This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document fd0e2561-c2f9-11eb-a925-01aa75ed71a1
Commission Regulation (EC) No 333/2007 of 28 March 2007 laying down the methods of sampling and analysis for the control of the levels of trace elements and processing contaminants in foodstuffs (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02007R0333 — MT — 19.05.2021 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►M2 IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel ◄ (ĠU L 088 29.3.2007, p. 29) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 836/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 |
L 215 |
9 |
20.8.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/582 tal-15 ta' April 2016 |
L 101 |
3 |
16.4.2016 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2093 tad-29 ta’ Novembru 2019 |
L 317 |
96 |
9.12.2019 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/705 tat-28 ta’ April 2021 |
L 146 |
73 |
29.4.2021 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 333/2007
tat-28 ta' Marzu 2007
li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Artikolu 2
Id-Direttivi 2001/22/KE, 2004/16/KE u 2005/10/KE huma revokati.
Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
PARTI A
DEFINIZZJONIJIET
Għall-għanijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:
“Lott” |
: |
kwantità identifikabbli ta’ ikel fornita f’waqt wieħed u ddeterminata mill-uffiċċjal li għandha karatteristiċi komuni, [bħalma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ ppakkjar, ta’ minn jippakkja, il-fornitur jew l-immarkar]. Fil-każ ta' ħut, id-daqs tal-ħut ukoll għandu jkun komparabbli; |
“sublott” |
: |
parti magħżula ta’ lott kbir sabiex jiġi applikat il-metodu ta' teħid ta' kampjuni fuq dik il-parti magħżula. Kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli; |
“kampjun inkrimentali” |
: |
kwanità ta' materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott; |
“kampjun kollettiv” |
: |
it-total kollettiv tal-kampjuni inkrimentali kollha meħuda mil-lott jew is-sublott; kampjuni kollettivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala rappreżentattivi tal-lotts u s-sublottijiet li ttieħdu minnhom; |
“kampjun tal-laboratorju” |
: |
kampjun maħsub għal-laboratorju. |
PARTI B
METODI TA' TEĦID TAL-KAMPJUNI
B.1. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
B.1.1. Il-Persunal
It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.
B.1.2. Il-Materjal li minnu għandu jittieħed kampjun
Kull lott jew sublott, li għandu jiġi eżaminat, għandu jittieħed kampjun minnu separatament.
B.1.3. Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu
Waqt it-teħid ta' kampjuni, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata kwalunkwe bidla li taffettwa l-livelli ta' kontaminanti, jew li taffettwa d-determinazzjoni analitika b’mod negattiv jew inkella twassal biex il-kampjuni kollettivi ma jibqgħux rappreżentattivi.
B.1.4. Kampjuni inkrimentali
Safejn hu possibbli l-kampjuni inkrimentali għandhom jittieħdu f'postijiet differenti mifruxa madwar il-lott jew is-sublott kollu. Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fl-arkivju previst skond il-punt B.1.8 ta’ dan l-Anness.
B.1.5. It-tħejjija tal-kampjun kollettiv
Il-kampjun kollettiv għandu jkun magħmul billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali.
B.1.6. Kampjuni għal raġunijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ
Il-kampjuni għal raġunijiet ta’ infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun kollettiv omoġenizzat, sakemm dan ma jkunx ta' kunflitt mar-regoli ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur kummerċjali ta’ l-ikel.
B.1.7. Ippakkjar u twassil tal-kampjuni
Kull wieħed mill-kampjuni għandu jitpoġġa f’kontenitur nadif u wieqaf li joffri protezzjoni xierqa kontra l-kontaminazzjoni, kontra telf ta’ materjal li għandu jiġi analizzat minħabba aderenza mall-ħitan interni tal-kontenitur u kontra l-ħsara waqt it-trasport. Għandhom jittieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex tkun evitata kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun li tista’ sseħħ waqt it-trasport jew il-ħażna.
Reċipjenti tal-plastik għandhom jiġu evitati fejn possibli fil-każ ta' teħid ta' kampjuni għall-analiżi tal-PAH għax jistgħu jbiddlu l-kontenut tal-PAH fil-kampjun. Fejn possibli għandhom jintużaw reċipjenti tal-ħġieġ ħielsa mill-PAH, inerti, li jipproteġu b'mod xieraq il-kampjun mid-dawl. Meta dan ikun prattikament impossibli, għandu tal-inqas jiġi evitat kuntatt dirett tal-kampjun mal-plastiks, eżempju fil-każ ta' kampjuni solidi, billi l-kampjun jiġi mgeżwer ġo fojl tal-aluminju qabel ma jitpoġġa fir-reċipjent tal-kampjun.
