This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document c75fbfb7-a180-11ed-b508-01aa75ed71a1
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/274 of 11 December 2017 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the scheme of authorisations for vine plantings, certification, the inward and outward register, compulsory declarations and notifications, and of Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the relevant checks, and repealing Commission Implementing Regulation (EU) 2015/561
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561
02018R0274 — MT — 30.12.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1547 tat-23 ta’ Ottubru 2020 |
L 354 |
4 |
26.10.2020 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1007 tat-18 ta’ Ġunju 2021 |
L 222 |
8 |
22.6.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2567 tat-13 ta’ Ottubru 2022 |
L 330 |
139 |
23.12.2022 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/274
tal-11 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, fir-rigward ta':
l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli;
iċ-ċertifikazzjoni;
ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ;
id-dikjarazzjonijiet obbligatorji;
il-kontrolli u l-bank tad-dejta analitika tad-dejta isotopika;
in-notifiki.
KAPITOLU II
L-ISKEMA TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TĦAWWIL TAD-DWIELI
Artikolu 2
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli
Artikolu 3
Deċiżjonijiet preliminari dwar is-superfiċji i li jridu jsiru disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda
Artikolu 4
Il-kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw:
l-applikazzjoni ta' kriterju wieħed jew aktar minn dawk elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluż il-ġustifikazzjoni meħtieġa jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 64(1)(d) ta' dak ir-Regolament, kif ukoll il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;
l-għadd ta' ettari disponibbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali:
fuq bażi prorata;
skont il-kriterji ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.
Artikolu 5
Ir-regoli prestabbiliti għat-tħawwil tad-dwieli ġodda
Meta l-Istati Membri ma jippubblikawx id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 sal-1 ta' Marzu tas-sena rispettiva, għandhom jiġu applikati dawn ir-regoli li ġejjin għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda għas-sena partikolari:
id-disponibbiltà tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda tkun tikkorrispondi għal 1 % taż-żona kollha effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif speċifikat fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u mingħajr limiti oħrajn;
isir tqassim prorata tal-ettari lil kull applikant eliġibbli abbażi taż-żona li għaliha jkunu talbu l-awtorizzazzjoni, meta l-applikazzjonijiet jaqbżu ż-żona disponibbli.
Artikolu 6
Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda
Meta l-ebda deċiżjoni dwar il-limiti jew dwar il-kriterji li għandhom jiġu applikati ma tkun ttieħdet skont l-Artikolu 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li fl-applikazzjoni tagħhom jindikaw il-post speċifiku taż-żona fl-impriża tal-applikant li għaliha qed tintalab l-awtorizzazzjoni. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw ċerti kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda skont l-Artikolu 4, għandhom japplikaw dawn ir-regoli li ġejjin:
il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw il-prodotti tad-dwieli li l-applikant beħsiebu jipproduċi fiż-żoni mħawla mill-ġdid, u jispeċifikaw jekk l-applikant ikunx beħsiebu jipproduċi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP);
inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP);
inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika, inkluż b'indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid;
il-kriterju ta’ prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: jekk applikabbli, l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw il-varjetà tad-dwieli li l-applikant biħsiebu jkabbar fiż-superfiċje/i mħawla mill-ġdid, li jridu jiġu elenkati f’lista tal-varjetajiet eliġibbli għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli stabbiliti u ppubblikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u li ġew ikklassifikati f’konformità mal-Artikolu 81(2) ta’ dak ir-Regolament;
il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni ta' natura ekonomika li turi s-sostenibbiltà ekonomika tal-proġett rispettiv abbażi ta' metodoloġija standard waħda jew aktar ta' analiżi finanzjarja għall-proġetti agrikoli tal-investiment imsemmija fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;
il-kriterju ta’ prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni ta’ natura ekonomika li turi ż-żieda fil-kosteffiċjenza jew fil-kompetittività jew fil-presenza tas-swieq tal-azjenda abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-Parti F, tal-Anness II, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;
il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li turi l-potenzjal għat-titjib tal-prodotti b'indikazzjoni ġeografika abbażi ta' waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti G tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;
il-kriterju ta’ prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li turi li d-daqs tas-superfiċje tal-ħbula tal-vinji tal-azjenda tal-applikant li ma jibbenefikawx mill-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 62(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jikkonforma, fiż-żmien tal-applikazzjoni, mal-limiti li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri abbażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti H, tal-Anness II, tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273;
meta l-Istati Membri jeżiġu li l-applikanti jieħdu l-impenji msemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I u l-Partijiet A, B, D, E, F u G u l-punt II tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, b'rabta mal-kriterji rispettivi, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu dawk l-impenji.
Meta xi elementi minn dawk imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu jkunu jistgħu jinġabru direttament mill-Istati Membri, dawn jistgħu jeżentaw lill-applikanti milli jinkludu dawn l-elementi fl-applikazzjonijiet tagħhom.
Artikolu 7
L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda
Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet lill-applikanti magħżula skont ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta l-applikazzjonijiet eliġibbli ma jkunux ġew issodisfati għalkollox, l-applikanti għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni.
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-applikant ma għandux ikun soġġett għall-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 62(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-għadd korrispondenti ta' ettari jsir disponibbli matul l-istess sena, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru, biex jingħataw awtorizzazzjonijiet lil dawk l-applikanti li ngħataw biss parti miż-żona mitluba skont ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla msemmija fil-paragrafu 2 u li ma rrifjutawx l-awtorizzazzjonijiet korrispondenti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħmlu dawk l-ettari disponibbli fis-sena ta' wara, flimkien mal-1 % taż-żona totali mħawla bid-dwieli kif previst fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 8
Restrizzjonijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli
L-organizzazzjonijiet professjonali jew il-gruppi tal-produtturi interessati msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jagħtu r-rakkomandazzjonijiet li jrid iqis l-Istat Membru skont dak l-Artikolu 66(3) bi żmien twil biżżejjed biex jiġu mistħarrġa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Meta rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni professjonali jew grupp ta' produtturi interessati ssir għal żmien itwal minn sena sa tliet snin, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn id-deċiżjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal perjodu sa tliet snin.
Meta dawn l-organizzazzjonijiet professjonali jew il-gruppi tal-produtturi interessati ma jressqux ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti bi żmien biżżejjed biex jiġu mistħarrġa kif previst fil-paragrafu 1, jew meta l-Istati Membri ma jippubblikawx id-deċiżjonijiet rilevanti sal-1 ta' Marzu, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw awtomatikament it-tħawwil mill-ġdid kif stipulat fl-Artikolu 9.
Artikolu 9
Il-proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid
L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żoni maqlugħa u taż-żoni mħawla mill-ġdid fl-istess impriża tal-applikant li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni. Meta ma jiġi deċiż l-ebda limitu skont l-Artikolu 8, u meta l-applikant ma jkun għamel l-ebda impenn minn dawk imsemmija fil-punt (2)(b) tal-Parti A u fil-punt (2)(b) tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u fil-punt (4) tal-Parti B u tal-Parti D tal-Anness II ta' dak ir-Regolament Delegat, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li fl-applikazzjoni jindikaw il-post speċifiku taż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid u li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.
L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet awtomatikament fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-perjodi taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda, rispettivament.
L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żoni maqlugħa u taż-żoni mħawla mill-ġdid fl-istess impriża tal-applikant li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll l-impenn li tinqala' ż-żona bid-dwieli mħawla sa mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' sena mid-data ta' meta jkunu tħawlu d-dwieli ġodda. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.
L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet awtomatikament fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-perjodi taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda, rispettivament.
Artikolu 10
Il-proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji
L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona fl-impriża tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li fl-applikazzjoni jindikaw il-post speċifiku taż-żona fl-impriża tal-applikant li tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.
Artikolu 11
Modifika fiż-żona speċifika li għaliha tingħata l-awtorizzazzjoni
F'każijiet ġustifikati kif xieraq u meta jintalbu mill-applikant, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jista' jsir it-tħawwil tad-dwieli fiż-żona tal-impriża li tkun differenti miż-żona speċifika li għaliha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, diment li ż-żona l-ġdida tkun tal-istess daqs f'ettari u diment li l-awtorizzazzjoni tkun għadha valida skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
L-ewwel paragrafu ma għandux japplika meta l-awtorizzazzjonijiet jkunu ngħataw abbażi tal-konformità mal-kriterji speċifiċi tal-eliġibbiltà jew ta' prijorità marbutin mal-post indikat fl-applikazzjoni, u meta t-talba għal modifika tindika żona speċifika 'l barra minn dan il-post.
