Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2022:288:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 288, 29 ta' Lulju 2022


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 288

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
29 ta' Lulju 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 288/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri

1

2022/C 288/02

Avviż tal-Kummissjoni dwar linji gwida fir-rigward tal-proċedura għall-akkreditazzjoni, l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti biex jaċċessaw il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-vettura stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858

7

2022/C 288/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10624 — ENEL / INTESA / JV) ( 1 )

33


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 288/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Lulju 2022

34

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2022/C 288/05

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)

35


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 288/06

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

38

2022/C 288/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

43

2022/C 288/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

46


 

Rettifika

 

għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2021 dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal azzjonijiet skont is-Seba’ Programm Kwadru, Orizzont 2020, Orizzont Ewropa u l-Programmi Euratom ( ĠU C 514 I, 21.12.2021 )

51


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri

(2022/C 288/01)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93, l-Istati Membri huma mitluba jibagħtu lill-Kummissjoni l-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 2, u t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex ikun hemm komunikazzjoni rapida ma’ dawn l-awtoritajiet.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla f’dik id-data. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dan it-tagħrif, u kull bidla li ssir fih, lill-awtoritajiet

kompetenti kollha fil-Komunità, u għandha tippubblikah f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tieħu post il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2015/C 290/01 rigward ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri (ĠU C 290, 4.9.2015, p. 1).

Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u t-tagħrif kollu meħtieġ għal komunikazzjoni rapida magħhom jinsabu hawn taħt.

Awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1493/93 dwar kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi bejn l-Istati Membri

L-Awstrija

Zentrales Strahlenquellenregister

Bundesministerium für Klimaschutz, Umwelt, Energie, Mobilität, Innovation und Technologie

Abteilung V/8 – Strahlenschutz

Untere Donaustraße 11

1020 Wien

Tel. +43 171100-614406

Indirizz elettroniku: strahlenregister@bmk.gv.at

Il-Belġju

Federal Agency for Nuclear Control (FANC)

Security & Transport Department

Import & Transport Office

Rue Ravensteinstraat 36

1000 Brussels

Tel. +32 22892181

Indirizz elettroniku: transport@fanc.fgov.be

Internet: www.fanc.fgov.be

Il-Bulgarija

Nuclear Regulatory Agency

Blvd. “Shipchenski Prohod” 69

1574 Sofia

Tel. +359 29406801

Fax +359 29406919

+359 29406889

Indirizz elettroniku: mail@bnra.bg

Internet: www.bnra.bg

Il-Kroazja

Ministry of the Interior

Civil Protection Directorate

Sector for Radiological and Nuclear Safety

Fax +385 13788599

Indirizz elettroniku: sector.rns@civilna-zastita.hr

https://civilna-zastita.gov.hr/podrucja-djelovanja/83

Ċipru

Radiation Inspection and Control Service

Department of Labour Inspection

Ministry of Labour, Welfare and Social Insurance

Apellis Street 12

1080 Nicosia

Tel. +357 22405623

Fax +357 22663788

Indirizz elettroniku: info@dli.mlsi.gov.cy

Internet: www.mlsi.gov.cy/dli

Ir-Repubblika Ċeka

State Office for Nuclear Safety

Register and Exposure Assessment Division

Senovážné náměstí 9

110 00 Praha 1

Tel. +420 221624255

Fax +420 221624817

Indirizz elettroniku: jan.vinklar@sujb.cz

Internet: www.sujb.cz

Id-Danimarka

Danish Health Authority

Radiation Protection

Knapholm 7

2730 Herlev

Tel. +45 44543454

Fax +45 72227417

Indirizz elettroniku: sis@sis.dk

Internet: www.sis.dk

L-Estonja

Environmental Board

Climate and Radiation Department

Kopli 76

10416 Tallinn

Tel. +372 6625999

Fax +372 6807427

Indirizz elettroniku: info@keskkonnaamet.ee

Internet: www.keskkonnaamet.ee

Il-Finlandja

Radiation and Nuclear Safety Authority (STUK)

P.O. Box 14

FI-00881 Helsinki

Tel. +358 9759881

Fax +358 975988500

Indirizz elettroniku: stuk@stuk.fi

Internet: www.stuk.fi

Franza

Institut de Radioprotection et de Sûreté Nucléaire (IRSN)

Boîte postale 17

31 avenue de la Division Leclerc

BP 17

92260 Fontenay-aux-Roses

Tel. +331 58357754

Fax +331 58359536

Indirizz elettroniku: inventaire@irsn.fr

Internet: www.irsn.fr

Il-Ġermanja

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

65760 Eschborn

Tel. +49 61969080

Fax +49 6196908800

Indirizz elettroniku: radionuklide@bafa.bund.de

Internet: www.bafa.de

Il-Greċja

Greek Atomic Energy Commission (EEAE)

Patriarchou Grigoriou and

Neapoleos, P.O. Box 60092

Ag. Paraskevi

153 10 Attica

Tel. +30 2106506803

Indirizz elettroniku: chairman@eeae.gr

Internet: www.eeae.gr

L-Ungerija

Hungarian Atomic Energy Authority

PO Box 676

Budapest 114

1539

Tel. +36 14364800

Fax +36 14364804

Indirizz elettroniku: haea@haea.gov.hu

Internet: www.oah.hu

L-Irlanda

Radiation Protection Regulation Team

Office of Environmental Enforcement

Environmental Protection Agency

McCumiskey House

Richview

Clonskeagh Road

Dublin 14

D14 YR62

Tel. +353 12680100

Fax +353 12680199

Indirizz elettroniku: RadRegulatory@epa.ie

Internet: www.epa.ie

L-Italja

Italian National Institute for Environmental Protection and Research (ISPRA)

Department for Nuclear, Technological and Industrial Risk

Via Vitaliano Brancati 48

00144 Roma

Tel. +39 0650072009

+39 0650072851

Fax +39 0650072941

Indirizz elettroniku: protocollo.ispra@ispra.legalmail.it

Internet: www.isprambiente.gov.it

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per il Mercato Elettrico,

le Rinnovabili e l’Efficienza Energetica, il Nucleare

Divisione V – Impieghi pacifici dell’energia nucleare, ricerca e gestione di materiali e rifiuti nucleari

Via Molise 6

00187 Roma

Tel. +39 0647052531

+39 0647052639

Fax +39 0647053980

Indirizz elettroniku: dgmereen.segreteria@mise.gov.it

Internet: www.mise.gov.it

Il-Latvja

Radiation Safety Centre of

State Environmental Service of Latvia

Rupniecibas Street 23

Riga, LV-1045

Tel. +371 67084306

Indirizz elettroniku: pasts@vvd.gov.lv

Internet: www.vvd.gov.lv

Il-Litwanja

Radiation Protection Centre

Kalvarijų st. 153

LT-08352 Vilnius

Tel. +370 52361936

Fax +370 52763633

Indirizz elettroniku: rsc@rsc.lt

Internet: www.rsc.lt

Il-Lussemburgu

Directeur de la Santé

Division de la Radioprotection

Villa Louvigny

Allée Marconi

L-2120 Luxembourg

Tel. +352 24785670

Fax +352 467522

Indirizz elettroniku: secretariat.radioprotection@ms.etat.lu

Malta

Radiation Protection Board

OHSA Building

17, Triq Edgar Ferro

Pietà

PTA 3153

Tel. +356 21247677

Fax +356 21232909

Indirizz elettroniku: ohsa.rpb@gov.mt

In-Netherlands

Authority for Nuclear Safety and Radiation Protection (ANVS)

Koningskade 4

2596 AA Den Haag

PO Box 16001

2500 BA Den Haag

Tel. +31 (0)884890500

Indirizz elettroniku: postbus.transportinfo@anvs.nl

Internet: www.anvs.nl

Il-Polonja

National Atomic Energy Agency of the Republic of Poland

Radiation Protection Department

Bonifraterska 17 st.

00-203 Warsaw

Tel. +48 225562800

Fax +48 226213786

Indirizz elettroniku: secretariat.dor@paa.gov.pl

Internet: www.gov.pl/paa

Il-Portugall

Agência Portuguesa do Ambiente

Rua da Murgueira 9

Zambujal - Alfragide

2610-124 Amadora

Tel. +351 214728200

Tel. +351 214728232

Indirizz elettroniku: geral@apambiente.pt

radiacao@apambiente.pt

Internet: www.apambiente.pt

Ir-Rumanija

National Commission for Nuclear Activities Control (CNCAN)

Blvd. Libertatii nr. 14, sector 5

050706 București

Tel. +40 213160572

Fax +40 213173887

Indirizz elettroniku: office@cncan.ro

Internet: www.cncan.ro

Ir-Repubblika Slovakka

Public Health Authority of the Slovak Republic

Trnavská cesta 52

826 45 Bratislava

Tel. +421 249284253

+421 249284111

Fax +421 244372619

Indirizz elettroniku: uvzsr@uvzsr.sk

podatelna@uvzsr.sk

Internet: www.uvzsr.sk

Is-Slovenja

Għal sorsi radjuattivi fis-setturi mediċi u veterinarji:

Ministry of Health

Slovenian Radiation Protection Administration

Ajdovščina 4

SI-1000 Ljubljana

Tel. +386 14788709

Fax +386 14788715

Indirizz elettroniku: gp-ursvs.mz@gov.si

Internet: www.uvps.gov.si/en/

Għal sorsi radjuattivi f’setturi oħra (l-industrija, ir-riċerka):

Ministry of the Environment and Spatial Planning

Slovenian Nuclear Safety Administration

Litostrojska cesta 54

SI-1000 Ljubljana

Tel. +386 14721100

Fax +386 14721199

Indirizz elettroniku: gp.ursjv@gov.si

Internet: www.ursjv.gov.si/en/

Spanja

Punt ta’ kuntatt nazzjonali

Consejo de Seguridad Nuclear

C/ Pedro Justo Dorado Dellmans, 11

28040 Madrid

Madrid

Tel. +34 913460100

Fax +34 913460588

Javier Zarzuela

Indirizz elettroniku: jzj@csn.es

Rigward kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi lejn faċilitajiet nukleari, lejn faċilitajiet radjuattivi tal-ewwel kategorija jew lejn faċilitajiet radjuattivi tat-tieni u t-tielet kategorija fir-reġjuni ta’ Andalucía, Castilla-La Mancha u Melilla:

Dirección General de Política Energética y Minas

Paseo de la Castellana, 160

28071 Madrid

Madrid

Tel. +34 913497418

Fax +34 913497529

Indirizz elettroniku: Bzn-sgenergianuclear@miteco.es

Rigward kunsinni ta’ sustanzi radjuattivi lejn faċilitajiet radjuattivi tat-tieni u t-tielet kategorija fir-reġjuni li ġejjin:

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE ASTURIAS

Dirección General de Industria

Plaza de España, 1, 3.a planta

33007 Oviedo

Asturias

Tel. +34 985106676

Fax +34 985106675

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE ARAGÓN

Departamento de Industria, Competitividad y Desarrollo Empresarial

Dirección general de Energía y Minas

Servició de Gestión Energética

Paseo de María Agustín, 36

50004 Zaragoza

Zaragoza

Tel. +34 976714747

Fax +34 976715360

Indirizz elettroniku: gestionenergetica@aragon.es

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE ILLES BALEARS

Consejería de Transición Energética, Sectores Productivos y Memoria Democrática

Dirección General de Política Industrial

Servicio de Actividades Radiactivas

C/ del Bastió d’en Sanoguera, 2

07002 Palma

Illes Balears

Tel. +34 971176570

+34 971177000 + 63550

Fax +34 971176828

Indirizz elettroniku: rx@caib.es

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE CANARIAS

Consejería de Turismo, Industria y Comercio

Dirección General de Industria

Avda. Francisco La Roche, 35, Edificio Usos Múltiples I, 7a planta

38071 Santa Cruz de Tenerife

Santa Cruz de Tenerife

Tel. +34 928899400 (Ext. 89288)

+34 922475000 (Ext. 25216)

Fax +34 922475354

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE CANTABRIA

Consejería de Innovación, Industria, Transporte y Comercio

Dirección General de Industria, Energía y Minas

C/ Albert Einstein, 2

39011 Santander

Cantabria

Tel. +34 942200044

Fax +34 942200030

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE CASTILLA Y LEÓN

Consejería de Empleo e Industria

Dirección General de Industria

C/ Jacinto Benavente, 2, pta. 2a, ala norte

47195 Arroyo de la Encomienda

Valladolid

Tel. +34 983324288

Fax +34 983411410

Tel. +34 9833242291

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE CATALUÑA

Departamento de Empresa y Trabajo

Dirección General de Energía, Seguridad Industrial y Seguridad Minera

Servicio de Coordinación de Actividades Radioactivas

C/ Foc, 57, edificio A

08038 Barcelona

Barcelona

Tel. +34 933226633

Fax +34 934393996

Indirizz elettroniku: scar@gencat.cat

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE EXTREMADURA

Consejería para la Transición Ecológica y Sostenibilidad

Dirección General de Industria, Energía y Minas

Paseo de Roma, s/n

06800 Mérida

Badajoz

Tel. +34 924012115

Fax +34 924005601

Indirizz elettroniku: jose.narvaez@juntaex.es

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE GALICIA

Vicepresidencia Segunda y Consejería de Economía, Empresa e Innovación

Dirección General de Planificación Energética y Recursos Naturales

Edificio administrativo San Caetano, s/n, bloque 5, puerta 4.a

15781 Santiago de Compostela

A Coruña

Tel. +34 981545587

Fax +34 981957192

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE LA RIOJA

Consejería de Desarrollo Autonómico Secretaría General Técnica

Servicio de Industria y Comercio

C/ Marqués de la Ensenada, 13-15 (entrada por c/ Albia de Castro)

26071 Logroño

La Rioja

Tel. +34 941291710 / 941291711

Fax +34 941291206

Indirizz elettroniku: dg.itic@larioja.org

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE MADRID

Consejería de Economía, Empleo y Competitividad

Dirección General de Industria, Energía y Minas

Ramírez de Prado, 5 bis, 2.a planta

28045 Madrid

Madrid

Tel. +34 914206498

Fax +34 915802194

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE MURCIA

Consejería de Empresa, Empleo, Universidades y Portavocía

Dirección General de Energía y Actividad Industrial y Minera

C/ Nuevas Tecnologías, s/n

30205 Murcia

Murcia

Tel. +34 968362002

Fax +34 968362003

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE NAVARRA

Departamento de Desarrollo Económico y Empresarial

Dirección General de Industria, Energía y Proyectos Estratégicos S3

Servicio de Ordenación Industrial, Infraestructuras Energéticas y Minas

Parque Tomas Caballero, 1

31005 Pamplona

Navarra

Tel. +34 848424499

Fax +34 848426468

Indirizz elettroniku: mlesdelg@navarra.es

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE PAÍS VASCO

Departamento de Desarrollo Económico, Sostenibilidad y Medio Ambiente

Viceconsejería de Industria

Dirección de Proyectos Estratégicos y Administración Industrial

C/ Donostia-San Sebastián, 1

01010 Vitoria-Gasteiz

Araba/Álava

Tel. +34 945019696

+34 945019935

Fax +34 945019978

José Miguel Muñoz San Martín

Indirizz elettroniku: josemi-munoz@euskadi.eus

COMUNIDAD AUTÓNOMA DE COMUNITAT VALENCIANA

Consejería de Economía Sostenible, Sectores Productivos, Comercio y Trabajo

Dirección General de Industria, Energía y Minas

C/ de la Democracia, 77, Ciudad Administrativa 9 de octubre, Torre 2

46018 València

València/Valencia

Tel. +34 961209576

Fax +34 961209564

CIUDAD AUTÓNOMA DE CEUTA

Consejería de Sanidad, Consumo y Gobernación

Servicio de Consumo

Plaza de África, 1, acceso C, 1.o A

51001 Ceuta

Ceuta

Tel. +34 956511658

+34 9956515627

+34 956528129

Fax +34 956515988

L-Iżvezja

Strålsäkerhetsmyndigheten

SE-171 16 Stockholm

Tel. +46 87994000

Fax +46 87994010

Indirizz elettroniku: registrator@ssm.se

Internet: www.ssm.se


29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/7


Avviż tal-Kummissjoni dwar linji gwida fir-rigward tal-proċedura għall-akkreditazzjoni, l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti biex jaċċessaw il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-vettura stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858

(2022/C 288/02)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1244 (1) jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 (2) u b’mod partikolari jżid Appendiċi ġdid li jistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti (IO) biex jaċċessaw il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-vettura.