B.1.8. L-issiġillar u twaħħil tat-tikketti tal-kampjuni
Kull kampjun meħud għal użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta’ kampjuni u identifikat skond ir-regoli ta’ l-Istati Membri.
Għandu jinżamm reġistru b'kull kampjun, li jippermetti li kull lott jew sublott jiġi identifikat mingħajr ambigwità (għandha tingħata r-referenza għan-numru tal-lott) kif ukoll id-data u l-post li fih ikun ittieħed il-kampjun flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li probabbli tkun ta’ għajnuna għal minn iwettaq l-analiżi.
B.2. IL-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI
B.2.1. Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet
Lottijiet kbar ħafna għandhom jitqassmu f’sublottijiet, bil-kondizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għall-prodotti li jinbiegħu f’konsenji bl-ingrossa (eżempju ċereali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti l-oħra għandha tapplika t-Tabella 2. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.
B.2.2. Għadd ta’ kampjuni inkrimentali
Għall-ikel, minbarra supplimenti tal-ikel, ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-kampjun aggregat għandu jkun mill-inqas kilogramma jew litru, ħlief fejn dan ma jkunx possibbli, eż. meta l-kampjun ikun jikkonsisti f’pakkett jew unità waħda.
Għal supplimenti tal-ikel, ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-kampjun aggregat għandu jkun mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru.
Għall-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel, l-għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott għandu jkun skont it-Tabella 3.
Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, immedjatament qabel it-teħid tal-kampjun permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi. F’dan il-każ, wieħed għandu jassumi li t-tqassim tal-kontaminanti f’lott jew f’sublott partikolari huwa omoġenju. Għalhekk l-għadd ta’ kampjuni inkrementali minn lott jew sublott biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jkun tlieta.
Meta l-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, għall-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel, l-għadd ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jkun skont it-Tabella 4a.
Il-kampjuni inkrementali għandhom ikunu simili fil-piż/volum. Għall-ikel, minbarra supplimenti tal-ikel, ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-piż/il-volum ta’ kampjun inkrementali għandu jkun mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas madwar kilogramma jew litru.
Għal ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-piż/volum ta’ kampjun inkrementali għandu jkun mill-inqas 35 gramma jew 35 millilitru, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru.
Il-livelli massimi għal-landa inorganika jgħoddu għall-kontenut ta’ kull bott, iżda minħabba raġunijiet prattiċi huwa meħtieġ li jintuża metodu aggregat tat-teħid ta’ kampjuni. Jekk ir-riżultat tat-test għall-kampjun aggregat ta’ bottijiet ikun anqas mil-livell massimu ta’ landa inorganika iżda qribu u jekk ikun issuspettat li xi bottijiet individwali jistgħu jaqbżu l-livell massimu, allura għandhom isiru aktar investigazzjonijiet.
Għas-supplimenti tal-ikel, l-għadd minimu u d-daqs tal-kampjuni inkrementali għandhom ikunu skont it-Tabella 4b.
Fejn ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni stipulat f’dan il-punt B.2. minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott li ġarrab xi ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibbli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni previst f’dan il-punt B.2., jista’ jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta’ kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta’ lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ. Dan għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru previst fil-punt B.1.8.
