EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2017:032:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 32, 1 ta' Frar 2017


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
1 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 32/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

1

2017/C 32/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8198 — Alliance Automotive Group/FPS Distribution) ( 1 )

1

2017/C 32/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8328 — The Cerberus Group/Staples Europe) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 32/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 32/05

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 32/06

Sejħa għal espressjoni ta’ interess fil-ħatra ta’ membri tal-Bord tal-Appell konġunt tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għas-settur tas-servizzi finanzjarji (l-Awtorità Bankarja, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

11

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2017/C 32/07

Sejħa għall-proposti — Tournament għall-Innovazzjoni Soċjali 2017 tal-IBEI

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 32/08

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba magħmula minn Entità Kontraenti — estensjoni tal-iskadenza

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

(2017/C 32/01)

Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2021 huma Timișoara (ir-Rumanija), Elefsina (il-Greċja) u Novi Sad (is-Serbja, bħala pajjiż kandidat għas-sħubija fl-UE).


1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8198 — Alliance Automotive Group/FPS Distribution)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 32/02)

Fit-28 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8198. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8328 — The Cerberus Group/Staples Europe)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 32/03)

Fil-25 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8328. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Jannar 2017

(2017/C 32/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0755

JPY

Yen Ġappuniż

121,94

DKK

Krona Daniża

7,4373

GBP

Lira Sterlina

0,86105

SEK

Krona Żvediża

9,4505

CHF

Frank Żvizzeru

1,0668

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8880

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

310,64

PLN

Zloty Pollakk

4,3239

RON

Leu Rumen

4,5030

TRY

Lira Turka

4,0632

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4198

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4056

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3436

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4709

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5201

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 244,76

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4440

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3970

HRK

Kuna Kroata

7,4790

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 363,56

MYR

Ringgit Malażjan

4,7608

PHP

Peso Filippin

53,489

RUB

Rouble Russu

64,4302

THB

Baht Tajlandiż

37,793

BRL

Real Brażiljan

3,3535

MXN

Peso Messikan

22,2855

INR

Rupi Indjan

72,8005


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/4


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2017/C 32/05)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-ĠERMANJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

PORTIJIET FUQ IL-BAĦAR TAT-TRAMUNTANA

(1)

List/Sylt

(2)

Hörnum/Sylt

(3)

Wyk/Föhr

(4)

Husum

(5)

Tönning

(6)

Büsum

(7)

Friedrichskoog

(8)

Helgoland

(9)

Wewelsfleth

(10)

Brunsbüttel

(11)

Glückstadt

(12)

Wedel

(13)

Hamburg

(14)

Hamburg-Neuenfelde

(15)

Buxtehude

(16)

Stade

(17)

Stadersand

(18)

Bützflether Sand

(19)

Otterndorf

(20)

Cuxhaven

(21)

Bremerhaven

(22)

Bremen

(23)

Lemwerder

(24)

Elsfleth

(25)

Brake

(26)

Großensiel

(27)

Nordenham

(28)

Fedderwardersiel

(29)

Eckwarderhörne

(30)

Varel

(31)

Wilhelmshaven

(32)

Hooksiel

(33)

Horumersiel

(34)

Carolinensiel (Harlesiel)

(35)

Neuharlingersiel

(36)

Bensersiel

(37)

Westeraccumersiel

(38)

Norddeich

(39)

Greetsiel

(40)

Wangerooge

(41)

Spiekeroog

(42)

Langeoog

(43)

Baltrum

(44)

Norderney

(45)

Juist

(46)

Borkum

(47)

Emden

(48)

Leer

(49)

Weener

(50)

Papenburg

(51)

Herbrum

PORTIJIET BALTIĊI

(1)

Flensburg-Hafen

(2)

Kappeln

(3)

Schleswig

(4)

Eckernförde

(5)

Eckernförde (Hafenanlage der Bundesmarine)

(6)

