minn ġewwa, pandemiji, u inċidenti (bħal inċidenti industrijali). It-tieni nett, l-operaturi qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi fl-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda bħall-5G u l-vetturi mingħajr bdot abbord fl-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet li teknoloġiji bħal dawn jistgħu potenzjalment joħolqu. It-tielet nett, dawn it-teknoloġiji u xejriet oħra jagħmlu lill-operaturi dejjem aktar dipendenti fuq xulxin. L-implikazzjonijiet ta’ dan huma ċari – tfixkil li jaffettwa l-forniment tas-servizzi minn operatur wieħed f’settur wieħed għandu l-potenzjal li jiġġenera effetti kaskata fuq il-forniment tas-servizzi f’setturi oħra, u potenzjalment ukoll fi Stati Membri oħra jew madwar l-Unjoni kollha.
Kif jidher mill-evalwazzjoni tal-2019 tad-Direttiva dwar l-ECI 10 , il-miżuri Ewropej u nazzjonali eżistenti jiffaċċjaw limitazzjonijiet biex jgħinu lill-operaturi jikkonfrontaw l-isfidi operazzjonali li qed iħabbtu wiċċhom magħhom illum u l-vulnerabbiltajiet li tinvolvi n-natura interdipendenti tagħhom.
Hemm diversi raġunijiet għal dan, kif stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt li appoġġat l-iżvilupp tal-proposta. L-ewwel nett, l-operaturi mhumiex konxji b’mod sħiħ tal-implikazzjonijiet tax-xenarju ta’ riskju dinamiku li joperaw fih, jew ma jifhmuhx kompletament. It-tieni nett, l-isforzi ta’ reżiljenza jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri u s-setturi. It-tielet nett, tipi simili ta’ entitajiet huma rikonoxxuti bħala kritiċi minn xi Stati Membri iżda mhux minn oħrajn, li jfisser li entitajiet komparabbli jirċievu gradi differenti ta’ appoġġ uffiċjali għall-bini tal-kapaċità (fil-forma ta’, pereżempju, gwida, taħriġ u organizzazzjoni tal-eżerċizzji) skont fejn joperaw fl-Unjoni, u huma soġġetti għal rekwiżiti differenti. Il-fatt li r-rekwiżiti u l-appoġġ tal-gvern għall-operaturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor joħloq ostakli għall-operaturi meta jaġixxu b'mod transfruntier, b’mod partikolari għal dawk l-entitajiet kritiċi li joperaw fi Stati Membri b’oqfsa aktar stretti. Minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa tal-forniment tas-servizzi u s-setturi fl-Istati Membri u madwar l-UE, livell insuffiċjenti ta’ reżiljenza min-naħa ta’ operatur partikolari joħloq riskju serju għal entitajiet xi mkien ieħor fis-suq intern.
Minbarra li jipperikolaw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, it-tfixkil, speċjalment dak b’implikazzjonijiet transfruntiera u potenzjalment pan-Ewropej, possibbilment għandu implikazzjonijiet negattivi serji għaċ-ċittadini, għan-negozji, għall-gvernijiet u għall-ambjent. Fil-fatt, fil-livell individwali, it-tfixkil jista’ jaffettwa l-kapaċità tal-Ewropej li jivvjaġġaw liberament, jaħdmu, u jużaw servizzi pubbliċi essenzjali bħall-kura tas-saħħa. F’ħafna każijiet, dawn is-servizzi u servizzi ewlenin oħra li jirfdu l-ħajja ta’ kuljum huma pprovduti minn networks interkonnessi ħafna ta’ negozji Ewropej; tfixkil għal negozju wieħed f’settur wieħed jista’ jkollu effetti kaskata f’ħafna setturi ekonomiċi oħra. Fl-aħħar nett, tfixkil bħal, pereżempju, qtugħ ta’ dawl fuq skala kbira u inċidenti tat-trasport serji, jista’ jservi biex jitnaqqsu s-sigurtà u s-sikurezza pubblika, iwassal għal inċertezza u jimmina l-fiduċja f’entitajiet kritiċi, kif ukoll fl-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom u biex iżommu l-popolazzjoni ’l bogħod mill-periklu u sigura.
·Konsistenza ma' dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta tirrifletti l-prijoritajiet tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tal-UE, 11 li titlob għal approċċ rivedut għar-reżiljenza tal-infrastruttura kritika li jirrifletti aħjar ix-xenarju tar-riskju kurrenti u dak antiċipat fil-futur, l-interdipendenzi dejjem aktar profondi bejn setturi differenti, kif ukoll ir-relazzjonijiet dejjem aktar interdipendenti bejn infrastrutturi fiżiċi u diġitali.
Id-Direttiva proposta tissostitwixxi d-Direttiva dwar l-ECI kif ukoll tikkunsidra strumenti oħra eżistenti u previsti u tibni fuqhom. Id-Direttiva proposta tikkostitwixxi bidla konsiderevoli meta mqabbla mad-Direttiva dwar l-ECI, li tapplika biss għas-setturi tal-enerġija u t-trasport, tiffoka biss fuq miżuri protettivi, u tipprovdi proċedura għall-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-ECI permezz ta’ djalogu transfruntier. L-ewwel nett, id-Direttiva proposta jkollha kamp ta’ applikazzjoni settorjali ferm usa', li jkopri għaxar setturi, jiġifieri l-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, is-saħħa, l-ilma tax-xorb, l-ilma mormi, l-infrastruttura diġitali, l-amministrazzjoni pubblika, u l-ispazju. It-tieni, id-Direttiva tipprovdi proċedura biex l-Istati Membri jidentifikaw entitajiet kritiċi bl-użu ta’ kriterji komuni fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju nazzjonali. It-tielet, il-proposta tistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri u fuq l-entitajiet kritiċi li huma jidentifikaw, inklużi dawk b’sinifikat Ewropew partikolari, jiġifieri entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali lil terz tal-Istati Membri, jew aktar, li jkunu soġġetti għal sorveljanza speċifika.
Fejn xieraq, il-Kummissjoni tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi b’appoġġ biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva. Barra minn hekk, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, li huwa grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni soġġett għall-qafas orizzontali applikabbli għal gruppi bħal dawn, jipprovdi parir lill-Kummissjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni. Fl-aħħar, peress li l-interdipendenzi ma jieqfux fil-fruntieri esterni tal-UE, huwa meħtieġ ukoll l-involviment ma’ pajjiżi sħab. Id-Direttiva proposta tipprevedi l-possibbiltà ta’ tali kooperazzjoni, pereżempju fil-qasam tal-valutazzjonijiet tar-riskju.
Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni
Id-Direttiva proposta għandha rabtiet ovvji u hija konsistenti ma’ inizjattivi settorjali u transsettorjali oħrajn tal-UE dwar, fost l-oħrajn, ir-reżistenza għall-klima, il-protezzjoni ċivili, l-investiment barrani dirett (foreign direct investment, FDI), iċ-ċibersigurtà u l-acquis tas-servizzi finanzjarji. B’mod partikolari, il-proposta hija allinjata mill-qrib u tistabbilixxi sinerġiji mill-qrib mad-Direttiva NIS 2 proposta, li għandha l-għan li ttejjeb ir-reżiljenza tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ( information and communication technology, ICT) għall-perikli kollha min-naħa tal-“entitajiet essenzjali” u l-“entitajiet importanti” li jissodisfaw limiti speċifiċi f’għadd kbir ta’ setturi. Din il-proposta għal Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi għandha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti indikati skont din id-Direttiva u dawk indikati skont id-Direttiva NIS 2 proposta jieħdu miżuri komplementari u jiskambjaw informazzjoni kif meħtieġ rigward ir-reżiljenza ċibernetika u dik mhux ċibernetika, u li entitajiet partikolarment kritiċi fis-setturi meqjusin bħala “essenzjali” skont id-Direttiva NIS 2 proposta jkunu wkoll soġġetti għal obbligi aktar ġenerali li jsaħħu r-reżiljenza biex jiġu indirizzati r-riskji mhux ċibernetiċi. Is-sigurtà fiżika tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali hija indirizzata b’mod komprensiv fid-Direttiva NIS 2 proposta bħala parti mill-ġestjoni tar-riskji ċibernetiċi u l-obbligi ta’ rappurtar ta’ dawk l-entitajiet. Barra minn hekk, il-proposta tibni fuq l-acquis eżistenti dwar is-servizzi finanzjarji, li jistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġu ġestiti r-riskji operazzjonali u tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju. Għalhekk, entitajiet li jappartjenu għas-setturi tal-infrastruttura diġitali, tal-banek u tal-infrastruttura finanzjarja jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala entitajiet ekwivalenti għal entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva għall-finijiet tal-obbligi u l-attivitajiet tal-Istati Membri filwaqt li din id-Direttiva ma tinvolvix obbligi addizzjonali fuq dawk l-entitajiet.
Il-proposta hija responsabbli wkoll għal inizjattivi settorjali u transsettorjali oħrajn dwar, pereżempju, il-protezzjoni ċivili, it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, il-proposta tirrikonoxxi li f’ċerti każijiet, il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE tistabbilixxi obbligi fuq l-entitajiet biex jindirizzaw ċerti riskji permezz ta’ miżuri protettivi. F’każijiet bħal dawn, pereżempju dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni jew dwar is-sigurtà marittima, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiddeskrivu dawk il-miżuri fil-pjanijiet ta’ reżiljenza tagħhom. Barra minn hekk, id-Direttiva proposta hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
·Bażi ġuridika
Għall-kuntrarju tad-Direttiva 2008/114/KE, li kienet ibbażata fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (li jikkorrispondi għall-Artikolu 352 kurrenti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), din il-proposta għal Direttiva hija bbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE, li jinvolvi l-approssimazzjoni tal-liġijiet għat-titjib tas-suq intern. Dan huwa ġġustifikat mill-bidla fl-għan, mill-kamp ta’ applikazzjoni u mill-kontenut tad-Direttiva, minn interdipendenzi akbar u mill-ħtieġa li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet aktar ekwi għall-entitajiet kritiċi. Minflok ma jiġi protett sett limitat ta’ infrastrutturi fiżiċi li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatti tansfruntiera sinifikanti, l-għan huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet fl-Istati Membri li huma kritiċi għall-forniment ta’ servizzi li huma essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali fis-suq intern f’għadd ta’ setturi li jirfdu l-funzjonament ta’ ħafna setturi oħra tal-ekonomija tal-Unjoni. Minħabba ż-żieda fl-interdipendenzi transfruntiera bejn is-servizzi pprovduti bl-użu ta’ infrastrutturi kritiċi f’dawk is-setturi, tfixkil fi Stat Membru partikolari jista’ jkollu implikazzjonijiet fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha kemm hi.
Il-qafas legali kurrenti kif stabbilit fil-livell tal-Istati Membri li jirregola s-servizzi inkwistjoni jinvolvi obbligi li jvarjaw sostanzjalment, li x’aktarx se jiżdiedu. Ir-regoli nazzjonali varjabbli li għalihom huma soġġetti l-entitajiet kritiċi mhux biss jikkompromettu l-forniment affidabbli tas-servizzi fis-suq intern iżda wkoll jirriskjaw li jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni. Dan huwa prinċipalment minħabba l-fatt li tipi simili ta’ entitajiet li jipprovdu tipi simili ta’ servizzi jitqiesu bħala kritiċi f’xi Stati Membri iżda mhux f’oħrajn. Dan ifisser li l-entitajiet li huma, jew li jixtiequ jkunu, attivi f’aktar minn Stat Membru wieħed huma soġġetti għal obbligi diverġenti meta jaġixxu madwar is-suq intern u l-entitajiet attivi fl-Istati Membri b’rekwiżiti aktar stretti jistgħu jiffaċċjaw ostakli meta mqabbla ma’ dawk fl-Istati Membri b’oqfsa aktar laxki. Dawn id-differenzi huma tali li għandhom effett negattiv dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern.
·Sussidjarjetà
Qafas leġiżlattiv komuni fil-livell Ewropew f’dan il-qasam huwa ġġustifikat minħabba n-natura interdipendenti u transfruntiera tar-relazzjonijiet bejn l-operazzjonijiet tal-infrastruttura kritika u l-outputs tagħhom, jiġifieri s-servizzi essenzjali. Fil-fatt, operatur li jinsab fi Stat Membru wieħed jista’ jipprovdi servizzi f’diversi Stati Membri oħrajn jew madwar l-UE kollha permezz ta’ networks li huma inerkonnessi flimkien mill-qrib. Minn dan jirriżulta li tfixkil li jaffettwa lil dan l-operatur jista’ jkollu effetti estensivi f’setturi oħrajn u lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. L-implikazzjonijiet pan-Ewropej potenzjali tat-tfixkil jitolbu azzjoni fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, regoli nazzjonali differenti jirriżultaw f’effett negattiv dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern. Kif uriet il-valutazzjoni tal-impatt, bosta Stati Membri u partijiet ikkonċernati tal-industrija jaraw il-ħtieġa għal approċċ Ewropew aktar komuni u koordinat li jkollu l-għan li jiżgura li l-entitajiet ikunu reżiljenti biżżejjed fil-konfront ta’ riskji differenti li, filwaqt li huma xi ftit differenti bejn Stat Membru u ieħor, joħolqu ħafna sfidi komuni li ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri nazzjonali jew minn operaturi individwali waħedhom.
·Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata fir-rigward tal-objettiv ġenerali ddikjarat tal-inizjattiva. Filwaqt li l-obbligi fuq l-Istati Membri u l-entitajiet kritiċi f’ċerti każijiet jistgħu jinvolvu xi piż amministrattiv addizzjonali, pereżempju fejn l-Istati Membri jridu jiżviluppaw strateġija nazzjonali jew fejn l-entitajiet kritiċi jridu jimplimentaw ċerti miżuri tekniċi u organizzazzjonali, dawn huma mistennija li jkunu ġeneralment limitati fin-natura tagħhom. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li ħafna entitajiet diġà ħadu xi miżuri tas-sigurtà biex jipproteġu l-infrastrutturi tagħhom u jiżguraw il-kontinwità tal-operat.
Madankollu, f’xi każijiet, il-kisba tal-konformità mad-Direttiva tista’ tirrikjedi investimenti aktar sostanzjali. Minkejja dan, anki f’każijiet bħal dawn, dawn l-investimenti huma ġġustifikati sakemm dawn jikkontribwixxu għal reżiljenza mtejba fil-livell tal-operatur u sistemika kif ukoll għal approċċ aktar koerenti u kapaċità akbar biex jiġu pprovduti servizzi affidabbli madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, kwalunkwe piż addizzjonali li jirriżulta mid-Direttiva huwa mistenni li jinqabeż sew mill-kostijiet assoċjati mal-ġestjoni u l-irkupru minn tfixkil kbir li jipperikola l-forniment mhux interrott ta’ servizzi relatati ma’ funzjonijiet tas-soċjetà vitali u l-benesseri ekonomiku tal-operaturi, ta’ Stati Membri individwali, tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha b’mod aktar ġenerali.