KAPITOLU III
IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI TAL-INBID
Artikolu 12
Il-proċedura u l-kriterji tekniċi applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni
Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar:
test organolettiku tal-inbid relatat mar-riħa u t-togħma ħalli jivverifika li l-karatteristika essenzjali tal-inbid ġejja mill-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid użati u għandu jikkonċerna kampjuni anonimi;
test analitiku fil-każ ta' nbid magħmul minn varjetà waħda tal-għeneb tal-inbid.
Il-proċedura għandha ssir fl-Istat Membru tal-produzzjoni tal-inbid. Jekk it-taħlit tal-inbejjed isir minn Stati Membri differenti kif imsemmi fl-Artikolu 120(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iċ-ċertifikazzjoni tista' ssir minn kull Stat Membru kkonċernat.
L-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni għandhom iġarrbuhom l-operaturi soġġetti għalihom, għajr meta l-Istati Membri jiddeċiedu mod ieħor.
KAPITOLU IV
IR-REĠISTRU TAD-DĦUL U L-ĦRUĠ
Artikolu 13
L-ambitu u l-għamla tar-reġistru
L-operaturi jeħtieġ iżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ li f'dan il-Kapitolu jissejjaħ “ir-reġistru” biex jirreġistraw:
id-dħul u r-rifjut ta' kull lott ta' prodotti tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 lejn jew mill-istabbilimenti tagħhom;
il-kategorija tal-prodott kif speċifikat fl-Artikolu 14;
l-operazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 meta dawn isiru fl-istabbilimenti tagħhom.
Għal kull entrata fir-reġistru, l-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu jistgħu jressqu wieħed mid-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 jew xi dokument kummerċjali ieħor li jkun akkumpanja l-konsenja rilevanti.
Ir-reġistru għandu jkollu waħda minn dawn l-għamliet li ġejjin:
għadd fiss ta' folji nnumerati wara xulxin;
reġistru elettroniku ppreżentat skont ir-regoli dettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti;
sistema moderna ta' kontijiet, xierqa u approvata mill-awtoritajiet kompetenti;
ġabra ta' dokumenti ta' akkumpanjament li jkun fihom id-data meta tfasslu jew waslu f'idejn in-negozjanti.
Iżda l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-reġistru miżmum mill-produtturi jista' jkollu l-għamla ta' noti fuq in-naħa ta' wara tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni, tal-ħażniet jew tal-ħsad previsti fil-Kapitolu VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.
Artikolu 14
Il-prodotti li jridu jitniżżlu fir-reġistru
Għall-prodotti li jridu jitniżżlu fir-reġistru, għandhom jinżammu kontijiet separati għal:
kull waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, billi ssir distinzjoni bejn:
kull inbid b'DOP u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid;
kull inbid b'IĠP u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid;
kull inbid li mhux kopert b'DOP jew b'IĠP, magħmul minn varjetà waħda tal-għeneb tal-inbid u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid, bir-referenza tal-klassifikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid adottata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u bl-indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb;
kull inbid li mhux kopert b'DOP jew b'IĠP, magħmul minn żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid jew aktar, u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid, bl-indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb;
kull prodott li mhux konformi mal-prattiki enoloġiċi u mar-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jrid jinqered skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009;
kull wieħed minn dawn il-prodotti miżmuma għal kwalunkwe skop:
is-sukrożju;
il-most tal-għeneb ikkonċentrat;
il-most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat;
il-prodotti użati għall-aċidifikazzjoni;
il-prodotti użati għad-diżaċidifikazzjoni;
l-ispirti distillati mill-inbid.
kull prodott sekondarju tal-prodotti tal-inbid li jrid jintrema skont it-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikoli 14a u 14b tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, b'indikazzjoni kemm jekk tikkonċerna t-twassil għad-distillazzjoni, il-produzzjoni tal-ħall jew xi użu speċifiku li ma jinvolvix il-produzzjoni tal-inbid.
Artikolu 15
Informazzjoni dwar il-prodotti tal-inbid li trid titniżżel fir-reġistru
Għal kull dħul jew rifjut tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 14(1)(a), ir-reġistru għandu jagħti:
in-numru tal-lott tal-prodott [meta dan ikun] meħtieġ bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;
id-data tal-operazzjoni;
il-kwantità mdaħħla jew rifjutata;
il-prodott ikkonċernat, deskritt skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli;
referenza għad-dokument ta' akkumpanjament jew iċ-ċertifikat ta' akkumpanjament fil-ġarr ikkonċernat skont l-Artikoli 10, 11 u 20 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament.
Iżda fil-każ ta' reċipjenti sa 600 litru, mimlija bl-istess prodott u maħżuna flimkien fl-istess lott, il-lott sħiħ jista' jiġi ttikkettat minflok ir-reċipjent individwali, diment li l-lott ikun separat b'mod ċar mill-oħrajn.
Artikolu 16
Informazzjoni dwar l-operazzjonijiet li trid titniżżel fir-reġistru
Għal kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, ir-reġistru għandu jinkludi:
l-operazzjonijiet imwettqa;
fil-każ tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:
id-data tal-operazzjoni;
in-natura u l-kwantitajiet tal-prodotti użati;
il-kwantità tal-prodott miksub b'din l-operazzjoni inkluż l-alkoħol miksub bil-korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol fl-inbejjed u l-kwantità taz-zokkor li hemm fis-soluzzjoni taz-zokkor imneħħi mill-most inizjali;
il-kwantità tal-prodott użat biex tiżdied il-qawwa alkoħolika, għall-aċidifikazzjoni, għad-diaċidifikazzjoni u biex tiżdied il-ħlewwa;
id-deskrizzjoni tal-prodotti qabel u wara l-operazzjoni, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;
l-immarkar fuq il-kontejners fejn ikunu qegħdin il-prodotti mniżżla fir-reġistri qabel l-operazzjoni u fejn jitqiegħdu wara l-operazzjoni;
fil-każ tal-ibbottiljar, l-għadd ta' reċipjenti mimlija u l-kontenut tagħhom;
fil-każ tal-ibbottiljar b'kuntratt, l-isem u l-indirizz tal-bottiljatur.
Artikolu 17
Informazzjoni dwar l-inbejjed frizzanti u l-inbejjed likurużi li trid titniżżel fir-reġistru
Għall-produzzjoni tal-inbid frizzanti, ir-reġistri għandhom juru, għal kull cuvée ppreparata:
id-data tal-preparazzjoni;
id-data tal-ibbottiljar għal kull kategorija tal-inbid frizzanti ta' kwalità;
il-volum tal-cuvée, u d-deskrizzjoni, il-volum, il-qawwa alkoħolika potenzjali ta' kull kostitwent tagħha;
l-ammont tal-likur ta' tirage użat;
il-volum tal-likur ta' expedition;
l-għadd ta' reċipjenti miksuba, u skont il-każ, it-tip speċifiku tal-inbid frizzanti, permezz ta' terminu relatat mal-kontenut taz-zokkor residwu, diment li t-terminu jidher fuq it-tikketta.
Għall-produzzjoni tal-inbid likuruż, għal kull lott imħejji, ir-reġistri għandhom juru:
id-data taż-żieda ta' xi wieħed mill-prodotti mniżżla fil-punt 3(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
it-tip u l-volum tal-prodott miżjud.
Artikolu 18
Informazzjoni dwar il-prodotti speċifiċi li trid titniżżel fir-reġistru
Għal kull prodott, il-kontijiet separati għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 14(1)(b) għandhom juru:
fil-każ tad-dħul:
l-isem u l-indirizz tal-fornitur b'referenza, skont il-każ, għad-dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodott;
il-kwantità kkonċernata;
id-data tad-dħul;
fil-każ tar-rifjut:
il-kwantità kkonċernata;
id-data tal-użu jew tar-rifjut;
meta xieraq, l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.
Artikolu 19
It-telf u l-konsum personali jew mill-familja
Min iżomm ir-reġistru għandu jirrapporta t-telf bil-miktub lill-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju inkwistjoni, fi żmien stabbilit mill-Istati Membri, meta t-telf reali jaqbeż:
waqt il-ġarr, it-tolleranzi msemmija fil-punt 2.1(d) tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273; u
fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-persentaġġi massimi stabbiliti mill-Istati Membri.
L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinvestiga t-telf.
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw kif id-dettalji jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru b'rabta ma':
il-konsum personali tal-produttur u tal-familja tiegħu;
kull tibdil inċidentali fil-volum tal-prodotti.
Artikolu 20
L-iskadenzi għad-dettalji li jridu jitniżżlu fir-reġistru
Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikoli 15 u 19 għandhom jitniżżlu fir-reġistru:
fil-każ tad-dħul, sal-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla; u
fil-każ tat-telf, il-konsum personali u l-konsum tal-familja jew ta' rifjut, sat-tielet jum tax-xogħol wara dak tar-rikonoxximent, tal-konsum jew tad-dispaċċ.
Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u fl-Artikoli 16 u 17 ta' dan ir-Regolament għandhom jitniżżlu fir-reġistru:
sal-jum tax-xogħol wara dak tal-operazzjoni; u
fil-każ tal-arrikkiment, dakinhar stess.
Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 14(1)(b) u fl-Artikoli 18 ta' dan ir-Regolament għandhom jitniżżlu fir-reġistru:
fil-każ tad-dħul u tar-rifjut, sal-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla jew tad-dispaċċ; u
fil-każ tal-użu, dakinhar stess.
Fejn jidħlu l-operazzjonijiet ta' arrikkiment imsemmija fl-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li dawn jitniżżlu fir-reġistru qabel ma ssir l-operazzjoni tal-arrikkiment.
Artikolu 21
L-għeluq tar-reġistru
Ir-reġistru għandu jingħalaq billi kull sena jiġi stabbilit rendikont tal-bilanċ annwali, f'data li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri. Fil-kuntest tar-rendikont tal-bilanċ annwali, għandu jitfassal inventarju tal-ħażniet. Il-ħażniet eżistenti għandhom jitmexxew lejn il-perjodu annwali ta' wara. Dawn għandhom jiġu rreġistrati bħala dħul fir-reġistru f'data wara d-data tar-rendikont tal-bilanċ annwali. Jekk ir-rendikont tal-bilanċ annwali juri differenzi bejn il-ħażniet li jirriżultaw mir-rendikont tal-bilanċ u l-ħażniet eżistenti, dan il-fatt għandu jitniżżel fil-kotba magħluqa.
KAPITOLU V
ID-DIKJARAZZJONIJIET
Artikolu 22
Id-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni
Id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
l-identità tal-produttur;
il-post fejn jinżammu l-prodotti;
il-kategorija tal-prodotti użati għall-produzzjoni tal-inbid: għeneb, most tal-għeneb (most ikkonċentrat, most ikkonċentrat rettifikat, most iffermentat parzjalment), jew inbejjed ġodda li għadhom qed jiffermentaw;
l-isem u l-indirizz tal-fornitur;
iż-żoni mħawla bid-dwieli fil-produzzjoni, inkluż dawk għal finijiet esperimentali, li minnhom joriġina l-għeneb, indikati f'ettari u b'referenza għall-post tal-ħabel tal-vinji;
il-volum, indikat f'ettolitri jew 100 kg, ta' prodotti tal-inbid miksuba mill-bidu tas-sena tal-inbid u miżmuma fid-data tad-dikjarazzjoni, imqassma skont il-kulur (aħmar/rożè jew abjad), il-kategorija tal-prodotti użati (għeneb, inbejjed ġodda li għadhom qed jiffermentaw, most, inkluż il-most iffermentat parzjalment għajr il-most ikkonċentrat u l-most ikkonċentrat rettifikat), u wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:
inbid b'DOP;
inbid b'IĠP;
inbid varjetali mingħajr DOP/IĠP;
inbid mingħajr DOP/IĠP;
kull prodott ieħor tas-sena tal-inbid, inkluż il-most ikkonċentrat u l-most ikkonċentrat rettifikat.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sottomissjoni ta' dikjarazzjoni waħda għal kull stabbiliment tal-produzzjoni tal-inbid.
Biex il-kwantitajiet tal-prodotti l-oħra għajr l-inbid jiġu konvertiti f'ettolitri ta' nbid, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu koeffiċjenti skont kriterji oġġettivi rilevanti għall-konverżjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-koeffiċjenti lill-Kummissjoni flimkien man-notifiki msemmija fil-punt 8 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185.
Artikolu 23
Id-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet
Din id-dikjarazzjoni għandu jkollha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
l-identità tal-produtturi, tal-proċessuri, tal-bottiljaturi jew tan-negozjanti;
il-post fejn jinżammu l-prodotti;
fir-rigward tal-inbejjed, il-ħażniet ġenerali mqassma skont il-kulur (aħmar/rożè jew abjad), it-tip tal-inbid (b'DOP, b'IĠP, varjetali mingħajr DOP/IĠP jew mingħajr DOP/IĠP), l-oriġini (mill-Unjoni jew minn pajjiżi terzi) u t-tip tad-detentur tal-ħażniet (il-produttur jew in-negozjant);
fir-rigward tal-most, il-ħażniet totali mqassma skont il-kulur (aħmar/rożè jew abjad), it-tip tal-most tal-għeneb (ikkonċentrat, ikkonċentrat rettifikat jew ieħor), u t-tip tad-detentur tal-ħażniet (il-produttur jew in-negozjant).
Il-prodotti tal-inbid tal-Unjoni magħmulin mill-għeneb maħsud matul l-istess sena kalendarja ma għandhomx jiġu inklużi f'din id-dikjarazzjoni.
Artikolu 24
Id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad
Dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja, imqassma skont il-kategoriji stabbiliti fil-punt 1.2(3) tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:
l-identità tal-ħassada (skont l-informazzjoni mitluba fil-punt 1.1(1) tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273);
iż-żona mħawla bid-dwieli fil-produzzjoni (f'ettari u b'referenza għall-post tal-ħabel tal-vinji);
il-kwantità tal-għeneb maħsud (f'100 kg);
id-destinazzjoni tal-għeneb (f'ettolitri jew 100 kg):
ipproċessat fi nbid minn min jimla d-dikjarazzjoni, bħala produttur;
fornut lil koperattiva tal-inbid (bħala għeneb jew most);
mibjugħ lil produttur tal-inbid (bħala għeneb jew most);
destinazzjonijiet oħrajn (bħala għeneb jew most).
Artikolu 25
Notifiki u ċentralizzazzoni tal-informazzjoni
L-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħażniet skont l-Artikoli 22 u 23 u fid-dikjarazzjoni tal-ħsad skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament u fid-dikjarazzjonijiet tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, meta applikabbli, għandha tkun ċentralizzata fil-livell nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mod kif din l-informazzjoni għandha tiġi notifikata lilhom.
KAPITOLU VI
ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI
TAQSIMA I
REGOLI KOMUNI
Article 26
Il-kampjuni għal finijiet ta' kontrolli
TAQSIMA II
IL-BANK TAD-DEJTA ANALITIKU TAD-DEJTA ISOTOPIKA
Artikolu 27
Il-kampjuni għall-bank tad-dejta analitiku
L-Istati Membri u l-ERC-CWS għandhom:
jerfgħu d-dejta fil-bank tad-dejta analitiku;
iżommu kull kampjun għal mill-anqas tliet snin mid-data tat-teħid tal-kampjun;
jużaw biss il-bank tad-dejta għal monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-inbid jew għall-finijiet statistiċi jew xjentifiċi;
jieħdu miżuri li jħarsu d-dejta, b'mod partikolari kontra s-serq u l-interferenza;
►M2 jagħmlu l-fajls disponibbli, mingħajr dewmien jew spejjeż żejda, għal dawk li ġġeneraw l-informazzjoni li tinsab fil-fajls biex tkun tista’ tiġi rettifikata kwalunkwe ineżattezzi. ◄
Artikolu 28
Komunikazzjoni tal-informazzjoni li jkun hemm fil-bank tad-dejta analitiku f’każ ta’ suspett ta’ nonkonformità mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid
F’każ ta’ kontroll fi Stat Membru, li għalih tkun meħtieġa dejta ta’ referenza mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika relatata mal-inbid prodott fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha titlob lill-ERC-CWS biex jikkuntattja lil-laboratorju maħtur tal-Istat Membru li fih jiġi prodott l-inbid investigat, biex tivverifika s-suspett permezz tad-dejta rilevanti kollha disponibbli. Dak il-laboratorju maħtur għandu, fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba, jivverifika jekk l-inbid inkwistjoni hux konformi mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid. Meta din l-iskadenza ma tkunx tista’ tiġi rispettata għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-laboratorju maħtur għandu jinforma lill-ERC-CWS kif xieraq u l-ERC-CWS għandu mbagħad:
jislet id-dejta ta’ referenza rilevanti għall-kejl isotopiku relatata mal-inbid inkwistjoni mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika, u jipprovdiha lill-korp rikjedenti, jew
jekk id-dejta ta’ referenza rilevanti għall-kejl isotopiku ma tkunx tista’ tinsilet mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika, iżda l-kampjuni meħtieġa jsiru disponibbli fħall-ERC-CWS meta jintalbu, jipprovdi appoġġ analitiku, inkluż ir-riżultati tad-dejta rilevanti għall-kejl isotopiku relatata mal-inbid inkwistjoni, lill-korp rikjedenti,
fi żmien xahar minn meta jkun ċar li l-iskadenza inizjali ma tistax tiġi rispettata. Fiż-żewġ każijiet, id-dejta rilevanti għall-kejl isotopiku għandha tiġi interpretata u tingħata fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie prodott l-inbid suspettat.