Surendorf (Hafenanlagen der Bundesmarine)

(7)

Rendsburg

(8)

Kiel-Holtenau

(9)

Kiel

(10)

Kiel (Hafenanlagen der Bundesmarine)

(11)

Jägersberg (Hafenanlagen der Bundesmarine)

(12)

Puttgarden

(13)

Burgstaaken

(14)

Heiligenhafen

(15)

Neustadt

(16)

Lübeck-Travemünde

(17)

Lübeck

(18)

Wolgast

(19)

Wismar

(20)

Rostock- Hafen (Amalgamazzjoni tal-portijiet ta’ Warnemünde u dak ta’ Rostock)

(21)

Stralsund

(22)

Saßnitz

(23)

Mukran

(24)

Greifswald – Ladebow Hafen

(25)

Vierow

ODERHAFF

(1)

Ueckermünde

Ajruporti, ajrudromi, mitjar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG HOLSTEIN

(1)

Eggebek

(2)

Helgoland-Düne

(3)

Hohn

(4)

Itzehoe-Hungriger Wolf

(5)

Kiel-Holtenau

(6)

Lübeck-Blankensee

(7)

Schleswig/Jagel

(8)

Westerland/Sylt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG – POMERANIA TAL-PUNENT

(1)

Neubrandenburg-Trollenhagen

(2)

Rostock-Laage

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG

(1)

Hamburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN

(1)

Bremen

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL

(1)

Borkum

(2)

Braunschweig-Waggum

(3)

Bückeburg-Achum

(4)

Celle

(5)

Damme/Dümmer-See

(6)

Diepholz

(7)

Emden

(8)

Fassberg

(9)

Ganderkesee

(10)

Hannover

(11)

Jever

(12)

Leer-Nüttermoor

(13)

Norderney

(14)

Nordholz

(15)

Nordhorn-Lingen

(16)

Osnabrück-Atterheide

(17)

Wangerooge

(18)

Wilhelmshaven-Mariensiel

(19)

Wittmundhafen

(20)

Wunstorf

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG

(1)

Berlin-Schönefeld

(2)

Schönhagen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN

(1)

Berlin-Tegel

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT

(1)

Cochstedt

(2)

Magdeburg

FL-ISTAT FEDERALI TAR-RHINE TAT-TRAMUNTANA-WESTPHALIA

(1)

Aachen-Merzbrück

(2)

Arnsberg

(3)

Bielefeld-Windelsbleiche

(4)

Bonn-Hardthöhe

(5)

Dahlemer Binz

(6)

Dortmund-Wickede

(7)

Düsseldorf

(8)

Essen-Mülheim

(9)

Hangelar

(10)

Hopsten

(11)

Köln/Bonn

(12)

Marl/Loemühle

(13)

Meinerzhagen

(14)

Mönchengladbach

(15)

Münster-Osnabrück

(16)

Nörvenich

(17)

Paderborn-Lippstadt

(18)

Porta Westfalica

(19)

Rheine-Bentlage

(20)

Siegerland

(21)

Stadtlohn-Wenningfeld

(22)

Weeze-Lahrbruch

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA

(1)

Dresden

(2)

Leipzig-Halle

(3)

Rothenburg/Oberlausitz

FL-ISTAT FEDERALI TA’ THURINGIA

(1)

Altenburg-Nobitz

(2)

Erfurt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ RHINELAND PALATINATE

(1)

Büchel

(2)

Föhren

(3)

Hahn

(4)

Koblenz-Winningen

(5)

Mainz-Finthen

(6)

Mendig

(7)

Pirmasens-Zweibrücken

(8)

Ramstein (Bażi tal-Ajru tal-Istati Uniti)

(9)

Speyer

(10)

Zweibrücken

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND

(1)

Saarbrücken-Ensheim

(2)

Saarlouis/Düren

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSE

(1)

Egelsbach

(2)

Allendorf/Eder

(3)

Frankfurt/Main

(4)

Fritzlar

(5)

Kassel-Calden

(6)

Reichelsheim

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN WÜRTTEMBERG

(1)

Aalen-Heidenheim-Elchingen

(2)

L-Ajruport ta’ Baden Karlsruhe Baden-Baden

(3)

Donaueschingen-Villingen

(4)

Freiburg/Brg.