L-obbligi legali tal-proċedura rigward ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-approvazzjoni u fl-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti u tal-impjegati tagħhom biex jingħataw aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi relatata mas-sigurtà huma stabbiliti fl-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. F’konformità mal-punt 6.3 tal-Anness X, ir-rekwiżiti funzjonali dwar l-applikazzjoni tal-proċedura huma pprovduti b’appoġġ għall-obbligi legali permezz ta’ eżempji u każijiet ta’ użu fl-Anness ta’ dan l-Avviż tal-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1244 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess standardizzat għall-informazzjoni dwar id-dijanjostika abbord il-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vetturi (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 16).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS

Rekwiżiti funzjonali: każijiet ta’ użu

KAŻ TA’ UŻU SERMI 1. Talbiet għal bidliet fil-proċess ta’ akkreditazzjoni u monitoraġġ tal-implimentazzjoni bejn l-Istati Membri:

Attur

Membri tal-“Forum għall-Aċċess għall-RMI tal-Vettura Relatata mas-Sigurtà” jew “SERMI” u l-Kummissjoni

Għan

L-atturi jistgħu jagħmlu talba biex tinbidel l-iskema.

Input tal-Każ ta’ Użu

Talba biex tinbidel l-iskema biex wieħed jirċievi Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni (RMI) relatata mas-sigurtà

Output tal-Każ ta’ Użu

Skema aġġornata biex fejn xieraq wieħed jirċievi RMI relatata mas-sigurtà

Deskrizzjoni

SERMI titratta talbiet għal bidliet fl-iskema. Il-membri tagħha jevalwaw u jaġġornaw l-iskema. SERMI tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar talbiet għal bidliet fil-proċess ta’ akkreditazzjoni

KAŻ TA’ UŻU SERMI 2. Għażla taċ-ċentru/i ta’ fiduċja

Attur

Ċentru ta’ Fiduċja (TC)

Għan

Li jintgħażel TC.

Input tal-Każ ta’ Użu

Applikazzjoni tat-TC lil SERMI li tivvaluta jekk it-TC jissodisfax ir-rekwiżiti funzjonali u tekniċi kollha.

Output tal-Każ ta’ Użu

Applikazzjoni tat-TC aċċettata jew irrifjutata.

Lista aġġornata tat-TC magħżul.

Deskrizzjoni

SERMI tipproċessa talbiet mit-TCs li japplikaw għas-selezzjoni skont il-kriterji fil-punt 4.1.2. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. SERMI toħloq u taġġorna l-lista tat-TC magħżula. Il-Kummissjoni tiġi nnotifikata.

KAŻ TA’ UŻU SERMI 3. Li tiġi stabbilita l-gwida ta’ implimentazzjoni għall-interazzjoni bejn l-entitajiet involuti

Attur

SERMI u l-Kummissjoni

Għan

L-użu tal-gwida ta’ implimentazzjoni mill-manifatturi tal-vetturi u t-TC biex tinkiseb implimentazzjoni korretta tal-istandards ta’ komunikazzjoni meħtieġa: Online Certificate Status Protocol (OCSP) u Simple Object Access Protocol (SOAP).

Input tal-Każ ta’ Użu

Informazzjoni u standards magħrufa.

Output tal-Każ ta’ Użu

Gwida ta’ implimentazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-interfaċċi ta’ komunikazzjoni.

Deskrizzjoni

SERMI tipprovdi kontribut lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li tinħoloq u tinżamm l-implimentazzjoni filwaqt li jitqiesu t-titjib tar-rekwiżiti tas-sigurtà u t-titjib tat-teknoloġiji maż-żmien.

KAŻ TA’ UŻU NAB 1. Akkreditazzjoni ta’ Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità

Attur

Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità (CAB)

Għan

CAB akkreditat.

Input tal-Każ ta’ Użu

Formola ta’ applikazzjoni pprovduta minn CAB li għandha tiġi pproċessata mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (NAB).

Output tal-Każ ta’ Użu

CAB jista’ jkun jew akkreditat jew mhux akkreditat.

Rapport ta’ akkreditazzjoni ta’ CAB mill-NAB.

Deskrizzjoni

Formola ta’ akkreditazzjoni ipprovduta mill-NAB biex timtela minn CAB.

Il-formola ta’ akkreditazzjoni timtela mill-organizzazzjoni li tapplika biex tkun CAB.

L-NAB jivvaluta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha speċifikati.

L-akkreditazzjoni għandha tiżgura li s-CAB jiġi vvalutat għall-konformità mal-istandard “Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-operat ta’ diversi tipi ta’ korpi li jwettqu spezzjoni” (ISO/IEC 17020:2012) bħala korp ta’ spezzjoni tat-tip A.

Is-CAB jitlob akkreditazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

KAŻ TA’ UŻU NAB 2. L-ipproċessar tal-ilmenti kontra s-CABs

F’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, il-Korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa biex jittrattaw l-ilmenti kontra l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu akkreditaw.

Ir-responsabbiltajiet tal-NAB jinkludu:

(a)

jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tal-ilment,

(b)

jiżgura li lment dwar CAB akkreditat jiġi indirizzat għall-ewwel darba mis-CAB

(c)

jieħu miżuri korrettivi xierqa f’perjodu ta’ żmien raġonevoli fejn meħtieġ,

(d)

jirreġistra l-ilmenti u l-azzjonijiet kollha meħuda, u

(e)

iwieġeb lill-ilmentatur.

Matul il-proċess tal-ilmenti permezz tal-NAB, l-approvazzjonijiet kollha eżistenti tal-Operatur Indipendenti (IO), l-awtorizzazzjonijiet kollha tal-impjegati, iċ-ċertifikati ta’ spezzjoni, kif ukoll il-miżuri korrettivi li jkunu nħarġu minn dan is-CAB jibqgħu validi.

F’każ li l-NAB jiddeċiedi li jirtira l-akkreditazzjoni tas-CAB, l-approvazzjonijiet kollha tal-IO u ċ-ċertifikati ta’ spezzjoni tal-approvazzjoni relatati u ċ-ċertifikati ta’ spezzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-impjegati kollha li nħarġu minn dan is-CAB ma jibqgħux validi. Sussegwentement, is-CAB jinforma lill-IO approvat b’dik id-deċiżjoni. L-NAB jinforma lil SERMI u lill-Kummissjoni b’dik id-deċiżjoni.

Attur

L-IO, it-TC, il-manifattur tal-vettura, l-awtoritajiet rilevanti.

Għan

Biex jiġu ttrattati l-ilmenti.

Input tal-Każ ta’ Użu

Ilment kontra CAB.

Output tal-Każ ta’ Użu

Ir-riżoluzzjoni ta’ lment kontra CAB.

Deskrizzjoni

L-ilmenti jiġu solvuti fil-livell lokali bejn is-CAB u l-ilmentatur. L-ilmenti li ma jiġux solvuti fil-livell lokali jistgħu jiġu riferuti lill-NAB għal kunsiderazzjoni ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

KAŻ TA’ UŻU NAB 3. Elenkar tal-NAB tas-CABs akkreditati

Attur

NAB

Għan

NAB li jżomm lista aġġornata tas-CABs akkreditati kollha.

Input tal-Każ ta’ Użu

CABs akkreditati.

Output tal-Każ ta’ Użu

Lista speċifika għall-pajjiż ta’ CABs akkreditati

Deskrizzjoni

L-NAB joħloq, iżomm u jippubblika lista speċifika għall-pajjiż tas-CABs akkreditati kollha.

KAŻ TA’ UŻU CAB 1. CAB li jistabbilixxi relazzjoni kummerċjali maċ-Ċentru ta’ Fiduċja

Attur

CAB

Għan

Is-CAB jistabbilixxi ftehim kuntrattwali ma’ TC magħżul ippubblikat fil-lista tat-TC magħżula minn SERMI.

Input tal-Każ ta’ Użu

Kuntratt bejn is-CAB u TC magħżul mil-lista ta’ TCs aċċettati ppubblikata minn SERMI (ara l-KAŻ TA’ UŻU SE2).

Output tal-Każ ta’ Użu

Jinħareġ kuntratt iffirmat bejn is-CAB u t-TC.

Deskrizzjoni

Is-CAB jikkuntratta relazzjoni ta’ negozju ma’ TC wieħed magħżul skont il-lista ppubblikata ta’ SERMI sabiex:

a)

Jinħolqu ċertifikati diġitali u rekords tal-awtorizzazzjoni.

b)

Jinżamm l-istatus tal-approvazzjoni u tal-awtorizzazzjoni (jintbagħtu ċertifikati “ġodda” jekk dan ikun meħtieġ).

c)

Jintbagħat iċ-ċertifikat diġitali u l-ittra PIN li għandha tingħadda lill-impjegat tal-IO mis-CAB.

CAB jistabbilixxi ftehim kuntrattwali wieħed biss ma’ TC wieħed.

KAŻ TA’ UŻU CAB 2. Is-CAB jispezzjona l-IO għall-approvazzjoni

Attur

IO

Għan

L-approvazzjoni tal-IO, sabiex IO jkun jista’ jsemmi l-impjegat(i) għall-awtorizzazzjoni li għandha tingħata għall-aċċess għal RMI relatata mas-sigurtà.

Input tal-Każ ta’ Użu

Formola ta’ applikazzjoni mimlija kif meħtieġ mis-CAB. Il-formola ta’ applikazzjoni fiha l-kriterji elenkati fil-punt 4.3.3. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858

Output tal-Każ ta’ Użu

Ċertifikat stampat bir-riżultat tal-ispezzjoni tal-approvazzjoni tal-IO.

Deskrizzjoni

L-IO jibgħat il-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa lis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Is-CAB jivverifika d-dokumenti u jivverifika jekk l-IO jkunx diġà ġie spezzjonat minn CAB ieħor.

Jekk il-kriterji għall-approvazzjoni tal-IO (il-punt 4.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858) jiġu ssodisfati, is-CAB jibgħat iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni tal-approvazzjoni stampat lill-IO.

Is-CAB jinnotifika b’mod verifikabbli lis-CABs l-oħrajn fil-pajjiż rispettiv jekk l-IO ma jgħaddix mill-ispezzjoni tas-CAB.

Is-CAB jivverifika li d-data pprovduta mill-IO tkun konsistenti matul il-proċess kollu.

Kull impjegat ta’ IO, li l-IO tiegħu jsir awtorizzat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà huwa rreġistrat fl-istess CAB u TC.

Kull IO approvat jista’ jiġi soġġett għal spezzjonijiet għal għarrieda u mhux imħabbra fuq il-post. Dan iseħħ darba matul il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni tal-IO.

KAŻ TA’ UŻU CAB 3. Spezzjonijiet fuq il-post tas-CAB

Attur

CAB

Għan

Minimu ta’ spezzjoni għal għarrieda u mhux imħabbra fuq il-post waħda ta’ kull IO approvat matul il-perjodu ta’ validità u spezzjoni fuq il-post mitluba minn IO fl-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta’ validità biex jiġi żgurat li l-informazzjoni mogħtija matul l-applikazzjoni tkun korretta u li r-rekwiżiti proċedurali jiġu implimentati u pprattikati f’operazzjonijiet ta’ kuljum kif iddikjarat mill-IO fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni. L-ispezzjoni mwettqa fl-aħħar sitt xhur tintuża wkoll biex jiġi ddeterminat it-tiġdid ta’ approvazzjoni tal-IO. Abbażi ta’ lment kontra IO approvat jew impjegat tal-IO awtorizzat, jiddetermina jekk hijiex meħtieġa spezzjoni fuq il-post.

Input tal-Każ ta’ Użu

Żjara mhux imħabbra fil-bini tal-IO.

Żjara fil-bini tal-IO fuq talba tal-IO fl-aħħar sitt xhur tal-validità tal-approvazzjoni tal-IO

Fuq il-bażi ta’ lment.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-approvazzjoni tal-IO tiġi kkonfermata jew revokata.

F’każ li l-approvazzjoni tal-IO tiġi revokata, l-awtorizzazzjonijiet tal-impjegati tal-IO jiġu revokati u t-TC jingħata struzzjonijiet biex jirrevoka ċ-ċertifikati diġitali korrispondenti.

L-approvazzjoni tal-IO tiġi mġedda (KAŻ TA’ UŻU CAB 4).

Deskrizzjoni

Is-CAB iżur l-IO u jwettaq spezzjoni fuq il-post billi jivverifika l-konformità mal-kriterji fil-punt 4.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858.

Is-CAB jista’ jitlob l-assistenza tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mill-Istat Membru li huma stabbiliti fih għall-finijiet ta’ spezzjoni fuq il-post.

Skont is-sejbiet matul l-ispezzjoni, l-approvazzjoni tal-IO tiġi kkonfermata jew revokata. Is-CAB jippermetti lill-IO jikkoreġi nuqqasijiet minuri wara r-riżultat negattiv ta’ spezzjoni fuq il-post f’konformità mal-punt 4.3.1. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858.

Riżultat finali ta’ spezzjoni negattiva għandu bħala konsegwenza r-revoka tal-approvazzjoni tal-IO, l-awtorizzazzjonijiet tal-impjegati tal-IO u ċ-ċertifikati diġitali tal-impjegati tal-IO mit-TC.

KAŻ TA’ UŻU CAB 4. Is-CAB jispezzjona l-IO għat-tiġdid tal-approvazzjoni

Attur

IO

Għan

Tiġdid tal-approvazzjoni tal-IO .

Input tal-Każ ta’ Użu

Applikazzjoni kompluta kif meħtieġ mis-CAB. Il-formola ta’ applikazzjoni fiha l-kriterji elenkati fil-punt 4.3.2. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. Riżultat pożittiv ta’ spezzjoni fuq il-post mitluba minn IO mis-CAB fis-sitt xhur qabel id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni.

Output tal-Każ ta’ Użu

Ċertifikat stampat bir-riżultat tal-ispezzjoni għat-tiġdid ta’ approvazzjoni tal-IO.

L-iskadenza tal-approvazzjoni tal-IO, l-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO u r-revoka taċ-ċertifikati diġitali f’każ ta’ riżultat negattiv ta’ spezzjoni jew ta’ rifjut tat-talba ta’ tiġdid.

Deskrizzjoni

Wara perjodu ta’ 60 xahar, l-approvazzjoni għandha tiġġedded.

Qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, l-IO jiġi nnotifikat mis-CAB bl-iskadenza pendenti. Dan il-perjodu ta’ notifika jieħu sitt xhur qabel ma tintemm l-approvazzjoni.

L-IO jitlob li ssir spezzjoni fuq il-post mis-CAB.

Is-CAB iwettaq l-ispezzjoni fuq il-post. Jekk ir-riżultat tal-ispezzjoni jkun negattiv, is-CAB jirrevoka l-approvazzjoni tal-IO u l-awtorizzazzjoni(jiet) tal-impjegat tal-IO. Is-CAB jagħti struzzjonijiet lit-TC biex jirrevoka ċ-ċertifikat(i) tal-impjegati tal-IO.

L-IO jibgħat id-dokumenti kollha b’mezzi verifikabbli lis-CAB xahrejn qabel ma tiskadi l-approvazzjoni.

Is-CAB jivverifika d-dokumenti u jivverifika jekk l-IO jkunx diġà ġie approvat jew irrifjutat minn CAB ieħor.

Is-CAB jivverifika l-konformità mal-kunċett ta’ attività leġittima ta’ negozju stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt 6.3. tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. Is-CAB jista’ jiġi megħjun mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq mill-Istat Membru li tkun stabbilita fih.

Jekk il-kriterji għall-approvazzjoni tal-IO (ara l-punt 4.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858) jiġu ssodisfati, is-CAB jibgħat iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni tal-approvazzjoni stampat lill-IO.

Is-CAB jinnotifika b’mezzi verifikabbli, lis-CABs l-oħra fil-pajjiż rispettiv jekk l-IO ma jgħaddix mill-ispezzjoni tas-CAB.

Is-CAB jivverifika li d-data pprovduta mill-IO tkun konsistenti matul il-proċess kollu. Kull impjegat ta’ IO li jsir awtorizzat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà wara l-ispezzjoni tal-awtorizzazzjoni deskritta fil-każ ta’ użu CA6 jiġi rreġistrat fl-istess CAB u TC.

KAŻ TA’ UŻU CAB 5. Trattament tad-data tal-IO mis-CAB

Attur

IO

Għan

Id-data tal-IO għandha tiġi kkoreġuta.