Tabella 1
Suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti kkummerċjalizzati f’konsenji bl-ingrossa
Piż tal-lott (tunnellati) |
Piż jew għadd ta’ sublottijiet |
≥ 1 500 |
500 tunnellata |
> 300 u < 1 500 |
tliet sublottijiet |
≥ 100 u ≤ 300 |
100 tunnellata |
< 100 |
— |
Tabella 2
Suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti kkumerċjalizzati f’konsenji bl-ingrossa
Piż tal-lott (tunnellati) |
Piż jew għadd ta’ sublottijiet |
≥ 15 |
15-30 tunnellata |
< 15 |
— |
Tabella 3
Għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott jew mis-sublott tal-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel
Piż jew volum tal-lott/tas-sublott (f’kilogrammi jew f’litri) |
Għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu |
< 50 |
3 |
≥ 50 u ≤ 500 |
5 |
> 500 |
10 |
Tabella 4a
Għadd ta’ pakketti jew ta’ unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu biex jiġi ffurmat il-kampjun aggregat jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, għajr is-supplimenti tal-ikel
Għadd ta’ pakketti jew ta’ unitajiet fil-lott/fis-sublott |
Għadd ta’ pakketti jew unitajiet li għandhom jittieħdu |
≤ 25 |
mill-inqas pakkett wieħed jew unità waħda |
26-100 |
madwar 5 %, mill-inqas żewġ pakketti jew unitajiet |
> 100 |
madwar 5 %, massimu ta’ 10 pakketti jew unitajiet |
Tabella 4b
Għadd minimu u daqs tal-kampjuni inkrimentali għas-supplimenti tal-ikel
Daqs tal-lott (għadd ta’ pakketti) |
Għadd ta’ pakketti (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu għall-kampjun |
Piż tal-kampjun inkrementali |
1-50 |
1 |
Il-kontenut sħiħ tal-pakkett |
51-250 |
2 |
Il-kontenut sħiħ tal-pakkett |
251-1 000 |
4 |
Minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut meħud għall-kampjun, nofs il-kontenut tal-pakkett |
> 1 000 |
erba’ pakketti + pakkett għal kull 1 000 pakkett għall-bejgħ bl-imnut b’massimu ta’ 25 pakkett għall-bejgħ bl-imnut |
≤ 10 pakketti: minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut meħud għall-kampjun, nofs il-kontenut tal-pakkett > 10 pakketti: minn kull pakkett, jittieħed ammont ugwali li jirriżulta f’kampjun b’kontenut daqs il-kontenut ta’ ħames pakketti |
Mhux magħruf (applikabbli biss għall-kummerċ elettroniku) |
1 |
Il-kontenut sħiħ tal-pakkett |
B.2.3. Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta' kampjuni ta' ħut kbir li jasal f'lottijiet kbar
Fil-każ li l-lott jew is-sublott li jkun se jitteħidlu kampjun ikun fih ħut kbir (ħut individwali li jiżen iktar minn madwar kilogramm) u l-lott jew is-sublott jiżen iktar minn 500 kilogramm, il-kampjun inkrimentali għandu jkun magħmul mill-parti tan-nofs tal-ħuta. Kull kampjun inkrimentali għandu jiżen mill-inqas 100 gramma.
B.3. TEĦID TA’ KAMPJUNI FL-ISTADJU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT
It-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-imnut għandu jsir meta jkun possibbli skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt B.2.2 ta’ dan l-Anness.
Fejn ma jkunx possibli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta' kampjuni stipulat fil-punt B.2.2 minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott bil-ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta' kampjuni msemmi hawn fuq, jista' jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta' kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta' lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ.
PARTI C
TĦEJJIJA U ANALIŻI TAL-KAMPJUNI
C.1. STANDARDS TA’ KWALITA’ GĦAL-LABORATORJI.
Il-laboratorji għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ►M1 ( 2 ) ◄ .
Il-laboratorji għandhom jipparteċipaw fi skemi ta' ttestjar tal-profiċjenza adattati li jikkonformaw mal-“Protokoll Internazzjonali Armonizzat għall-Ittestjar ta' Profiċjenza ta' Laboratoji Analitiċi (Kimiċi)” ( 3 ) kif żviluppati taħt l-awspiċi ta' l-IUPAC/ISO/AOAC.
Il-laboratorji għandhom ikunu kapaċi juru li għandhom lesti proċeduri għall-kontroll intern tal-kwalità. Eżempju ta' dawn huma l-“Linji Gwida ISO/AOAC/IUPAC dwar il-Kontroll Intern ta' Kwalità f'Laboratorji Analitiċi tal-Kimika” ( 4 ).
Meta jkun possibbli, għandha titwettaq stima ta' l-awtentiċità ta' l-analiżi permezz ta' l-inklużjoni ta' materjali xierqa ta' referenza ċċertifikati fl-analiżi.
C.2. TĦEJJIJA TAL-KAMPJUN
C.2.1. Prekawzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali
Il-ħtieġa bażika hija li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappreżentattiv u omoġenju mingħajr l-introduzzjoni ta' kontaminazzjoni sekondarja.
Il-materjal kollu tal-kampjuni li wasal għand il-laboratorju għandu jintuża għat-tħejjija tal-kampjun tal-laboratorju.
Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.
C.2.2. Proċeduri speċifiċi għat-tħejjija tal-kampjuni
C.2.2.1. Proċeduri speċifiċi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku
L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Kull meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f'kuntatt mal-kampjun ma għandux ikun fihom dawk il-metalli li jridu jiġu ddeterminati u għandhom ikunu magħmula minn materjali inerti, pereżempju plastik bħal polipropilen, politetrafluworoetilen (PTFE), eċċ. Dawn għandhom jitnaddfu bl-aċidu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Għax-xfafar jista' jintuża azzar li ma jissaddadx ta' kwalità għolja.
Hemm bosta proċeduri speċifiċi sodisfaċenti ta' tħejjija tal-kampjuni li jistgħu jintużaw għall-prodotti kkonċernati. Għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti speċifikament b'dan ir-Regolament, l-Istandard tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi” ( 5 ) jitqies li huwa sodisfaċenti iżda metodi oħra ta' tħejjija tal-kampjun jistgħu ikunu daqstant validi.
Fil-każ tal-landa inorganika, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-materjal kollu jittieħed f'soluzzjoni peress li huwa magħruf li faċilment isir telf, b'mod partikolari minħabba l-idroliżi, li bħala riżultat tagħha tinħoloq l-ispeċi ossida ta' Sn(IV) idratata u insolubbli.
C.2.2.2
L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Qabel l-użu, ir-reċipjenti għandhom jitlaħalħu b'aċetun għoli fil-purezza jew eżan sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f’kuntatt mal-kampjun għandu jkun magħmul minn materjali inerti bħal aluminju, ħġieġ jew azzar li ma jissaddadx illustrat. Plastiks bħal polipropilen jew PTFE għandhom jiġu evitati, minħabba li l-analiti jistgħu jiġu assorbit minn dawn il-materjali.
Għall-analiżi tal-PAH fil-kawkaw u fil-prodotti dderivati mill-kawkaw, id-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam titwettaq skont il-metodu uffiċjali Nru 963.15 tal-Metodi Uffiċjali ta' Analiżi (AOAC) għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti dderivati. Jistgħu jiġu applikati proċeduri ekwivalenti ta' determinazzjoni tax-xaħam li fihom ikun jista' jintwera li l-proċedura ta' determinazzjoni tax-xaħam li tkun intużat tipprovdi valur indaqs (ekwivalenti) ta' kontenut tax-xaħam.
C.2.3. Trattament tal-kampjun kif jasal fil-laboratorju
Il-kampjun kollettiv sħiħ għandu jiġi mitħun b’mod fin (fejn rilevanti) u mħallat sew bl-użu ta' proċess li ntwera li jikseb omoġenizzazzjoni sħiħa.
C.2.4. Kampjuni għal skopijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ
Il-kampjuni għal skopijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-materjal omoġenizzat sakemm dan ma jkunx ta' kunflitt mar-regoli tal-kampjuni ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur kummerċjali ta’ l-ikel.
C.3. METODI TA'ANALIŻI
C.3.1. Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
“r” |
= |
Ir-Ripetibilità, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta’ testijiet waħdanija li nkisbu taħt kundizzjonijiet ta’ ripetibilità (jiġifieri l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u intervall qasir ta’ ħin) mistenni li jaqa’ fi ħdan probabbiltà speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr. |
“sr” |
= |
Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' ripetibilità. |
“RSDr” |
= |
Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati li ġew iġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' ripetibilità [(sr/) × 100]. |
“R” |
= |
Ir-riproduċibilità, il-valur ta' taħt li d-differenza assoluta bejn riżultati ta’ testijiet waħdanija miksuba taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità, (jiġifieri fuq materjal identiku miksub minn operaturi f’laboratorji differenti, bl-użu tal-metodu standardizzat tat-test), hija mistennija li taqa’ fi ħdan ċerta probabilità (tipikament 95 %); R = 2,8 × sR. |
“sR” |
= |
Devjazzjoni standard, ikkalkulata minn riżultati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità. |
“RSDR” |
= |
Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati li ġew iġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità [(sR/) × 100]. |
“LOD” |
= |
Il-limitu ta’ detezzjoni, l-iżgħar kontenut imkejjel li minnu huwa possibbli li tiġi dedotta l-preżenza tal-analita b’ċertezza statistika raġonevoli. |
“LOQ” |
= |
Limitu ta’ kwantifikazzjoni, l-iżjed kontenut baxx ta’ analita li jista’ jitkejjel b’ċertezza statistika raġonevoli. |
“HORRAT ( 6 )r” |
= |