Artikolu 29
Il-banek tad-dejta nazzjonali tad-dejta isotopika
Ir-riżultati tal-analiżi isotopika merfugħa fil-banek tad-dejta tal-Istati Membri għandhom jinkisbu b'analiżi tal-kampjuni meħuda u trattati skont l-Artikolu 27.
TAQSIMA III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-KONTROLLI
Artikolu 30
Il-kontrolli tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli
Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u l-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġistru tal-vinji msemmi fl-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 31
Verifika tal-informazzjoni fir-reġistru tal-vinji
Fejn jidħlu ż-żoni mħawla bid-dwieli, mill-anqas għandhom isiru dawn il-kontrolli biex ir-reġistru tal-vinji jibqa' aġġornat:
kontrolli amministrattivi applikati għal kull produttur tal-inbid identifikat fir-reġistru tal-vinji li:
attiva awtorizzazzjoni għat-tħawwil jew għat-tħawwil mill-ġdid jew għamel reġistrazzjoni jew modifika tad-dejta fir-reġistru tal-vinji wara applikazzjoni jew notifika mressqin rigward l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli;
iressaq applikazzjoni għall-miżuri ta' “ristrutturar u konverżjoni tal-vinji” jew “ħsad bikri” skont programm nazzjonali ta' appoġġ imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
iressaq xi waħda mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.
kontrolli annwali fuq il-post fuq mill-inqas 5 % tal-vitikulturi kollha tad-dwieli identifikati fir-reġistru tal-vinji.
Meta l-vitikulturi magħżula għall-kampjun ikunu soġġetti fl-istess sena għal kontrolli fuq il-post fil-qafas tal-miżuri msemmija fil-punt (a)(i) u (ii), għandu jinżamm l-għadd ta' dawn il-kontrolli fuq il-post biex jintlaħaq il-limitu annwali ta' 5 %, mingħajr il-bżonn li jiġu ripetuti.
kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru fiż-żoni mħawla bid-dwieli u li ma jinsabu fl-ebda fajl tal-vitikultur kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.
Artikolu 32
Il-kontrolli għad-dikjarazzjonijiet
Fejn jidħlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 31 sa 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, l-Istati Membri għandhom iwettqu kull kontroll u jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw il-preċiżjoni ta' dawk id-dikjarazzjonijiet.
Artikolu 32a
Kontrolli fuq prodotti tal-inbid mhux ippakkjati
Fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tal-inbid mhux ippakkjati li mhumiex koperti b’sistema kompjuterizzata jew b’sistema ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, biex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-ħatt tista’ titlob lid-destinatarji tal-konsenji tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati biex iżommu dawk il-konsenji fil-post tal-ħatt fl-istabbiliment tagħhom għal perjodu massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol. Id-destinatarji ma għandhomx jibagħtu, jittrasferixxu jew jimmanipulaw il-konsenja li jkun itteħdilha kampjun mill-awtorità kompetenti tul dak il-perjodu, sakemm jiġu infurmati bir-riżultat tal-verifiki.
Meta tintalab mid-destinatarji, l-awtorità kompetenti għandha, meta tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-konsenja inkwistjoni, tippermetti li l-konsenja tintbagħat qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU VII
IN-NOTIFIKI
Artikolu 33
In-notifiki dwar l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu ta' kull sena dwar:
il-komunikazzjoni dwar iż-żoni tal-produzzjoni tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 145(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dwar is-sitwazzjoni fil-31 ta' Lulju tas-sena tal-inbid preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola stabbilita fil-Parti I tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;
in-notifiki msemmija fl-Artikolu 63(4) u fl-Artikolu 64(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola stabbilita fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;
notifika dwar ir-restrizzjonijiet deċiżi mill-Istati Membri b'rabta mat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli fl-istess impriża, kif imsemmi fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Din in-notifika għandha ssir bil-formola stabbilita fit-Tabella A taħt il-Parti V tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;
lista nazzjonali aġġornata tal-organizzazzjonijiet professjonali jew tal-gruppi tal-produtturi interessati msemmija fl-Artikoli 3 u 8 ta' dan ir-Regolament;
il-komunikazzjoni dwar id-daqs totali taż-żoni misjubin imħawla bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni, kif ukoll iż-żoni mhux awtorizzati fejn ikunu nqalgħu d-dwieli, kif imsemmi fl-Artikolu 71(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Din il-komunikazzjoni għandha tirreferi għas-sena tal-inbid preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola stabbilita fil-Parti III tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;
meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-limiti deċiżi b'rabta mad-daqs minimu u massimu tal-impriżi kif imsemmi fil-punt H tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, dwar:
l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija effettivament matul is-sena tal-inbid preċedenti skont l-Artikolu 7(1) u (2) ta' dan ir-Regolament, u l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati mill-applikanti u dawk mogħtija lil applikanti oħra qabel l-1 ta' Ottubru skont l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola stabbilita fil-Parti IV tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;
l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli mogħtija matul is-sena tal-inbid preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola stabbilita fit-Tabella B taħt il-Parti V tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;
l-awtorizzazzjonijiet mogħtija matul is-sena tal-inbid preċedenti abbażi tal-konverżjoni ta' drittijiet tat-tħawwil validi kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola mogħtija fil-Parti VI tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament u għandhom isiru biss sal-1 ta' Novembru tas-sena ta' wara tmiem l-iskadenza għall-konverżjoni msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-iskadenza deċiża mill-Istat Membru skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu 2023 bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija bejn l-1 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2022 abbażi tal-konverżjoni tad-drittijiet għat-tħawwil validi kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 34
Regoli ġenerali dwar in-notifiki u d-disponibbiltà tal-informazzjoni
In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185.
Artikolu 35
Iż-żamma tad-dokumenti ta' akkumpanjament, tal-informazzjoni u tar-reġistri
KAPITOLU VIII
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 36
Tħassir
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 hu mħassar.
Artikolu 37
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
IL-PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2)
A. ALLOKAZZJONI FUQ BAŻI PRORATA
Il-parti mill-ammont kollu ta' ettari disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda li l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw fuq bażi prorata lill-applikanti kollha fil-livell nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b)(i), għandha tinqasam fost l-applikazzjonijiet individwali eliġibbli skont din il-formola li ġejja, filwaqt li jitħarsu l-limiti possibbli msemmija fl-Artikolu 3(1):
A1 = Ar × (%Pr × Tar/Tap)
A1 |
= |
l-awtorizzazzjoni mogħtija lil applikant individwali fuq bażi prorata (f'ettari) |
Ar |
= |
is-superfiċje mitluba mill-produttur fl-applikazzjoni tiegħu (f'ettari) |
%Pr |
= |
il-proporzjon tad-disponibbiltà totali li trid tingħata fuq bażi prorata |
Tar |
= |
is-superfiċje totali li saret disponibbli fl-awtorizzazzjonijiet (f'ettari) |
Tap |
= |
it-total tal-applikazzjonijiet kollha mill-produtturi (f'ettari) |
B. ALLOKAZZJONI SKONT IL-KRITERJI TA’ PRIJORITÀ
Il-parti mill-ammont totali ta’ ettari disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda li l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw fil-livell nazzjonali jew reġjonali, skont il-kriterji ta’ prijorità magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b)(ii), għandha tinqasam fost l-applikazzjonijiet individwali eliġibbli kif ġej:
L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-kriterji ta’ prijorità fil-livell nazzjonali jew reġjonali, u jistgħu jagħtu l-istess importanza lill-kriterji kollha magħżula jew jistgħu jallokawlhom gradi differenti ta’ importanza. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn il-gradi ta’ importanza b’mod uniformi fil-livell nazzjonali jew jistgħu jibdlu l-gradi ta’ importanza tal-kriterji skont iż-żona fit-territorju tal-Istat Membru.
Meta l-Istati Membri jagħtu l-istess importanza lill-kriterji kollha magħżula fil-livell nazzjonali jew reġjonali, għandu jingħata l-valur (1) lil kull kriterju.
Meta l-Istati Membri jagħtu importanza differenti lill-kriterji magħżula fil-livell nazzjonali jew reġjonali, għandu jingħata valur li jvarja bejn iż-żero (0) u l-wieħed (1) lil kull wieħed minn dawk il-kriterji, u t-total tal-valuri individwali kollha għandu jkun dejjem (1).
Meta l-grad ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji jkun ivarja skont ir-reġjun fit-territorju tal-Istat Membru, għandu jiġi allokat valur individwali li jvarja bejn iż-żero (0) u l-wieħed (1) lil kull wieħed minn dawk il-kriterji għal kull reġjun. F’dan il-każ, it-total tal-gradi ta’ importanza individwali kollha tal-kriterji magħżula għal kull reġjun għandu jibqa’ dejjem (1).
L-Istati Membri għandhom jevalwaw kull applikazzjoni individwali eliġibbli abbażi tal-konformità tagħha mal-kriterji ta’ prijorità magħżula. Sabiex jiġi evalwat il-livell ta’ din il-konformità ma’ kull kriterju ta’ prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skala unika fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li abbażi tagħha jallokaw għadd ta’ punti lil kull applikazzjoni b’rabta ma’ kull wieħed minn dawk il-kriterji.
l-iskala unika għandha tiddefinixxi minn qabel l-għadd ta’ punti li jridu jiġu allokati b’rabta mal-livell tal-konformità ma’ kull kriterju, u għandha wkoll tagħti d-dettalji tal-għadd ta’ punti li jridu jiġu allokati b’rabta ma’ kull element ta’ kull kriterju speċifiku.
l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu klassifika tal-applikazzjonijiet individwali fil-livell nazzjonali jew reġjonali abbażi tat-total tal-punti mogħtija lil kull applikazzjoni individwali skont il-konformità jew il-livell tal-konformità msemmija, rispettivament, fil-punt (b), u meta applikabbli, il-grad ta’ importanza tal-kriterju msemmi fil-punt (a). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw din il-formola li ġejja:
Pt = W 1 × Pt 1 + W 2 × Pt 2 +... + W n × Pt n
Pt |
= |
it-total tal-punti mogħtija lil applikazzjoni individwali speċifika |
W 1, W 2 .., W n |
= |
il-grad ta’ importanza tal-kriterji 1, 2, …, n |
Pt 1, Pt 2…, Pt n |
= |
il-livell tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kriterji 1, 2, … n |
Fiż-żoni li l-grad ta’ importanza tagħhom ikun żero għal kull kriterju ta’ prijorità, l-applikazzjonijiet eliġibbli kollha għandhom jirċievu l-valur massimu fl-iskala fejn jidħol il-livell tal-konformità.
L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-applikanti individwali skont l-ordni stabbilita fil-klassifika msemmija fil-punt (d), u sakemm jiġu eżawriti l-ettari li jridu jiġu allokati skont il-kriterji ta’ prijorità. It-total sħiħ tal-ettari mitluba minn applikant għandu jiġi ssodisfat fl-għamla ta’ awtorizzazzjoni qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-applikant li jmiss fil-klassifika.
Jekk l-ettari disponibbli jiġu eżawriti f’pożizzjoni tal-klassifika fejn diversi applikazzjonijiet ikollhom l-istess għadd ta’ punti, l-ettari li jkun fadal għandhom jiġu allokati lil dawn l-applikazzjonijiet fuq bażi prorata.
Jekk il-limitu għal ċertu reġjun jew għal ċerta żona eliġibbli għal DOP jew IĠP, jew għal ċerta żona mingħajr indikazzjoni ġeografika, jintlaħaq meta jingħataw awtorizzazzjonijiet skont il-punt A u l-punti (a) sal-(e) ta’ dan il-punt, ma għandha tiġi ssodisfata l-ebda applikazzjoni oħra li toriġina minn dak ir-reġjun jew minn dik iż-żona.
ANNESS II
IL-KAMPJUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26
PARTI I
Il-metodu u l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni
Meta l-kampjuni tal-inbid, tal-most tal-għeneb jew ta' prodott likwidu ieħor tal-inbid jitqiesu fil-kuntest ta' assistenza bejn il-korpi tal-kontroll, il-korp kompetenti għandu jiżgura li:
fil-każ ta' prodotti f'reċipjenti sa 60 litru maħżunin f'lott wieħed, il-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott kollu,
fil-każ ta' prodotti f'reċipjenti b'kapaċità nominali ta' iżjed minn 60 litru, il-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-kontenut tar-reċipjent imnejn jittieħdu l-kampjuni.
Il-kampjuni għandhom jittieħdu meta l-prodott inkwistjoni jkun qed jitferra' f'mill-anqas ħames reċipjenti nodfa li kull wieħed ikollu kapaċità nominali ta' 75 cl jew iżjed. Fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 1(a), it-teħid tal-kampjuni jista' jsir bit-tneħħija ta' mill-anqas ħames reċipjenti li jkollhom kapaċità nominali ta' 75 cl jew iżjed mil-lott li jrid jiġi eżaminat.
Meta l-kampjuni tad-distillat tal-inbid iridu jiġu analizzati b'reżonanza manjetika nukleari tad-dewterju, il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f'reċipjenti b'kapaċità nominali ta' 25 cl, jew anki ta' 5 cl meta jkollhom jintbagħtu minn laboratorju uffiċjali għal ieħor.
Il-kampjuni għandhom jittieħdu, magħluqa meta possibbli, u jiġu ssiġillati fil-preżenza ta' rappreżentant tal-istabbiliment fejn jittieħed il-kampjun jew ta' rappreżentant tat-trasportatur jekk il-kampjun jittieħed waqt il-ġarr. Jekk l-ebda rappreżentant ma jkun preżenti, ir-rapport imsemmi fil-punt 4 għandu jsemmi dan il-fatt.
Kull kampjun għandu jingħalaq b'għotjien inerti u li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.
Kull kampjun għandu jkollu tikketta konformi mal-punt A tal-Parti II.
Meta r-reċipjent ikun żgħir wisq biex tkun tista' titwaħħallu t-tikketta preskritta, ir-reċipjent għandu jiġi mmarkat b'numru li ma jitħassarx u l-informazzjoni meħtieġa għandha titniżżel fuq folja separata.
Ir-rappreżentant tal-istabbiliment fejn jittieħed il-kampjun jew ir-rappreżentant tat-trasportatur għandhom jintalbu jiffirmaw it-tikketta jew, skont kif applikabbli, jiffirmaw il-folja.
L-uffiċjal tal-korp kompetenti awtorizzat biex jieħu l-kampjuni għandu jħejji rapport bil-miktub u fih iniżżel kull osservazzjoni li jqis importanti għall-evalwazzjoni tal-kampjuni. Meta meħtieġ, fir-rapport għandu jniżżel kull dikjarazzjoni tar-rappreżentant tat-trasportatur jew tar-rappreżentant tal-istabbiliment fejn jittieħed il-kampjun, u għandu jitlob lil dak ir-rappreżentant biex iżid il-firma tiegħu. Dan għandu jniżżel l-ammont tal-prodott li minnu jittieħed il-kampjun. Jekk il-firem imsemmijin hawn fuq u fit-tielet subparagrafu tal-punt 3 jiġu rrifjutati, ir-rapport għandu jsemmi dan il-fatt.
Kull meta jittieħdu l-kampjuni, wieħed mill-kampjuni għandu jibqa' fl-istabbiliment fejn jittieħdu l-kampjuni bħala l-kampjun tal-kontroll, u kampjun ieħor għandu jieħdu l-korp kompetenti li l-uffiċjal tiegħu jkun ħa l-kampjun. Tliet kampjuni għandhom jintbagħtu lil-laboratorju uffiċjali li se jwettaq l-eżami analitiku jew organolettiku. Hemmhekk għandu jkun analizzat wieħed mill-kampjuni. Kampjun ieħor għandu jinżamm bħala kampjun tal-kontroll. Il-kampjuni tal-kontroll għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin wara li jittieħdu.
Il-konsenji tal-kampjuni għandu jkollhom tikketta ħamra fuq l-imballaġġ ta' barra li tkun konformi mal-mudell fil-punt B tal-Parti II. It-tikketta għandha tkun 50 mm b'25 mm.
Meta jsir dispaċċ tal-kampjuni, il-korp kompetenti tal-Istat Membru li minnu jintbagħtu l-kampjuni għandu jżid it-timbru tiegħu parzjalment fuq l-imballaġġ ta' barra tal-pakkett u parzjalment fuq it-tikketta ħamra.
PARTI II
A. It-tikketta li tiddeskrivi l-kampjun skont il-punt 3 tal-Parti I
L-informazzjoni meħtieġa:
l-isem, l-indirizz, inkluż l-Istat Membru, in-numru tat-telefown, il-fax u l-email tal-korp kompetenti li l-kampjun ittieħed skont l-istruzzjonijiet tiegħu;
in-numru tas-serje tal-kampjun;
id-data meta jittieħed il-kampjun;
isem l-uffiċjal tal-korp kompetenti awtorizzat biex jieħu l-kampjun;
l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, il-fax, l-email tal-impriża fejn jittieħed il-kampjun;
l-identità tar-reċipjent imnejn jittieħed il-kampjun (eż. in-numru tar-reċipjent, in-numru tal-lott tal-fliexken, eċċ.);
deskrizzjoni tal-prodott, inkluż iż-żona tal-produzzjoni, is-sena tal-ħsad, il-qawwa alkoħolika proprja jew potenzjali u, jekk jista' jkun, il-varjetà tal-għeneb tal-inbid;
il-kliem: “Il-kampjun tal-kontroll riżervat jista' jiġi eżaminat biss minn laboratorju awtorizzat biex iwettaq analiżi tal-kontroll. Il-ksur tas-siġill hija offiża punibbli.”
Osservazzjonijiet:
Id-daqs minimu: 100 mm b'100 mm.
B. Mudell tat-tikketta ħamra msemmija fil-punt 6 tal-Parti I
L-UNJONI EWROPEA
Prodotti għal testijiet analitiċi u organolettiċi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274
ANNESS III
IL-KAMPJUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27
PARTI I
L-istruzzjonijet għat-teħid tal-kampjuni tal-għeneb frisk u għall-ipproċessar tiegħu fi nbid għall-analiżi bil-metodi isotopiċi msemmija fl-Artikolu 27
A. It-teħid tal-kampjuni tal-għeneb
Kull kampjun għandu jkollu mill-anqas 10 kg ta' għeneb misjur tal-istess varjetà. Dan għandu jittieħed fil-kundizzjoni kif jinstab. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir matul il-perjodu meta jsir il-ħsad inkwistjoni. L-għeneb miġbur għandu jkun rappreżentattiv tal-għalqa kollha. Il-kampjuni tal-għeneb frisk, jew tal-most ippressat derivat, jistgħu jiġu priżervati fil-friża għal użu ulterjuri. Hu biss meta jkun previst kejl tal-ossiġnu-18 tal-ilma tal-most li tista' tittieħed alikwota tal-most b'mod separat, u tiġi priżervata wara l-ippressar tal-kampjun kollu tal-għeneb.
Meta jitteħdu l-kampjuni, għandha titħejja karta deskrittiva. Din il-karta għandu jkollha l-ewwel parti dwar it-teħid tal-kampjuni tal-għeneb u t-tieni taqsima dwar il-vinifikazzjoni. Għandha tinżamm mal-kampjun u għandha tkun preżenti tul il-ġarr kollu. Għandha tkun aġġornata b'nota dwar kull xorta ta' trattament li jsir lill-kampjun. Il-karta deskrittiva dwar it-teħid tal-kampjuni għandha titħejja skont il-punt A tal-kwestjonarju fil-Parti III.
B. Il-vinifikazzjoni
Il-vinifikazzjoni għandu jagħmilha l-korp kompetenti jew dipartiment awtorizzat minn dak il-korp għal dan il-għan, u meta possibbli skont kundizzjonijiet komparabbli mal-kundizzjonijiet normali fiż-żona tal-produzzjoni li l-kampjun ikun rappreżentattiv tagħha. Il-vinifikazzjoni jenħtieġ li twassal għal trasformazzjoni sħiħa taz-zokkor f'alkoħol, jiġifieri f'anqas minn 2 g/l ta' zokkor residwu. Iżda xi drabi, pereżempju meta tkun trid tiġi żgurata rappreżentattività akbar, jistgħu jkunu aċċettati ammonti akbar ta' zokkor residwu. Malli l-inbid ikun iċċara u stabbilizza bl-SO2, dan għandu jitqiegħed fi fliexken ta' 75 cl u jiġi ttikkettat.
Il-karta deskrittiva tal-vinifikazzjoni għandha titħejja skont il-punt B tal-kwestjonarju fil-Parti III.
PARTI II
L-għadd ta’ kampjuni li jridu jieħdu l-Istati Membri kull sena għall-bank tad-data analitiku kif imsemmi fl-Artikolu 27(3)
PARTI III
Kwestjonarju dwar il-ġbir u l-vinifikazzjoni tal-kampjuni tal-għeneb maħsuba għall-analiżi bil-metodi isotopiċi kif imsemmi fl-Artikolu 27(5)
Il-metodi analitiċi u l-espressjoni tar-riżultati (l-unitajiet) li jridu jintużaw huma dawk li tirrakkomanda u tippubblika l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV).
A.
1. Informazzjoni ġenerali
In-numru tal-kampjun:
L-isem u l-kariga tal-uffiċjal jew tal-persuna awtorizzata li ħa l-kampjun:
L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun:
L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mill-vinifikazzjoni u d-dispaċċ tal-kampjun, jekk dan ikun korp ieħor għajr dak imsemmi fil-punt 1.3:
2. Deskrizzjoni ġenerali tal-kampjuni
L-oriġini (il-pajjiż, ir-reġjun):
Is-sena tal-ħsad:
Il-varjetà tad-dielja:
Il-lewn tal-għeneb:
3. Deskrizzjoni tal-vinja
L-isem u l-indirizz tal-persuna li jikkultiva l-għalqa:
Il-post ġeografiku tal-għalqa
It-tip tal-ħamrija (eż. bil-ġir, taflija, bil-ġir u taflija, ramlija):
Il-qagħda (eż. imżerżqa, watja, esposta għax-xemx):
L-għadd ta' vinji f'kull ettaru:
L-età approssimattiva tal-vinja (anqas minn 10 snin/bejn 10 u 25 sena/iżjed minn 25 sena):
L-altitudni:
Il-metodu tat-taħriġ u taż-żbir:
It-tip tal-inbid li minnu normalment isir l-għeneb (ara l-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):
4. Karatteristiċi tal-għalla u tal-most
Stima tar-rendiment għal kull ettaru tal-għalqa maħsuda: (kg/ha):
L-istat tas-saħħa tal-għeneb (eż. tajjeb, imħassar), li jispeċifika jekk l-għeneb kienx niexef jew imxarrab meta ttieħed il-kampjun:
Id-data meta jittieħed il-kampjun:
5. Il-kundizzjonijiet tat-temp qabel il-ħsad
Niżlet xita fl-għaxart ijiem ta' qabel il-ħsad: iva/le
Jekk iva, informazzjoni addizzjonali jekk disponibbli:
6. Il-vinji msoqqija:
Jekk l-għalla tissaqqa, id-data tal-aħħar tisqija:
(Timbru tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun, u l-isem, il-kariga u l-firma tal-uffiċjal li jieħu l-kampjun)
B.
1. Il-mikrovinifikazzjoni
Il-piż tal-kampjun tal-għeneb, f'kg:
Il-metodu tal-ippressar:
Il-volum tal-most miksub:
Karatteristiċi tal-most:
Il-metodu tat-trattament tal-most (eż. sedimentazzjoni, ċentrifugazzjoni):
Il-levatura (il-varjetà tal-ħmira użata). Indika jekk saritx fermentazzjoni spontanja jew le:
It-temperatura matul il-fermentazzjoni:
Il-metodu li jiddetermina t-tmiem tal-fermentazzjoni:
Il-metodu tat-trattament tal-inbid (eż. tiswib):
Iż-żieda tad-diossidu tal-kubrit f'mg/l:
Analiżi tal-inbid miksub
2. Tabella kronoloġika tal-vinifikazzjoni tal-kampjun
Id-data:
Id-data meta titlesta l-Parti II:
(Timbru tal-korp kompetenti li jkun wettaq il-vinifikazzjoni u firma tal-uffiċjal kompetenti ta' dak il-korp)
PARTI IV
Mudell għal rapport tal-analiżi tal-kampjuni tal-inbid u tal-prodotti tad-dwieli analizzati bil-metodi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV msemmija fl-Artikolu 27(5)
A. INFORMAZZJONI ĠENERALI
Il-pajjiż:
In-numru tal-kampjun:
Is-sena:
Il-varjetà tad-dielja:
It-tip tal-inbid:
Ir-reġjun/distrett:
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, il-fax u l-email tal-laboratorju responsabbli mir-riżultati:
Il-kampjun hu għall-analiżi tal-kontroll mill-ERC-CWS: iva/le
B. METODI U RIŻULTATI
1. |
L-inbid (trasferit mill-Parti III tal-Anness III)
1.1.
Il-qawwa alkoħolika skont il-volum: % vol
1.2.
L-estratt niexef totali: g/l
1.3.
Iz-zokkor riduċenti: g/l
1.4.
L-aċidità totali espressa bħala aċidu tartariku: g/l
1.5.
Id-diossidu tal-kubrit totali: mg/l |
2. |
Distillazzjoni tal-inbid għal SNIF-NMR
2.1.
Deskrizzjoni tal-apparat tad-distillazzjoni:
2.2.
Il-volum tal-inbid distillat/il-piż tad-distillat miksub: |
3. |
Analiżi tad-distillat
3.1.
Il-qawwa alkoħolika ta' % tad-distillat (m/m): |
4. |
Ir-riżultat tal-proporzjonijiet isotopiċi tad-dewterju/idroġenu tal-etanol imkejjel b'NMR
4.1.
(D/H)I = ppm
4.2.
(D/H)II = ppm
4.3.
“R” = |
5. |
Il-parametri NMR Il-frekwenza osservata: |
6. |
Ir-riżultat tal-proporzjon isotopiku 18O/16O tal-inbid δ 18O [‰] = ‰ V. SMOW — SLAP |
7. |
Ir-riżultat tal-proporzjon isotopiku 18O/16O tal-most (meta japplika) δ 18O [‰] = ‰ V. SMOW — SLAP |
8. |
Ir-riżultat tal-proporzjon isotopiku 13C/12C tal-etanol tal-inbid δ 13C [‰] = ‰ V-PDB. |
ANNESS IV
IN-NOTIFIKI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 33
PARTI I
Il-formola għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(a)
Tabella
Inventarju taż-żoni tal-produzzjoni tal-inbid
L-Istat Membru: |
||||||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|||||
Is-sena tal-inbid: |
|
|||||
Iż-żoni/reġjuni |
Iż-żoni li effettivament tħawlu bid-dwieli (f'ettari) eliġibbli għall-produzzjoni ta' (*1): |
|||||
l-inbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) (*2) |
l-inbid b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) (*3) |
l-inbid mingħajr DOP/IĠP f'żona ta' DOP/IĠP |
l-inbid mingħajr DOP/IĠP barra minn żona ta' DOP/IĠP |
Total |
||
li minnu huma inklużi fil-kolonna (2) |
li minnu mhumiex inklużi fil-kolonna (2) |
|||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
1 |
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
Total għall-Istat Membru |
|
|
|
|
|
|
(*1)
Id-data tirreferi għall-31 ta' Lulju tas-sena tal-inbid preċedenti
(*2)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika
(*3)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'DOP u l-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika (il-kolonna (3)), jew biss għall-inbid b'IĠP u l-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika (il-kolonna (4)). L-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonni (3) u (4) ma għandha tiddaħħal fil-kolonni (5) u (6) Nota: il-valuri li jridu jiddaħħlu fil-kolonna (7) = (2) + (4) + (5) + (6) |
L-iskadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu.
PARTI II
Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(1)(b)
Tabella A
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – persentaġġ
L-Istat Membru: |
|
|
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|
Is-sena: |
|
|
Il-metodu tal-kalkolu f’konformità mal-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
||
Il-persentaġġ li jrid jiġi applikat fil-livell nazzjonali: |
|
|
Il-ġustifikazzjonijiet dwar il-limitazzjoni tal-persentaġġ fil-livell nazzjonali (meta jkun inqas minn 1 %): |
|
|
Superfiċje A: Is-superfiċje totali (f’ettari) f’konformità mal-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 attwalment imħawla (fl-aħħar tal-31 ta’ Lulju): |
|
|
B1: Is-superfiċje totali (f’ettari) li effettivament tħawlet bid-dwieli fil-31 ta’ Lulju, 2015: |
|
|
B2: Is-superfiċje (f’ettari) koperta minn drittijiet tat-tħawwil disponibbli għall-konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet fl-1 ta’ Jannar 2016 |
|
|
Is-Superfiċje B (B1+B2) is-Superfiċje f’konformità mal-Artikolu 63(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: |
|
|
(Is-Superfiċje A jew s-Superfiċje B immultiplikata bil-persentaġġ applikat fil-livell nazzjonali) = is-Superfiċje totali (f’ettari) għat-tħawwil tad-dwieli ġodda fil-livell nazzjonali, abbażi tal-persentaġġ u r-referenza deċiża: |
|
|
Is-superfiċje totali (f’ettari) trasferita mis-sena ta’ qabel f’konformità mal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament: |
|
|
Is-superfiċje (f’ettari) f’konformità mal-Artikolu 68(2a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (għas-snin 2023-2025 biss) |
|
|
Is-superfiċje totali (f’ettari) tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda fil-livell nazzjonali: |
|
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta’ Marzu
Tabella B
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – limitazzjonijiet ġeografiċi
L-Istat Membru: |
||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|
Is-sena: |
|
|
Meta xieraq, il-limitazzjonijiet deċiżi fil-livell ġeografiku rilevanti: |
||
A. għal kull reġjun, meta xieraq |
Żona limitata |
|
reġjun 1 |
|
|
reġjun 2 |
|
|
… |
|
|
B. għal kull “subreġjun”, meta xieraq |
Żona limitata |
|
subreġjun 1 |
|
|
subreġjun 2 |
|
|
… |
|
|
C. għal kull żona ta' DOP/IĠP, meta xieraq |
Żona limitata |
|
żona ta' DOP/IĠP 1 |
|
|
żona ta' DOP/IĠP 2 |
|
|
… |
|
|
D. għal kull żona mingħajr DOP/IĠP, meta xieraq |
Żona limitata |
|
żona mingħajr DOP/IĠP 1 |
|
|
żona mingħajr DOP/IĠP 2 |
|
|
… |
|
|
Nota: Ma' din it-tabella jridu jiżdiedu l-ġustifikazzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013. |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.
Tabella C
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – Deċiżjonijiet dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà ppubblikati fil-livell ġeografiku rilevanti
L-Istat Membru: |
|||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
||
Is-sena: |
|
||
Il-kriterji tal-eliġibbiltà, meta xieraq: |
|||
Il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 |
Magħżula mill-Istati Membri: iva/le |
Jekk iva, indika l-livell ġeografiku rilevanti meta xieraq: |
|
L-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|
żona ta' DOP 1; żona ta' DOP 2; … |
|
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 |
|
żona ta' IĠP 1; żona ta' IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
Magħżula mill-Istati Membri: iva/le |
Jekk iva għall-Artikolu 64(1)(d), indika l-livell ġeografiku speċifiku meta xieraq: |
|
Il-kriterji ta' prijorità, l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|||
L-Artikolu 64(2)(a) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(b) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(c) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(d) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(e) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(f) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(g) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
L-Artikolu 64(2)(h) |
|
reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1; reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2; … |
|
Nota: Jekk iva għall-Artikolu 64(1)(d), ma' din it-tabella għandhom jiżdiedu l-ġustifikazzjonijiet relatati msemmija fl-Artikolu 64(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu
Tabella D
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – Deċiżjonijiet dwar id-distribuzzjoni prorata u l-kriterji ta' prijorità ppubblikati fil-livell ġeografiku rilevanti
L-Istat Membru: |
|||||||||||||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
||||||||||||
Is-sena: |
|
||||||||||||
Is-superfiċje totali (f'ettari) li trid tkun disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda fil-livell nazzjonali: |
|
||||||||||||
1. Id-distribuzzjoni prorata, meta xieraq: |
|||||||||||||
Il-persentaġġ taż-żona li trid tingħata fuq bażi prorata fil-livell nazzjonali: |
|
||||||||||||
L-għadd ta' ettari: |
|
||||||||||||
2. Il-kriterji ta' prijorità, meta xieraq: |
|||||||||||||
Il-persentaġġ taż-żona li trid tingħata skont il-kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali: |
|
||||||||||||
L-għadd ta' ettari: |
|
||||||||||||
Informazzjoni dwar l-iskala unika stabbilita fil-livell nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-livell tal-konformità tal-applikazzjonijiet individwali mal-kriterji ta' prijorità magħżula (il-firxa tal-valuri, minimi u massimi …): |
|||||||||||||
2.1. Jekk jiġu applikati kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali mingħajr differenzazzjoni skont iż-żona |
|||||||||||||
Il-kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva: |
|||||||||||||
Il-kriterji ta' prijorità: L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: |
L-Artikolu 64(2)(a) (*) |
L-Artikolu 64(2)(a) (**) |
L-Artikolu 64(2)(b) |
L-Artikolu 64(2)(c) |
L-Artikolu 64(2)(d) |
L-Artikolu 64(2)(e) |
L-Artikolu 64(2)(f) |
L-Artikolu 64(2)(g) |
L-Artikolu 64(2)(h) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (***) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (****) |
||
L-importanza (minn 0 sa 1): |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
(*) Applikant ġdid (nota: il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintgħażlu f'daqqa, japplika biss wieħed minnhom) (**) Produttur żagħżugħ (***) L-imġiba preċedenti tal-produttur (****) Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità |
|||||||||||||
2.2. Jekk jiġu applikati kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali b'differenzazzjoni skont iż-żona |
|||||||||||||
2.2.1. Iż-żona 1: (iddeskrivi l-limiti territorjali taż-żona 1) |
|||||||||||||
Il-kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva: [Jekk ma jintgħażel l-ebda kriterju għal din iż-żona speċifika, indika żero fil-kolonni kollha t'hawn isfel] |
|||||||||||||
Il-kriterji ta' prijorità: L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: |
L-Artikolu 64(2)(a) (*) |
L-Artikolu 64(2)(a) (**) |
L-Artikolu 64(2)(b) |
L-Artikolu 64(2)(c) |
L-Artikolu 64(2)(d) |
L-Artikolu 64(2)(e) |
L-Artikolu 64(2)(f) |
L-Artikolu 64(2)(g) |
L-Artikolu 64(2)(h) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (***) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (****) |
||
L-importanza (minn 0 sa 1): |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
(*) Applikant ġdid (nota: il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintgħażlu f'daqqa, japplika biss wieħed minnhom) (**) Produttur żagħżugħ (***) L-imġiba preċedenti tal-produttur (****) Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità |
|||||||||||||
… |
|||||||||||||
2.2.n. Iż-żona n: (iddeskrivi l-limiti territorjali taż-żona n) |
|||||||||||||
Il-kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva: [Jekk ma jintgħażel l-ebda kriterju għal din iż-żona speċifika, indika żero fil-kolonni kollha t'hawn isfel] |
|||||||||||||
Il-kriterji ta' prijorità: L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: |
L-Artikolu 64(2)(a) (*) |
L-Artikolu 64(2)(a) (**) |
L-Artikolu 64(2)(b) |
L-Artikolu 64(2)(c) |
L-Artikolu 64(2)(d) |
L-Artikolu 64(2)(e) |
L-Artikolu 64(2)(f) |
L-Artikolu 64(2)(g) |
L-Artikolu 64(2)(h) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (***) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (****) |
||
L-importanza (minn 0 sa 1): |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
(*) Applikant ġdid (nota: il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintgħażlu f'daqqa, japplika biss wieħed minnhom) (**) Produttur żagħżugħ (***) L-imġiba preċedenti tal-produttur (****) Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.