Input tal-Każ ta’ Użu

L-IO jitlob lis-CAB rispettiv biex jemenda d-data tal-IO.

L-IO jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għal din l-emenda u jissottomettiha lis-CAB.

Output tal-Każ ta’ Użu

Data aġġornata tal-IO.

Deskrizzjoni

L-IO jibgħat id-dokumenti kollha meħtieġa lis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Is-CAB jivverifika d-dokumenti. Jekk is-CAB jiddetermina li t-talba hija ġġustifikata, id-data tiġi emendata u s-CAB joħroġ iċ-ċertifikat stampat immodifikat lill-IO.

KAŻ TA’ UŻU CAB 6. Is-CAB jispezzjona l-impjegat tal-IO għall-awtorizzazzjoni

Attur

Impjegat tal-IO

Għan

Awtorizzazzjoni ta’ impjegat(i) tal-IO.

Input tal-Każ ta’ Użu

Formola mimlija ta’ applikazzjoni għall-ispezzjoni kif meħtieġ mis-CAB. Il-formola ta’ applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji elenkati fil-punt 4.3.4. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858

Output tal-Każ ta’ Użu

Riżultat tal-ispezzjoni mibgħut mis-CAB lit-TC sabiex it-TC:

(1)

joħroġ ċertifikat elettroniku għall-impjegat tal-IO,

(2)

joħloq ir-rekord tal-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO fil-bażi tad-data.

Deskrizzjoni

L-impjegat tal-IO jibgħat l-applikazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa lis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Is-CAB jivverifika jekk l-impjegat tal-IO kienx għamel domanda preċedenti li kienet ġiet irrifjutata mis-CAB innifsu jew minn kwalunkwe CAB ieħor fil-livell tal-Unjoni.

Is-CAB jivverifika d-dokumenti.

Jekk il-kriterji għall-awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-IO (ara l-punt 4.3.4. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858) jiġu ssodisfati, is-CAB jinforma lit-TC sabiex joħroġ ċertifikat elettroniku (każ ta’ użu TC1).

Kull impjegat tal-IO jitlob awtorizzazzjoni mingħand is-CAB biex l-IO tiegħu jiġi rreġistrat mas-CAB.

Il-verifika tal-preċiżjoni u tal-kompletezza tal-informazzjoni sottomessa mill-IO f’isem l-impjegati tiegħu hija koperta mill-Klawżola 7.1.6 tal-ISO 17020:2012

KAŻ TA’ UŻU CAB 7. Psewdonimizzazzjoni ta’ data personali fis-CAB

Attur

CAB

Għan

Psewdonimizzazzjoni tad-data personali mill-impjegat(i) tal-IO.

Input tal-Każ ta’ Użu

L-ewwel isem, l-aħħar isem tal-impjegat tal-IO.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-identifikatur uniku tal-impjegat tal-IO li għandu jintuża bħal fiċ-ċertifikat diġitali.

Deskrizzjoni

L-ewwel isem, l-aħħar isem tal-impjegat tal-IO jiġi ttrasferit lil identifikatur uniku tal-impjegat tal-IO li jintuża matul il-proċess għall-aċċess għall-RMI rilevanti għas-sigurtà.

Il-każ ta’ użu jiżgura li l-ipproċessar tad-data personali jikkonforma mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 u fid-Direttiva 2002/58/KE.

KAŻ TA’ UŻU CAB 8. CAB jinforma lit-TC sabiex joħroġ ċertifikat diġitali

Attur

CAB

Għan

Sabiex l-impjegat tal-IO jingħata ċertifikat diġitali.

Input tal-Każ ta’ Użu

Riżultat tal-ispezzjoni tas-CAB għal TC għal impjegat awtorizzat.

Output tal-Każ ta’ Użu

Token tas-sigurtà b’ċertifikat diġitali u b’PIN separat għall-impjegat tal-IO mibgħut lil CAB.

L-impjegat tal-IO jirċievi l-PIN assoċjat maċ-ċertifikat diġitali mibgħut mis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Deskrizzjoni

Is-CAB jibgħat id-data kollha meħtieġa lit-TC sabiex it-TC ikun jista’ jipproduċi ċ-ċertifikat diġitali, it-token tas-sigurtà u l-PIN.

KAŻ TA’ UŻU CAB 9. Spezzjoni tas-CAB ta’ impjegat tal-IO għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni

Attur

Impjegat tal-IO

Għan

Tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tal-impjegati

Input tal-Każ ta’ Użu

Formola mimlija ta’ applikazzjoni għall-ispezzjoni kif meħtieġ mis-CAB. Il-formola ta’ applikazzjoni fiha l-kriterji elenkati fil-punt 4.3.4. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858

Output tal-Każ ta’ Użu

Riżultat tal-ispezzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ta’ impjegat tal-IO.

Deskrizzjoni

Is-CAB jinforma lill-IO dwar id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-impjegati, sitt xhur qabel id-data proprja tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni.

L-impjegat tal-IO jibgħat id-dokumenti kollha b’mezzi verifikabbli lis-CAB xahrejn qabel ma tiskadi l-awtorizzazzjoni.

Jitwettaq il-proċess ta’ spezzjoni tal-awtorizzazzjoni deskritt fil-KAŻ TA’ UŻU CAB 6.

KAŻ TA’ UŻU CAB 10. Trattament tad-data tal-impjegat mis-CABs

Attur

Impjegat tal-IO

Għan

Id-data tal-impjegat tal-IO hija korretta.

Input tal-Każ ta’ Użu

Talba lis-CAB rispettiv biex jaġġorna d-data tal-impjegat tal-IO.

Il-formola xierqa timtela u tiġi ffirmata mill-impjegat tal-IO qabel ma tiġi sottomessa lis-CAB.

Output tal-Każ ta’ Użu

Data aġġornata tal-impjegat tal-IO.

Deskrizzjoni

L-impjegat tal-IO jibgħat id-dokumenti kollha meħtieġa lis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Is-CAB jivverifika d-dokumenti.

Jekk it-talba għal aġġornament taffettwa d-data maħżuna fiċ-ċertifikat diġitali, is-CAB jinforma lit-TC sabiex joħroġ ċertifikat diġitali ġdid (KAŻ TA’ UŻU TC 1).

KAŻ TA’ UŻU CAB 11. Proċedura tas-CAB għall-proċess tal-ilmenti

Attur

CAB

Għan

Is-CAB għandu proċess dokumentat biex jirċievi, jevalwa u jieħu deċiżjonijiet dwar l-ilmenti; dan il-proċess jikkonforma mal-liġijiet nazzjonali rispettivi.

Input tal-Każ ta’ Użu

Ir-regolamenti, l-istandards u l-iskema ta’ SERMI.

Output tal-Każ ta’ Użu

Proċess dokumentat għall-ilmenti.

Deskrizzjoni

Is-CAB jiżviluppa u jiddokumenta proċess għat-trattament tal-ilmenti. L-ilmenti jiġu solvuti fil-livell lokali bejn is-CAB u l-ilmentatur.

Il-partijiet li jixtiequ jippreżentaw dikjarazzjoni fir-rigward ta’ kwistjoni perċepita tal-iskema jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkuntattjaw lis-CAB rispettiv bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

Is-CAB jistabbilixxi l-proċeduri u r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq spezzjoni fuq il-post fejn jiddetermina li huwa xieraq li jiġi vvalutat ilment.

L-ilmenti li ma jiġux solvuti fil-livell lokali jistgħu jiġu riferuti lill-NAB għal kunsiderazzjoni ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

KAŻ TA’ UŻU CAB 12. Is-CAB jipproċessa lment dwar l-approvazzjoni tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura, TC, awtorità rilevanti

Għan

Is-CAB jipproċessa lmenti dwar l-approvazzjoni tal-IO.

L-approvazzjoni tal-IO tiġi revokata jew ikkonfermata wara l-eżitu tal-proċess.

Il-bażi tad-data tal-approvazzjoni tinżamm aġġornata.

Input tal-Każ ta’ Użu

Ilment bl-informazzjoni meħtieġa skont il-proċess fil-KAŻ TA’ UŻU CAB 11.

Output tal-Każ ta’ Użu

Rifjut tal-ilment.

Jew

Deċiżjoni ta’ revoka tal-approvazzjoni tal-IO bħala riżultat ta’ proċess ta’ lment:

1)

Ir-revoka tal-approvazzjoni tal-IO ddokumentata u l-approvazzjoni tal-IO kklassifikata bħala revokata fil-bażi tad-data tal-approvazzjoni.

2)

L-awtorizzazzjonijiet tal-impjegati tal-IO revokati.

Deskrizzjoni

Is-CAB jinvestiga l-ilment billi jivvaluta b’mod partikolari jekk l-IO għadux konformi mal-kriterji tal-punt 4.3.3. tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 u mal-kunċett ta’ attività kummerċjali leġittima stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt 6.3. tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. Is-CAB jista’ jiġi megħjun mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq mill-Istat Membru li tkun stabbilita fih.

Jekk ir-raġunijiet għall-ilment ma jkunux jistgħu jiġu kkonfermati, l-ilment jiġi rrifjutat.

Is-CAB jiddetermina jekk hijiex meħtieġa spezzjoni fuq il-post. Is-CAB jivvaluta b’mod partikolari jekk l-IO baqax konformi mal-punti ta’ hawn fuq.

F’każ li r-raġunijiet jiġu kkonfermati, l-approvazzjoni tal-IO tiġi revokata.

Fil-każ ta’ revoka, is-CAB:

1)

jinforma lill-IO li l-approvazzjoni hija revokata,

2)

jinforma lit-TC rispettiv sabiex jiddokumenta minnufih l-approvazzjoni kif revokata u biex jirrevoka ċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet diġitali kollha mill-impjegati tal-IO tal-IO rispettiv,

3)

jinforma lis-CABs kollha fl-Istat Membru tiegħu dwar ir-revoka.

KAŻ TA’ UŻU CAB 13. Is-CAB jipproċessa lment dwar l-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura, IO, TC, awtorità rilevanti

Għan

Is-CAB jipproċessa l-ilmenti rigward l-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO.

L-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO tiġi revokata jew ikkonfermata mit-TC wara l-eżitu tal-proċess.

Il-lista ta’ revoka taċ-ċertifikati diġitali u l-bażi tad-data tal-awtorizzazzjoni huma aġġornat.

Input tal-Każ ta’ Użu

Ilment bl-informazzjoni meħtieġa skont il-proċess fil-KAŻ TA’ UŻU CA11.

Output tal-Każ ta’ Użu

Rifjut tal-ilment.

Jew

Informazzjoni tat-TC sabiex tiġi revokata l-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO wara proċess ta’ lment:

1)

Iċ-ċertifikat diġitali tal-impjegat tal-IO irreġistrat bħala invalidu.

2)

L-istatus tal-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO aġġornat bħala invalidu.

Deskrizzjoni

Is-CAB jinvestiga l-ilment. Is-CAB jivvaluta b’mod partikolari jekk l-impjegat tal-IO għadux jissodisfa l-kriterji tal-punt 4.3.4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 jew jekk kienx ħa sehem f’attivitajiet li ma jkunux konformi mal-kunċett ta’ attività kummerċjali leġittima stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt 6.3. tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858.

Is-CAB jiddetermina jekk hijiex meħtieġa spezzjoni fuq il-post. Is-CAB jista’ jiġi megħjun mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq mill-Istat Membru li tkun stabbilita fih.

Jekk ir-raġunijiet għall-ilment ma jkunux jistgħu jiġu kkonfermati, l-ilment jiġi rrifjutat.

F’każ li r-raġunijiet jiġu kkonfermati, l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-IO tiġi revokata.

Is-CAB jinforma lit-TC rispettiv sabiex jirrevoka minnufih iċ-ċertifikat diġitali tal-impjegat u l-awtorizzazzjoni tal-impjegat.

Is-CAB jinforma lill-IO dwar ir-revoka tal-impjegati tal-IO.

KAŻ TA’ UŻU CAB 14. Forniment ta’ statistika mis-CAB

Attur

CAB

Għan

Is-CAB jimmonitorja l-approvazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet.

Input tal-Każ ta’ Użu

Riżultat tal-approvazzjoni, tal-awtorizzazzjonijiet u tal-ispezzjonijiet fuq il-post.

Output tal-Każ ta’ Użu

Is-CAB jipprovdi rapport fuq bażi trimestrali fl-ewwel sena tal-attività tas-CAB u mbagħad kull sena lil SERMI u lill-Kummissjoni (li għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web ta’ SERMI)

Deskrizzjoni

Is-CAB janalizza r-riżultati tal-proċess ta’ spezzjoni tal-approvazzjoni/awtorizzazzjoni u jipprovdi rapport b’:

Numru ta’ investigazzjonijiet.

Kwozjent: approvazzjonijiet/applikazzjonijiet

Kwozjent: awtorizzazzjonijiet/applikazzjonijiet

L-aktar raġunijiet komuni (3 fejn applikabbli) għar-rifjut tal-approvazzjoni

L-aktar raġunijiet komuni (3 fejn applikabbli) għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni

In-numru u l-eżitu ta’ spezzjonijiet fuq il-post fil-perjodu ta’ rapportar

L-aktar raġunijiet komuni (3 fejn applikabbli) għar-revoka tal-approvazzjoni tal-IO

Barra minn hekk, SERMI f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni tista’ żżid Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPI) oħrajn

KAŻ TA’ UŻU IO 1. Talbiet tal-IO għall-approvazzjoni

Attur

IO

Għan

L-IO jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 sabiex jaħdem mal-RMI relatata mas-sigurtà.

Input tal-Każ ta’ Użu

Id-dokumenti u l-formola ta’ applikazzjoni kollha meħtieġa (kif ipprovduti mis-CAB) f’format verifikabbli.

Output tal-Każ ta’ Użu

Approvazzjoni tal-IO

jew

nuqqas ta’ approvazzjoni tal-IO.

Deskrizzjoni

L-IO juża s-sit web tal-NAB biex jikseb lista ta’ CAB akkreditati.

L-IO jikkuntattja lis-CAB rispettiv.

L-IO jirċievi l-formola ta’ applikazzjoni mis-CAB.

L-IO jimla l-formola ta’ applikazzjoni u jibgħat il-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa lis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Meta s-CAB ikun spezzjona l-IO, is-CAB jirreġistra r-riżultat tal-verifika tal-approvazzjoni fil-bażi tad-data tiegħu sabiex is-CAB fil-futur ikun jista’ jivverifika jekk applikazzjoni tal-IO tkunx diġà ġiet spezzjonata.

Kull impjegat ta’ IO jiġi rreġistrat fl-istess CAB.

In-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-IO jiġi nnotifikat mis-CAB lis-CABs l-oħra kollha fil-ġuriżdizzjoni tal-NAB rispettiv tagħhom.

KAŻ TA’ UŻU IO 2. Reġistrazzjoni tal-IO għand il-manifattur tal-vettura

(ara EN/ISO 18541-1:2014, każ ta’ użu 1.1)

KAŻ TA’ UŻU IO 3. In-negozju tal-IO jieqaf mill-kummerċ

Attur

IO

Għan

Il-bażi tad-data tal-approvazzjoni tiġi aġġornata mis-CAB.

Input tal-Każ ta’ Użu

L-informazzjoni dwar l-IO u l-waqfien tal-kummerċ tiegħu

jew l-IO jinforma lis-CAB dwar it-tneħħija tan-negozju.

Output tal-Każ ta’ Użu

Aġġornament tal-bażi tad-data tal-approvazzjoni, flimkien mar-revoka taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet relatati kollha maħruġa lill-impjegati ta’ dak l-IO.

Deskrizzjoni

Is-CAB jirċievi informazzjoni dwar il-waqfien mill-kummerċ tal-IO.

Is-CAB jinforma lit-TC sabiex jirrevoka ċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet kollha maħruġa lill-impjegati ta’ dak l-IO.

KAŻ TA’ UŻU IO 4. Ordni ta’ partijiet

Attur

IO

Għan

Li l-IO jiġi pprovdut parti ordnata.

Input tal-Każ ta’ Użu

Awtentikazzjoni tal-impjegat tal-IO.

Ordni ta’ partijiet relatati mas-sigurtà.

Output tal-Każ ta’ Użu

Parti relatata mas-sigurtà.

Deskrizzjoni

Il-manifattur tal-vettura joffri faċilità tal-ordni ta’ partijiet relatati mas-sigurtà lill-impjegati awtorizzati tal-IO.

Il-manifatturi joffru faċilità ta’ ordni online għal partijiet relatati mas-sigurtà bl-użu taċ-ċertifikat diġitali biex jikkonfermaw l-identità tal-persuna li tirrikjedi l-parti. Inkella, jistgħu jirrikjedu li l-partijiet relatati mas-sigurtà jinkisbu minn negozjanti awtorizzati fejn ikunu stabbiliti fis-seħħ proċeduri ta’ awtentikazzjoni attwali.

Il-partijiet tas-sigurtà jiġu kkonsenjati mill-manifatturi tal-vetturi jew mill-aġenti/min-negozjanti awtorizzati tagħhom fil-ħin lill-IO.

KAŻ TA’ UŻU IO 5. L-IO jirċievi token tas-sigurtà

Attur

CAB

Għan

L-IO jirċievi token tas-sigurtà b’ċertifikat diġitali.

Input tal-Każ ta’ Użu

Token tas-sigurtà b’ċertifikat diġitali mibgħut mis-CAB.

Output tal-Każ ta’ Użu

Token tas-sigurtà b’ċertifikat diġitali riċevut mill-IO.

Deskrizzjoni

L-IO jirċievi ċertifikat elettroniku mit-TC.

L-IO jagħti ċ-ċertifikat elettroniku lill-impjegat rispettiv tal-IO (ara l-KAŻ ta’ UŻU EM 6).

KAŻ TA’ UŻU IO 6. Rekwiżiti taż-żamma tar-rekords tal-IO

Attur

IO

Għan

Rekord verifikabbli tat-tranżazzjonijiet miżmuma mill-IO.

Input tal-Każ ta’ Użu

Dokumenti/informazzjoni pprovduti/a mill-ordni ta’ tiswija.

Output tal-Każ ta’ Użu

Rekord tal-awditjar u dettalji tal-kompitu tat-tiswija.

Deskrizzjoni

L-IO jaħżen data li tista’ tkun meħtieġa fil-każ ta’ awditu.

Qabel ma joħroġ ordni ta’ tiswija, l-IO jiżgura li tinġabar l-informazzjoni li ġejja:

1)

Identifikazzjoni tal-klijent

2)

Identifikazzjoni tal-vettura (Vettura fuq il-post)

3)

Prova tal-awtorità tal-klijent li jitlob ix-xogħol lill-vettura.

KAŻ TA’ UŻU IO 7. Waqfien tal-impjieg ta’ impjegat tal-IO f’IO

Attur

IO

Għan

Id-data tal-approvazzjoni/awtorizzazzjoni fis-CAB tinżamm aġġornata

Input tal-Każ ta’ Użu

Informazzjoni dwar tmiem il-kuntratt mal-impjegat tal-IO

Output tal-Każ ta’ Użu

Bażi tad-data tal-awtorizzazzjoni aġġornata u talba lil TC biex jirrevoka ċ-ċertifikat diġitali rispettiv.

Deskrizzjoni

L-IO jinforma lis-CAB dwar il-bidla fl-impjieg fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.

Is-CAB jinforma lit-TC sabiex jaġġorna l-bażi tad-data tal-awtorizzazzjoni u jirrevoka ċ-ċertifikat diġitali rispettiv.

L-IO jiġi infurmat b’dawn il-bidliet.

KAŻ TA’ UŻU IO 8. Rekwiżiti proċedurali għal operazzjonijiet relatati mas-sigurtà

1.   Imġiba ġenerali

Huma biss l-impjegati tal-IO approvat, li ġew awtorizzati b’suċċess u li għandhom ċertifikat ta’ spezzjoni tal-awtorizzazzjoni u ċertifikat elettroniku validu maħruġ miċ-ċentru ta’ fiduċja korrispondenti, li se jkollhom aċċess għal RMI relatata mas-sigurtà.

L-impjegat tal-IO huwa responsabbli għall-użu korrett taċ-Ċertifikat u tal-PIN.

L-IO u l-impjegati tagħhom isegwu l-proċeduri biex jittrattaw l-apparat tal-utent finali (PC, Laptop, eċċ.) kif speċifikat fl-ISO 18541-2:2014

2.   Proċedura għat-twettiq ta’ operazzjoni relatata mas-sigurtà

Jekk impjegat iwettaq aġġornament tas-software relatat mas-sigurtà jew jeħtieġ informazzjoni oħra dwar it-tiswija u l-manutenzjoni relatata mas-sigurtà għal operazzjoni tal-vettura, tiġi segwita l-proċedura deskritta fil-punti 3 sa 5 u murija fl-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt.

Illustrazzjoni 1

Deskrizzjoni bażika tal-proċedura għat-twettiq ta’ operazzjoni relatata mas-sigurtà

Image 1

3.   Verifika tal-klijent

L-impjegat tal-IO jivverifika l-identifikazzjoni tal-klijent li jkun ġab il-vettura.

Sorsi possibbli ta’ identifikazzjoni: Karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewwieq, karta tal-membri ta’ assistenza mal-ġenb tat-triq.

L-IO huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar l-identità.

L-informazzjoni pprovduta fl-Illustrazzjoni 2 tista’ tintuża għal dan il-proċess.

Illustrazzjoni 2

Referenza tal-kamp għall-ispezzjoni tal-klijent miċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Data (Parti I)

Kamp (Parti I)

Kunjom(ijiet) jew isem kummerċjali

C.1.1

Isem/ismijiet jew inizjali ieħor/oħrajn (fejn xieraq)

C.1.2

Indirizz fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument

C.1.3

Data (Parti II)

Kamp (Parti II)

Kunjom(ijiet) jew isem kummerċjali

C.3.1 u C.6.1

Isem/ismijiet jew inizjali ieħor/oħrajn (fejn xieraq)

C.3.2 u C.6.2

Indirizz fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument

C.3.3 u C.6.3

Fejn possibbli, l-impjegat tal-IO jżomm rendikont tad-data li ġejja:

(1)

L-isem u l-kunjom tal-klijent.

(2)

In-numru tal-karta tal-identità/passaport u/jew in-numru tal-karta tal-membri ta’ assistenza mal-ġenb tat-triq.

(3)

Isem il-kumpanija tal-immaniġġjar tal-flotta jew tal-kiri tal-karozzi.

(4)

L-isem tal-kuntatt tal-kumpanija rispettiva.

(5)

L-indirizz tal-kumpanija rispettiva.

(6)

In-numru tat-telefon tal-kumpanija rispettiva.

(7)

L-identifikazzjoni tal-kumpanija tas-sewwieq.

Din l-informazzjoni addizzjonali tintalab fiċ-ċirkostanzi fejn il-klijent ma jkollux dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

(8)

Ġestjoni tal-flotta.

(9)

Karozzi tal-kiri.

(10)

Self.

4.   Verifika tal-vettura

L-impjegat tal-IO jiżgura li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) tal-vettura jkun l-istess bħan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura (VIN) fuq id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni (ara l-Illustrazzjoni 3).

Illustrazzjoni 3

Kodiċijiet komunitarji mid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-ispezzjoni tal-vettura

Dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Data (Parti I)

Kamp (Parti I)

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

E

5.   Ħruġ tal-ordni ta’ tiswija

L-istadju li jmiss huwa li tinħareġ l-ordni ta’ tiswija billi tintuża sistema ta’ ġestjoni tan-negozjanti. L-ordni ta’ tiswija fiha mill-anqas id-data mill-Illustrazzjoni 4 u d-data użata biex jiġi identifikat il-klijent u l-awtorità tiegħu.

Illustrazzjoni 4

Kodiċijiet Komunitarji mid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ tiswija

Dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Data

Kamp

Numru tar-reġistrazzjoni

A

Għamla

D.1

Tip, varjant, verżjoni

D.2

Il-valur attwali tal-odometru u r-raġuni għat-tiswija huma nnotati u l-ordni ta’ tiswija jeħtieġ li tiġi ffirmata mill-klijent (sid u/jew il-persuna li tieħu l-vettura għand l-IO). L-Illustrazzjoni 5 tiddeskrivi l-proċedura għall-IO u għall-impjegat.

L-ordnijiet ta’ tiswija ffirmati jinżammu għal minimu ta’ 5 snin mill-IO.

Illustrazzjoni 5

Rekwiżiti proċedurali għall-IO

Image 2

KAŻ TA’ UŻU EM 1. L-impjegat tal-IO jitlob awtorizzazzjoni

Attur

Impjegat tal-IO

Għan

L-impjegat tal-IO jirċievi awtorizzazzjoni biex jaħdem b’RMI relatata mas-sigurtà.

Input tal-Każ ta’ Użu

L-impjegat tal-IO jissodisfa r-rekwiżiti kollha speċifikati fl-Appendiċi.

L-impjegat tal-IO jimla l-formola tal-applikazzjoni mingħand is-CAB.

Output tal-Każ ta’ Użu

Awtorizzazzjoni ta’ impjegat tal-IO, sabiex l-impjegat tal-IO jkun jista’ jirċievi ċ-ċertifikat diġitali biex jaċċessa RMI relatata mas-sigurtà.

Deskrizzjoni

L-impjegat tal-IO jirċievi l-formola tal-applikazzjoni mingħand is-CAB jekk l-IO jkun talab l-awtorizzazzjoni tal-impjegat rispettiv.

L-impjegat tal-IO jimla l-formola ta’ applikazzjoni u jibgħat il-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa lis-CAB b’mezzi verifikabbli.

Is-CAB joħroġ ċertifikat ta’ verifika tal-awtorizzazzjoni lill-impjegat tal-IO u jikkomunika r-riżultat pożittiv tal-ispezzjoni lit-TC sabiex joħloq rekord ta’ awtorizzazzjoni u biex joħroġ ċertifikat diġitali għal dan l-impjegat tal-IO.

Is-CAB iżomm ukoll rendikont tar-rifjut tal-impjegati tal-IO jekk l-ispezzjoni ma tkunx ta’ suċċess.

KAŻ TA’ UŻU EM 2. Reġistrazzjoni tal-impjegati tal-IO għand il-manifattur tal-vettura

(ara EN/ISO 18541-1:2014 każ ta’ użu 1.2)

Attur

IO jew impjegat tal-IO

Għan

Sabiex impjegat tal-IO jiġi rreġistrat għall-użu tas-sistema tal-RMI tal-manifattur tal-vettura kif iddefinita mill-IO.

Input tal-Każ ta’ Użu

- Talba mill-IO biex jiġi rreġistrat impjegat ġdid tal-IO. L-ID tal-utent u l-password tal-IO huma meħtieġa.

- Talba tal-impjegat tal-IO, li tindika li huwa assoċjat ma’ IO, u li qed jitlob konferma mir-rappreżentant legali tal-IO biex titlesta r-reġistrazzjoni

Output tal-Każ ta’ Użu

Impjegat tal-IO irreġistrat bħala utent awtorizzat fis-sistema RVM MI.

Deskrizzjoni

Il-manifattur tal-vettura jitlob lill-IO jikkonferma l-validità tad-data tal-IO.

Il-manifattur tal-vettura jaċċetta l-impjegat tal-IO bħala utent u jinforma lill-utent kif xieraq.

Is-sistema RMI tal-manifattur tal-vettura titlob lill-utent jagħżel ID tal-Utent u jassenja password inizjali lill-utent jew jippermettilu jdaħħal waħda li tissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-password tal-manifattur tal-vettura.

Il-manifattur tal-vettura jista’ jitlob lill-IO tariffa għar-reġistrazzjoni raġonevoli.

KAŻ TA’ UŻU EM 3. Aċċess tal-impjegat għal RMI relatata mas-sigurtà

(ara EN/ISO 18541:2014 il-partijiet kollha)

KAŻ TA’ UŻU EM 4. Il-wasla tal-PIN mingħand is-CAB

Attur

CAB

Għan

Li l-impjegat tal-IO jiġi pprovdut bl-ittra tal-PIN għat-token tas-sigurtà biċ-ċertifikat diġitali.

Input tal-Każ ta’ Użu

PIN mit-TC.

Output tal-Każ ta’ Użu

Ittra tal-PIN mibgħuta lill-impjegat tal-IO.

Deskrizzjoni

Is-CAB iħejji ittra tal-PIN bil-PIN ipprovdut mit-TC għal din l-identità u jibgħatha lill-indirizz tad-dar tal-impjegat tal-IO b’mezzi verifikabbli.

KAŻ TA’ UŻU EM 5. L-impjegat tal-IO jirċievi ċ-ċertifikat diġitali mill-IO

Attur

IO, impjegat tal-IO

Għan

Li l-impjegat tal-IO jiġi pprovdut biċ-ċertifikat elettroniku.

Input tal-Każ ta’ Użu

Ċertifikat elettroniku.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-impjegat tal-IO jirċievi ċ-ċertifikat elettroniku mill-IO.

Deskrizzjoni

L-impjegat tal-IO jirċievi ċ-ċertifikat elettroniku mill-IO bl-identità korrispondenti.

KAŻ TA’ UŻU TC 1. Iċ-Ċentru ta’ Fiduċja joħloq u jikkunsinja ċ-ċertifikat

Attur

CAB

Għan

Is-CAB jirċievi ċertifikati u PIN għad-distribuzzjoni lill-impjegati tal-IO

Input tal-Każ ta’ Użu

Talba għall-ħolqien ta’ ċertifikat diġitali.

Output tal-Każ ta’ Użu

Ċertifikat diġitali u PIN.

Deskrizzjoni

Is-CAB jikkuntattja lit-TC (ara l-KAŻ TA’ UŻU CAB 11 għall-proċedura).

It-TC joħloq iċ-ċertifikat diġitali u jagħtih lis-CAB għad-distribuzzjoni lill-impjegat tal-IO billi juża l-proċedura li ġejja:

(1)

It-TC jibgħat iċ-ċertifikat diġitali personalizzat lis-CAB permezz ta’ mezzi verifikabbli.

(2)

Il-kodiċi pin jintbagħat b’mezzi verifikabbli lis-CAB separatament miċ-ċertifikat diġitali

KAŻ TA’ UŻU TC 2. Iċ-Ċentru ta’ Fiduċja jivvaluta l-validità taċ-ċertifikat diġitali

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

Validazzjoni tal-istatus ta’ ċertifikat diġitali.

Input tal-Każ ta’ Użu

Numru tas-serje taċ-ċertifikat diġitali.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-istatus ipprovdut mit-TC huwa dan li ġej:

 

0 → Sospiż

 

1 → Ok

 

2 → Revokat

 

3 → Mhux magħruf

Deskrizzjoni

Il-manifattur tal-vetturi jitlob lit-TC għall-istatus taċ-ċertifikat diġitali tal-impjegati għall-awtentikazzjoni bl-użu tal-komunikazzjoni definita fl-istandard OCSP. It-TC iwieġeb għall-istatus ta’ rispons tal-OCSP.

Għal dan il-għan, it-TC iżomm bażi tad-data ta’ revoka skont l-istandard OCSP.

KAŻ TA’ UŻU TC 3. Forniment tal-istatus ta’ awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO minn Ċentru ta’ Fiduċja

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

Validazzjoni tal-istatus ta’ awtorizzazzjoni bl-użu ta’ SOAP/RESTful API.

Input tal-Każ ta’ Użu

In-numru tas-serje u l-attributi taċ-ċertifikat diġitali.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-istatus li pprovda t-TC huwa dan li ġej:

 

Validità

 

IOEUID

 

IOUID

 

CABUID

Deskrizzjoni

Il-manifattur tal-vetturi jitlob l-istatus ta’ awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-IO.

It-TC iwieġeb għall-istatus ta’ awtorizzazzjoni.

KAŻ TA’ UŻU TC 4. Sospensjoni minn Ċentru ta’ Fiduċja taċ-ċertifikati maħruġa

Attur

Manifattur tal-vettura, IO, CAB, awtorità rilevanti

Għan

Sospensjoni taċ-ċertifikat diġitali biex jiġi evitat użu ħażin futur minn sid taċ-ċertifikat f’każ ta’ użu ħażin identifikat.

Input tal-Każ ta’ Użu

Skattat minn impjegat tal-attur b’numru tas-serje jew b’mezzi oħra għall-identifikazzjoni taċ-ċertifikat.

Output tal-Każ ta’ Użu

Sospensjoni taċ-ċertifikat, status OCSP aġġornat.

It-TC jibgħat informazzjoni lis-CAB.

Informazzjoni lill-impjegat tal-IO dwar ir-raġuni għas-sospensjoni taċ-ċertifikat diġitali.

Deskrizzjoni

Impjegat xieraq tal-parteċipant rispettiv. Dan l-impjegat ta’ CAB jibgħat messaġġ lit-TC b’mezzi verifikabbli.

Il-messaġġ fih:

Letterhead tal-parteċipant rispettiv.

Numru tas-serje jew mezzi oħra għall-identifikazzjoni taċ-ċertifikat.

Numru tat-tranżazzjoni mill-parteċipant rispettiv, jekk ikun meħtieġ.

Il-proċessi ta’ sospensjoni immedjatament malli tasal it-talba għal sospensjoni.

It-TC jeżamina l-oriġini tal-messaġġ:

TC jissospendi ċ-ċertifikat diġitali (OCSP aġġornat).

It-TC jinforma lis-CAB dwar is-sospensjoni biex jinbeda l-proċess tal-ilmenti bil-miktub jew f’forma elettronika.

KAŻ TA’ UŻU TC 5. Sospensjoni ta’ approvazzjoni ta’ IO minn Ċentru ta’ Fiduċja

Attur

Manifattur tal-vettura, CAB, awtorità rilevanti

Għan

Is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-impjegati kollha għal IO speċifiku (flimkien mal-awtorizzazzjonijiet kollha li jappartjenu għal dak l-IO) biex jiġi evitat użu ħażin futur mill-impjegati ta’ IO f’każ ta’ użu ħażin identifikat.

Input tal-Każ ta’ Użu

Mitluba minn rappreżentant tal-impjegati ta’ attur awtentikat (jiġifieri b’ċertifikat xieraq) eż. impjegat ta’ CAB li jkun responsabbli għas-sospensjoni bl-identifikatur uniku tal-IO jew b’mezzi oħra għall-identifikazzjoni tal-IO.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-awtorizzazzjoni(jiet) sospiża/i aġġornata/aġġornati

It-TC jibgħat informazzjoni lis-CAB

Deskrizzjoni

Impjegat awtentikat tal-attur rispettiv jibgħat messaġġ lit-TC b’mezzi verifikabbli.

Il-messaġġ fih:

Letterhead tal-parteċipant rispettiv.

Identifikatur uniku tal-IO jew mezzi oħra għall-identifikazzjoni tal-IO.

Numru tat-tranżazzjoni mill-parteċipant rispettiv, jekk ikun meħtieġ.

Raġuni għas-sospensjoni.

Is-sospensjoni tiġi pproċessata malli tasal it-talba għal sospensjoni.

It-TC jivverifika l-oriġini tal-messaġġ.

TC jissospendi l-awtorizzazzjonijiet kollha li jappartjenu għall-IO.

It-TC jinforma lis-CAB dwar is-sospensjoni biex jinbeda l-proċess tal-ilmenti bil-miktub jew f’forma elettronika.

UŻU TA’ KAŻ TC 6. Iċ-Ċentri ta’ Fiduċja jissospendu l-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura, IO, CAB, awtoritajiet rilevanti

Għan

Sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ impjegat tal-IO biex jiġi evitat użu ħażin futur f’każ ta’ użu ħażin identifikat.

Input tal-Każ ta’ Użu

Mitluba minn rappreżentant ta’ parteċipant awtentikat.

Output tal-Każ ta’ Użu

Sospensjoni tal-awtorizzazzjoni, bażi tad-data tal-awtorizzazzjoni aġġornata.

Notifika ta’ sospensjoni lis-CAB.

Informazzjoni lill-impjegat tal-IO dwar ir-raġuni għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni.

Deskrizzjoni

Impjegat awtentikat tal-parteċipant rispettiv eż. impjegat ta’ CAB li jkun responsabbli għas-sospensjoni jibgħat informazzjoni lit-TC (bl-użu ta’ metodu komuni).

L-informazzjoni fiha:

Letterhead tal-parteċipant rispettiv.

Identifikatur uniku tal-IO.

Identifikatur uniku tal-impjegat tal-IO.

Numru tat-tranżazzjoni mill-attur rispettiv, jekk ikun meħtieġ.

Raġuni għas-sospensjoni.

Is-sospensjoni tiġi pproċessata malli tasal it-talba għal sospensjoni.

It-TC jivverifika l-oriġini tal-informazzjoni.

TC jissospendi awtorizzazzjoni li tappartjeni għal impjegat.

It-TC jinforma lis-CAB dwar is-sospensjoni biex jinbeda l-proċess tal-ilmenti bil-miktub jew f’forma elettronika.

KAŻ TA’ UŻU 7. Iċ-Ċentri ta’ Fiduċja jirrevokaw l-approvazzjoni tal-IO

Attur

CAB

Għan

Il-bażi tad-data tal-approvazzjoni tinżamm aġġornata.

Input tal-Każ ta’ Użu

Is-CAB jinnotifika d-deċiżjoni li tirrevoka l-approvazzjoni tal-IO.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-approvazzjoni tal-IO klassifikata bħala revokata fil-bażi tad-data.

Deskrizzjoni

It-TC jaġġorna l-bażi tad-data tal-approvazzjoni wara li jirċievi n-notifika tas-CAB dwar id-deċiżjoni li tiġi revokata IO partikolari. L-approvazzjoni tal-IO tiġi kklassifikata bħala revokata.

Iċ-ċertifikati diġitali u l-awtorizzazzjonijiet tal-impjegati kollha tal-IO ta’ din l-IO huma kklassifikati bħala revokati fil-bażijiet tad-data korrispondenti.

KAŻ TA’ UŻU 8. Iċ-Ċentri ta’ Fiduċja jirrevokaw l-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO

Attur

CAB

Għan

Iċ-ċertifikat diġitali u l-bażijiet ta’ data tal-awtorizzazzjoni jinżammu aġġornati.

Input tal-Każ ta’ Użu

Is-CAB jinnotifika d-deċiżjoni li tirrevoka l-awtorizzazzjoni tal-IO.

Output tal-Każ ta’ Użu

Iċ-ċertifikat diġitali tal-impjegat tal-IO jiġi kklassifikat bħala revokat.

L-awtorizzazzjoni tal-impjegat tal-IO tiġi kklassifikata bħala revokata.

Deskrizzjoni

It-TC jaġġorna ċ-ċertifikat diġitali u l-bażijiet ta’ data tal-awtorizzazzjoni wara li jirċievi n-notifika tas-CAB dwar id-deċiżjoni li jiġi revokat impjegat partikolari tal-IO.

Iċ-ċertifikat diġitali u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-IO ta’ din l-IO jiġu kklassifikati bħala revokati fil-bażijiet ta’ data korrispondenti.

KAŻ TA’ UŻU 9. Iċ-Ċentru ta’ Fiduċja jipprovdi ambjent biex jiġu ttestjati l-prontezza ta’ ċertifikat u l-metodu ta’ Awtentikazzjoni b’Diversi Fatturi pprovdut mit-TC

Attur

Impjegat tal-IO

Għan

Konferma lill-impjegat tal-IO li ċ-ċertifikat elettroniku jaħdem.

Input tal-Każ ta’ Użu

Iċ-ċertifikat elettroniku tal-impjegat tal-IO + PIN u Awtentikazzjoni b’Diversi Fatturi fuq l-apparat(i) tal-klijent.

Output tal-Każ ta’ Użu

Test ok / mhux ok.

Messaġġ b’dettalji dwar il-ħsarat f’każ li ma jkunx ok.

Deskrizzjoni

L-impjegat jikkonnettja mas-sit web tat-TC.

L-impjegat tal-IO jirreġistra fuq is-sit web tat-test tat-TC biċ-ċertifikat elettroniku tiegħu.

L-impjegat tal-IO jara r-riżultat tat-test (ok/mhux ok.)

It-TC jirreġistra azzjonijiet għal proċess ta’ appoġġ ulterjuri (eż. il-manifattur tal-vettura).

KAŻ TA’ UŻU TC 10. TC jipprovdi interfaċċa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-każ ta’ użu CA1

Attur

TC

Għan

Appoġġ tat-TC tal-interfaċċa ta’ komunikazzjoni standard bejn it-TC u s-CAB (servizz web).

Input tal-Każ ta’ Użu

Informazzjoni u standards magħrufa għall-iżvilupp ta’ interfaċċa tal-komunikazzjoni (servizz web).

Output tal-Każ ta’ Użu

Interfaċċa ta’ komunikazzjoni bejn it-TC u s-CAB.

Deskrizzjoni

It-TC jiżviluppa u jmexxi interfaċċa ta’ komunikazzjoni standard għas-CAB. Is-CAB juża din l-interfaċċa ta’ komunikazzjoni standard. Din tista’ tintuża biex jiġi ordnat iċ-ċertifikat diġitali.

KAŻ TA’ UŻU TC 11. It-TC jipprovdi lill-utenti tat-test b’ċertifikati tat-test biex jivvalidaw il-komunikazzjoni (OCSP & SOAP/RESTful API)

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

Il-komunikazzjoni funzjonali bejn manifattur tal-vettura u TC.

Input tal-Każ ta’ Użu

Talba lill-interfaċċa tat-TC.

Output tal-Każ ta’ Użu

Data tat-test: l-utenti tat-test, iċ-ċertifikati tat-test, il-kontenut tal-bażi tad-data tal-awtorizzazzjoni.

Deskrizzjoni

Il-manifattur tal-vetturi jitlob data tat-test bil-lingwi xierqa kollha għas-swieq xierqa kollha.

It-TC jibgħat informazzjoni (utenti tat-test/ċertifikati tat-test) li tkopri l-eżiti kollha possibbli tal-ittestjar lill-manifattur tal-vettura.

KAŻ TA’ UŻU VM 1. Investigazzjoni ta’ approvazzjoni tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura (VM)

Għan

Sabiex jiġi investigat jekk approvazzjoni eżistenti għandhiex tibqa’ valida.

Input tal-Każ ta’ Użu

Il-manifattur tal-vetturi jinnota abbuż/indikazzjoni possibbli ta’ abbuż.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-abbuż jew l-indikazzjoni possibbli ta’ abbuż jiġu kkonfermati jew irrifjutati.

Deskrizzjoni

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tal-punt 4.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 jew mal-kunċett ta’ attività leġittima ta’ negozju stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt 6.3. tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858, il-manifattur tal-vettura jirrapporta dan in-nuqqas ta’ konformità ta’ IO lis-CAB.

Il-manifattur tal-vettura jibda l-proċess tal-ilmenti billi jinforma lis-CAB rispettiv.

Il-manifattur tal-vettura huwa liberu li jinnotifika lill-awtoritajiet rilevanti, jekk applikabbli.

KAŻ TA’ UŻU VM 2. Investigazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

Sabiex jiġi investigat jekk l-awtorizzazzjoni eżistenti għandhiex tibqa’ valida.

Input tal-Każ ta’ Użu

Il-manifattur tal-vetturi jinnota abbuż/indikazzjoni possibbli ta’ abbuż.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-abbuż jew l-indikazzjoni possibbli ta’ abbuż jiġu kkonfermati jew irrifjutati.

Deskrizzjoni

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tal-punt 4.3.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858 jew mal-kunċett ta’ attività leġittima tan-negozju stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt 6.3. tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858, il-manifattur tal-vetturi jirrapporta dawn l-indikazzjonijiet ta’ abbuż lis-CAB. Fejn ikun meħtieġ, il-manifattur tal-vettura jista’ jimblokka lill-impjegat tal-IO internament.

Il-manifattur tal-vettura jibda l-proċess tal-ilmenti billi jinforma lis-CAB rispettiv.

Il-manifattur tal-vettura huwa liberu li jinnotifika lill-awtoritajiet rilevanti.

KAŻ TA’ UŻU VM 3. Il-manifattur tal-vettura jimblokka l-aċċess tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura, CAB

Għan

L-IO (u sussegwentement l-impjegati tal-IO konnessi kollha) jiġi rrifjutat l-aċċess għal informazzjoni relatata mas-sigurtà.

Input tal-Każ ta’ Użu

Il-manifattur tal-vettura jirreġistra nuqqas ta’ konformità tal-IO rigward it-termini u l-kundizzjonijiet.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà mblokkat għall-IO (u għall-impjegati kollha tal-IO).

Deskrizzjoni

Wara l-investigazzjoni tiegħu, is-CAB iddetermina li l-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi revokata. Il-manifattur tal-vettura jista’ sussegwentement jimblokka l-aċċess tal-IO internament. Il-manifattur tal-vettura jimblokka l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà għal dak l-IO.

KAŻ TA’ UŻU VM 4. Il-manifattur tal-vettura jimblokka l-aċċess tal-impjegat tal-IO

Attur

manifattur tal-vettura, CAB

Għan

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom l-opportunità li jimblukkaw impjegat tal-IO mill-aċċess għal RMI relatata mas-sigurtà.

Input tal-Każ ta’ Użu

Il-manifattur tal-vettura jirreġistra r-raġuni għall-imblokkar tal-impjegat tal-IO.

Output tal-Każ ta’ Użu

L-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà mblokkat għall-impjegat tal-IO.

Deskrizzjoni

Wara l-investigazzjoni tagħha, is-CAB iddetermina li l-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi revokata. Il-manifattur tal-vettura jista’ sussegwentement jimblokka l-aċċess tal-impjegat internament.

Il-manifattur tal-vettura jimblokka l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sigurtà għal dak l-impjegat tal-IO.

KAŻ TA’ UŻU VM 5. L-istatus tal-awtorizzazzjoni tal-ispezzjonijiet tal-manifattur tal-vettura tal-impjegat tal-IO

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

Il-manifattur tal-vettura jivverifika l-istatus ta’ awtorizzazzjoni meta l-impjegat juża ċ-ċertifikat għall-awtentikazzjoni biex jaċċessa RMI relatata mas-sigurtà.

Input tal-Każ ta’ Użu

Informazzjoni dwar il-kontenut taċ-ċertifikat elettroniku tal-impjegati.

Output tal-Każ ta’ Użu

Status tal-Awtorizzazzjoni

Deskrizzjoni

Il-manifattur tal-vettura jivverifika l-validità taċ-ċertifikat (TC, OCSP.)

Il-manifattur tal-vettura jivverifika jekk l-impjegat huwiex imblokkat (manifattur tal-vettura intern).

Il-manifattur tal-vettura jivverifika l-validità tal-awtorizzazzjoni tal-impjegat:

Il-manifattur tal-vettura jikkuntattja lit-TC billi juża l-informazzjoni dwar il-kontenut taċ-ċertifikat elettroniku tal-impjegat.

It-TC iwieġeb bl-istatus ta’ awtentikazzjoni attwali.

KAŻ TA’ UŻU VM 6. Tniżżil ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni mis-sit web ta’ SERMI mill-manifattur tal-vettura (bħalissa OCSP & SOAP/RESTful API)

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

L-impjegat tal-IO konformi tal-ispezzjoni jingħata ċertifikat elettroniku tal-awtorizzazzjoni u ċertifikat ta’ spezzjoni tal-awtorizzazzjoni.

Input tal-Każ ta’ Użu

Talba għal gwida dwar l-implimentazzjoni.

Output tal-Każ ta’ Użu

Gwida ta’ implimentazzjoni mniżżla.

Deskrizzjoni

Niżżel il-gwida għall-implimentazzjoni mis-sit web ta’ SERMI. Il-manifattur tal-vettura jispezzjona ċ-ċertifikat u l-awtorizzazzjoni elettroniċi tal-impjegat billi juża l-gwida tal-implimentazzjoni (OCSP, SOAP/RESTful API).

KAŻ TA’ UŻU VM 7. Il-manifattur tal-vettura jipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet lokali

Attur

Manifattur tal-vettura

Għan

L-għoti ta’ informazzjoni lill-awtorità rilevanti.

Input tal-Każ ta’ Użu

Il-klijenti jikkuntattjaw lill-awtoritajiet lokali.

Talba mill-awtoritajiet rilevanti permezz ta’ proċess manwali (mhu meħtieġ l-ebda servizz tal-IT addizzjonali).

Output tal-Każ ta’ Użu

Informazzjoni dwar il-vettura (eż. l-istorja tal-azzjonijiet imwettqa fuq VIN speċifiku).

Deskrizzjoni

Il-klijent jirrapporta reat punibbli mil-liġijiet nazzjonali. Jagħti VIN jew informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet.

L-awtorità kompetenti tikkuntattja lill-manifattur speċifiku tal-vettura b’talba għal informazzjoni dwar VIN speċifiku.

Fil-każ ta’ vettura misruqa, jekk il-vettura tiġi rkuprata, l-awtorità rilevanti tinforma lill-manifattur tal-vettura u l-istatus tal-vettura jerġa’ jinqaleb għal normali (ir-rekord tal-awditjar ikun fih informazzjoni dwar l-avveniment).

KAŻ TA’ UŻU. Rekwiżiti tekniċi

1.1.   Rekwiżiti ta’ komunikazzjoni sigura

Kwalunkwe komunikazzjoni jew trasferiment diġitali ta’ data ta’ identifikazzjoni, approvazzjoni u awtorizzazzjoni fost is-CAB, it-TC u l-VM isir b’mezzi siguri jiġifieri bl-użu ta’ https-ssl/tls u l-awtentikazzjoni reċiproka abbażi ta’ ċertifikati X.509.

1.2.   Deskrizzjoni tal-ġestjoni tad-data

Fl-iskema ta’ SERMI, is-CAB biss qed jiġbor u juża informazzjoni personali: Id-dijagramma li ġejja tiddeskrivi sett minimu ta’ attributi li għandhom jinħażnu f’kull sistema ta’ informazzjoni tal-entità sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati proċessi u każijiet ta’ użu ddefiniti.

Illustrazzjoni 6

Eżempju ta’ ħżin tad-data skont ir-Raggruppament 1 tal-Każ ta’ Użu tal-ISO 18541-1

CAB

TC

Manifattur tal-vettura

Is-CAB għandu jiġbor u juża għall-ispezzjoni tal-approvazzjoni tar-rappreżentant legali tal-IO d-data deskritta fil-Kapitolu 6.3.3 u għall-ispezzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-impjegati tal-IO d-data deskritta fil-Kapitolu 6.3.5

Is-CAB jibgħat id-data li ġejja billi juża s-servizz web:

IOEUID

IOUID

Password ta’ attivazzjoni

It-TC jirċievi mingħand is-CAB id-data li ġejja:

IOEUID

IOUID

Password ta’ attivazzjoni

Barra minn hekk, it-TC jiġġenera u juża d-data li ġejja:

CABUID

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat elettroniku

Il-validità taċ-ċertifikat elettroniku

L-istatus tal-awtorizzazzjoni

Il-VM tiġġenera u tuża d-data li ġejja:

Id-data skont ir-raggruppament 1 tal-każ ta’ użu tal-ISO 18541-1

Identifikatur tal-utent u password assoċjati ma’ IOEUID

IOEUID

IOUID

CABUID

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat elettroniku

Deskrizzjoni tal-attribut

1)

Identifikatur uniku tal-impjegat tal-IO (IOEUID):

Is-sekwenza ġġenerata mis-CAB li tidentifika b’mod strett l-impjegat tal-IO.

2)

Identifikatur uniku tal-IO (IOUID):

Il-valur iġġenerat mis-CAB li jidentifika b’mod strett l-IO bħala entità ġuridika.

3)

Identifikatur uniku tas-CAB (UID):

Il-valur iġġenerat miċ-Ċentru ta’ Fiduċja li jidentifika b’mod strett is-CAB.

4)

Numru tas-Serje:

Fih in-numru tas-serje taċ-ċertifikat X509, li huwa uniku għal kull ċertifikat u li jiġi ġġenerat awtomatikament matul il-ħruġ taċ-ċertifikat.

Awtorizzazzjoni X / Awtorizzazzjoni tal-Istatus X:

Iddeskrivi l-awtorizzazzjoni(jiet) u l-istatus korrispondenti għal utent.

1.3.   Disinn taċ-ċertifikat

L-istandard taċ-ċertifikat x509.V3 (RFC 5280 u ISO 9594-8.2017) jiddefinixxi lista ta’ kampijiet u valuri komuni li għandhom jimtlew f’ċertifikat elettroniku.

Iċ-ċertifikat diġitali għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-BSI (http://www.bsi.de) fir-rigward tal-algoritmi tat-tul u tal-kriptografija ewlenin. Il-punt fiż-żmien għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-BSI jrid jiġi stabbilit mill-Forum RMI Sigura.

Meta wieħed jaqbad ma’ server bl-użu ta’ ċertifikat diġitali, is-server jivverifika kamp standard imsejjaħ “Subject DN” li jippermettilu jagħmel rabta mal-identità tal-IO fis-sistema tal-VM interna.

L-illustrazzjoni li ġejja turi sezzjoni ta’ kampijiet tal-kontenut, meħtieġa għall-identifikazzjoni minn sistema tal-VM. L-istruttura kompluta taċ-ċertifikat x509.V3 definita fl-RFC 5280 ma hijiex murija hawnhekk.

Illustrazzjoni 7

Il-kampijiet tal-kontenut taċ-ċertifikat elettroniku

Kamp

Valur

Kummenti

Numru tas-Serje

XXX

In-numru tas-serje taċ-ċertifikat.

Emittent

XXX

Isem faċli tat-TC.

Validità

X snin (Minn/Sal-lum)

Il-ħajja taċ-ċertifikat mill-ħruġ taċ-ċertifikat sa tmiem il-validità tiegħu.

Suġġett DN

IOEUID=<UserUniqueIdentifier>,

IOUID=<IOUniqueIdentifier>,

CABUID=<CABUniqueIdentifier>,

Informazzjoni vverifikata mis-sistema tal-VM wara l-istadju tal-awtentikazzjoni għall-identifikazzjoni tal-utent.

Informazzjoni dwar il-Kjavi Pubblika tas-Suġġett

Kriptaġġ tal-RSA ta’ 4 096  bit

Algoritmu u valur tal-kjavi pubblika li tinsab fiċ-ċertifikat.

Aċċess għall-Informazzjoni tal-Awtorità

http://XXX

Post tas-server OCSP li se jiġi definit mit-TC.

Validità

Perjodu ta’ validità kif definit f’din l-iskema. Kull ċertifikat elettroniku huwa validu għal perjodu massimu ta’ 60 xahar. Dan il-perjodu ma jistax ikun itwal mill-perjodu ta’ validità li jifdal tal-approvazzjoni tal-IO li jkun qed jimpjega.

Isem Distint tas-Suġġett (DN)

1)

IOEUID:

Fih valur iġġenerat mis-CAB li jirrappreżenta l-identità tal-impjegat tal-IO. Dan il-valur huwa uniku għal utent awtorizzat: jekk utent jitlob ċertifikat elettroniku ġdid mill-istess CAB jew minn CAB ieħor (wara tiġdid jew revoka), huwa jkun assoċjat mal-istess UID.

L-IOEUID huwa mibni kif ġej: < ISO-3166-1-KODIĊI TAL-PAJJIŻ TAL-POST TAS-CAB/ISEM IS-CAB/KODIĊI TA’ KARATTRI ALFANUMERIĊI>

Eżempju: BE/CAB-CERT/1234567890A

Dan il-valur għandu massimu ta’ 64 bit.

2)

IOUID:

Fih valur iġġenerat mis-CAB li jirrappreżenta l-isem legali, l-indirizz u n-numru tal-VAT tal-IO.

EŻEMPJU: <IO LEGALNAME: JOHNS_GARAGE/ADDRESS:MAINSTREET1BRUSSELS12345/VAT:BE12345678910

3)

CABUID:

Fih valur iġġenerat mit-TC li huwa uniku għal CAB akkreditat. Dan il-valur għandu massimu ta’ 64 bit.

Is-CAB għandu r-responsabbiltà li jimmaniġġja identifikaturi uniċi għall-utenti. It-TC għandu r-responsabbiltà li jimmaniġġja identifikaturi uniċi l-entitajiet legali u s-CAB tal-IO.

Informazzjoni dwar il-Kjavi Pubblika tas-Suġġett

Tiddefinixxi l-algoritmu u t-tul tal-kjavi pubblika li tinsab fiċ-ċertifikat elettroniku. Sabiex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja fis-saħħa tal-algoritmu, għandu jintuża tul tal-kjavi ta’ 4 096 bit.

Aċċess għall-Informazzjoni tal-Awtorità

Iċ-Ċentru ta’ Fiduċja għandu jipprovdi aċċess tal-OCSP għal-lista ta’ revoka taċ-ċertifikat sabiex jipprovdi aċċess awtomatiku għall-istatus ta’ revoka taċ-ċertifikat. Is-servizz tal-OCSP jiġi pprovdut 24 siegħa kuljum tul is-sebat ijiem tal-ġimgħa.

1.4.   Servizz web ta’ verifika tal-awtorizzazzjoni bbażat fuq SOAP/RESTful API

Is-sistema VM tista’ tivverifika l-istatus ta’ awtorizzazzjoni tal-utent li jitlob aċċess għal informazzjoni dwar is-sigurtà.

Din il-verifika tipprovdi servizz SOAP XML/RESTful API standard ibbażat fuq il-protokoll HTTPS. L-aċċess għal dan is-servizz jirrikjedi awtentikazzjoni permezz ta’ ċertifikat elettroniku. It-talba fuq is-server tat-TC hija bbażata fuq l-informazzjoni li ġejja:

Illustrazzjoni 8

Data tal-input

Data tal-input

Kamp

Valur

Kummenti

Identifikatur Uniku tal-Impjegat tal-IO (IOEUID)

<UserUniqueIdentifier>

 

Identifikatur uniku tal-IO (IOUID)

<IOUniqueIdentifier>

 

ID tal-awtorizzazzjoni

<AuthorizationUniqueIdentifier>

 


Illustrazzjoni 9

Irkupru tad-dettalji tal-informazzjoni dwar l-utent tad-Data tal-output matul ir-reġistrazzjoni abbażi ta’ SOAP/RESTful API

Data tal-output

Kamp

Valur

Kummenti

L-Istatus tal-Utent

 

0 → Sospiż

 

1 → Ok

 

2 → Revokat

 

3 → Mhux magħruf

 

Identifikatur uniku tal-impjegat tal-IO

<UserUniqueIdentifier>

 

Din il-verifika tipprovdi servizz SOAP XML/RESTful API standard ibbażat fuq il-protokoll HTTPS. Ċertifikat elettroniku speċifiku għall-VM huwa meħtieġ għall-awtentikazzjoni tal-aċċess għal dan is-servizz.


29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/33


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10624 — ENEL / INTESA / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 288/03)

Fit 17 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fit-Taljan u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10624. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/34


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Lulju 2022

(2022/C 288/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0122

JPY

Yen Ġappuniż

137,26

DKK

Krona Daniża

7,4442

GBP

Lira Sterlina

0,83586

SEK

Krona Żvediża

10,4490

CHF

Frank Żvizzeru

0,9745

ISK

Krona Iżlandiża

138,70

NOK

Krona Norveġiża

9,8983

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,609

HUF

Forint Ungeriż

407,30

PLN

Zloty Pollakk

4,7908

RON

Leu Rumen

4,9342

TRY

Lira Turka

18,1417

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4535

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2986

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,9456

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6172

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4009

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 320,45

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,0011

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8325

HRK

Kuna Kroata

7,5200

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 107,59

MYR

Ringgit Malażjan

4,5071

PHP

Peso Filippin

56,592

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,097

BRL

Real Brażiljan

5,3300

MXN

Peso Messikan

20,6760

INR

Rupi Indjan

80,6535


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/35


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)

(2022/C 288/05)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)

Fis-16 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament Finanzjarju. L-EDPS jinnota li l-Proposta għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità u l-interoperabbiltà tad-data dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni u dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-finanzjament tal-Unjoni sabiex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw, jinvestigaw u jikkoreġu l-frodi jew jirrimedjaw l-irregolaritajiet.

L-EDPS jappoġġa bis-sħiħ l-għanijiet tal-Proposta, inkluż l-użu akbar tad-diġitalizzazzjoni biex jiġu protetti aħjar l-interessi finanzjarji tal-UE u biex jiġu miġġielda l-frodi u irregolaritajiet oħra. Filwaqt li l-ipproċessar tad-data personali jista’ jkun meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan, hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur tal-UE li jiżgura li kwalunkwe interferenza mad-dritt għall-protezzjoni tad-data tibqa’ limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat għall-objettivi segwiti.

L-EDPS jilqa’ l-fatt li l-Proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-kategoriji tad-data li se tiġi pproċessata sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Proposta. L-EDPS jifhem, madankollu, li l-proċess tal-estrazzjoni ta’ data u l-punteġġ tar-riskju mhux se jkunu limitati għad-data identifikata b’mod espliċitu mill-Proposta u li dik id-data titqabbel ma’ data minn sorsi oħra. L-EDPS iqis li huwa meħtieġ li jiġu identifikati b’mod espliċitu l-kategoriji kollha tad-data personali li għandha tiġi pproċessata, kif ukoll is-sorsi ta’ dik id-data. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll salvagwardji xierqa biex jiġu żgurati l-kwalità u l-akkuratezza ta’ dik id-data, b’mod partikolari f’ċirkostanzi fejn dik id-data l-oħra tkun tinġabar minn partijiet terzi.

L-EDPS josserva li ma tingħata l-ebda informazzjoni addizzjonali fil-Proposta fir-rigward tas-sistema tal-IT nfisha. Għaldaqstant, huwa jirrakkomanda li jiġi kkjarifikat it-tip ta’ sistema tal-IT li għandha tintuża, b’mod partikolari jekk il-Kummissjoni għandhiex pjanijiet li tibbaża s-sistema fuq is-sistema tal-IT diġà eżistenti “Arachne” jew li toħloq sistema tal-IT kompletament ġdida. Irrispettivament mill-użu ta’ strutturi eżistenti, l-EDPS jixtieq ifakkar li jeħtieġ li jiġu stabbiliti u introdotti salvagwardji adatti fl-arkitettura ta’ din is-sistema tal-IT, f’konformità mar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali. Dan għandu jkun rifless sew fil-fażi tad-disinn u l-iżvilupp tas-sistema tal-IT, f’konformità mar-rekwiżit tal-protezzjoni tad-data mid-disinn.

L-EDPS jirrakkomanda bil-qawwa wkoll lill-koleġiżlatur biex jiddefinixxi b’mod ċar id-durata massima li matulha d-data personali msemmija tista’ tinħażen u ssir disponibbli fis-sistema tal-IT unika integrata għall-estrazzjoni ta’ data u l-punteġġ tar-riskju pprovduta mill-Kummissjoni.

Rigward il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti dwar ir-riċevituri kollha ta’ fondi ffinanzjati mill-baġit tal-UE, l-EDPS jinnota b’mod pożittiv l-isforzi li saru biex il-prinċipju tat-trasparenza jiġi bbilanċjat mal-interferenza mad-dritt tar-riċevituri kkonċernati biex tiġi rrispettata l-ħajja privata tagħhom b’mod ġenerali u għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom billi r-riċevituri jiġu eżentati mill-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom jekk jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet (livell limitu f’termini tal-ammont ta’ għajnuna riċevuta, in-natura tal-miżura, ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet eċċ.).

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-16 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (“il-Proposta”), li jemenda r-Regolament Finanzjarju (1).

2.

L-objettiv tal-Proposta huwa li r-Regolament Finanzjarju jiġi allinjat mal-pakkett tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, li tinżamm “ġabra unika tar-regoli” li tirregola n-nefqa tal-Unjoni, li jfisser li r-regoli finanzjarji ġenerali kollha huma inklużi fir-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, il-Proposta tinkludi titjib u simplifikazzjonijiet immirati li ġew identifikati mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju tal-2018. Il-proposta għandha wkoll l-għan li żżid l-użu tad-diġitalizzazzjoni biex tipproteġi aħjar l-interessi finanzjarji tal-UE, biex tikkontribwixxi aħjar għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-UE u sabiex tinkiseb simplifikazzjoni addizzjonali għar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni (2).

3.

L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2022, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR (3). L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-Premessa 257 tal-Proposta. F’dan ir-rigward, l-EDPS jinnota wkoll b’mod pożittiv li huwa kien ġie kkonsultat b’mod informali skont il-premessa 60 tal-EUDPR.

5.   KONKLUŻJONIJIET

26.

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(1)

jiġi kkjarifikat ir-rwol tal-entitajiet kollha li jkunu qed jużaw u jaċċessaw kwalunkwe data personali pproċessata mis-sistema tal-IT unika integrata għall-estrazzjoni ta’ data u l-punteġġ tar-riskju.

(2)

jiġi kkjarifikat it-tip tas-sistema tal-IT li għandha tintuża, b’mod partikolari jekk il-Kummissjoni għandhiex pjanijiet li tibbaża s-sistema fuq is-sistema tal-IT diġà eżistenti “Arachne” jew li toħloq sistema tal-IT kompletament ġdida.

(3)

jiġu identifikati b’mod espliċitu l-kategoriji kollha tad-data kkonċernata, jiġifieri liema data se tiġi pproċessata/tintrabat mad-data ta’ identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 paragrafu 6 tal-Proposta, kif ukoll is-sorsi ta’ dik id-data.

(4)

jiġu introdotti salvagwardji xierqa biex jiġu żgurati l-kwalità u l-akkuratezza tad-data, b’mod partikolari f’każ li dik id-data l-oħra tinġabar minn partijiet terzi.

(5)

irrispettivament minn jekk il-Kummissjoni għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-istrutturi eżistenti, tiġi inkluża fil-Proposta nfisha deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-għodda tal-IT, inklużi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-data u s-salvagwardji applikabbli rilevanti.

(6)

jiġu applikati salvagwardji addizzjonali għat-tipi ta’ data mhux ippubblikati. Pereżempju, għandha titqies il-psewdonimizzazzjoni tad-data.

(7)

jiġi kkjarifikat jekk ir-reġistrazzjoni u l-ħżin elettroniċi tad-data jkunux isiru fi ħdan is-sistema tal-IT għall-estrazzjoni ta’ data u għall-punteġġ tar-riskju jew jekk is-sistema tal-IT ikun ikollha aċċess biss għad-data maħżuna xi mkien ieħor.

(8)

tiġi ddefinita b’mod ċar id-durata massima li matulha d-data msemmija fl-Artikolu 36 tal-Proposta tista’ tinħażen u ssir disponibbli fis-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni ta’ data u l-punteġġ tar-riskju pprovduta mill-Kummissjoni.

Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(2)  Ara COM(2022) 223 final, p. 1.

(3)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/38


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 288/06)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

“Verdicchio dei Castelli di Jesi”

PDO-IT-A0482-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 6.5.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Imballaġġ — kontenituri u kapaċità

Deskrizzjoni: għall-imballaġġ tal-inbid Verdicchio dei Castelli di Jesi, jistgħu jintużaw ukoll kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, ikkostitwiti minn għata tal-inbid magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluq f’involukru tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor mhux inqas mill-kapaċità minima prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea.

Raġunijiet: din hija opportunità ulterjuri ta’ imbalaġġ tal-inbid Verdicchio dei Castelli di Jesi f’kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, li riedu l-produtturi wara valutazzjonijiet tekniċi u kummerċjali bir-reqqa.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

2.   Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni — bidla fl-indirizz

Deskrizzjoni: l-indirizz tal-kumpanija Valoritalia S.r.l. għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u tal-produzzjoni Taljana tal-inbid huwa emendat minn Via Piave n. 24, għal Via Venti Settembre n. 98/G – 00187 Roma.

Raġunijiet: dan jikkonċerna t-trasferiment tas-sede legali tal-istruttura ta’ spezzjoni tal-isem Verdicchio dei Castelli di Jesi.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Verdicchio dei Castelli di Jesi

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed:

1.   Verdicchio dei Castelli di Jesi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi b’kulur isfar mitfi lewn it-tiben; riħa delikata, karatteristika tal-lewż; togħma xotta armonjuża, li tħallilek togħma pjaċevoli u morra fil-palat.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico għandhom kulur isfar mitfi lewn it-tiben; riħa delikata, karatteristika; togħma xotta, armonjuża, li tħallilek togħma pjaċevoli u morra fil-palat.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico Superiore

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico għandhom kulur isfar mitfi lewn it-tiben; riħa delikata, karatteristika; togħma xotta, armonjuża, li tħallilek togħma pjaċevoli u morra fil-palat.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Verdicchio dei Castelli di Jesi Passito

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi Passito għandhom kulur isfar lewn it-tiben intens għal ambra, riħa karatteristika, intensa; togħma bejn medja-ħelwa u ħelwa, armonjuża, bellusija, karatteristika.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,00 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Verdicchio dei Castelli di Jesi spumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi spumanti għandhom bżieżaq fini u persistenti; kulur isfar lewn it-tiben xi ftit jew wisq qawwi b’riflessi ħadranija eventwali; riħa delikata tagħhom stess, fina ġmielha u kompożita, togħma ekstrabrut għal xotta, sapida, friska, fina u armonjuża.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

1.

Verdicchio dei Castelli di Jesi

14 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

2.

Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico

14 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

3.

Verdicchio dei Castelli di Jesi Classico Superiore

11 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

4.

Verdicchio dei Castelli di Jesi passito

14 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi tinsab fil-provinċji ta’ Ancona u ta’ Macerata.

Iż-żona tinsab f’parti mill-baċir ġeografiku tax-xmara Esino, fit-territorji ta’ 22 komun intern fil-provinċja ta’ Ancona u ta’ żewġ komuni interni fil-provinċja ta’ Macerata.

7.   Varjetà ta’ għeneb tal-inbid

Verdicchio abjad B. - Verdicchio

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Verdicchio dei Castelli di Jesi

Il-kultivazzjoni tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbid ilhom preżenti minn żmien il-qedem fit-territorju tal-inbid DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi, bħall-produzzjoni tal-inbid spumanti li għandu għeruq antiki u dokumentati u tal-passito li għandu tradizzjoni ta’ sekli sħaħ. L-influwenza

tal-fatturi umani matul is-sekli kkaratterizzat l-għażla tal-kultivazzjoni tal-varjetà Verdicchio fiż-żona, l-evoluzzjoni tal-forom ta’ tkabbir u l-prattiki enoloġiċi. L-interazzjoni tal-fatturi

naturali (orografija, klima u pedoloġija) mal-fatturi umani tikkonferixxi lill-inbejjed DOP Verdicchio dei Castelli di Jesi karatteristiċi kwalitattivi u organolettiċi distintivi uniċi li mhux riproduċibbli xi mkien ieħor.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Indikazzjoni tas-sena tal-produzzjoni tal-għeneb

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Fit-tikkettar tal-inbejjed DOP “Verdicchio dei Castelli di Jesi”, “Verdicchio dei Castelli di Jesi” Classico, “Verdicchio dei Castelli di Jesi” Classico Superiore, “Verdicchio dei Castelli di Jesi” Passito, “Verdicchio dei Castelli di Jesi” Spumante Riserva, l-indikazzjoni tas-sena tal-produzzjoni tal-għeneb hija obbligatorja.

Imballaġġ, kontenituri u projbizzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ ssiġillar

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Għall-inbejjed “Verdicchio dei Castelli di Jesi” huwa permess ukoll li jintużaw kontenituri oħra għajr il-ħġieġ li jikkonsistu minn għata tal-inbid magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluq f’involukru tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor mhux inqas mill-kapaċità minima prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea.

Għall-inbejjed “Verdicchio dei Castelli di Jesi” Classico ir-rilaxx għall-konsum għandu jsir biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux iktar minn ħames litri.

Għall-inbejjed “Verdicchio dei Castelli di Jesi” Classico Superiore ir-rilaxx għall-konsum għandu jsir biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux iktar minn tliet litri; l-għeluq li jinfetħu billi tiġbidhom u t-tappijiet tal-ħadid huma pprojbiti għal dawn l-inbejjed.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18115


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/43


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 288/07)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Rosso Cònero

PDO-IT-A0428-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 06.05.2022

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET GĦALL-EMENDA APPROVATA

1.   Ippakkjar - kontenituri u kapaċità

Deskrizzjoni: għall-ippakkjar tal-inbid Rosso Cònero, jistgħu jintużaw ukoll kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, li jikkonsistu f’borża magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluqa f’kaxxa tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor li ma għandux ikun inqas mill-kapaċità minima stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Raġunijiet: ġiet miżjuda l-għażla biex l-inbid Rosso Cònero jiġi ppakkjat f’kontenituri oħra alternattivi għall-ħġieġ, skont ir-rieda tal-produtturi wara li wettqu valutazzjonijiet tekniċi u kummerċjali bir-reqqa.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

2.   Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni - bidla fl-indirizz

Deskrizzjoni: l-indirizz tal-kumpanija għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u tal-produzzjoni Taljana tal-inbid S.r.l. ġie emendat minn Via Piave Nru 24 għal Via Venti Settembo Nru 98/G – 00187 Ruma.

Raġunijiet: dan jikkonċerna t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-korp ta’ kontroll tar-Rosso Cònero.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Rosso Cònero

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Rosso Cònero

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Rosso Cònero għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin, riħa pjaċevoli u vinuża u togħma bnina, armonjuża, xotta u robusta.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Rosso Cònero

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid Rosso Cònero tinkludi l-muniċipalitajiet kollha ta’ Ancona, Offagna, Camerano, Sirolo, Numana, u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Castelfidardo u Osimo, li kollha jinsabu fil-provinċja ta’ Ancona.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Montepulciano N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rosso Cònero

L-influwenza tal-fatturi umani fiż-żona tal-produzzjoni tal-inbid Rosso Cònero kienet fundamentali fl-għażla tal-varjetajiet tal-għeneb biex jitkabbru, fl-iżvilupp tat-tekniki tal-kultivazzjoni tad-dwieli u fil-prattiki enoloġiċi; fil-fatt jeżistu traċċi ta’ vitikultura u enoloġija li jmorru lura għas-seklu 10 QK.

Dawn il-fatturi jinteraġixxu mal-fatturi naturali speċifiċi u uniċi ħafna taż-żona, ikkaratterizzati prinċipalment mill-preżenza tal-Monte Cònero. Hawnhekk il-varjetà ta’ dwieli Montepulciano sabet iż-żona tat-tkabbir ideali tagħha, li tagħmel l-inbejjed tad-DOP Rosso Cònero uniċi u mhux riproduċibbli xi mkien ieħor.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Indikazzjoni tas-sena tal-produzzjoni tal-għeneb

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Fuq it-tikkettar tal-inbejjed tad-DOP Rosso Cònero, trid tiġi indikata s-sena tal-produzzjoni tal-għeneb

Ippakkjar u sistemi ta’ għeluq

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Għall-inbid tad-DOP Rosso Cònero, huma awtorizzati s-sistemi kollha ta’ għeluq permessi skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali.

Barra minn hekk, għall-ippakkjar jistgħu jintużaw ukoll kontenituri alternattivi għall-ħġieġ, li jikkonsistu f’borża magħmula minn materjal tal-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi magħluqa f’kaxxa tal-kartun jew ta’ materjal riġidu ieħor li ma għandux ikun inqas mill-kapaċità minima stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18114


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/46


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 288/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina”

Nru tal-UE: PDO-HR+SI-2655 – 19.1.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

 

Ir-Repubblika tal-Kroazja

 

Ir-Repubblika tas-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” huwa laħam frisk li jgħaddi minn maturazzjoni kkontrollata ta’ mill-inqas 15-il jum. Dan il-laħam jinkiseb minn razza lokali magħrufa bħala frat ta’ Istria (“istarsko govedo / istrsko govedo”), li jitwieldu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 u huma soġġetti għal proċedura standard għall-iskarnar u l-ipproċessar tal-karkassa.

Il-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” jitqiegħed fis-suq bħala prodott frisk jew iffriżat.

Il-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” għandu kulur li jvarja bejn roża ċar u aħmar skur, b’kontenut moderat ta’ xaħam intramuskolari (traħħim), aromatiku, b’riħa tfuħ, togħma b’saħħitha karatteristika taċ-ċanga, tari u sukkulenti, u xieraq bħala tali għall-użu f’varjetà ta’ platti tal-laħam.

Skont il-kategorija tal-età u tal-piż tagħhom, il-karkassi tar-razza tal-ifrat ta’ Istria jrid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

għoġġiela barrin u erieħ skarnati f’età bejn 8 xhur u 12-il xahar – in-nofs karkassi tagħhom imlestin jiżnu bejn 100 kg u 250 kg; il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar, tari, sukkulenti, ftit aromatiku, b’marbling moderat; it-tessut xaħmi ta’ taħt il-ġilda tagħhom huwa ta’ kulur abjad;

erieħ skarnati f’età ta’ ’l fuq minn 12-il xahar – in-nofs karkassi tagħhom imlestin jiżnu bejn 180 kg u 320 kg; il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża, tari, sukkulenti, ftit aromatiku, b’marbling moderat; it-tessut xaħmi ta’ taħt il-ġilda tagħhom huwa ta’ kulur abjad;

barrin żgħar (irġiel skarnati f’età bejn 12-il xahar u 24 xahar) – in-nofs karkassi tagħhom imlestin jiżnu bejn 200 kg u 400 kg; il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn roża u aħmar skur, tari, sukkulenti, ftit aromatiku u mraħħam; it-tessut tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn abjad u kemxejn isfar;

baqar (nisa skarnati f’età ta’ ’l fuq minn 24 xahar) – in-nofs karkassi tagħhom imlestin jiżnu aktar minn 220 kg; il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn roża u aħmar fil-vjola, sukkulenti, aromatiku u mraħħam; it-tessut tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn isfar ċar u isfar skur;

barrin (irġiel skarnati f’età ta’ ’l fuq minn 24 xahar) – in-nofs karkassi tagħhom imlestin jiżnu aktar minn 280 kg; il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn roża u aħmar fil-vjola, sukkulenti u aromatiku; it-tessut tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn isfar ċar u isfar skur;

għoġġiela (irġiel kastrati skarnati f’età ta’ ’l fuq minn 24 xahar) – in-nofs karkassi tagħhom imlestin jiżnu aktar minn 350 kg; il-laħam tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja bejn aħmar u aħmar skur, aromatiku u mraħħam; it-tessut tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda tagħhom huwa ta’ kulur isfar skur.

Il-karkassi tar-razza tal-ifrat ta’ Istria huma kklassifikati bl-użu tas-sistema ta’ grilja EUROP. Fir-rigward tal-konformazzjoni, il-karkassi jridu jappartjenu għall-klassi E, U, R jew O, u fir-rigward tal-grad ta’ kopertura tax-xaħam, għall-klassi 2, 3 jew 4.

Il-valur tal-pH, kif imkejjel fil-muskolu dorsali (musculus longissimus dorsi) mhux qabel 24 siegħa wara l-iskarnar u wara li tibred in-nofs karkassa, irid ikun ta’ 5,8 jew inqas.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għoġġiela għat-tħaxxin jiġu miftuma mill-età ta’ 4 xhur. Qabel ma jibda t-tħaxxin, il-ħuxlief u r-ragħa jiġu introdotti gradwalment fl-għalf tagħhom, flimkien mal-ħalib.

L-għalf primarju għall-ifrat ta’ età ta’ aktar minn 8 xhur huwa l-foraġġ aħrax (ragħa, ħuxlief), li għandu, fil-prinċipju, jiġi introdott fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

Jista’ jiżdied għalf ikkonċentrat (ċereali) għal massimu ta’ 20 % tal-porzjon totali ta’ kuljum (espress bħala sehem tal-piż ta’ materja niexfa li tinsab fl-għalf ikkonċentrat). L-għalf ikkonċentrat jista’ jiġi akkwistat barra miż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

Fejn ma jkunx hemm biżżejjed foraġġ aħrax disponibbli minħabba temp ħażin, l-ifrat jistgħu jieklu ħuxlief u silaġġ tal-ħuxlief prodott barra miż-żona ġeografika ddefinita, iżda biss għal massimu ta’ 15 % tal-ammont totali annwali ta’ foraġġ aħrax espress f’materja niexfa.

Il-proporzjon totali tal-foraġġ kollu (foraġġ aħrax, għalf ikkonċentrat) prodott barra miż-żona ġeografika ddefinita li l-ifrat jistgħu jieklu matul kwalunkwe sena partikolari jista’ jkun sa 28 %, espress f’materja niexfa. Peress li jinġieb minn barra ż-żona ġeografika ddefinita f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni biss, l-użu ta’ foraġġ bħal dan f’tali ammonti limitati ma għandux effett kbir fuq il-karatteristiċi tal-prodott deskritt fil-punt 3.2.

Ma huwiex permess li jintużaw sostituti tal-ħalib jew taħlitiet tal-għalf ikkonċentrat magħmul lest li jkun fihom prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel meta l-ifrat jiġu mitmugħa. Lanqas ma huwa permess li jintuża silaġġ fl-għalf.

L-użu tal-ħaxix tas-silaġġ tal-ħuxlief u ta’ taħlita ta’ xnien/ħaxix fl-għalf huwa permess għal massimu ta’ 40 % tal-porzjon ta’ kuljum espress f’materja niexfa.....

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-“Meso istarskog goveda – boškarina” / “Meso istrskega goveda – boškarina”, mit-twelid, sal-iskarnar tal-ifrat, l-ipproċessar primarju u t-tbiċċir, sal-maturazzjoni tal-laħam, iridu jsiru fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Wara li jitlesta l-proċess tal-maturazzjoni, il-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” jista’ jiġi ffriżat jew jitqiegħed fuq is-suq bħala prodott frisk. Il-laħam irid ikun ippakkjat fil-vakwu qabel ma jiġi ffriżat.

Jekk il-laħam ikun ġie mmaturat f’nofs jew kwart karkassi, il-karkassi jridu jitbiċċru skont il-qatgħat standard fl-industrija tal-iskarnar qabel ma jiġu ffriżati jew qabel ma jitqiegħdu fuq is-suq.

Il-laħam frisk jista’ jitqiegħed fuq is-suq mhux ippakkjat, ippakkjat fil-vakwu jew f’ippakkjar f’atmosfera mmodifikata. Il-laħam iffriżat jista’ jitqiegħed fuq is-suq ippakkjat fil-vakwu biss.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Meta l-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” jinbiegħ lill-konsumatur finali bħala prodott mhux ippakkjat f'ħanut tal-bejgħ bl-imnut, l-iskrizzjoni “Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” u s-simbolu komuni tal-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” (ara l-illustrazzjoni ta’ hawn taħt) iridu jidhru b’mod ċar. Is-simbolu komuni fuq l-iskrizzjoni ma jridx ikun iżgħar minn 7 x 7 cm.

Meta l-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” jitqiegħed fuq is-suq f’għamla ppakkjata, kull ippakkjar irid ikun fih l-iskrizzjoni “Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” u s-simbolu komuni tal-“Meso istarskog goveda – boškarina” / “Meso istrskega goveda – boškarina”. L-iskrizzjoni “Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” trid tkun aktar prominenti minn kwalunkwe skrizzjoni oħra bl-użu ta’ test akbar. Is-simbolu komuni fuq l-ippakkjar ma jridx ikun iżgħar minn 2,5 x 2,5 cm.

Minbarra l-informazzjoni stabbilita fir-regolamenti fis-seħħ dwar it-tikkettar taċ-ċanga, l-ippakkjar jew l-iskrizzjoni (fil-każ ta’ laħam mhux ippakkjat) irid ikun fihom ukoll id-data tal-iskarnar, il-kategorija tal-ifrat imsemmija fl-Ispeċifikazzjoni u l-iskrizzjoni “Laħam immaturat”.

Image 3

Illustrazzjoni tas-simbolu komuni

Hemm żewġ verżjonijiet tas-simbolu komuni tal-“Meso istarskog goveda – boškarina” / “Meso istrskega goveda – boškarina”, li jikkorrispondu għaż-żewġ verżjonijiet (Kroat u Sloven) tal-isem tal-prodott.

Is-simbolu komuni ġeneralment jintuża fil-varjant b’ħafna kuluri. Jekk il-varjant b’ħafna kuluri tas-simbolu komuni ma jkunx possibbli, jista’ jintuża l-varjant b’kulur wieħed, bl-iswed jew b’wieħed mill-kuluri primarji li jappartjenu għas-simbolu b’ħafna kuluri.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” jiġi prodott fit-territorju tal-peniżola ta' Istrija, l-arċipelagu ta' Kvarner, il-pjanuri ta’ Karst u Čičarija, u l-wied ta’ Podgrad, inklużi l-inklinazzjonijiet tan-Nofsinhar tal-għoljiet Brkini.

Fil-Kroazja, il-produzzjoni tista’ sseħħ fit-territorju tal-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin: Buje, Buzet, Labin, Novigrad, Pazin, Poreč, Pula, Rovinj, Umag, Vodnjan, Bale, Barban, Brtonigla, Cerovlje, Fažana, Funtana, Gračišće, Grožnjan, Kanfanar, Karojba, Kaštelir-Labinci, Kršan, Lanišće, Ližnjan, Lupoglav, Marčana, Medulin, Motovun, Oprtalj, Pićan, Raša, Sveta Nedjelja, Sveti Lovreč, Sveti Petar u Šumi, Svetvinčenat, Tar-Vabriga, Tinjan, Višnjan, Vižinada, Vrsar, Žminj, Mošćenička Draga, Lovran, Opatija, Matulji u Kastav, Cres, Mali Lošinj, Krk, Baška, Dobrinj, Malinska-Dubašnica, Omišalj, Punat u Vrbnik.

Fis-Slovenja, il-produzzjoni tista’ sseħħ fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Piran, Izola, Koper, Ankaran, Hrpelje-Kozina, Ilirska Bistrica, Sežana, Komen u Divača.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Id-diversità u l-kumplessità tal-istruttura ġeoloġika u ġeomorfoloġika taż-żona tal-produzzjoni tal-“Meso istarskog goveda - boškarina” / “Meso istrskega goveda – boškarina” wasslu għall-iżvilupp ta’ varjetà ta’ tipi ta’ ħamrija. Il-klima taż-żona ġeografika, b’mod ġenerali, hija Mediterranja, li tinbidel gradwalment ’il ġewwa mix-xatt u lejn it-Tramuntana tal-peniżola, fejn issir kontinentali moderata. Il-varjetà tat-topografija, tal-ħamrija u tal-klima, u l-interazzjoni bejniethom irriżultaw f’kopertura veġetali rikka u diversa. Il-flora Dinarika, Alpina u Mediterranja kollha jinsabu hawn, b’foresti li dejjem iħaddru ta’ ballut u arbuxelli, u foresti ta’ siġar li jinżgħu ta’ ballut żajbri, hornbeam u fagu. Iż-żona tal-foresti tkopri terz tal-art, filwaqt li l-maġġoranza taż-żona tikkonsisti minn art tal-mergħa u art tal-arbuxelli li jospitaw aktar minn 300 varjetà ta’ pjanti.

Sal-lum, ir-razza lokali tal-ifrat ta’ Istria li toriġina miż-żona ġeografika titrabba bil-mod tradizzjonali. Fil-passat, l-ifrat kienu jiġu mrobbija bl-użu ta’ sistema ta’ biedja ferm estensiva. L-għalf kien ibbażat fuq ir-ragħa, u xi ftit inqas fuq il-ħuxlief tal-mergħa, in-nifel, it-tiben tal-qamħ u tax-xgħir, iz-zkuk tal-qamħirrum u l-mifrex. Skont il-kopertura veġetali u l-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ta’ tnissil, l-ifrat kienu jirgħu għal bejn 6 xhur u 9 xhur fis-sena, jew f’xi partijiet, is-sena kollha. F’ħafna partijiet taż-żona tal-produzzjoni, speċjalment f’dawk fejn huwa predominanti l-karst, ftit li xejn kien hemm art tal-mergħa disponibbli, li kkawża li l-ifrat li jirgħu b’mod liberu jmorru lil hinn minn dawk il-mergħat biex ifittxu l-ikel. Fix-xhur tas-sajf, meta l-art tal-mergħa kienet diġà niexfa, l-ifrat kienu mġiegħla jimxu lejn iż-żoni tal-foresti, fejn ma kienx hemm biżżejjed ragħa u kienu prinċipalment imġiegħla jirgħu fuq il-weraq tas-siġar bħall-ballut, siġret il-manna, l-akaċja, is-siġar taċ-ċawsli, il-hornbeam Orjentali, is-siġar tal-frawli, l-ileks, ir-riħana u l-oleastru, jew, jekk kien ikun hemm bżonn, jirrikorru għall-flora li dejjem tħaddar. Dan kien l-istess metodu ta’ biedja u għalf li wassal lil ħafna sidien biex isejħu l-merħla tagħhom “Boškarin” (wara boška = żona tal-foresti, arbuxelli għoljin), li jintuża bħala sinonimu għar-razza tal-ifrat ta’ Istria.

Il-metodu tal-lum għall-biedja tal-ifrat ta’ Istria jvarja biss kemxejn mill-metodu tradizzjonali. Għalkemm l-ifrat ta’ Istria ma għadhomx jintużaw bħala bhejjem tat-tagħbija, kollha għandhom aċċess regolari għall-art tal-mergħa, l-art tal-arbuxelli u ż-żoni tal-foresti, u prinċipalment jiġu mitmugħa bil-mod tradizzjonali.

Fil-passat, l-ifrat ta’ Istria ma kinux jissemmnu sistematikament għall-produzzjoni tal-laħam. It-tismin għall-bżonnijiet tal-armata, kif huwa mfakkar f’dokument mill-1631 li jirreferi għall-biedja tal-ifrat fuq il-gżira ta’ Unije, huwa eċċezzjoni. Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, il-laħam tal-ifrat ta’ Istria kien jinbiegħ fil-bliet, speċjalment f’Pula u Trieste.

Sabiex jiġi ppreservat il-materjal ġenetiku u tiġi evitata l-estinzjoni tar-razza, lejn l-aħħar tas-snin tmenin inbdiet kampanja biex terġa’ tingħata l-ħajja lit-tnissil tal-ifrat ta’ Istria, li kienet iffukat fuq l-isfruttar tal-valur gastronomiku tal-karatteristiċi speċifiċi tal-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” u l-promozzjoni sistematika tiegħu bħala speċjalità raffinata. Minħabba l-piż totali iktar baxx, it-tkabbir naturali iktar bil-mod u rendimenti iktar baxxi tagħhom, kif ukoll il-kwalità ġenerali tal-laħam tagħhom, l-ifrat ta’ Istria għandhom potenzjal limitat ħafna għall-produzzjoni taċ-ċanga, u għalhekk, ir-razza titrabba kważi esklussivament fiż-żona deskritta fil-punt 4. Barra miż-żona ġeografika, l-ifrat jitnisslu b’mod aktar intensiv, li għandu effett negattiv fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam, li jagħmlu iktar xaħmi u inqas aromatiku.

Ir-rabta bejn il-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” u ż-żona tal-produzzjoni tmur lura ħafna, għal żmien meta forma arkajka tal-ifrat meqjusa bħala l-antenati tal-ifrat ta’ Istria, Bos primigenius, kienet imrobbija fuq il-peniżola Istrija. Ir-riċerka ġenetika tindika li l-ifrat ta’ Istria jappartjenu għal grupp ġenetiku separat, li huwa rifless fil-konformazzjoni karatterisitika tal-karkassa meta mqabbla ma’ razez oħrajn tal-laħam. Il-karkassa tal-ifrat ta’ Istria hija karatterizzata minn sider relattivament b’saħħtu u riġlejn ta’ wara żgħar. Għandha kontenut moderat tal-muskoli u tax-xaħam, u r-rendiment ta’ ċerti kategoriji ta’ età huwa aktar baxx minn dak ta’ razez tal-ifrat tal-laħam Ewropej oħrajn. Il-karatteristiċi tal-karkassa wkoll jaffettwaw direttament dawk tal-laħam.

Karatteristika speċifika tal-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” hija li huwa iktar iebes mil-laħam ta’ razez oħrajn, li huwa r-riżultat ta’ kontenut ogħla ta’ kollaġen tat-tessut tal-muskolu. L-ammont ta’ kollaġen fil-muskoli huwa fattur ereditarju, u jinsab f’ammonti akbar fl-ifrat ta’ Istria, peress li kienet razza pixka li kienet teħtieġ is-saħħa u żviluppat tessut tal-muskoli li fih kollaġen partikolarment b’saħħtu. Il-laħam iebes jeħtieġ trattament bis-sħana itwal, li jkisser il-kollaġen u fl-aħħar mill-aħħar jagħti lil-laħam is-sukkulenza u t-togħma b’saħħitha tiegħu. Sabiex titnaqqas l-ebusija tiegħu u jissaħħu u jiġu żviluppati l-aromi speċifiċi tiegħu, wara l-iskarnar il-laħam jgħaddi minn proċess ta’ maturazzjoni, li matulu l-fibri tal-kollaġen jitkissru u xi amminoaċidi jiġu rilaxxati.

Waħda mill-karatteristiċi tal-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina” hija l-grad iktar baxx ta’ traħħim, b’riżultat tal-proporzjon moderat ta’ xaħam intramuskolari, l-intensità moderata ta’ tħaxxin, u l-proporzjon baxx ta’ foraġġ għoli fl-enerġija fil-porzjon. Il-kulur isfar skur tat-tessut adipuż tal-ifrat iktar anzjani huwa r-riżultat tal-kompożizzjoni tax-xaħam, fi kliem ieħor, l-ikel li jiekol l-annimal. Studji xjentifiċi wrew li l-proporzjon ta’ aċidi xaħmin saturati ma’ dawk mhux saturati fil-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi tal-lipidu tal-laħam fl-ifrat ta’ Istria jiffavorixxi aċidi tax-xaħam saturat (bejn wieħed u ieħor 60:40 %), li jgħin biex il-laħam ikun inqas suxxettibbli għall-awtoossidazzjoni meta jinżamm għal perjodu twil. Din il-karatteristika hija partikolarment importanti għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-laħam fl-istadju tal-maturazzjoni. Il-fatt li l-laħam frisk tal-ifrat ta’ Istria jgħaddi minn maturazzjoni jistimola l-proċessi proteolitiċi fil-laħam, li jaċċentwa l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu (kemm hu artab, sukkulenti, is-sawra, ir-riħa, u l-aroma b’saħħitha tal-laħam immaturat) u jtejjeb il-potenzjal gastronomiku tiegħu.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ifrat ta’ Istria u tal-laħam li jipproduċu ġew żviluppati l-ewwel mill-bdiewa tal-ifrat ta’ Istria, li matul il-passat, rabbew b’mod estensiv ir-razza u użawha bħala annimal pixka. Bis-saħħa ta’ sekli ta’ għażla, l-ifrat ta’ Istria adattaw bis-sħiħ għall-klima u għal kundizzjonijiet ekoloġiċi oħrajn fejn jgħixu, partikolarment l-iskarsezza tal-ikel. B’mod differenti minn razez tal-prodotti tal-ħalib jew tal-laħam ferm produttivi, li jeħtieġu foraġġ għoli fl-enerġija, l-ifrat ta’ Istria jistgħu jieklu, fin-nuqqas ta’ art tal-mergħa, billi jirgħu fuq ir-rimjiet u l-weraq ta’ bosta speċi ta’ pjanti tal-injam.

Peress li r-riċerka rilevanti sal-lum stabbiliet rabta ċara bejn il-profil botaniku tal-għalf u l-karatteristiċi organolettiċi u aromatiċi tal-laħam, jista’ jingħad li ż-żona ġeografika għandha effett dirett sinifikanti fuq il-karatteristiċi kwalitattivi (nutrizzjonali u organolettiċi) tal-“Meso istarskog goveda – boškarina / Meso istrskega goveda – boškarina”

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/dokumenti/hrana/proizvodi_u_postupku_zastite-zoi-zozp-zts/Specifikacija_meso_istarskog_goveda_boskarin.pdf

https://www.gov.si/assets/ministrstva/MKGP/PODROCJA/HRANA/SHEME-KAKOVOSTI/SPECIFIKACIJE-EVROPSKA-KOMISIJA/Boskarin.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

29.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/51


għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2021 dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal azzjonijiet skont is-Seba’ Programm Kwadru, Orizzont 2020, Orizzont Ewropa u l-Programmi Euratom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 514 I tal-21 ta’ Diċembru 2021 )

(2022/C 288/09)

F’paġna 6, fit-titolu:

minflok:

“mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka”,

aqra:

“mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa”.

F’paġna 6, fi Premessa 1, l-ewwel sentenza:

minflok:

“Mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka”,

aqra:

“Mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa”.

F’paġna 10, l-Anness, it-titolu:

minflok:

mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka”,

aqra:

mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa”.

F’paġna 10, l-Anness, l-punt 1.2.6 tal-Werrej:

minflok:

“Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Reċiproka”,

aqra:

“Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Mutwa”.

F’paġna 11, l-Anness, il-Parti “INTRODUZZJONI”, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka”,

aqra:

“mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa”.

F’paġna 13, l-Anness, il-punt 1.2.6, it-titolu:

minflok:

Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Reċiproka”,

aqra:

Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Mutwa”.

F’paġna 13, l-Anness, il-punt 1.2.6, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Reċiproka”,

aqra:

“Mekkaniżmu ta’ Assigurazzjoni Mutwa”.


Top