L-RSDr osservat diviż bil-valur tal-RSDr stmat mill-ekwazzjoni (irranġata) ta' Horwitz ( 7 ) (cf. punt C.3.3.1 (“Noti għall-kriterji tal-prestazzjoni”)) bl-użu tal-ipotesi r = 0,66 R. |
“HORRAT ( 8 )R” |
= |
HORRATr = L-RSDR osservat diviż bil-valur tal-RSDR stmat mill-ekwazzjoni (irranġata) ta' Horwitz ( 9 ) (cf. point C.3.3.1 (“Notes to the performance criteria”)). |
“u” |
= |
Inċertezza ta' kejl standard magħquda, miksuba bl-użu ta' inċertezzi ta' kejl standard individwali assoċjati mal-kwantitajiet tad-dħul fil-mudell tal-kejl ( 10 ) |
“U” |
= |
L-inċertezza tal-kejl estiża, li tuża fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 % (U = 2u). |
“Uf” |
= |
Inċertezza massima tal-kejl standard |
C.3.2. Rekwiżiti ġenerali
Il-metodi ta' analiżi li jintużaw għall-finijiet ta' kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-kontroll dwar il-livelli ta' landa inorganika.
Għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid, japplikaw il-metodi u r-regoli stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) ( 11 ), f'konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ( 12 ).
Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-finijiet ta' skrinjar għall-kontroll dwar il-livelli ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun taħt il-livell massimu ta' arseniku inorganiku, mhu meħtieġ ebda ttestjar iktar u l-kampjun jitqies li huwa konformi mal-livell massimu ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun daqs il-livell massimu ta' arseniku inorganiku jew ogħla minnu, irid jitwettaq ittestjar ta' segwitu sabiex jiġi ddeterminat jekk il-konċentrazzjoni tal-arseniku inorganiku hijiex ogħla mil-livell massimu ta' arseniku inorganiku.
C.3.3. Rekwiżiti speċifiċi
C.3.3.1.
Fejn fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm preskritti metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' kontaminanti fil-prodotti tal-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kwalunkwe metodu ta' analiżi vvalidat għall-matriċi rispettiva, jekk il-metodu magħżul jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni speċifiċi stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7.
Huwa rakkomandat li l-metodi vvalidati bis-sħiħ (jiġifieri l-metodi vvalidati mill-proċess ta' kollaborazzjoni għall-matriċi rispettiva) jiġu użati fejn xieraq u fejn disponibbli. Metodi xierqa oħra vvalidati (eżempju metodi għall-matriċi rispettiva vvalidati internament) jistgħu jiġu użati jekk jissodisfaw il-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7.
Fejn huwa possibli, it-tisħiħ tal-metodi vvalidati internament għandu jinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.
Kriterji ta’ prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku
Tabella 5
Parametru |
Kriterju |
|||
Applikabbiltà |
Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 |
|||
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
|||
Ripetibbiltà (RSDr) |
HORRATr inqas minn 2 |
|||
Riproduċibbiltà (RSDR) |
HORRATR inqas minn 2 |
|||
Irkupru |
Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt D.1.2. |
|||
LOD |
= tliet LOQ minn kull għaxra |
|||
LOQ |
Landa inorganika |
≤ 10 mg/kg |
||
Ċomb |
ML ≤ 0,02 mg/kg |
0,02 < ML < 0,1 mg/kg |
ML ≥ 0,1 mg/kg |
|
≤ ML |
≤ żewġ terzi tal-ML |
≤ wieħed minn ħamsa tal-ML |
||
Kadmju, merkurju, arseniku inorganiku |
ML ≤ 0,02 mg/kg |
0,02 < ML < 0,1 mg/kg |
ML huwa ≥ 0,1 mg/kg |
|
≤ tnejn minn ħamsa tal-ML |
≤ tnejn minn ħamsa tal-ML |
≤ wieħed minn ħamsa tal-ML |
Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għat-3-monokloropropan-1,2-diol (3-MCPD), għall-esteri tal-aċidi xaħmin 3-MCPD u għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi:
Tabella 6a
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
Ikel speċifikat fil-punt 4.1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 |
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
Kamp vojt |
Inqas mil-LOD |
Ripetibbiltà (RSDr) |
0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Riproduċibbiltà (RSDR) |
kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Irkupru |
75–110 % |
Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
≤ 5 μg/kg (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) |
≤ 10 μg/kg (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) |
Tabella 6b
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
Ikel speċifikat fil-punt 4.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 |
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
Kamp vojt |
Inqas mil-LOD |
Ripetibbiltà (RSDr) |
0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Riproduċibbiltà (RSDR) |
kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Irkupru |
75–110 % |
Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
≤ 7 μg/kg |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) |
≤ 14 μg/kg |
Tabella 6c
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
Ikel speċifikat fil-punt 4.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 |
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
Ripetibbiltà (RSDr) |
0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Riproduċibbiltà (RSDR) |
kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Irkupru |
70-125 % |
Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
Tliet għexieren ta’ LOQ |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) għall-ikel speċifikat f’4.3.1 u f’4.3.2 |
≤ 100 μg/kg fi żjut u xaħmijiet |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) għal ikel speċifikat f’4.3.3 u f’4.3.4 b’kontenut ta’ xaħam < 40 % |
≤ tnejn minn ħamsa tal-ML |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) għal ikel speċifikat f’4.3.4 b’kontenut ta’ xaħam ≥ 40 % |
≤ 15 μg/kg ta’ xaħam |
Tabella 6d
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
Ikel speċifikat fil-punt 4.2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 |
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
Ripetibbiltà (RSDr) |
0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Riproduċibbiltà (RSDR) |
kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Irkupru |
70-125 % |
Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
Tliet għexieren ta’ LOQ |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) għall-ikel speċifikat f’4.2.1 u f’4.2.2 |
≤ 100 μg/kg fi żjut u xaħmijiet |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) għal ikel speċifikat f’4.2.3 b’kontenut ta’ xaħam < 65 % u f’4.2.4 b’kontenut ta’ xaħam < 8 % |
≤ tnejn minn ħamsa tal-ML |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) għal ikel speċifikat f’4.2.3 b’kontenut ta’ xaħam ≥ 65 % u f’4.2.4 b’kontenut ta’ xaħam ≥ 8 % |
≤ 31 μg/kg ta’ xaħam |
Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għall-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi:
L-erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi li għalihom japplikaw dawn il-kriterji huma benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen.
Tabella 7
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. |
Speċifiċità |
Ħieles minn matriċi jew interferenzi spettrali, verifika ta' skoperta pożittiva |
Repettittività (RSDr) |
HORRATr inqas minn 2 |
Reproduċibbilità (RSDR): |
HORRATR inqas minn 2 |
Irkupru |
50-120 % |
LOD |
≤ 0,30 μg/kg għal kull wieħed mill-erba' sustanzi |
LOQ |
≤ 0,90 μg/kg għal kull wieħed mill-erba' sustanzi |
Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għall-akrilammid:
Tabella 8
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
L-ikel kollu |
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
Kamp vojt |
Inqas mil-Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
Ripetibbiltà (RSDr) |
0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Riproduċibbiltà (RSDR) |
kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Irkupru |
75–110 % |
Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
Tliet għexieren ta’ LOQ |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) |
Għal ikel b’livelli ta’ riferiment < 125 μg/kg: ≤ tnejn minn ħamsa tal-livell ta’ riferiment, madankollu mhux meħtieġ li jkun inqas minn 20 μg/kg Għal ikel b’livell ta’ riferiment ≥ 125 μg/kg: ≤ 50 μg/kg |
Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għall-perklorat:
Tabella 9
Parametru |
Kriterju |
Applikabbiltà |
L-ikel kollu |
Speċifiċità |
Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali |
Ripetibbiltà (RSDr) |
0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Riproduċibbiltà (RSDR) |
kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata) |
Irkupru |
70–110 % |
Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) |
Tliet għexieren ta’ LOQ |
Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ) |
≤ tnejn minn ħamsa tal-ML |
Noti għall-kriterji tal-prestazzjoni:
L-ekwazzjoni Horwitz ( 13 ) (għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10-7 ≤ C ≤ 0,138) u l-ekwazzjoni Horwitz ( 14 ) irranġata (għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10-7) huma ekwazzjonijiet ta’ preċiżjoni ġġeneralizzati li huma indipendenti mill-analita u l-matriċi iżda jiddependu biss fuq il-konċentrazzjoni għal ħafna mill-metodi ta’ analiżi ta’ rutina.