PARTI III
Il-formola għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(e)
Tabella
Iż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjonijiet korrispondenti wara l-31 ta' Diċembru 2015 u ż-żoni maqlugħa skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013
L-Istat Membru: |
|||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
||
Is-sena jew perjodu tal-inbid (1): |
|
||
Iż-żoni/reġjuni |
Is-superfiċje (f'ettari) li tħawlet bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni korrispondenti tat-tħawwil wara l-31 ta' Diċembru 2015: |
||
Iż-żoni maqlugħa mill-produtturi matul is-sena tal-inbid |
Iż-żoni maqlugħa mill-Istat Membru matul is-sena tal-inbid |
Inventarju taż-żoni totali tat-tħawwil mhux awtorizzat li ma jkunx għadhom inqalgħu sa tmiem is-sena tal-inbid |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
1 |
|
|
|
2 |
|
|
|
… |
|
|
|
Total għall-Istat Membru: |
|
|
|
(1)
Id-data għandha tirreferi għas-sena tal-inbid ta' qabel il-komunikazzjoni. |
L-iskadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu.
PARTI IV
Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(2)(a)
Tabella A
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda mitluba mill-applikanti
L-Istat Membru: |
||||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|||
Is-sena: |
|
|||
Iż-żoni/reġjuni |
L-għadd ta' ettari mitluba għat-tħawwil tad-dwieli ġodda f'żona eliġibbli għall-produzzjoni ta': |
|||
l-inbid b'DOP (*1) |
l-inbid b'IĠP (*2) |
l-inbid mingħajr DOP/IĠP biss |
Total |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Total għall-Istat Membru |
|
|
|
|
Jekk japplikaw limitazzjonijiet fil-livell ġeografiku rilevanti (l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013): |
||||
għal kull żona ta'/mingħajr DOP/IĠP rilevanti: |
Is-superfiċje mitluba (f'ettari) |
|||
(1) |
(2) |
|||
żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1 |
|
|||
żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2 |
|
|||
… |
|
|||
(*1)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).
(*2)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4). |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.
Tabella B
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda effettivament mogħtija u ż-żoni rrifjutati
L-Istat Membru: |
||||||||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|||||||
Is-sena kkonċernata: |
|
|||||||
Iż-żoni/reġjuni |
L-għadd ta' ettari mitluba għat-tħawwil tad-dwieli ġodda f'żona eliġibbli għall-produzzjoni ta': |
Iż-żona rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 7(3)) (f'ettari) |
||||||
l-inbid b'DOP (*1) |
l-inbid b'IĠP (*2) |
l-inbid mingħajr DOP/IĠP biss |
Total |
|||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
|||
1 |
|
|
|
|
|
|||
2 |
|
|
|
|
|
|||
… |
|
|
|
|
|
|||
Total għall-Istat Membru |
|
|
|
|
|
|||
Iż-żona rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 7(3)): |
|
|
|
|
|
|||
Jekk japplikaw limitazzjonijiet fil-livell ġeografiku rilevanti (l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013): |
||||||||
għal kull żona ta'/mingħajr DOP/IĠP rilevanti: |
Is-superfiċje mogħtija (f'ettari) |
Iż-żona rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 7(3)) (f'ettari) |
Is-superfiċje mitluba u mhux mogħtija mill-Istat Membru (f'ettari) għax: |
|||||
taqbeż il-limiti stipulati |
mhix konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà |
|||||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
||||
żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1 |
|
|
|
|
||||
żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2 |
|
|
|
|
||||
… |
|
|
|
|
||||
(*1)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).
(*2)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4). |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.
PARTI V
Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(1)(c) u 33(2)(b)
Tabella A
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli – ir-restrizzjonijiet applikati
L-Istat Membru: |
||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|
Is-sena: |
|
|
meta xieraq, indika r-restrizzjonijiet fuq it-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli għaż-żoni ta' DOP/IĠO rilevanti deċiżi mill-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: |
||
Iż-żona ta' DOP, meta xieraq |
||
żona ta' DOP 1 |
|
|
żona ta' DOP 2 |
|
|
… |
|
|
Iż-żona ta' IĠP, meta xieraq |
||
żona ta' IĠP 1 |
|
|
żona ta' IĠP 2 |
|
|
… |
|
|
Aktar informazzjoni meqjusa siewja biex tiċċara l-applikazzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet: |
||
(*1)
Total (T): ir-restrizzjoni hi assoluta, it-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli li jmur kontra r-restrizzjonijiet deċiżi hu projbit għalkollox.
(*2)
Parzjali (P): ir-restrizzjoni mhix assoluta, it-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli li jmur kontra r-restrizzjonijiet deċiżi hu parzjalment permess, sal-punt deċiż mill-Istat Membru. |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.
Tabella B
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli effettivament mogħtija
L-Istat Membru: |
||||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|||
Is-sena tal-inbid: |
|
|||
Iż-żoni/reġjuni |
L-għadd ta' ettari mitluba għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli f'żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta': |
|||
l-inbid b'DOP (*1) |
l-inbid b'IĠP (*2) |
l-inbid mingħajr DOP/IĠP |
Total |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Total għall-Istat Membru |
|
|
|
|
(*1)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).
(*2)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4). |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.
Nota: Id-data għandha tirreferi għas-sena tal-inbid ta' qabel il-komunikazzjoni.
PARTI VI
Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(2)(c)
Drittijiet tat-tħawwil mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2015 u kkonvertiti f'awtorizzazzjonijiet – L-awtorizzazzjonijiet effettivament mogħtija
L-Istat Membru: |
||||
Id-data tal-komunikazzjoni: |
|
|||
Is-sena tal-inbid: |
|
|||
Iż-żoni/reġjuni |
L-għadd ta' ettari effettivament mogħtija għaż-żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta': |
|||
l-inbid b'DOP (*1) |
l-inbid b'IĠP (*2) |
l-inbid mingħajr DOP/IĠP |
Total |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
Total għall-Istat Membru |
|
|
|
|
(*1)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).
(*2)
Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4). |
L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta’ Novembru
NB Din it-tabella għandha tintbagħat għal kull sena tal-inbid (mill-1 ta’ Awwissu tas-sena n-1 sal-31 ta’ Lulju tas-sena tal-komunikazzjoni) sal-1 ta’ Novembru tas-sena wara tmiem l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 68(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-iskadenza deċiża mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, il-komunikazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandha ssir sal-1 ta’ Marzu 2023.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).