·L-għażla tal-istrument
Il-proposta tieħu l-forma ta’ Direttiva li għandha l-għan li tiżgura approċċ aktar komuni għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f’għadd ta’ setturi madwar l-Unjoni. Il-proposta tistabbilixxi obbligi speċifiċi fuq l-awtoritajiet kompetenti biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi abbażi ta’ kriterji komuni u tal-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju. Permezz ta’ Direttiva, huwa possibbli li jiġi żgurat li l-Istati Membri japplikaw approċċ uniformi fl-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi, filwaqt li fl-istess ħin jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet fil-livell nazzjonali, inklużi livelli li jvarjaw ta’ esponiment għar-riskju u interdipendenzi bejn is-setturi u bejn il-fruntieri.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
·Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2019, id-Direttiva dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea (European Critical Infrastructure, ECI) kienet soġġetta għal evalwazzjoni bl-għan li tivvaluta l-implimentazzjoni tad-Direttiva f’termini tar-rilevanza, il-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza, il-valur miżjud tal-UE u s-sostenibbiltà tagħha. 12
L-evalwazzjoni sabet li l-kuntest inbidel konsiderevolment minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva. Fid-dawl ta’ dawn il-bidliet, id-Direttiva nstabet li għandha biss rilevanza parzjali. Filwaqt li l-evalwazzjoni sabet li d-Direttiva kienet ġeneralment konsistenti mal-leġiżlazzjoni u l-politika settorjali Ewropej rilevanti fil-livell internazzjonali, din tqieset li kienet biss parzjalment effettiva minħabba l-ġeneralità ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha. Id-Direttiva nstabet li ġġenerat valur miżjud tal-UE għax kisbet riżultati (jiġifieri qafas komuni għall-protezzjoni tal-ECI) li la inizjattivi nazzjonali u lanqas inizjattivi Ewropej oħrajn ma kienu jkunu jistgħu jiksbuhom mingħajr ma jibdew proċessi ferm itwal, bi spejjeż akbar u ddefiniti inqas tajjeb. Madankollu, instab li ċerti dispożizzjonijiet kellhom valur miżjud limitat għal ħafna Stati Membri.
Fir-rigward tas-sostenibbiltà, ċerti effetti ġġenerati mid-Direttiva (eż. diskussjonijiet transfruntiera, obbligi ta’ rapportar) kienu mistennija li jieqfu f’każ li d-Direttiva titħassar mingħajr ma tkun sostitwita. L-evalwazzjoni sabet li għad hemm appoġġ kontinwu min-naħa tal-Istati Membri għall-involviment tal-UE fl-isforzi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika, u li hemm xi tħassib li t-tħassir dirett tad-Direttiva jista’ jkollu effetti negattivi f’dan il-qasam, u speċifikament fuq il-protezzjoni tal-ECI indikati. L-Istati Membri kienu ħerqana jiżguraw li l-impenn tal-Unjoni fil-qasam ikompli jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, jappoġġa miżuri fil-livell nazzjonali, u jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera, anki ma’ pajjiżi terzi.
·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Fl-iżvilupp ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni kkonsultat varjetà wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi: l-Istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea; organizzazzjonijiet internazzjonali; l-awtoritajiet tal-Istati Membri; entitajiet privati, inklużi operaturi individwali u assoċjazzjonijiet tal-industrija nazzjonali u Ewropej li jirrappreżentaw lil operaturi f’ħafna setturi differenti; esperti u networks ta’ esperti, inkluż in-Network Ewropew ta’ Referenza għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (European Reference Network for Critical Infrastructure Protection, ERNCIP); membri tal-akkademja; organizzazzjonijiet mhux governattivi; u membri tal-pubbliku.
Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati permezz ta’ varjetà ta’ mezzi, inkluż: opportunità ta’ feedback mill-pubbliku dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu għal din il-proposta; seminars konsultattivi; kwestjonarji mmirati; skambji bilaterali; u konsultazzjoni pubblika (biex tiġi appoġġata l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-ECI tal-2019). Barra minn hekk, il-kuntrattur estern responsabbli għall-istudju ta’ fattibbiltà li appoġġa l-iżvilupp tal-valutazzjoni tal-impatt involva konsultazzjonijiet ma’ ħafna partijiet ikkonċernati permezz ta’, pereżempju, stħarriġ online, kwestjonarju bil-miktub, intervisti individwali, u “żjarat fuq il-post” virtwali f’10 Stati Membri.
Dawn il-konsultazzjonijiet ippermettew lill-Kummissjoni tesplora l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-qafas eżistenti għar-reżiljenza tal-infrastruttura kritika (jiġifieri s-sitwazzjoni tal-linja bażi), xi problemi ġġenerat, għażliet ta’ politika differenti li jistgħu jitqiesu għall-indirizzar ta’ dawn il-problemi, u l-impatti speċifiċi li dawn l-għażliet jistgħu jkunu mistennija li jkollhom. B’mod ġenerali, il-konsultazzjonijiet indikaw għadd ta’ oqsma fejn kien hemm kunsens ġenerali fost il-partijiet ikkonċernati, mhux l-inqas li l-qafas eżistenti tal-UE dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika jenħtieġ li jiġi rivedut kompletament fid-dawl tal-interdipendenzi transsettorjali dejjem akbar u xenarju ta’ theddid li qed jinbidel.
B’mod speċifiku, il-partijiet ikkonċernati ġeneralment jaqblu li kwalunkwe approċċ ġdid jenħtieġ li jikkonsisti f’taħlita ta’ miżuri vinkolanti u mhux vinkolanti, jiffoka fuq ir-reżiljenza aktar milli fuq il-protezzjoni ċċentrata fuq l-assi, u jipprovdi rabta aktar ovvja bejn il-miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza relatata maċ-ċibernetika u dik mhux relatata maċ-ċibernetika. Barra minn hekk, huma appoġġaw approċċ li jieħu kont tad-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti, jinkludi mill-inqas dawk is-setturi koperti mid-Direttiva NIS kurrenti, u obbligi aktar uniformi dwar entitajiet kritiċi fil-livell nazzjonali, li min-naħa tagħhom jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw biżżejjed skrutinju tas-sigurtà tal-persunal b’aċċess għal faċilitajiet/informazzjoni sensittivi. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati ssuġġerew li kwalunkwe approċċ ġdid jenħtieġ li joħloq opportunitajiet biex l-Istati Membri jwettqu sorveljanza mtejba fuq l-attivitajiet ta’ entitajiet kritiċi, iżda wkoll jiżguraw li entitajiet kritiċi ta’ sinifikat pan-Ewropew jiġu identifikati u jkunu reżiljenti biżżejjed. Fl-aħħar, huma argumentaw favur aktar finanzjament u appoġġ mill-UE, pereżempju għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe strument ġdid, il-bini tal-kapaċità fil-livell nazzjonali, il-koordinazzjoni/kooperazzjoni bejn il-pubbliku u l-privat u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, ta’ għarfien u ta’ għarfien espert f’livelli differenti. Il-proposta preżenti fiha dispożizzjonijiet li ġeneralment jikkorrispondu għall-fehmiet u l-preferenzi espressi mill-partijiet ikkonċernati.
·Ġbir u użu ta’ għarfien espert
Kif issemma’ fit-taqsima preċedenti, il-Kummissjoni użat għarfien espert estern fil-kuntest ta’ konsultazzjonijiet ma’, pereżempju, esperti indipendenti, networks ta’ esperti u akkademiċi, fl-iżvilupp tal-proposta preżenti.
·Valutazzjoni tal-impatt
Il-valutazzjoni tal-impatt li appoġġat l-iżvilupp ta’ din l-inizjattiva esplorat għażliet ta’ politika differenti biex tindirizza l-problemi ġenerali u speċifiċi deskritti aktar ’il fuq. Minbarra s-sitwazzjoni tal-linja bażi, li ma tinvolvi l-ebda bidla fis-sitwazzjoni kurrenti, dawn l-għażliet kienu jinkludu:
–Għażla 1: Iż-żamma tad-Direttiva dwar l-ECI eżistenti, akkumpanjata minn miżuri volontarji fil-kuntest tal-programm tal-EPCIP eżistenti;
–Għażla 2: Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ECI eżistenti biex tkopri l-istess setturi bħad-Direttiva NIS eżistenti u biex tiffoka aktar fuq ir-reżiljenza. Id-Direttiva dwar l-ECI l-ġdida se tkun tinvolvi bidliet fil-proċess eżistenti ta’ deżinjazzjoni transfruntiera tal-ECI, inklużi kriterji ġodda ta’ deżinjazzjoni, u rekwiżiti ġodda għall-Istati Membri u l-operaturi;
–Għażla 3: Is-sostituzzjoni tad-Direttiva dwar l-ECI eżistenti bi strument ġdid li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fis-setturi meqjusin essenzjali mid-Direttiva NIS 2 proposta. Din l-għażla tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-Istati Membri u entitajiet kritiċi identifikati skont il-qafas il-ġdid. Tiġi pprovduta proċedura għall-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi li joffru servizzi lil f’diversi Stati Membri tal-UE jekk mhux lil kollha. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni se tkun appoġġata minn ċentru apposta tal-għarfien fil-Kummissjoni.
–Għażla 4: Is-sostituzzjoni tad-Direttiva dwar l-ECI eżistenti bi strument ġdid li għandu l-għan li itejjeb ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fis-setturi meqjusin essenzjali bid-Direttiva NIS 2 proposta, kif ukoll rwol aktar sostanzjali għall-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u l-ħolqien ta’ Aġenzija tal-UE ddedikata responsabbli għar-reżiljenza tal-infrastruttura kritika (li tassumi r-rwoli u r-responsabbiltajiet assenjati liċ-ċentru tal-għarfien propost f’għażla preċedenti).
Fid-dawl tad-diversi impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali assoċjati ma’ kull waħda mill-għażliet, iżda wkoll il-valur tagħhom f’termini ta' effettività, effiċjenza u proporzjonalità, il-valutazzjoni tal-impatt sabet li l-għażla ppreferuta kienet l-Għażla 3. Filwaqt li l-Għażliet 1 u 2 ma jġibux magħhom il-bidliet meħtieġa biex tiġi indirizzata l-problema, l-Għażla 3 tirriżulta f’qafas ta’ reżiljenza armonizzat u aktar komprensiv li jkun allinjat ukoll mal-liġi eżistenti tal-Unjoni f’oqsma relatati u jieħu kont tagħha. L-Għażla 3 nstabet ukoll li hija proporzjonata u tidher politikament fattibbli peress li hija allinjata mad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Parlament rigward il-ħtieġa għal azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. Barra minn hekk, instab li din l-għażla x’aktarx tiżgura l-flessibbiltà u toffri qafas reżistenti għall-futur li jippermetti lill-entitajiet kritiċi jirrispondu għal riskji differenti matul iż-żmien. Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni tal-impatt sabet li din l-għażla tikkomplementa l-oqfsa u l-istrumenti settorjali u transsettorjali eżistenti. Pereżempju, din l-għażla tagħmel konċessjonijiet għal meta l-entitajiet indikati jissodisfaw ċerti obbligi li jinsabu f’dan l-istrument il-ġdid permezz ta’ obbligi f’dawk eżistenti, f’liema każ ma jkunux meħtieġa jieħdu aktar azzjoni. Min-naħa l-oħra, huma jkunu mistennija li jieħdu ċerti miżuri fejn l-istrumenti eżistenti ma jkoprux il-kwistjoni jew ikunu limitati biss għal ċerti tipi ta’ riskji jew miżuri.
Il-valutazzjoni tal-impatt kienet soġġetta għal skrutinju mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, li ta opinjoni pożittiva b’riżervi fl-20 ta’ Novembru 2020. Il-Bord indika numru ta’ elementi tal-valutazzjoni tal-impatt li jenħtieġ li jiġu indirizzati. B’mod speċifiku, il-Bord talab kjarifika ulterjuri dwar ir-riskji relatati mal-infrastruttura kritika u d-dimensjoni transfruntiera, ir-rabta bejn l-inizjattiva u r-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva NIS, u r-relazzjoni bejn l-għażla politika ppreferuta u partijiet oħrajn tal-leġiżlazzjoni settorjali. Barra minn hekk, il-Bord ra l-ħtieġa għal aktar ġustifikazzjoni għall-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni settorjali tal-istrument, u talab informazzjoni addizzjonali dwar il-kriterji għall-għażla tal-entitajiet kritiċi. Fl-aħħar, fir-rigward tal-proporzjonalità, il-Bord talab kjarifika addizzjonali dwar kif l-għażla ppreferuta twassal għal risponsi nazzjonali aħjar għar-riskji transfruntiera. Dawn il-kummenti u kummenti oħra aktar dettaljati pprovduti mill-Bord ġew indirizzati fil-verżjoni finali tal-valutazzjoni tal-impatt, li, pereżempju, tiddeskrivi f’aktar dettall ir-riskji transfruntiera għall-infrastrutturi kritiċi u r-relazzjoni bejn din il-proposta u l-proposta għad-Direttiva NIS 2. Il-kummenti tal-Bord ġew ikkunsidrati wkoll fid-Direttiva proposta li ssegwi.
·Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
F’konformità mal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni, l-inizjattivi kollha li għandhom l-għan li jibdlu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE jenħtieġ li jfittxu li jissimplifikaw u jwasslu l-objettivi tal-politika ddikjarati b’mod aktar effiċjenti. Is-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt jissuġġerixxu li l-proposta jenħtieġ li tnaqqas il-piż kumplessiv fuq l-Istati Membri. Allinjament aktar mill-qrib mal-approċċ orjentat lejn is-servizzi tad-Direttiva NIS kurrenti x’aktarx li jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tal-konformità maż-żmien. Pereżempju, il-proċess impenjattiv ta’ identifikazzjoni u deżinjazzjoni transfruntiera li jinsab fid-Direttiva dwar l-ECI eżistenti se jiġi ssostitwit bi proċedura bbażata fuq ir-riskju fil-livell nazzjonali mmirata biss lejn l-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi soġġetti għal diversi obbligi. Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, l-Istati Membri jidentifikaw l-entitajiet kritiċi, li l-biċċa l-kbira tagħhom diġà huma operaturi indikati ta’ servizzi essenzjali skont id-Direttiva NIS attwali.
Barra minn hekk, billi jieħdu miżuri biex itejbu r-reżiljenza tagħhom, l-entitajiet kritiċi jkunu inqas suxxettibbli li jesperjenzaw tfixkil. Għalhekk, il-probabbiltà ta’ inċidenti ta’ tfixkil li jaffettwaw b’mod negattiv il-forniment ta’ servizzi essenzjali fi Stati Membri individwali u madwar l-Ewropa titnaqqas. Dan, flimkien mal-effetti pożittivi li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tar-regoli nazzjonali diverġenti, ikollu impatt pożittiv fuq in-negozji, inklużi l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, is-saħħa ġenerali tal-ekonomija tal-Unjoni u l-funzjonament affidabbli tas-suq intern.
·Drittijiet fundamentali
Il-leġiżlazzjoni proposta hija maħsuba biex ittejjeb ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jfornu diversi forom ta’ servizzi essenzjali, filwaqt li telimina l-ostakli regolatorji għall-kapaċità tagħhom li jipprovdu s-servizzi tagħhom madwar l-Unjoni. B’hekk, jitnaqqas ir-riskju kumplessiv ta’ tfixkil kemm fil-livell tas-soċjetà kif ukoll f’dak individwali u jitnaqqsu l-piżijiet. Dan jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ livell ogħla ta’ sigurtà pubblika filwaqt li jaffettwa b’mod pożittiv ukoll il-libertà tal-kumpaniji li jagħmlu negozju, kif ukoll lil ħafna operaturi ekonomiċi oħrajn li jiddependu fuq il-forniment ta’ servizzi essenzjali, biex b'hekk finalment jibbenefikaw il-konsumaturi. Id-dispożizzjonijiet tal-proposta li għandhom l-għan li jiżguraw ġestjoni effettiva tas-sigurtà tal-impjegati normalment jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali. Dan huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jitwettqu kontrolli tal-isfond fuq kategoriji speċifiċi ta’ persunal. Barra minn hekk, kwalunkwe pproċessar bħal dan ta’ data personali dejjem se jkun soġġett għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 13 .
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Id-Direttiva proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE. Ir-riżorsi finanzjarji totali meħtieġa biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta huma stmati li huma EUR 42,9 miljun għall-perjodu 2021-2027, li EUR 5,1 miljun minnhom jirrappreżentaw nefqa amministrattiva. Dawn il-kostijiet jistgħu jiġu diżaggregati kif ġej:
–Attivitajiet ta’ appoġġ mill-Kummissjoni inklużi persunal, proġetti, studji u attivitajiet ta’ appoġġ;
–Missjonijiet konsultattivi organizzati mill-Kummissjoni;
–Laqgħat regolari tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, il-Kumitat dwar il-Komitoloġija u laqgħat oħra.
Informazzjoni aktar dettaljata hija disponibbli fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja din il-proposta.
5.ELEMENTI OĦRAJN
·Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar
L-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta se tiġi rieżaminata sa erba’ snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ tagħha, u wara dan, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport se jivvaluta l-estent sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva. Se jiġi ppreżentat rapport li jivvaluta l-impatt u l-valur miżjud tad-Direttiva mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet (l-Artikoli 1-2)
L-Artikolu 1 jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, li jistabbilixxi l-obbligi għall-Istati Membri li jieħdu ċerti miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw il-forniment fis-suq intern ta’ servizzi essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali, b’mod partikolari biex jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi u biex ikunu jistgħu jissodisfaw obbligi speċifiċi mmirati lejn it-titjib tar-reżiljenza tagħhom u t-titjib tal-kapaċità tagħhom li jipprovdu dawk is-servizzi fis-suq intern. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar ta’ entitajiet kritiċi u s-sorveljanza speċifika ta’ entitajiet kritiċi meqjusa bħala ta’ sinifikat Ewropew partikolari. L-Artikolu 1 jispjega wkoll ir-relazzjoni bejn id-Direttiva u atti rilevanti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, u l-kondizzjonijiet li taħthom għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn informazzjoni li hija kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali. L-Artikolu 2 jipprovdi lista ta’ definizzjonijiet li japplikaw.
Oqfsa nazzjonali dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (l-Artikoli minn 3sa 9)
L-Artikolu 3 jgħid li l-Istati Membri għandhom jadottaw strateġija għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiddeskrivi l-elementi li jenħtieġ li jkun fihom, jispjega li din jenħtieġ li tiġi aġġornata regolarment u fejn meħtieġ, u jistipula li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom u kwalunkwe aġġornament tal-istrateġiji tagħhom lill-Kummissjoni. L-Artikolu 4 jiddikjara li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu lista ta’ servizzi essenzjali u regolarment iwettqu valutazzjoni tar-riskji rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta’ dawk is-servizzi essenzjali bil-ħsieb li jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa skont atti rilevanti oħra tad-dritt tal-Unjoni, ir-riskji li jirriżultaw mid-dipendenzi bejn setturi speċifiċi, u l-informazzjoni disponibbli dwar l-inċidenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju jkunu disponibbli għall-entitajiet kritiċi, u li d-data dwar it-tipi ta’ riskji identifikati u l-eżiti tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom issir disponibbli regolarment għall-Kummissjoni.
L-Artikolu 5 jgħid li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-entitajiet kritiċi f’setturi u subsetturi speċifiċi. Il-proċess ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li jqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u japplika kriterji speċifiċi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ entitajiet kritiċi, li għandha tiġi aġġornata fejn meħtieġ u b’mod regolari. L-entitajiet kritiċi għandhom jiġu debitament notifikati dwar l-identifikazzjoni tagħhom u l-obbligi li dan jinvolvi. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS 2 dwar l-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi. Meta entità tkun ġiet identifikata bħala kritika minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq l-entità kritika. Fejn entitajiet kritiċi jipprovdu servizzi lil terz tal-Istati Membri jew aktar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-identitajiet ta’ dawk l-entitajiet kritiċi.
L-Artikolu 6 jiddefinixxi t-terminu “effett ta’ tfixkil sinifikanti” kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), u jirrikjedi lill-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni ċerti forom ta’ informazzjoni li jappartjenu għall-entitajiet kritiċi li jidentifikaw u kif dawn ġew identifikati. L-Artikolu 6 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta linji gwida rilevanti, wara konsultazzjoni mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi,.
L-Artikolu 7 jistabbilixxi li l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-entitajiet fis-setturi tal-banek, tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju u tal-infrastruttura diġitali li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għal entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II biss. Dawn l-entitajiet jenħtieġ li jiġu nnotifikati bl-identifikazzjoni tagħhom.
L-Artikolu 8 jistipula li kull Stat Membru għandu jindika u jiżgura li jiġu pprovduti riżorsi adegwati lil awtorità kompetenti jew aktar minn waħda li tkun/ikunu responsabbli għall-applikazzjoni korretta tad-Direttiva fil-livell nazzjonali kif ukoll punt uniku ta’ kuntatt li jkollu l-kompitu li jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera. Il-punt uniku ta’ kuntatt għandu jipprovdi rapport sommarju dwar in-notifiki ta’ inċidenti lill-Kummissjoni fuq bażi regolari. L-Artikolu 8 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni tad-Direttiva jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, inklużi l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2. L-Artikolu 9 jistipula li l-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ lill-entitajiet kritiċi biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, u għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-iskambju volontarju ta’ informazzjoni u prattiki tajba bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet kritiċi.
Ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (l-Artikoli minn 10 sa 13)
L-Artikolu 10 jiddikjara li l-entitajiet kritiċi regolarment għandhom jivvalutaw ir-riskji rilevanti kollha abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali u sorsi ta’ informazzjoni rilevanti oħra. L-Artikolu 11 jistipula li l-entitajiet kritiċi għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, u għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu deskritti fi pjan ta’ reżiljenza jew dokument jew dokumenti ekwivalenti. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni torganizza missjonijiet konsultattivi biex tipprovdi pariri lill-entitajiet kritiċi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. L-Artikolu 11 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex, fejn neċessarju, tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni.
L-Artikolu 12 jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jissottomettu talbiet għal kontrolli tal-isfond għal persuni li jaqgħu jew li jistgħu jaqgħu taħt ċerti kategoriji speċifiċi ta’ persunal, u li dawn it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq ta’ tali kontrolli tal-isfond. L-Artikolu jiddeskrivi l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tal-kontrolli tal-isfond, li kollha kemm huma għandhom jikkonformaw mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
L-Artikolu 13 jgħid li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b’inċidenti li jfixklu b’ mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b’mod sinifikantil-operazzjonijiet tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti min-naħa tagħhom għandhom jipprovdu lill-entità kritika li tibgħat in-notifika b'informazzjoni ta’ segwitu rilevanti. Permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw ukoll lill-punti uniċi ta’ kuntatt fi Stati Membri oħra affettwati f’każ li l-inċident ikollu, jew jista’ jkollu, impatti transfruntiera fi Stat Membru wieħed jew aktar.
Sorveljanza speċifika fuq entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari (l-Artikoli 14 u 15)
L-Artikolu 14 jiddefinixxi l-entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari bħala entitajiet li ġew identifikati bħala entitajiet kritiċi u li jipprovdu servizzi essenzjali lil terz tal-Istati Membri jew aktar. Malli tirċievi notifika skont l-Artikolu 5(6), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-entità kkonċernata li hija kkunsidrata bħala entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari, l-obbligi li dan jinvolvi u d-data minn meta jibdew japplikaw dawn l-obbligi. L-Artikolu 15 jiddeskrivi l-arranġamenti speċifiċi ta’ sorveljanza applikabbli għall-entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari, li jinkludu, fuq talba, li l-Istati Membri ospitanti jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 10 u l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 11, kif ukoll kwalunkwe azzjoni superviżorja jew ta’ infurzar. L-Artikolu 15 jistipula wkoll li l-Kummissjoni tista’ torganizza missjonijiet konsultattivi biex tivvaluta l-miżuri stabbiliti minn entitajiet kritiċi speċifiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari. Abbażi ta’ analiżi tas-sejbiet tal-missjoni konsultattiva mill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità dwar jekk dik l-entità tikkonformax mal-obbligi tagħha u, fejn xieraq, liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza tal-entità. L-artikolu jiddeskrivi l-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-missjonijiet konsultattivi. Jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli dwar l-arranġamenti proċedurali għat-twettiq u r-rapporti ta’ missjonijiet konsultattivi.
Kooperazzjoni u rapportar (l-Artikoli 16 u 17)
L-Artikolu 16 jiddeskrivi r-rwol u l-kompiti tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, li għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dan għandu jappoġġa lill-Kummissjoni u jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni. L-artikolu jispjega li l-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. L-Artikolu 17 jistipula li l-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tappoġġa lill-Istati Membri u lill-entitajiet kritiċi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva, u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 9.
Is-superviżjoni u l-infurzar (l-Artikoli 18 u 19)
L-Artikolu 18 jgħid li l-Istati Membri għandhom ċerti setgħat, mezzi u responsabbiltajiet biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità kompetenti tivvaluta l-konformità ta’ entità kritika, din għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat indikat skont id-Direttiva NIS 2 u tista’ titlob lil dawn l-awtoritajiet jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta’ tali entità, u jenħtieġ li tikkoopera u tiskambja informazzjoni għal dan il-għan. L-Artikolu 19 jgħid li, skont prattika li ilha fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.
Dispożizzjonijiet finali (l-Artikoli minn 20 sa 26)
L-Artikoli 20 jgħid li l-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Dan huwa artikolu standard. L-Artikolu 21 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu. Dan ukoll huwa artikolu standard. L-Artikolu 22 jgħid li l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Direttiva. Rapport li jivvaluta l-impatt u l-valur miżjud tad-Direttiva u jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż għal setturi jew subsetturi oħra, inkluż is-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, irid jiġi ppreżentat regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
L-Artikolu 23 jgħid li d-Direttiva 2008/114/KE hija mħassra b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. L-Artikolu 24 jgħid li l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, fil-perjodu ta’ żmien stabbilit, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva, u jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. It-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni. L-Artikolu 25 jgħid li d-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 26 jgħid li d-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
2020/0365 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 15 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, 16 ,
Billi:
(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE 17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta’ infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-2019 18 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika.
(2)Minkejja l-miżuri eżistenti fil-livell tal-Unjoni 19 u dak nazzjonali mmirati lejn l-appoġġ tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, l-entitajiet li joperaw dawk l-infrastrutturi mhumiex mgħammra b’mod adegwat biex jindirizzaw ir-riskji kurrenti u dawk futuri antiċipati għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw f’interruzzjonijiet fil-forniment ta’ servizzi li huma essenzjali għat-twettiq ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali. Dan minħabba xenarju ta’ theddid dinamiku b’theddida terroristika li qed tevolvi u b’interdipendenzi li qed jikbru bejn l-infrastrutturi u s-setturi, kif ukoll riskju fiżiku miżjud minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jżid il-frekwenza u l-iskala ta’ avvenimenti ta’ temp estrem u jġib tibdil fit-tul fil-klima medja li jista’ jnaqqas il-kapaċità u l-effiċjenza ta’ ċerti tipi ta’ infrastruttura jekk ma jkunx hemm fis-seħħ miżuri ta’ reżiljenza jew adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-setturi u t-tipi ta’ entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b’mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha.
(3)Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta’ network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta’ forniment ta’ servizzi bl-użu ta’ infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, is-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta’ ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f’isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista’ jkollu effetti kaskata b’mod aktar wiesa’, li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta’ riskji ta’ probabbiltà baxxa.
(4)L-entitajiet involuti fil-forniment ta’ servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta’ sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss jirriskja li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, iżda jwassal ukoll għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Tipi simili ta’ entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f’xi Stati Membri iżda mhux f’oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f’piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b’mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b’rekwiżiti aktar stretti.
(5)Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.
(6)Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-entitajiet kritiċi li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u sorveljanza speċifiċi, iżda wkoll għal appoġġ u gwida partikolari mmirati lejn il-kisba ta’ livell għoli ta’ reżiljenza fid-dawl tar-riskji rilevanti kollha.
(7)Ċerti setturi tal-ekonomija bħall-enerġija u t-trasport diġà huma regolati jew jistgħu jiġu regolati fil-futur permezz ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni speċifiċi għas-settur li fihom regoli relatati ma’ ċerti aspetti tar-reżiljenza ta’ entitajiet li joperaw f’dawk is-setturi. Sabiex tiġi indirizzata b’mod komprensiv ir-reżiljenza ta’ dawk l-entitajiet li huma kritiċi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur jenħtieġ li jiġu kkumplimentati minn dawk previsti f’din id-Direttiva, li toħloq qafas ġenerali li jindirizza r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-perikli kollha, jiġifieri dawk naturali u kkawżati mill-bniedem, aċċidentali u intenzjonali.
(8)Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva NIS 2”)] huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta’ entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b’mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali.
(9)Fejn id-dispożizzjonijiet ta’ atti oħra tad-dritt tal-Unjoni jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jivvalutaw ir-riskji rilevanti, jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom jew biex jinnotifikaw l-inċidenti, u dawk ir-rekwiżiti jkunu mill-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva ma jenħtieġx li japplikaw, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piżijiet bla bżonn. F’dak il-każ, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ tali atti oħra. Fejn id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva ma japplikawx, id-dispożizzjonijiet tagħha dwar is-superviżjoni u l-infurzar lanqas ma jenħtieġ li jkunu applikabbli. L-Istati Membri jenħtieġ li madankollu jinkludu s-setturi kollha elenkati fl-Anness fl-istrateġija tagħhom għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, il-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri ta’ appoġġ skont il-Kapitolu II u jenħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw entitajiet kritiċi f’dawk is-setturi fejn il-kundizzjonijiet applikabbli jkunu ġew issodisfati, b’kunsiderazzjoni tas-sistema partikolari għall-entitajiet fis-settur bankarju, tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju u tal-infrastruttura diġitali.
(10)Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu strateġija li tistabbilixxi l-objettivi u l-miżuri ta’ politika li għandhom jiġu implimentati. Sabiex jinkiseb dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji taċ-ċibersigurtà tagħhom jipprovdu qafas ta’ politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva NIS 2 fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku u l-eżerċitar ta’ kompiti superviżorji.
(11)L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta’ servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi. Fit-twettiq ta’ dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta’ din id-Direttiva.
(12)Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma’ tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b’mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista’ jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta’ entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat.
(13)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll kriterji li jiddeterminaw is-sinifikat ta’ effett ta’ tfixkil prodott minn inċidenti bħal dawn. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jibnu fuq il-kriterji previsti fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 sabiex jikkapitalizzaw fuq l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri biex jidentifikaw dawk l-operaturi u l-esperjenza miksuba f’dan ir-rigward.
(14)Entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali huma essenzjalment ibbażati fuq networks u sistemi tal-informazzjoni u jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS 2, li tindirizza s-sigurtà fiżika ta’ sistemi bħal dawn bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà u l-obbligi ta’ rappurtar tagħhom. Billi dawk il-kwistjonijiet huma koperti mid-Direttiva NIS 2, l-obbligi ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għal tali entitajiet. Madankollu, meta titqies l-importanza tas-servizzi fornuti minn entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali għall-forniment ta’ servizzi essenzjali oħra, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw, abbażi tal-kriterji u permezz tal-proċedura prevista f’din id-Direttiva mutatis mutandis, l-entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali li jenħtieġ jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għal entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II biss, inkluż id-dispożizzjoni dwar l-appoġġ tal-Istati Membri fit-tisħiħ tar-reżiljenza ta’ dawn l-entitajiet. Konsegwentement, tali entitajiet jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli minn III sa VI. Peress li l-obbligi għall-entitajiet kritiċi stabbiliti fil-Kapitolu II biex jipprovdu ċerta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti huma relatati mal-applikazzjoni tal-Kapitoli III u IV, jenħtieġ li dawk l-entitajiet lanqas ma jkunu soġġetti għal dawk l-obbligi.
(15)L-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji jistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inklużi r-riskji operazzjonali, u jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Dan jinkludi r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet li tikkomplementa dan il-qafas bir-Regolament XX/SSSS tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament propost dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament DORA”) 27 ], li jistabbilixxi rekwiżiti għad-ditti finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tal-ICT, inkluż il-ħarsien ta’ infrastrutturi fiżiċi tal-ICT. Billi r-reżiljenza tal-entitajiet elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness hija koperta b’mod komprensiv mill-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jiġu ttrattati wkoll bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva biss. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli tar-riskju operazzjonali u tar-reżiljenza diġitali fis-settur finanzjarju, l-appoġġ tal-Istati Membri għat-titjib tar-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet finanzjarji ekwivalenti għal entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament DORA], u jkun soġġett għall-proċeduri stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni b’mod kompletament armonizzat.
(16)L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissupervizzaw l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva’ u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta’ governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali diġà eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F’dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b’mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b’mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b’mod aktar ġenerali ma’ awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni.
(17)Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar, f’waħda mill-awtoritajiet li huwa jkun ħatar bħala awtorità kompetenti skont din id-Direttiva, punt uniku ta’ kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni f’dan ir-rigward.
(18)Billi skont id-Direttiva NIS 2 l-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi, kif ukoll entitajiet identifikati fis-settur tal-infrastruttura diġitali li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti skont din id-Direttiva, huma soġġetti għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tad-Direttiva NIS 2, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont iż-żewġ Direttivi jikkooperaw, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw lil dawk l-entitajiet.
(19)L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, f’konformità mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet biex jiżguraw tali konformità. L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta’ gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta’ entitajiet kritiċi. Barra minn hekk, minħabba l-interdipendenzi bejn l-entitajiet u s-setturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(20)Sabiex ikunu jistgħu jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkollhom fehim komprensiv tar-riskji rilevanti kollha li jkunu esposti għalihom u janalizzaw dawk ir-riskji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskji, kull meta jkun meħtieġ fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom u l-evoluzzjoni ta’ dawk ir-riskji, iżda fi kwalunkwe każ kull erba’ snin. Il-valutazzjonijiet tar-riskju minn entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri.
(21)L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jieħdu miżuri organizzattivi u tekniċi li huma xierqa u proporzjonati għar-riskji li jiffaċċjaw sabiex jipprevjenu, jirreżistu, jimmitigaw, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċident. Għalkemm l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jieħdu miżuri fuq il-punti kollha speċifikati f’din id-Direttiva, id-dettalji u l-estent tal-miżuri jenħtieġ li jirriflettu r-riskji differenti li kull entità identifikat bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju tagħha u l-ispeċifiċitajiet ta’ tali entità b’mod xieraq u proporzjonat.
(22)Fl-interess tal-effettività u r-responsabbiltà, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiddeskrivu dawk il-miżuri, b’livell ta’ dettall biex jintlaħqu biżżejjed dawk l-għanijiet, wara li jikkunsidraw ir-riskji identifikati, fi pjan ta’ reżiljenza jew f’dokument jew dokumenti li huma ekwivalenti għal pjan ta’ reżiljenza, u japplikaw dak il-pjan fil-prattika. Tali dokument jew dokumenti ekwivalenti jistgħu jitfasslu f’konformità mar-rekwiżiti u l-istandards żviluppati fil-kuntest ta’ ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni fiżika li l-Istati Membri huma partijiet għalihom, inkluża l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari, kif xieraq.
(23)Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 , ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 u d-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 jistabbilixxu r-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu biex jipprevjenu inċidenti kkawżati minn atti illegali u biex jirreżistu u jtaffu l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn. Filwaqt li l-miżuri meħtieġa f’din id-Direttiva huma usa’ f’termini tar-riskji indirizzati u t-tipi ta’ miżuri li għandhom jittieħdu, l-entitajiet kritiċi f’dawk is-setturi jenħtieġ li jirriflettu fil-pjan ta’ reżiljenza tagħhom jew dokumenti ekwivalenti l-miżuri meħuda skont dawk l-atti l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jimplimentaw miżuri ta’ reżiljenza skont din id-Direttiva, l-entitajiet kritiċi jistgħu jikkunsidraw li jirreferu għal linji gwida mhux vinkolanti u għal dokumenti ta’ prattiki tajba żviluppati taħt flussi ta’ xogħol settorjali, bħall-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE 31 .
(24)Ir-riskju li l-impjegati ta’ entitajiet kritiċi jużaw ħażin, pereżempju, id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess fi ħdan l-organizzazzjoni tal-entità biex jagħmlu ħsara u jikkawżaw ħsara huwa ta’ tħassib dejjem jiżdied. Dak ir-riskju huwa aggravat mill-fenomenu li qed jikber tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu. Huwa għalhekk neċessarju li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jitolbu kontrolli tal-isfond dwar persuni li jaqgħu f’kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom u li jiġi żgurat li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet rilevanti, f’konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali.
(25)L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, kemm jista’ jkun malajr taħt iċ-ċirkostanzi partikolari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b’inċidenti li jfixklu b’mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b’mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifika jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwieġbu għall-inċidenti malajr u b’mod adegwat u jkollhom stampa komprensiva tar-riskji ġenerali li jiffaċċjaw l-entitajiet kritiċi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura għan-notifika ta’ ċerti inċidenti u jenħtieġ li jiġu previsti parametri biex jiġi ddeterminat meta t-tfixkil kurrenti jew potenzjali jkun sinifikanti u l-inċidenti jenħtieġ għalhekk li jiġu nnotifikati. Minħabba l-impatti transfruntiera potenzjali ta’ dan it-tfixkil, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn affettwati permezz ta’ punti uniċi ta’ kuntatt.
(26)Filwaqt li l-entitajiet kritiċi ġeneralment joperaw bħala parti minn network dejjem aktar interkonness ta’ forniment ta’ servizzi u infrastrutturi u spiss jipprovdu servizzi essenzjali f’aktar minn Stat Membru wieħed, uħud minn dawk l-entitajiet huma ta’ sinifikat partikolari għall-Unjoni minħabba li jipprovdu servizzi essenzjali lil għadd kbir ta’ Stati Membri, u għalhekk jeħtieġu sorveljanza speċifika fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-sorveljanza speċifika fir-rigward ta’ tali entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari. Dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti f’din id-Direttiva.
(27)Meta kwalunkwe Stat Membru jqis li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex ikun jista’ javża lil entità kritika biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III jew biex jivvaluta l-konformità ta’ entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari ma’ dawk l-obbligi, bi qbil mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura ta’ dik l-entità, il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri stabbiliti minn dik l-entità. Sabiex jiġi żgurat li tali missjonijiet konsultattivi jitwettqu kif suppost, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komplementari, b’mod partikolari dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tagħhom, is-segwitu li għandu jsir u l-obbligi għall-entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari kkonċernati. Il-missjonijiet konsultattivi jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li l-Istat Membru fejn titwettaq il-missjoni konsultattiva u li l-entità kkonċernata tikkonforma mar-regoli ta’ din id-Direttiva, jitwettqu soġġetti għar-regoli dettaljati tad-dritt ta’ dak l-Istat Membru, pereżempju dwar il-kundizzjonijiet preċiżi li għandhom jiġu sodisfatti biex jinkiseb aċċess għall-bini jew id-dokumenti rilevanti u dwar ir-rimedju ġudizzjarju. L-għarfien espert speċifiku meħtieġ għal missjonijiet bħal dawn jista’, fejn ikun rilevanti, jintalab permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza.
(28)Sabiex tiġi appoġġata l-Kummissjoni u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi l-aħjar prattiki, dwar kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, li huwa grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw kooperazzjoni effettiva u effiċjenti tar-rappreżentanti maħtura tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Il-grupp jenħtieġ li jibda jwettaq il-kompiti tiegħu minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, sabiex jipprovdi mezzi addizzjonali għal kooperazzjoni xierqa matul il-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
(29)Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali tal-Istati Membri u l-entitajiet kritiċi li jiżguraw il-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom stabbiliti fiha, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fejn tqis li jkun xieraq, twettaq ċerti attivitajiet ta’ appoġġ immirati biex jiffaċilitaw il-konformità ma’ dawk l-obbligi. Meta tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri u lill-entitajiet kritiċi fl-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibni fuq strutturi u għodod eżistenti, bħal dawk taħt il-mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u n-Network Ewropew ta’ Referenza għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika.
(30)L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom kif speċifikat f’din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b’mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet, superviżjoni u awditi, li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika. B’mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fid-dritt nazzjonali, f’konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ entità kritika mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2 biex jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta’ dawk l-entitajiet. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan.
(31)Sabiex jitqiesu r-riskji ġodda, l-iżviluppi teknoloġiċi jew l-ispeċifiċitajiet ta’ settur wieħed jew aktar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta l-miżuri ta’ reżiljenza li l-entitajiet kritiċi għandhom jieħdu billi tispeċifika ulterjorment uħud minn dawk il-miżuri jew kollha kemm huma. B’mod partikolari hu importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 32 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(32)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 .
(33)Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata l-provvista fis-suq interna ta’ servizzi essenzjali biex jinżammu l-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi essenzjali u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jipprovdu tali servizzi, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(34)Għalhekk, id-Direttiva 2008/114/KE jenħtieġ li tiġi mħassra,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1.Din id-Direttiva:
(a)tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri biex jieħdu ċerti miżuri bil-għan li jiżguraw il-forniment fis-suq intern ta’ servizzi essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali, b’mod partikolari biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti f’ċerti aspetti, u biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom;
(b)tistabbilixxi obbligi għall-entitajiet kritiċi bil-għan li jsaħħu r-reżiljenza tagħhom u jtejbu l-kapaċità tagħhom li jipprovdu dawk is-servizzi fis-suq intern;
(c)tistabbilixxi regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar ta’ entitajiet kritiċi u s-sorveljanza speċifika ta’ entitajiet kritiċi meqjusa li għandhom sinifikat Ewropew partikolari.
2.Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) XX/YY [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva NIS 2”)], mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7.
3.Fejn dispożizzjonijiet ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni speċifiċi għas-settur jirrikjedu li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri kif stabbilit fil-Kapitolu III, u fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu mill-inqas ekwivalenti għall-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti fil-Kapitolu VI.
4.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 TFUE, informazzjoni li hija kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali, bħar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra biss meta dak l-iskambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dik li hija rilevanti u proporzjonata għall-fini ta’ dak l-iskambju. L-iskambju tal-informazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni u jipproteġi l-interessi tas-sigurtà u kummerċjali tal-entitajiet kritiċi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“entità kritika” tfisser entità pubblika jew privata ta’ tip imsemmi fl-Anness, li tkun ġiet identifikata bħala tali minn Stat Membru skont l-Artikolu 5;
(2)“reżiljenza” tfisser il-kapaċità li jiġi evitat, reżistit, mitigat, assorbit, akkomodat u li jkun hemm irkupru minn inċident li jfixkel jew li għandu l-potenzjal li jfixkel l-operazzjonijiet ta’ entità kritika;
(3)“inċident” tfisser kwalunkwe avveniment li jkollu l-potenzjal li jfixkel, jew li jfixkel, l-operazzjonijiet tal-entità kritika;
(4) “infrastruttura” tfisser assi, sistema jew parti minnhom, li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz essenzjali;
(5) “servizz essenzjali” tfisser servizz li huwa essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali;
(6)“riskju” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv potenzjali fuq ir-reżiljenza ta’ entitajiet kritiċi;
(7)“valutazzjoni tar-riskju” tfisser metodoloġija li tiddetermina n-natura u l-estent ta’ riskju billi tanalizza t-theddid u l-perikli potenzjali u tevalwa l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ vulnerabbiltà li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika.
Kapitolu II
Oqfsa Nazzjonali dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
Artikolu 3
Strateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
1.Kull Stat Membru għandu jadotta sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] strateġija għar-rinfurzar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Din l-istrateġija għandha tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta’ politika bil-għan li jinkiseb u jinżamm livell għoli ta’ reżiljenza min-naħa ta’ dawk l-entitajiet kritiċi u li jkopru mill-inqas is-setturi msemmija fl-Anness.
2.L-istrateġija għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)objettivi strateġiċi u prijoritajiet għall-finijiet tat-tisħiħ tar-reżiljenza kumplessiva tal-entitajiet kritiċi li jqisu l-interdipendenzi transfruntiera u transsettorjali;
(b)qafas ta’ governanza biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi u l-prijoritajiet, li jinkludi deskrizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet differenti, l-entitajiet kritiċi u partijiet oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;
(c)deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet kritiċi, inkluż valutazzjoni tar-riskju nazzjonali, l-identifikazzjoni ta’ entitajiet kritiċi u ta’ entitajiet ekwivalenti għal entitajiet kritiċi, u l-miżuri biex jiġu appoġġati l-entitajiet kritiċi meħuda skont dan il-Kapitolu;
(d)qafas ta’ politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u skont [id-Direttiva NIS 2] għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku u l-eżerċizzju ta’ kompiti superviżorji.
L-istrateġija għandha tiġi aġġornata fejn meħtieġ u tal-anqas kull erba’ snin.
3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom, u kwalunkwe aġġornament tal-istrateġiji tagħhom, lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.
Artikolu 4
Valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri
1.L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 8 għandhom jistabbilixxu lista ta’ servizzi essenzjali fis-setturi msemmija fl-Anness. Huma għandhom iwettqu sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], u sussegwentement fejn meħtieġ, u mill-inqas kull erba’ snin, valutazzjoni tar-riskji rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta’ dawk is-servizzi essenzjali, bl-għan li jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 5(1), u tingħata għajnuna lil dawk l-entitajiet kritiċi biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 11.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem rilevanti kollha, inklużi l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika, it-theddid antagonistiku, inklużi r-reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 .
2.Fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju, l-Istati Membri għandhom iqisu bħala minimu:
(a)il-valutazzjoni tar-riskju ġenerali mwettqa skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 ;
(b)valutazzjonijiet tar-riskju rilevanti oħra, imwettqa f’konformità mar-rekwiżiti tal-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 u r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 ;
(c)kwalunkwe riskju li jirriżulta mid-dipendenzi bejn is-setturi msemmija fl-Anness, inkluż minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, u l-impatt li jista’ jkollu tfixkil f’settur wieħed fuq setturi oħra;
(d)kwalunkwe informazzjoni dwar inċidenti f’konformità mal-Artikolu 13.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, kif xieraq.
3.L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-elementi rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-entitajiet kritiċi li identifikaw skont l-Artikolu 5 sabiex jassistu lil dawk l-entitajiet kritiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, skont l-Artikolu 10, u fit-teħid ta’ miżuri biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom skont l-Artikolu 11.
4.Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’data dwar it-tipi ta’ riskji identifikati u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness, sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba’ snin.
5.Il-Kummissjoni tista’, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta’ rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4.
Artikolu 5
Identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi
1.Sa [tliet snin u tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] l-Istati Membri għandhom jidentifikaw għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness, minbarra l-punti 3, 4 u 8 tiegħu, l-entitajiet kritiċi.
2.Meta jidentifikaw entitajiet kritiċi skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4 u japplikaw il-kriterji li ġejjin:
(a)l-entità tipprovdi servizz essenzjali jew aktar minn wieħed;
(b)(il-forniment ta’ dak is-servizz jiddependi fuq infrastruttura li tinsab fl-Istat Membru); u
(c)inċident ikollu effetti ta’ tfixkil sinifikanti fuq il-forniment tas-servizz jew ta’ servizzi essenzjali oħra fis-setturi msemmija fl-Anness li jiddependu fuq is-servizz.
3.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista tal-entitajiet kritiċi identifikati u jiżgura li dawk l-entitajiet kritiċi jiġu nnotifikati bl-identifikazzjoni tagħhom bħala entitajiet kritiċi fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni, u jiġu infurmati dwar l-obbligi tagħhom skont il-Kapitoli II u III u d-data minn meta jibdew japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-Kapitoli.
Għall-entitajiet kritiċi kkonċernati, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw mid-data tan-notifika u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III għandhom japplikaw minn sitt xhur wara dik id-data.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti li l-Istati Membri jaħtru skont l-Artikolu 8 tad-[Direttiva NIS 2], bl-identità tal-entitajiet kritiċi li identifikaw skont dan l-Artikolu fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni.
5.Wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva dwar jekk ġewx identifikati bħala entità kritika fi Stat Membru jew aktar minn wieħed. Meta entità tkun ġiet identifikata bħala kritika minn żewġ Stati Membri jew aktar, dawn l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq l-entità kritika fir-rigward tal-obbligi skont il-Kapitolu III.
6.Għall-finijiet tal-Kapitolu IV, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi, wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva dwar jekk jipprovdux servizzi essenzjali lil terz tal-Istati Membri jew aktar. Meta dan ikun il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni bl-identità ta’ dawk l-entitajiet kritiċi.
7.L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ u fi kwalunkwe każ mill-inqas kull erba’ snin, jirrieżaminaw u, fejn xieraq, jaġġornaw il-lista tal-entitajiet kritiċi identifikati.
Fejn dawk l-aġġornamenti jwasslu għall-identifikazzjoni ta’ entitajiet kritiċi addizzjonali, għandhom japplikaw il-paragrafi 3, 4, 5 u 6. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li ma jkunux għadhom identifikati bħala entitajiet kritiċi wara kwalunkwe aġġornament bħal dan jiġu nnotifikati b’dan u jiġu infurmati li ma għadhomx soġġetti għall-obbligi skont il-Kapitolu III mill-wasla ta’ dik l-informazzjoni.
Artikolu 6
Effett ta’ tfixkil sinifikanti
1.Meta jiddeterminaw is-sinifikat ta’ effett ta’ tfixkil kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(2), l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin:
(a)l-għadd ta’ utenti li jiddependu fuq is-servizz ipprovdut mill-entità;
(b)id-dipendenza ta’ setturi oħra msemmija fl-Anness fuq dak is-servizz;
(c)l-impatti li l-inċidenti jista’ jkollhom, f’termini ta’ grad u tul ta’ żmien, fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà, l-ambjent u s-sigurtà pubblika;
(d)is-sehem mis-suq tal-entità fis-suq ta’ tali servizzi;
(e)iż-żona ġeografika li tista’ tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier;
(f)l-importanza tal-entità biex jinżamm livell suffiċjenti tas-servizz, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta’ mezzi alternattivi għall-forniment ta’ dak is-servizz.
2.L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni sa [tliet snin u tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] :
(a)il-lista ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 4(1);
(b)l-għadd ta’ entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(1) li tipprovdi kull entità;
(c)kwalunkwe livell limitu applikat biex jispeċifika wieħed jew aktar mill-kriterji fil-paragrafu 1.
Huma għandhom sussegwentement jippreżentaw dik l-informazzjoni meta meħtieġ, u mill-inqas kull erba’ snin.
3.Il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tadotta linji gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 7
Entitajiet ekwivalenti għal entitajiet kritiċi taħt dan il-Kapitolu
1. Fir-rigward tas-setturi msemmija fil-punti 3, 4 u 8 tal-Anness, l-Istati Membri għandhom, sa [tliet snin u tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jidentifikaw l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5(1) sa (4) u (7), u 9 fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet.
2. Fir-rigward tal-entitajiet fis-setturi msemmija fil-punti 3 u 4 tal-Anness identifikati skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1), l-awtoritajiet maħtura bħala awtoritajiet kompetenti jkunu l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament DORA].
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu notifikati, mingħajr dewmien żejjed, bl-identifikazzjoni tagħhom bħala entitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 8
L-awtoritajiet kompetenti u l-punt uniku ta’ kuntatt
1.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti jew aktar minn waħda responsabbli għall-applikazzjoni korretta, u fejn meħtieġ għall-infurzar, tar-regoli ta’ din id-Direttiva fil-livell nazzjonali (“awtorità kompetenti”). L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità jew awtoritajiet eżistenti.
Fejn jaħtru aktar minn awtorità waħda, huma għandhom jistabbilixxu b’mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw b’mod effettiv biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, anki fir-rigward tad-deżinjazzjoni u tal-attivitajiet tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 2.
2.Kull Stat Membru għandu, fi ħdan l-awtorità kompetenti, jindika punt uniku ta’ kuntatt biex jeżerċita funzjoni ta’ kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 16 (“punt uniku ta’ kuntatt”).
3.Sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], u kull sena minn hemm ’il quddiem, il-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom jippreżentaw rapport ta’ sommarju lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar in-notifiki riċevuti, inkluż l-għadd ta’ notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13(3).
4.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti, inkluż il-punt uniku ta’ kuntatt indikat fiha, ikollha s-setgħat u r-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex twettaq, b’mod effettiv u effiċjenti, il-kompiti assenjati lilha.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fejn xieraq, u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u ma' dak nazzjonali, jikkonsultaw u jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, b’mod partikolari dawk inkarigati mill-protezzjoni ċivili, l-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi entitajiet kritiċi.
6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont dan l-Artikolu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont [id-Direttiva NIS 2] dwar ir-riskji taċ-ċibersigurtà u l-inċidenti ċibernetiċi li jaffettwaw lill-entitajiet kritiċi, kif ukoll il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont [id-Direttiva NIS 2] rilevanti għall-entitajiet kritiċi.
7.Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtorità kompetenti u l-punt uniku ta’ kuntatt fi żmien tliet xhur minn dik il-ħatra, inkluż il-kompiti u r-responsabbiltajiet preċiżi tagħhom skont din id-Direttiva, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-ħatra tiegħu tal-awtorità kompetenti u tal-punt uniku ta’ kuntatt.
8.Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri.
Artikolu 9
L-appoġġ tal-Istati Membri għall-entitajiet kritiċi
1.L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ jista’ jinkludi li jiżviluppaw materjali ta’ gwida u metodoloġiji, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta’ entitajiet kritiċi.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni u prattiki tajba mal-entitajiet kritiċi tas-setturi msemmija fl-Anness.
3.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar, b’mod partikolari, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali.
Kapitolu III
Ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
Artikolu 10
Valutazzjoni tar-riskju minn entitajiet kritiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jivvalutaw fi żmien sitt xhur wara li jirċievu n-notifika msemmija fl-Artikolu 5(3), u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba’ snin, abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri u sorsi rilevanti oħra ta’ informazzjoni, ir-riskji rilevanti kollha li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet tagħhom.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 4(1) li jistgħu jwasslu għal tfixkil fil-forniment ta’ servizzi essenzjali. Għandha tqis kwalunkwe dipendenza ta’ setturi oħrajn imsemmija fl-Anness dwar is-servizz essenzjali pprovdut mill-entità kritika, inkluż fi Stati Membri u f’pajjiżi terzi ġirien fejn rilevanti, u l-impatt li tfixkil fil-forniment ta’ servizzi essenzjali f’wieħed jew aktar minn dawk is-setturi jista’ jkollu fuq is-servizz essenzjali fornut mill-entità kritika.
Artikolu 11
Miżuri ta’ reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u proporzjonati biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, inklużi l-miżuri meħtieġa biex:
(a)jipprevjenu inċidenti milli jseħħu, anki permezz ta’ miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u ta’ adattament għall-klima;
(b)jiżguraw protezzjoni fiżika adegwata ta’ żoni sensittivi, faċilitajiet u infrastruttura oħra, inklużi sisien, ostakli, għodod u rutini ta’ monitoraġġ tal-perimetru, kif ukoll tagħmir ta’ detezzjoni u kontrolli tal-aċċess;
(c)jirreżistu u jimmitigaw il-konsegwenzi tal-inċidenti, inkluż l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u protokolli għall-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet u rutini ta’ twissija;
(d)jirkupraw minn inċidenti, inklużi miżuri ta’ kontinwità tan-negozju u l-identifikazzjoni ta’ ktajjen tal-provvista alternattivi;
(e)jiżguraw ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, anki billi jistabbilixxu kategoriji ta’ persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta’ aċċess għal żoni sensittivi, faċilitajiet u infrastruttura oħra, u għal informazzjoni sensittiva kif ukoll jidentifika kategoriji speċifiċi ta’ persunal fid-dawl tal-Artikolu 12;
(f)jissensibilizzaw lill-persunal rilevanti dwar il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e).
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkollhom fis-seħħ u japplikaw pjan ta’ reżiljenza jew dokument jew dokumenti ekwivalenti, li jiddeskrivu fid-dettall il-miżuri skont il-paragrafu 1. Fejn l-entitajiet kritiċi jkunu ħadu miżuri skont l-obbligi li jinsabu f’atti oħra tad-dritt tal-Unjoni li huma wkoll rilevanti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jiddeskrivu wkoll dawk il-miżuri fil-pjan ta’ reżiljenza jew dokument jew dokumenti ekwivalenti.
3.Fuq talba tal-Istat Membru li jkun identifika l-entità kritika u bil-qbil tal-entità kritika kkonċernata, il-Kummissjoni għandha torganizza missjonijiet konsultattivi, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 15(4), (5), (7) u (8), biex tagħti pariri lill-entità kritika kkonċernata biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru u lill-entità kritika kkonċernata.
4.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 li jissupplimentaw il-paragrafu 1 billi jistabbilixxu regoli dettaljati li jispeċifikaw xi wħud mill-miżuri jew il-miżuri kollha li għandhom jittieħdu skont dak il-paragrafu. Hija għandha tadotta dawk l-atti delegati sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dak il-paragrafu skont l-objettivi ta’ din id-Direttiva, wara li tikkunsidra kwalunkwe żvilupp rilevanti fir-riskji, fit-teknoloġija jew fil-forniment tas-servizzi kkonċernati kif ukoll kwalunkwe speċifiċità relatata ma’ setturi u tipi partikolari ta’ entitajiet.
5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi meħtieġa relatati mal-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
Artikolu 12
Kontrolli tal-isfond
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jissottomettu talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f’ċerti kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom, inklużi persuni li jkunu qed jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet li jaqgħu f’dawk il-kategoriji, u li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawn il-kontrolli tal-isfond.
2.Skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 , kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:
(a)jistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta’ evidenza dokumentata;
(b)ikopri kwalunkwe rekord kriminali ta’ mill-inqas il-ħames snin preċedenti, u għal massimu ta’ għaxar snin, dwar reati rilevanti għar-reklutaġġ għal pożizzjoni speċifika, fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri ta’ ċittadinanza tal-persuna u fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi ta’ residenza matul dak il-perjodu ta’ żmien;
(c)ikopri l-impjiegi preċedenti, l-edukazzjoni u kwalunkwe żmien barra mill-edukazzjoni jew l-impjieg fis-CV tal-persuna matul mill-inqas il-ħames snin preċedenti u għal massimu ta’ għaxar snin.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tagħhom li huma kompetenti li jwettqu kontrolli tal-isfond jiksbu l-informazzjoni dwar ir-rekords kriminali minn Stati Membri oħra permezz tal-ECRIS skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, u, fejn rilevanti, ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 . L-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas u fl-Artikolu 3(5) ta’ dak ir-Regolament għandhom jagħtu tweġibiet għal talbiet għal tali informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba.
3.F’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679, kull Stat Membru għandu jiżgura li kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun jista’ jiġi estiż ukoll, abbażi ta’ talba debitament ġustifikata tal-entità kritika, biex jagħmel użu mill-intelligence u minn kwalunkwe informazzjoni oġġettiva oħra disponibbli li tista’ tkun meħtieġa biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-persuna kkonċernata biex taħdem fil-pożizzjoni li fir-rigward tagħha l-entità kritika tkun talbet verifika tal-isfond estiża.
Artikolu 13
Notifika tal-inċident
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti b'inċidenti li jfixklu b’mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b’mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifiki għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, anki sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifika ma għandhiex tagħmel lill-entitajiet kritiċi soġġetti għal responsabbiltà akbar.
2.Sabiex jiġi ddeterminat is-sinifikat tat-tfixkil jew tat-tfixkil potenzjali tal-operazzjonijiet tal-entità kritika li jirriżultaw minn inċident, għandhom jitqiesu, b’mod partikolari, il-parametri li ġejjin:
(a)l-għadd ta’ utenti affettwati mit-tfixkil jew it-tfixkil potenzjali;
(b)it-tul ta’ żmien tat-tfixkil jew id-durata antiċipata ta’ tfixkil potenzjali;
(c)iż-żona ġeografika milquta mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali.
3.Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fin-notifika mill-entità kritika, l-awtorità kompetenti, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt tagħha, għandha tinforma lill-punt uniku ta’ kuntatt tal-Istati Membri l-oħra affettwati jekk l-inċident ikollu, jew jista’ jkollu, impatt sinifikanti fuq l-entitajiet kritiċi u l-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi essenzjali fi Stat Membru jew aktar minn wieħed.
Meta jagħmlu dan, il-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, jittrattaw l-informazzjoni b’tali mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità tagħha u jħares is-sigurtà u l-interess kummerċjali tal-entità kritika kkonċernata.
4.Kemm jista’ jkun malajr wara li tkun ġiet innotifikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-entità kritika li tkun innotifikatha bl-informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu tan-notifika tagħha, inkluża informazzjoni li tista’ tappoġġa r-rispons effettiv tal-entità kritika għall-inċident.
Kapitolu IV
Sorveljanza speċifika fuq entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari
Artikolu 14
Entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari
1.Entitajiet kritiċi ta’ sinifikat Ewropew partikolari għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza speċifika, skont dan il-Kapitolu.
2.Entità għandha titqies bħala entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari meta tkun ġiet identifikata bħala entità kritika u tkun tforni servizzi essenzjali lil terz tal-Istati Membri jew f'aktar u tkun ġiet innotifikata bħala tali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(1) u (6), rispettivament.
3.Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed malli tirċievi n-notifika skont l-Artikolu 5(6), tinnotifika lill-entità kkonċernata li hija kkunsidrata bħala entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari, tinforma lil dik l-entità bl-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu u bid-data minn meta dawk l-obbligi japplikaw għaliha.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata mid-data tal-wasla ta’ dik in-notifika.
Artikolu 15
Sorveljanza speċifika
1.Fuq talba ta’ Stat Membru jew aktar minn wieħed jew tal-Kummissjoni, l-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari għandu, flimkien ma’ dik l-entità, jinforma lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi bl-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 u l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 11.
Dak l-Istat Membru għandu jinforma wkoll, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi bi kwalunkwe azzjoni superviżorja jew ta’ infurzar, inkluż bi kwalunkwe valutazzjoni tal-konformità jew ordnijiet maħruġa, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun wettqet skont l-Artikoli 18 u 19 fir-rigward ta’ dik l-entità.
2.Fuq talba ta’ Stat Membru jew aktar minn wieħed, jew fuq inizjattiva proprja, u bi qbil mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari, il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri li dik l-entità tkun daħħlet fis-seħħ biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Fejn meħtieġ, il-missjonijiet konsultattivi jistgħu jitolbu għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza.
3.Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi u lill-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-missjoni konsultattiva.
Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu janalizza r-rapport u, fejn meħtieġ, għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk l-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata tikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta’ dik l-entità.
Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ dak il-parir, tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura ta’ dik l-entità, lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi u lil dik l-entità dwar jekk dik l-entità tikkonformax mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta’ dik l-entità.
Dak l-Istat Membru għandu jikkunsidra kif xieraq dawk il-fehmiet u jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar kwalunkwe miżura li jkun ħa skont il-komunikazzjoni.
4.Kull missjoni konsultattiva għandha tikkonsisti minn esperti mill-Istati Membri u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jipproponu kandidati biex ikunu parti minn missjoni konsultattiva. Il-Kummissjoni għandha tagħżel u taħtar il-membri ta’ kull missjoni konsultattiva skont il-kapaċità professjonali tagħhom u tiżgura rappreżentanza ġeografikament ibbilanċjata fost l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tkopri l-kostijiet relatati mal-parteċipazzjoni fil-missjoni konsultattiva.
Il-Kummissjoni għandha torganizza l-programm ta’ missjoni konsultattiva, f’konsultazzjoni mal-membri tal-missjoni konsultattiva speċifika u bi qbil mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika jew l-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew ikkonċernata.
5.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli dwar l-arranġamenti proċedurali għat-twettiq u r-rapporti ta’ missjonijiet konsultattivi. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata tipprovdi lill-missjoni konsultattiva b’aċċess għall-informazzjoni, għas-sistemi u l-faċilitajiet kollha relatati mal-forniment tas-servizzi essenzjali tagħha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha.
7.Il-missjoni konsultattiva għandha titwettaq f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru fejn tinsab dik l-infrastruttura.
8.Meta jiġu organizzati l-missjonijiet konsultattivi, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti ta’ kwalunkwe spezzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) 300/2008 u r-Regolament (KE) 725/2004 u r-rapporti ta’ kwalunkwe monitoraġġ imwettaq mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2005/65/KE fir-rigward tal-entità kritika jew l-entità kritika ta’ sinifikat Ewropew partikolari, kif xieraq.
Kapitolu V
Kooperazzjoni u Rappurtar
Artikolu 16
Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
1.Huwa stabbilit Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi b’seħħ minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Dan għandu jappoġġa lill-Kummissjoni u jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva.
2.Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fejn rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista’ jistieden rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu.
Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.
3.Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)li jappoġġa lill-Kummissjoni fl-assistenza tagħha lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva;
(b)li jevalwa l-istrateġiji dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi msemmija fl-Artikolu 3 u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward ta’ dawk l-istrateġiji;
(c)li jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ entitajiet kritiċi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5, inkluż fir-rigward ta’ dipendenzi transfruntieri u fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti;
(d)li jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 6(3) u kwalunkwe att delegat u ta’ implimentazzjoni taħt din id-Direttiva, fuq talba;
(e)li jeżamina, fuq bażi annwali, ir-rapporti ta’ sinteżi msemmija fl-Artikolu 8(3);
(f)li jiskambja l-aħjar prattiki dwar l-iskambju ta’ informazzjoni relatata man-notifika ta’ inċidenti msemmija fl-Artikolu 13;
(g)li janalizza u jipprovdi pariri dwar ir-rapporti ta’ missjonijiet konsultattivi skont l-Artikolu 15(3);
(h)li jiskambja informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f’konformità ma’ din id-Direttiva;
(i)fejn rilevanti, li jiskambja informazzjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi rilevanti tal-Unjoni.
4.Sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull sentejn wara, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jistabbilixxi programm ta’ ħidma fir-rigward ta’ azzjonijiet li għandhom jitwettqu biex jiġu implimentati l-objettivi u l-kompiti tiegħu, li għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti u l-objettivi ta’ din id-Direttiva.
5.Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa’ regolarment u mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont [id-Direttiva NIS 2] biex jippromwovi l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni.
6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
7.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi rapport sommarju tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3(3) u 4(4) sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba’ snin.
Artikolu 17
Appoġġ mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi
1.Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tappoġġa lill-Istati Membri u lill-entitajiet kritiċi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, b’mod partikolari billi tħejji ħarsa kumplessiva fil-livell tal-Unjoni lejn ir-riskji transfruntiera u transsettorjali għall-forniment ta’ servizzi essenzjali, l-organizzazzjoni tal-missjonijiet konsultattivi msemmija fl-Artikoli 11(3) u 15(3) u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-esperti madwar l-Unjoni.
2.Il-Kummissjoni għandha tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 9 billi tiżviluppa l-aħjar prattiki u metodoloġiji, u billi tiżviluppa attivitajiet u eżerċizzji ta’ taħriġ transfruntiera biex tittestja r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.
Kapitolu VI
SUPERVIŻJONI U INFURZAR
Artikolu 18
Implimentazzjoni u infurzar
1.Sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-entitajiet li l-Istati Membri identifikaw bħala entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 5 mal-obbligi skont din id-Direttiva, huma għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi biex:
(a)iwettqu spezzjonijiet fuq il-post tal-bini li l-entità kritika tuża biex tipprovdi s-servizzi essenzjali tagħha, u superviżjoni mhux fuq il-post tal-miżuri tal-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 11;
(b)iwettqu jew jordnaw awditi fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi li jirrikjedu, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, li l-entitajiet li huma identifikaw bħala entitajiet kritiċi skont il-paragrafu 5 jipprovdu, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet:
(a)l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-miżuri meħuda minnhom biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11;
(b)evidenza tal-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk il-miżuri, inklużi r-riżultati ta’ awditu mwettaq minn awditur indipendenti u kkwalifikat magħżul minn dik l-entità u mwettaq għas-spejjeż tiegħu.
Meta jitolbu dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw l-iskop tar-rekwiżit u jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa.
3.Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jimponu penali f’konformità mal-Artikolu 19, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara l-azzjonijiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1, jew wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jordnaw lill-entitajiet kritiċi kkonċernati jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jirrimedjaw għal kwalunkwe ksur identifikat ta’ din id-Direttiva, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet, u biex jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu. Dawk l-ordnijiet għandhom iqisu, b’mod partikolari, is-serjetà tal-ksur.
4.L-Istat Membru għandu jiżgura li s-setgħat previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jkunu jistgħu jiġu eżerċitati biss soġġetti għal salvagwardji xierqa. Dawk is-salvagwardji għandhom jiggarantixxu, b’mod partikolari, li tali eżerċizzju jseħħ b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat u li d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-entitajiet kritiċi milquta jkunu salvagwardjati kif xieraq, inkluż id-drittijiet tagħhom li jinstemgħu, ta’ difiża u ta’ rimedju effettiv quddiem qorti indipendenti.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità kompetenti tivvaluta l-konformità ta’ entità kritika skont dan l-Artikolu, din għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat indikat skont [id-Direttiva NIS 2] u tista’ titlob lil dawk l-awtoritajiet jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta’ tali entità, u jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan.
Artikolu 19
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [sentejn wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Kapitolu VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
Proċedura ta’ kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 21
Eżerċitar tad-delega
1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa li tadotta atti delegati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11(4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi.
3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 11(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw., Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 22
Rapportar u rieżami
Sa [54 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien għandha tirrieżamina l-funzjonament ta’ din id-Direttiva, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari l-impatt u l-valur miżjud ta’ din id-Direttiva fuq l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri setturi jew subsetturi oħra. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex jinkludi s-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel.
Artikolu 23
Tħassir tad-Direttiva 2008/114/KE
Id-Direttiva 2008/114/KE hija mħassra b’effett minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva + jum].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 26
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i
Sigurtà
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 40
☑ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
L-operaturi tal-infrastrutturi kritiċi jipprovdu servizzi f’għadd ta’ setturi (bħat-trasport, l-enerġija, is-saħħa, l-ilma, eċċ.) li huma neċessarji għall-funzjonijiet tas-soċjetà u l-attivitajiet ekonomiċi vitali. L-operaturi għalhekk jeħtieġ li jkunu reżiljenti, jiġifieri protetti sew, iżda wkoll kapaċi jerġgħu jibdew joperaw malajr f’każ ta’ tfixkil.
L-objettiv ġenerali tal-proposta huwa li tittejjeb ir-reżiljenza ta’ dawn l-operaturi (hawnhekk imsejħa “entitajiet kritiċi”) kontra firxa ta’ riskji naturali u kkawżati mill-bniedem, intenzjonati jew mhux intenzjonati.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiċi
L-inizjattiva għandha l-għan li tindirizza erba’ objettivi speċifiċi:
- li jiġi żgurat livell ogħla ta’ fehim tar-riskji u l-interdipendenzi ffaċċjati minn entitajiet kritiċi, kif ukoll il-mezzi biex jiġu indirizzati;
- li jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jiġu indikati bħala “entitajiet kritiċi” mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;
- li jiġi żgurat li l-firxa sħiħa tal-attivitajiet ta’ reżiljenza tiġi inkluża fil-politiki pubbliċi u fil-prattika operazzjonali;
- li jissaħħu l-kapaċitajiet u jittejbu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati.
Dawn l-objettivi se jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ġenerali tal-inizjattiva.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-inizjattiva hija mistennija li jkollha effetti pożittivi fuq is-sigurtà tal-entitajiet kritiċi, li jkunu aktar reżiljenti għar-riskji u t-tfixkil. Dawn ikunu jistgħu jimmitigaw aħjar ir-riskji, jindirizzaw it-tfixkil potenzjali, u jimminimizzaw l-impatti negattivi f’każijiet fejn iseħħ l-inċident.
Reżiljenza aħjar tal-entitajiet kritiċi tfisser ukoll li l-operazzjonijiet tagħhom se jkunu aktar affidabbli u li s-servizzi tagħhom f’ħafna setturi vitali jiġu pprovduti b’mod kontinwu, u b’hekk jikkontribwixxu għal funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan imbagħad ikollu impatt pożittiv fuq il-pubbliku ġenerali u n-negozji, peress li dawn jiddependu fuq dawn is-servizzi fl-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum.
L-awtoritajiet pubbliċi jibbenefikaw ukoll mill-istabbiltà li tirriżulta mill-funzjonament bla xkiel ta’ attivitajiet ekonomiċi ewlenin u l-forniment kostanti ta’ servizzi essenzjali liċ-ċittadini tagħhom.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u l-kisbiet.
L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u l-kisbiet se jkunu marbuta mal-objettivi speċifiċi tal-inizjattiva:
- l-għadd u l-ambitu tal-valutazzjonijiet tar-riskju mill-awtoritajiet u l-entitajiet kritiċi se jkunu indikatur tal-fehim ogħla tar-riskji minn atturi ewlenin.
- l-għadd ta’ “entitajiet kritiċi” identifikati mill-Istati Membri se jirrifletti l-komprensività tal-kopertura tal-politiki dwar l-infrastruttura kritika.
- l-integrazzjoni tar-reżiljenza fil-politiki pubbliċi u l-prattika operazzjonali se tkun riflessa fl-istrateġiji nazzjonali u l-miżuri ta’ reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.
- it-titjib f’termini ta’ kapaċitajiet u kooperazzjoni se jiġi vvalutat abbażi ta’ attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità u ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni żviluppati.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid()u jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-inizjattiva, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jiżviluppaw, fuq medda ta’ żmien qasira sa medja, strateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi; iwettqu valutazzjoni tar-riskju nazzjonali; u jidentifikaw liema operaturi huma “entitajiet kritiċi” abbażi tal-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju u kriterji speċifiċi. Dawn l-attivitajiet se jitwettqu regolarment kif meħtieġ, u mill-inqas darba kull erba’ snin. L-Istati Membri se jkollhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti.
L-operaturi indikati bħala “entitajiet kritiċi” jkunu meħtieġa li, fuq medda ta’ żmien qasira sa medja, iwettqu valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess; jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u proporzjonati biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom; u jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-inċidenti.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew kumplimentarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li nkella kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għal azzjoni fuq livell Ewropew (ex-ante):
L-objettiv ta’ din l-inizjattiva huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi kontra firxa ta’ riskji. Dan l-objettiv ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom: l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata minħabba n-natura komuni tar-riskji li jiffaċċjaw l-entitajiet kritiċi; il-karattru transnazzjonali tas-servizzi li jipprovdu; u l-interdipendenzi u l-konnessjonijiet bejniethom (bejn is-setturi u l-fruntieri). Dan ifisser li vulnerabbiltà jew tfixkil ta’ faċilità waħda għandhom il-potenzjal li joħolqu xkiel bejn is-setturi u l-fruntieri.
Valur miżjud iġġenerat tal-Unjoni mistenni (ex-post):
Meta mqabbla mas-sitwazzjoni kurrenti, l-inizjattiva proposta se żżid il-valur b’mod partikolari billi:
- tistabbilixxi qafas ġenerali li jippromwovi allinjament aktar mill-qrib tal-politiki tal-Istati Membri (ambitu settorjali konsistenti, kriterji biex jiġu indikati l-entitajiet kritiċi, rekwiżiti komuni f’termini ta’ valutazzjonijiet tar-riskju),
- tiżgura li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri xierqa ta’ reżiljenza,
- tlaqqa’ flimkien l-għarfien u l-ħila esperta minn madwar l-UE li jottimizzaw ir-rispons tal-entitajiet kritiċi u tal-awtoritajiet,
- tnaqqas id-diskrepanzi bejn l-Istati Membri u ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi madwar l-UE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-proposta hija bbażata fuq it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea (id-Direttiva 2008/114/KE) u l-evalwazzjoni tagħha (SWD(2019) 308).
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Din il-proposta hija waħda mill-elementi fundamentali tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà li għandha l-għan li tikseb ambjent tas-sigurtà li jibqa' validu fil-futur.
Jistgħu jiġu żviluppati sinerġiji mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fir-rigward tal-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
◻ fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
◻Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
☑ durata mhux limitata
·Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu tal-operazzjoni mill-2021 sal-2027,
·segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 41
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
◻ mill-aġenziji eżekuttivi
☑ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja :
◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻ lill--BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
◻ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
Il-ġestjoni diretta se tkopri primarjament: spejjeż amministrattivi għad-DĠ HOME, Arranġament Amministrattiv mal-JRC, għotjiet ġestiti mill-Kummissjoni.
Il-ġestjoni kondiviża se tkopri: Proġetti b'ġestjoni kondiviża: l-Istati Membri se jkollhom jiżviluppaw strateġija u valutazzjoni tar-riskju, u jistgħu jużaw il-pakketti nazzjonali tagħhom għal dawn l-għanijiet.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Skont il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument tal-Unjoni ddedikat għall-qasam tas-sigurtà (COM(2018) 472 final):
Ġestjoni kondiviża:
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programm tiegħu u jiżgura l-kwalità u l-affidabilità tas-sistema ta’ monitoraġġ u tad-data dwar indikaturi, skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (Common Provision Regulation, CPR). Sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu rapidu tal-implimentazzjoni, huwa possibbli li jkun hemm ‘roll-over’ ta’ sistemi eżistenti li jiffunzjonaw sew ta’ ġestjoni u ta' kontroll għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.
F’dan il-kuntest, l-Istati Membri se jintalbu jistabbilixxu kumitat ta’ monitoraġġ li għalih il-Kummissjoni għandha tipparteċipa f’funzjoni konsultattiva. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress ta’ programm lejn l-ilħiq tal-objettivi tiegħu.
L-Istati Membri se jibagħtu rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, li jenħtieġ li jistabbilixxi informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba ta’ stadji importanti u miri. Jenħtieġ li jqajjem ukoll kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u jiddeskrivi l-azzjoni meħuda biex tindirizzahom.
Fl-aħħar tal-perjodu, kull Stat Membru għandu jissottometti rapport finali dwar il-prestazzjoni. Ir-rapport finali jenħtieġ li jiffoka fuq il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-programm u jenħtieġ li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet ewlenin li affettwaw il-prestazzjoni tal-programm, il-miżuri meħuda biex jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet u l-valutazzjoni tal-effettività ta’ dawn il-miżuri. Barra minn hekk jenħtieġ li jippreżenta l-kontribuzzjoni tal-programm biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-UE indirizzati lill-Istat Membru, il-progress li sar fl-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-qafas ta’ prestazzjoni, is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet rilevanti u s-segwitu li ngħata lil dawk is-sejbiet u r-riżultati tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni.
Skont l-abbozz tal-proposta tas-CPR, kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu pakkett ta’ assigurazzjoni, li jinkludi l-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni u l-opinjonijiet tal-awtorità tal-awditjar dwar il-kontijiet, ir-rapport annwali ta’ kontroll kif meħtieġ mill-Artikolu 92(1)(d) tas-CPR, is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata fil-kontijiet annwali. Dan il-pakkett ta’ aċċertament se jintuża mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-ammont li jista’ jiġi impost fuq il-Fond għas-sena kontabilistika.
Laqgħa ta’ rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandha tiġi organizzata kull sentejn biex tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kull programm.
Sitt darbiet fis-sena l-Istati Membri jibagħtu data għal kull programm maqsuma bl-għanijiet speċifiċi. Din id-data tirreferi għall-kost tal-operazzjonijiet u l-valuri ta’ indikaturi komuni ta’ output u riżultati.
B’mod ġenerali:
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva tal-azzjonijiet implimentati b'dan il-Fond, skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li tkun ibbażata b’mod partikolari fuq l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta' kontroll:
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
Skont il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument tal-Unjoni ddedikat għall-qasam tas-sigurtà (COM(2018) 472 final):
Kemm l-evalwazzjonijiet ex-post tal-Fondi tad-DĠ HOME 2007-2013 kif ukoll l-evalwazzjonijiet interim tal-Fondi kurrenti tad-DĠ HOME juru li taħlita ta’ mudelli tal-implimentazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-affarijiet interni ppermettew mod effettiv biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fondi. It-tfassil olistiku tal-mekkaniżmi eżekuttivi nżamm u jinkludi ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.
Permezz ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jimplimentaw programmi li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni, li huma mfasslin apposta għall-kuntest nazzjonali tagħhom. Il-ġestjoni kondiviża tiżgura li l-appoġġ finanzjarju huwa disponibbli fl-Istati parteċipanti kollha. Barra minn hekk, il-ġestjoni kondiviża tippermetti l-prevedibbiltà tal-finanzjament u tħalli lill-Istati Membri, li huma l-iżjed li jifhmu fl-isfidi li jiffaċċjaw, jippjanaw id-dotazzjonijiet fit-tul tagħhom kif xieraq. Ħaġa ġdida hija li l-Fond jista’ jipprovdi wkoll assistenza ta’ emerġenza permezz tal-ġestjoni kondiviża, flimkien mal-ġestjoni diretta u indiretta.
Permezz tal-ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tappoġġa azzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika komuni tal-Unjoni. L-azzjonijiet jippermettu appoġġ imfassal apposta għal ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fi Stati Membri individwali (“assistenza ta’ emerġenza”), jappoġġaw networks u attivitajiet transnazzjonali, jittestjaw attivitajiet innovattivi li jistgħu jsiru fuq skala akbar fi programmi nazzjonali u jkopru studji fl-interess tal-Unjoni kollha (“azzjonijiet tal-Unjoni”).
Permezz tal-ġestjoni indiretta, il-Fond iżomm il-possibbiltà li jiddelega kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil, fost oħrajn, Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Aġenziji tal-Affarijiet Interni għal skopijiet partikolari.
B’kunsiderazzjoni tal-objettivi u l-ħtiġijiet differenti, hija proposta faċilità tematika fil-Fond bħala mod kif tiġi bbilanċjata l-prevedibbiltà tal-allokazzjoni pluriennali tal-finanzjament għall-programmi nazzjonali mal-flessibilità fl-iżborż perjodiku tal-finanzjament għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni. Il-faċilità tematika se tintuża għal azzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, l-azzjonijiet tal-Unjoni, u l-assistenza ta’ emerġenza. Din se tiżgura li l-fondi jistgħu jiġu allokati u ttrasferiti fost il-modalitajiet differenti ta’ hawn fuq, abbażi ta’ programmazzjoni ta’ sentejn.
Il-modalitajiet ta’ ħlas għal ġestjoni kondiviża huma deskritti fl-abbozz tal-proposta tas-CPR, li tipprevedi prefinanzjament annwali, segwit minn massimu ta’ erba' pagamenti interim kull programm u sena bbażati fuq l-applikazzjonijiet għal pagament mibgħuta mill-Istati Membri matul is-sena kontabilistika. Skont l-abbozz tal-proposta tas-CPR, il-prefinanzjament jiġi approvat fl-aħħar sena kontabilistika tal-programmi.
L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u fuq ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-abbozz tal-proposta għal CPR jenħtieġ li jestendi l-użu tal-forom simplifikati tal-għotjiet bħal ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji. Għandu jintroduċi wkoll forom ġodda ta’ pagament, ibbażati fuq ir-riżultati miksuba, minflok fuq il-kost. Benefiċjarji se jkunu jistgħu jirċievu ammont ta’ flus f'daqqa jekk jagħtu prova li seħħew ċerti azzjonijiet bħal taħriġ jew twassil ta’ għajnuna umanitarja. Dan huwa mistenni li jissimplifika l-piż tal-kontroll kemm fil-livell tal-benefiċjarju u kemm fil-livell tal-Istat Membru (eż. verifika ta’ kontijiet u rċevuti għall-kostijiet).
Għal ġestjoni kondiviża, l-abbozz tal-proposta tas-CPR jibni fuq l-istrateġija ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 iżda jintroduċi xi miżuri bl-għan li jissimplifikaw l-implimentazzjoni u jnaqqsu l-piż tal-kontroll fil-livell kemm ta’ benefiċjarji kif ukoll ta’ Stati Membri. In-novitajiet jinkludu:
- it-tneħħija tal-proċedura tal-ħatra (li jenħtieġ li twassal għal implimentazzjoni aktar rapida tal-programmi)
- verifiki ta' ġestjoni (amministrattivi u fuq il-post) li għandhom jitwettqu mill-awtorità maniġerjali fuq bażi ta’ riskju (meta mqabbel mal-kontrolli 100 % amministrattivi meħtieġa fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020). Barra minn hekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet maniġerjali jistgħu japplikaw arranġamenti ta’ kontroll proporzjonati skont il-proċeduri nazzjonali.
- kundizzjonijiet biex jiġu evitati awditi multipli fuq l-istess operazzjoni/nefqa
L-awtoritajiet tal-programm se jissottomettu ħlas interim lill-Kummissjoni bbażat fuq in-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji. L-abbozz tal-proposta tas-CPR jippermetti lill-awtoritajiet maniġerjali jwettqu verifiki tal-ġestjoni fuq il-bażi tar-riskju u jipprevedi wkoll kontrolli speċifiċi (eż. verifiki fuq il-post mill-awtorità maniġerjali u awditi ta’ operazzjonijiet/nefqa mill-awtorità tal-awditjar) wara li n-nefqa assoċjata tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fit-talbiet għal pagament interim. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tar-rimborż ta’ nfiq ineliġibbli, l-abbozz tas-CPR jipprevedi li l-pagamenti interim tal-Kummissjoni jkunu limitati għal 90 %, minħabba li sa dak il-mument ikunu twettqu biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-Kummissjoni tħallas il-bilanċ li jifdal wara l-eżerċizzju annwali ta’ approvazzjoni tal-kontijiet, ladarba tirċievi l-pakkett ta’ assigurazzjoni mill-awtoritajiet tal-programm. Kwalunkwe irregolarità identifikata mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-pakkett ta’ assigurazzjoni annwali tista’ twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.
Għall-parti implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta taħt il-faċilità tematika, is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll se tibni fuq l-esperjenza miksuba bejn l-2014-2020 kemm fl-azzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-assistenza ta’ emerġenza. Se tiġi stabbilita skema ssimplifikata li tippermetti pproċessar rapidu tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament filwaqt li tnaqqas ir-riskju ta’ żbalji: l-applikanti eliġibbli se jkunu limitati għall-Istati Membri u l-Organizzazzjonijiet internazzjonali, il-finanzjament se jkun ibbażat fuq għażliet ta’ kostijiet simplifikati, se jiġu żviluppati mudelli standard għall-applikazzjonijiet ta’ finanzjament, ftehimiet ta’ għotjiet/kontribuzzjoni u rappurtar, kumitat permanenti ta’ evalwazzjoni se jeżamina l-applikazzjonijiet hekk kif jaslu.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
Id-DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat min-nuqqas ripetut ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri.
F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi kurrenti jikkonċernaw l-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-Fond mill-Istati Membri u l-iżbalji possibbli li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli u d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll. L-abbozz tas-CPR jissimplifika l-qafas regolatorju billi jarmonizza r-regoli u s-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll bejn il-Fondi differenti implimentati b’ġestjoni kondiviża. Jissimplifika wkoll ir-rekwiżiti ta’ kontroll (eż. verifiki tal-ġestjoni bbażati fuq ir-riskju, il-possibbiltà għal arranġamenti ta’ kontroll proporzjonati bbażati fuq proċeduri nazzjonali, limitazzjonijiet tax-xogħol tal-awditjar f’termini ta’ żmien u/jew operazzjonijiet speċifiċi).
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)
Il-proporzjon ta’ “kostijiet tal-kontroll/valur tal-fondi relatati ġestiti)” huwa rrapportat mill-Kummissjoni. L-RAA tal-2019 tad-DĠ HOME jirrapporta 0,72 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, 1,31 % għal għotjiet ta’ ġestjoni diretta u 6,05 % għal akkwist ta’ ġestjoni diretta. Għall-ġestjoni kondiviża, dan il-perċentwal huwa mistenni li jonqos maż-żmien b’titjib fl-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programmi u b’żieda fil-pagamenti lill-Istati Membri.