L-ekwazzjoni Horwitz irranġata għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10-7:
RSDR = 22 %
fejn:
L-ekwazzjoni Horwitz għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10-7 ≤ C ≤ 0,138:
RSDR = 2C(- 0,15 )
fejn:
C.3.3.2. Il-metodu “adekwatezza għall-fini”
Jista' jintuża l-metodu “adekwatezza għall-fini” ( 15 ) bħala alternattiva biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali għandhom jagħtu r-riżultati b'inċertezza ta' kejl standard maqgħuda (u) inqas mill-inċertezza ta' kejl standard massima kkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:
fejn:
Tabella 10
Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f’dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess
C (μg/kg) |
α |
≤ 50 |
0,2 |
51-500 |
0,18 |
501-1 000 |
0,15 |
1 001 -10 000 |
0,12 |
> 10 000 |
0,1 |
L-analista għandu jieħu nota tar-“Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf” ( 16 ).
PARTI D
RAPPURTAR U INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI
D.1. IR-RAPPURTAR
D.1.1. L-espressjoni tar-riżultati
Ir-riżultati għandhom jiġu espressi bl-istess unitajiet ta’ kejl u bl-istess għadd ta’ ċifri sinjifikanti bħalma huma tal-livelli massimi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.
D.1.2. Kalkoli ta' l-irkupru
Fil-każ li fil-metodu analitiku ma jiġi applikat l-ebda pass ta' estrazzjoni (eżempju fil-każ tal-metalli), ir-riżultat jista' jiġi rrappurtat mhux ikkorreġut għall-irkupru jekk l-evidenza mogħtija tkun idealment bl-użu ta' materjal ta' referenza xieraq u ċċertifikat li l-konċentrazzjoni ċċertifikata li tħalli l-inċertezza ta' kejl hija miksuba (jiġifieri reqqa kbira fil-kejl), u għaldaqstant li l-metodu mhuwiex imparzjali. Fil-każ li r-riżultat jiġi rrapurtat bħala mhux ikkorreġut għall-irkupru, dan għandu jissemma.
D.1.3. Inċertezza tal-kejl
Ir-riżultat analitiku jrid jiġi rrappurtat bħala × +/- U fejn × huwa r-riżultat analitiku u U -inċertezza tal-kejl estiża, bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell fiduċjarju ta' bejn wieħed u ieħor 95 % (U = 2u).
L-analista għandu jieħu nota tar-“Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf” ( 17 ).
D.2. INTERPRETAZZJONI TAR-RISULTATI
D.2.1. Aċċettazzjoni tal-lott/sublott
Il-lott jew is-sublott jiġi aċċettat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta tqis l-inċertezza tal-kejl estiża u l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.
D.2.2. Rifjut ta' lott/sublott
Il-lott jew sublott jiġi rrifjutat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju jaqbeż mingħajr dubju raġjonevoli l-livell massimu rispettiv kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta tqis l-inċertezza tal-kejl estiżau l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.
D.2.3. Applikabilità
Ir-regoli attwali ta’ interpretazzjoni għandhom japplikaw għar-riżultati analitiċi miksuba mill-kampjun għall-infurzar. F’każ ta' analiżi għal skopijiet ta' difiża jew ta' referenza, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 tal-20 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 24)
►M1 ( 2 ) Kif emendat mill-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83). ◄
( 3 ) “The international harmonized protocol for the proficiency testing of analytical chemistry laboratories” ta' M. Thompson, S.L.R. Ellison u R. Wood, Pure Appl. Chem., 2006, 78, 145-96.
( 4 ) Edittjat minn M. Thompson and R. Wood, Pure Appl. Chem., 1995, 67, 649-666.
( 5 ) L-istandard EN 13804:2013, “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi”, CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Bruxelles/Brussell.
( 6 ) Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109.
( 7 ) M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.
( 8 ) Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109.
( 9 ) M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.
( 10 ) International vocabulary of metrology – Basic and general concepts and associated terms (VIM), JCGM 200:2008.
( 11 ) Organisation internationale de la vigne et du vin.
( 12 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
( 13 ) W. Horwitz, L.R. Kamps, K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem.,63, 1980, 1344–1354.
( 14 ) M. Thompson, Analyst, 125, 2000, 385–386.
( 15 ) M. Thompson and R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10 u 471-478.
( 16 ) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf
( 17 ) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf