This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document fdf2ef86-77fa-11ee-99ba-01aa75ed71a1
Commission Regulation (EU) No 1408/2013 of 18 December 2013 on the application of Articles 107 and 108 of the Treaty on the Functioning of the European Union to de minimis aid in the agriculture sector
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura
02013R1408 — MT — 25.10.2023 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 352 24.12.2013, p. 9) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/316 tal-21 ta' Frar 2019 |
L 51I |
1 |
22.2.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2046 tal-24 ta’ Ottubru 2022 |
L 275 |
55 |
25.10.2022 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2391 tal-4 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
5.10.2023 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013
tat-18 ta’ Diċembru 2013
dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, ħlief għal:
għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;
għajnuna għall-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri ( 1 ), l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;
l-għajnuna suġġetta għall-użu tal-prodotti nazzjonali fuq prodotti importati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodotti agrikoli” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura koperti bir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser l-operazzjonijiet kollha relatati mas-sajd, it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi, kif ukoll attivitajiet f’azjenda agrikola jew abbord meħtieġa għall-preparazzjoni tal-ewwel bejgħ ta’ prodott tal-annimali jew tal-ħxejjex, bħat-tqattigħ, l-iffilittjar jew l-iffriżar, u l-ewwel bejgħ lil rivendituri jew lil proċessuri.
“Impriża waħda”, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, tinkludi l-intrapriżi kollha li li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:
intrapriża waħda li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;
intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew regolatorju ta’ intrapriża oħra;
intrapriża waħda li jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta’ assoċċjazzjoni tagħha;
intrapriża waħda, li hija azzjonist fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħidha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza ta’ drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f’dik l-intrapriża.
L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.
Artikolu 3
Għajnuna de minimis
Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 3, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda ma għandux jaqbeż il-EUR 25 000 fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali u li l-ammont kumulattiv totali ta' għajnuna de minimis mogħtija fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali ma għandux jaqbeż il-limitu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, skont dawn il-kundizzjonijiet:
għal miżuri ta' għajnuna li jibbenefika minnhom settur ta' prodott uniku wieħed biss, l-ammont kumulattiv totali mogħti fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali ma għandux jaqbeż il-limitu settorjali definit fl-Artikolu 2(4);
l-Istat Membru għandu jkollu fis-seħħ reġistru ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 6(2).
L-għajnuna pagabbli f'diversi pagamenti għandha titraħħas skont il-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-imgħax li trid tintuża għal skopijiet ta' skont għandha tkun ir-rata ta' skont applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.
Artikolu 4
Kalkolu ►C1 tal-ekwivalenti ta' għotja gross ◄
Għajnuna fil-forma ta’ self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:
il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u
għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artiklu 3(2), is-self huwa assikurat b'garanzija li tkopri mill-anqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 100 000 fuq ħames snin jew EUR 50 000 fuq għaxar snin, jew, għal miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), jew EUR 125 000 fuq ħames snin jew EUR 62 500 fuq għaxar snin; jekk is-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal perjodu iqsar minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dak is-self għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti għal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew
l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.
L-għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:
il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u
għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti u, jew l- ammont garantit huwa EUR 150 000 u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 75 000 u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin, jew, għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), il- garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u, jew l-ammont garantit huwa EUR 187 500 u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 93 750 u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin; jekk l-ammont garantit ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew jekk il-garanzija tkun għal perjodu ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dik il-garanzija għandhu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti tal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew
l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew
qabel l-implimentazzjoni,
il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u
li tindirizza b’ mod espliċitu t-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Akkumulazzjoni
Artikolu 6
Monitoraġġ
Meta Stat Membru jagħti għajnuna skont l-Artikolu 3(3a), għandu jkollu fis-seħħ reġistru ċentrali ta' għajnuna de minimis li jkun fih l-informazzjoni kompleta dwar l-għajnuna de minimis kollha li tingħata minn kwalunkwe awtorità f'dak l-Istat Membru. Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika fil-mument li r-reġistru jkopri perjodu ta' tliet snin fiskali.