Bl-introduzzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni u l-kontrolli fl-abbozz tas-CPR flimkien ma’ motivazzjoni msaħħa li jiġu adottati għażliet ta’ spejjeż issimplifikati (SCOs), il-kostijiet tal-kontrolli għall-Istati Membri huma mistennija li jkomplu jonqsu.
Ir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2019 irrapporta rata ta’ żball residwu kumulattiva ta’ 1,57 % għall-programmi nazzjonali tal-AMIF/FSI u rata ta’ żball residwu kumulattiva ta’ 4,11 % għal għotjiet ta’ ġestjoni diretta mhux għar-riċerka.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Id-DĠ HOME se jkompli japplika l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (Commission's Anti-Fraud Strategy, CAFS) biex jiġi żgurat li, fost l-oħrajn, il-kontrolli interni kontra l-frodi tagħha jkunu allinjati bis-sħiħ mas-CAFS u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi jkun immirat biex jidentifika oqsma b’riskju ta’ frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati.
Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kont sottomess lill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu irregolaritajiet. Bħal fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni kurrenti 2014-2020, l-Istati Membri huma obbligati li jpoġġu fis-seħħ proċeduri għad-detezzjoni ta’ irregolaritajiet u kontra l-frodi flimkien mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni speċifiku dwar ir-rapportar ta’ irregolaritajiet. Miżuri Kontra l-Frodi se jibqgħu prinċipju u obbligu trażversali għall-Istati Membri.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i:
(1) Linji baġitarji ġodda
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
Intestatura Nru 5: Reżiljenza, Sigurtà u Difiża
|
Diff./Mhux diff. 42 |
mill-pajjiżi tal-EFTA 43 |
mill-pajjiżi kandidati 44 |
minn pajjiżi terzi |
Skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
|
5 |
12.02.01 – “Fond għas-Sigurtà Interna” |
Diff. |
LE |
LE |
IVA |
LE |
5 |
12 01 01 - Nefqa fuq appoġġ għall-“Fond għas-Sigurtà Interna” |
Mhux diff. |
LE |
LE |
IVA |
LE |
Kumment:
Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-approprjazzjonijiet operazzjonali mitluba fil-kuntest tal-proposta huma koperti mill-approprjazzjonijiet diġà previsti fl-LFS li hija l-bażi tar-Regolament tal-ISF.
Huma mitluba riżorsi umani addizzjonali fil-kuntest ta’ din il-proposta leġiżlattiva.
3.2.L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
◻ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
☑ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
5 |
Reżiljenza, Sigurtà u Difiża |
DĠ: HOME |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Wara l-2027 |
TOTAL |
|||
• Approprjazzjonijiet operazzjonali |
||||||||||||
Linja baġitarja 12 02 01 Fond għas-Sigurtà Interna |
Impenji |
(1a) |
0,124 |
4,348 |
5,570 |
6,720 |
7,020 |
7,020 |
7,020 |
|
37,822 |
|
Pagamenti |
(2 a) |
0,540 |
4,323 |
5,357 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,989 |
37,822 |
||
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 45 |
||||||||||||
Linja baġitarja |
(3) |
|||||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1a+1b +3 |
0,124 |
4,348 |
5,570 |
6,720 |
7,020 |
7,020 |
7,020 |
|
37,822 |
|
Pagamenti |
=2a+2b +3 |
0,540 |
4,323 |
5,357 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,989 |
37,822 |
||
|
Impenji |
(4) |
||||||||||
Pagamenti |
(5) |
|||||||||||
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
|||||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
0,124 |
4,348 |
5,570 |
6,720 |
7,020 |
7,020 |
7,020 |
|
37,822 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,540 |
4,323 |
5,357 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,989 |
37,822 |
Jekk iżjed minn intestatura operazzjonali waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
Impenji |
(4) |
|||||||||
Pagamenti |
(5) |
||||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
(6) |
||||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
0,124 |
4,348 |
5,570 |
6,720 |
7,020 |
7,020 |
7,020 |
|
37,822 |
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,540 |
4,323 |
5,357 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,403 |
5,989 |
37,822 |
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża “d-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabelxejn trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva (l-Anness V għar-regoli interni), li jittella’ fuq DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
|||
DĠ: HOME |
||||||||||
• Riżorsi umani |
0,152 |
0,228 |
0,499 |
0,813 |
0,932 |
0,932 |
0,932 |
4,488 |
||
• Nefqa amministrattiva oħra |
0,033 |
0,085 |
0,109 |
0,109 |
0,109 |
0,109 |
0,109 |
0,663 |
||
TOTAL DĠ HOME |
Approprjazzjonijiet |
0,185 |
0,313 |
0,608 |
0,922 |
1,041 |
1,041 |
1,041 |
5,151 |
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
0,185 |
0,313 |
0,608 |
0,922 |
1,041 |
1,041 |
1,041 |
5,151 |
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Wara l-2027 |
TOTAL |
|||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
0,309 |
4,661 |
6,178 |
7,642 |
8,061 |
8,061 |
8,061 |
- |
42,973 |
|
Pagamenti |
0,725 |
4,636 |
5,965 |
6,325 |
6,444 |
6,444 |
6,444 |
5,989 |
42,973 |
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
☑ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
|
INTESTATURA 7
|
||||||||
Riżorsi umani |
0,152 |
0,228 |
0,499 |
0,813 |
0,932 |
0,932 |
0,932 |
4,488 |
Nefqa amministrattiva oħra |
0,033 |
0,085 |
0,109 |
0,109 |
0,109 |
0,109 |
0,109 |
0,663 |
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,185 |
0,313 |
0,608 |
0,922 |
1,041 |
1,041 |
1,041 |
5,188 |
Barra mill-INTESTATURA 7
46
|
||||||||
Riżorsi umani |
||||||||
Nefqa oħra
|
||||||||
Subtotal
|
TOTAL |
0,185 |
0,313 |
0,608 |
0,922 |
1,041 |
1,041 |
1,041 |
5,188 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
☑ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima għandha tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
Sena
|
Sena
|
Sena 2023 |
Sena 2024 |
2025 2026 2027 |
|||||
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) |
|||||||||
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
1 |
2 |
4 |
5 |
5 |
5 |
5 |
||
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
10 01 05 01/11 (Riċerka diretta) |
|||||||||
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta' ingaġġ Full Time: FTE) 47 |
|||||||||
20 02 01 03 (AC, END, INT mill-“envelopp globali”) |
1 |
2 |
2 |
2 |
2 |
||||
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
XX 01 04 ss 48 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
- fid-Delegazzjonijiet |
|||||||||
XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) |
|||||||||
10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta) |
|||||||||
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
TOTAL |
1 |
2 |
5 |
7 |
7 |
7 |
7 |
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju |
Il-proposta tassumi 4 AD u 1 AST iddedikati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva min-naħa tal-Kummissjoni, li minnhom 1 AD diġà huma interni u l-FTE li jifdal jikkostitwixxu riżorsi umani addizzjonali li għandhom jiġu reklutati. Il-pjan ta’ reklutaġġ jipprevedi: 2022: +1 AD: uffiċjal tal-politika responsabbli għall-istabbiliment tal-kapaċità tal-għarfien u attivitajiet ta’ appoġġ 2023: +1 AD (uffiċjal tal-politika responsabbli għat-Timijiet Konsultattivi), 1 AST (Assistent għat-Timijiet Konsultattivi dwar ir-Reżiljenza) 2024: +1 AD (uffiċjal tal-politika li jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ appoġġ għall-awtoritajiet u l-operaturi) |
Persunal estern |
Il-proposta tassumi 2 END iddedikati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva min-naħa tal-Kummissjoni.
Il-pjan ta’ reklutaġġ jipprevedi: 2023: +1 END (Espert dwar ir-reżiljenza tal-Infrastruttura Kritika / li jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ appoġġ għall-awtoritajiet u l-operaturi) 2024: +1 END (Espert dwar ir-reżiljenza tal-Infrastruttura Kritika / li jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ appoġġ għall-awtoritajiet u l-operaturi) |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
☑ jistgħu jiġu ffinanzjati bis-sħiħ permezz tal-iskjerament mill-ġdid taħt l-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
In-nefqa operazzjonali koperta mill-ISF taħt il-QFP 2021-2027
◻ teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti li huma proposti li jintużaw.
◻ teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
☑ ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi
◻ tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li huwa stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
L-impatt stmat fuq id-dħul
☑ Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
◻ fuq ir-riżorsi proprji
◻ fuq dħul ieħor
jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻ Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/inizjattiva 50 |
||||||
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
Artikolu …………. |
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat/i.
[…]
Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
[…]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.12.2020
COM(2020) 829 final
ANNESS
tal-proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
{SEC(2020) 433 final} - {SWD(2020) 358 final} - {SWD(2020) 359 final}
ANNESS
Setturi, sottosetturi u tipi ta’ entitajiet
Settur |
Sottosettur |
Tip ta' entità |
1. Enerġija |
(a) Elettriku |
— Impriżi tal-elettriku msemmija fil-punt (57) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 1 li jwettqu l-funzjoni ta’ “provvista” imsemmija fil-punt (12) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva |
— Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni msemmija fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 |
||
— Operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni msemmija fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 |
||
— Produtturi msemmija fil-punt (38) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 |
||
— Operaturi nominati tas-suq tal-elettriku msemmija fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943 2 |
||
— Parteċipanti fis-suq tal-elettriku msemmija fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943 li jipprovdu servizzi ta’ aggregazzjoni, ta’ rispons tad-domanda jew ta’ ħżin tal-enerġija msemmija fil-punti (18), (20) u (59) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 |
||
(b) Tisħin u tkessiħ distrettwali |
— Tisħin distrettwali u tkessiħ distrettwali msemmi fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 3 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli |
|
(c) Żejt |
— Operaturi ta' pipelines għat-trażmissjoni taż-żejt |
|
— Operaturi ta' faċilitajiet tal-produzzjoni, tar-raffinar u tat-trattament, tal-ħżin u t-trażmissjoni taż-żejt |
||
— Entitajiet ċentrali ta’ ħżin taż-żejt imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE 4 |
||
(d) Gass |
— Impriżi tal-fornitura msemmija fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2009/73/KE 5 |
|
— Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2009/73/KE |
||
— Operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2009/73/KE |
||
— Operaturi tas-sistema tal-ħżin imsemmija fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2009/73/KE |
||
— Operaturi tas-sistema tal-LNG msemmija fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2009/73/KE |
||
— Impriżi tal-gass naturali msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2009/73/KE |
||
— Operaturi ta' faċilitajiet tar-raffinar u t-trattament tal-gass naturali |
||
(e) Idroġenu |
— Operaturi tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-idroġenu |
|
2. Trasport |
(a) Ajru |
— Trasportaturi tal-ajru msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 6 |
— Korpi ta’ tmexxija tal-ajruport imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/12/KE 7 , ajruporti msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva, inklużi l-ajruporti ewlenin elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 8 , u l-entitajiet li joperaw installazzjonijiet anċillari li jinsabu fl-ajruporti |
||
— Operaturi għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku li jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (KTA) imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 9 |
||
(b) Ferrovija |
— Maniġers tal-infrastruttura msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE 10 |
|
— Impriżi ferrovjarji msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż operaturi tal-faċilità ta' servizz imsemmija fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE |
||
(c) Ilma |
— Kumpaniji għat-trasport fuq l-ilma, (trasport fl-ilmijiet interni, marittimu u kostali) ta' passiġġieri u merkanzija, msemmija għat-trasport marittimu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 725/2004 11 , li ma jinkludux il-bastimenti individwali mħaddma minn dawk il-kumpaniji |
|
— Korpi ta’ tmexxija ta’ portijiet msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/65/KE 12 , inkluż il-faċilitajiet tal-port tagħhom imsemmija fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, u entitajiet li jwettqu xogħlijiet u jħaddmu tagħmir fil-portijiet |
||
— Operaturi ta’ servizzi tat-traffiku tal-bastimenti msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/59/KE 13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
||
(d) Stradali |
— Awtoritajiet tat-toroq msemmija fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 14 responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku |
|
— Operaturi ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE 15 |
||
3. Settur bankarju |
Istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 16 |
|
4. Infrastrutturi tas-swieq finanzjarji |
— Operaturi ta’ ċentri ta’ negozjar msemmija fil-punt (24) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/65/UE 17 |
|
— Kontropartijiet ċentrali (CCPs) imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 18 |
||
5. Saħħa |
— Fornituri tal-kura tas-saħħa msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE 19 |
|
— Laboratorji ta’ referenza tal-UE msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament [XX] dwar theddidiet transfruntieri serji għas-saħħa 20 |
||
— Entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp ta’ prodotti mediċinali msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE 21 |
||
— Entitajiet li jimmanifatturaw prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi msemmija fit-taqsima C diviżjoni 21 tan-NACE Rev. 2 |
||
— Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi meqjusa bħala kritiċi matul emerġenza tas-saħħa pubblika (“il-lista ta’ apparati kritiċi ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika”) imsemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament XXXX 22 |
||
6. Ilma tax-xorb |
Fornituri u distributuri ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imsemmi fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE 23 eskluż id-distributuri li d-distribuzzjoni tagħhom tal-ilma għall-konsum mill-bniedem hija biss parti mill-attività ġenerali tagħhom ta' distribuzzjoni ta' komoditajiet u oġġetti oħrajn li mhumiex meqjusin servizzi essenzjali jew importanti |
|
7. Ilma mormi |
Impriżi li jiġbru, jarmu jew jittrattaw ilma mormi urban, domestiku u industrijali msemmi fil-punti (1) sa (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE 24 |
|
8. Infrastruttura diġitali |
— Fornituri ta’ Punt ta’ Skambju fuq l-Internet [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
|
— Fornituri ta’ servizzi DNS [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
||
— Reġistri tal-ismijiet tat-TLD [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
||
— Fornituri ta’ servizz ta’ cloud computing [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
||
— Fornituri ta’ servizz ta’ ċentru tad-data [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
||
— Fornituri ta’ ta’ networks ta’ twassil tal-kontenut [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
||
— Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji msemmija fil-punt (19) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 25 |
||
— Fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 26 jew fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 sakemm is-servizzi tagħhom huma disponibbli pubblikament |
||
9. Amministrazzjoni pubblika |
— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika ta’ gvernijiet ċentrali [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2] |
|
— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2], ta’ reġjuni ta’ livell NUTS 1 elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 27 |
||
— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, [imsemmija fil-punt (X) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva NIS 2], ta’ reġjuni ta’ livell NUTS 2 elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
||
10. Spazju |
— Operaturi ta’ infrastruttura terrestri, proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet terzi, u ġestita u operata mill-istess Stati Membri jew partijiet privati, li jappoġġaw l-forniment ta’ servizzi bbażati fl-ispazju, esklużi l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fit-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 |