Artikolu 7
Disposizzjonijiet tranżitorji
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(3)
(f'EUR) |
|
Stat Membru |
Ammonti massimi ta' għajnuna de minimis (1) |
Il-Belġju |
106 269 708 |
Il-Bulgarija |
53 020 042 |
Ir-Repubblika Ċeka |
61 865 750 |
Id-Danimarka |
141 464 625 |
Il-Ġermanja |
732 848 458 |
L-Estonja |
11 375 375 |
L-Irlanda |
98 460 375 |
Il-Greċja |
134 272 042 |
Spanja |
592 962 542 |
Franza |
932 709 458 |
Il-Kroazja |
28 920 958 |
L-Italja |
700 419 125 |
Ċipru |
8 934 792 |
Il-Latvja |
16 853 708 |
Il-Litwanja |
34 649 958 |
Il-Lussemburgu |
5 474 083 |
L-Ungerija |
99 582 208 |
Malta |
1 603 917 |
In-Netherlands |
352 512 625 |
L-Awstrija |
89 745 208 |
Il-Polonja |
295 932 125 |
Il-Portugall |
87 570 583 |
Ir-Rumanija |
215 447 583 |
Is-Slovenja |
15 523 667 |
Is-Slovakkja |
29 947 167 |
Il-Finlandja |
55 693 958 |
L-Iżvezja |
79 184 750 |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq |
29 741 417 |
(1)
L-ammonti massimi huma kkalkulati abbażi tal-medja tal-ogħla tliet valuri tal-produzzjoni agrikola annwali f'kull Stat Membru fil-perjodu 2012-2017. Il-metodu ta' kalkolu jiżgura li l-Istati Membri kollha huma ttrattati b'mod ugwali u li l-ebda wieħed mill-valuri medji nazzjonali ma jkun inqas mill-ammonti massimi stabbiliti preċedentement għall-perjodu 2014-2020. |
ANNESS II
Ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(3)(a)
(f'EUR) |
|
Stat Membru |
Ammonti massimi ta' għajnuna de minimis (1) |
Il-Belġju |
127 523 650 |
Il-Bulgarija |
63 624 050 |
Ir-Repubblika Ċeka |
74 238 900 |
Id-Danimarka |
169 757 550 |
Il-Ġermanja |
879 418 150 |
L-Estonja |
13 650 450 |
L-Irlanda |
118 152 450 |
Il-Greċja |
161 126 450 |
Spanja |
711 555 050 |
Franza |
1 119 251 350 |
Il-Kroazja |
34 705 150 |
L-Italja |
840 502 950 |
Ċipru |
10 721 750 |
Il-Latvja |
20 224 450 |
Il-Litwanja |
41 579 950 |
Il-Lussemburgu |
6 568 900 |
L-Ungerija |
119 498 650 |
Malta |
1 924 700 |
In-Netherlands |
423 015 150 |
L-Awstrija |
107 694 250 |
Il-Polonja |
355 118 550 |
Il-Portugall |
105 084 700 |
Ir-Rumanija |
258 537 100 |
Is-Slovenja |
18 628 400 |
Is-Slovakkja |
35 936 600 |
Il-Finlandja |
66 832 750 |
L-Iżvezja |
95 021 700 |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq |
35 689 700 |
(1)
L-ammonti massimi huma kkalkulati abbażi tal-medja tal-ogħla tliet valuri tal-produzzjoni agrikola annwali f'kull Stat Membru fil-perjodu 2012-2017. Il-metodu ta' kalkolu jiżgura li l-Istati Membri kollha huma ttrattati b'mod ugwali u li l-ebda wieħed mill-valuri medji nazzjonali ma jkun inqas mill-ammonti massimi stabbiliti preċedentement għall-perjodu 2014-2020. |
( 1 ) Billi f’konformità mal-Artikolu 10 u l-Anness 5 tal-Protokoll tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 384, I, 12.11.2019), ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit, kwalunkwe referenza għal Stat Membru f’dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru jew għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).