(5)

Friedrichshafen-Löwental

(6)

Heubach (Krs. Schwäb.Gmünd)

(7)

Lahr

(8)

Laupheim

(9)

Leutkirch-Unterzeil

(10)

Mannheim-City

(11)

Mengen

(12)

Niederstetten

(13)

Schwäbisch Hall

(14)

Stuttgart

FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA

(1)

Aschaffenburg

(2)

Augsburg-Mühlhausen

(3)

Bayreuth-Bindlacher Berg

(4)

Coburg-Brandebsteinsebene

(5)

Eggenfelden/Niederbayern

(6)

Erding

(7)

Fürstenfeldbruck

(8)

Giebelstadt

(9)

Hassfurth-Mainwiesen

(10)

Herzogenaurach

(11)

Hof-Plauen

(12)

Ingolstadt

(13)

Kempten-Durach

(14)

Landsberg/Lech

(15)

Landshut-Ellermühle

(16)

Lechfeld

(17)

Leipheim

(18)

Memmingerberg

(19)

München “Franz Joseph Strauß”

(20)

Neuburg

(21)

Nürnberg

(22)

Oberpfaffenhofen, Werkflugplatz der Dornier-Werke GmbH

(23)

Passau-Vilshofen

(24)

Roth

(25)

Rothenburg o.d. Tauber

(26)

Straubing-Wallmühle

(27)

Würzburg am Schenkenturm

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17.

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17.

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

 

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

 

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

 

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

 

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

 

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

 

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

 

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

 

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

 

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 30.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Sejħa għal espressjoni ta’ interess fil-ħatra ta’ membri tal-Bord tal-Appell konġunt tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għas-settur tas-servizzi finanzjarji (l-Awtorità Bankarja, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

(2017/C 32/06)

1.   Deskrizzjoni tal-Awtoritajiet

L-Awtorità Bankarja Ewropea (l-EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (l-EIOPA), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-ESMA), huma maħluqa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament (1). Flimkien, dawn jikkostitwixxu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għas-setturi tas-servizzi finanzjarji, u huma membri tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji.

Bħala għanijiet għas-setturi rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, għandhom, fost l-oħrajn:

il-kisba ta’ livell tajjeb, effettiv u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,

l-iżgurar tal-integrità, tat-trasparenza, tal-effikaċja u tat-tħaddim kif suppost tas-swieq finanzjarji,

it-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,

il-prevenzjoni tal-arbitraġġ regolatorju u l-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni,

l-iżgurar li t-teħid tar-riskji jkun irregolamentat kif xieraq u li ssir superviżjoni xierqa tiegħu, u

it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur.

Barra minn hekk, l-ESMA twettaq is-superviżjoni tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet fl-UE, u twettaq kompiti rilevanti għad-derivattivi barra l-Borża (OTC – over the counter) u għall-bejgħ qasir tat-titoli.

Għal dan l-għan, minbarra l-adozzjoni ta’atti mhux vinkolanti bħal linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards tekniċi, kull Awtorità tista’ tadotta wkoll deċiżjonijiet vinkolanti f’ċerti ċirkostanzi indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, li, flimkien ma’ ċerti deċiżjonijiet oħra jkunu atti appellabbli.

L-EBA għandha s-sede tagħha f’Londra, ir-Renju Unit, u l-EIOPA għandha s-sede tagħha fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja u l-ESMA għandha s-sede tagħha f’Pariġi, Franza. Kull Awtorità ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011.

2.   Il-Bord tal-Appell konġunt

L-Artikoli 60 u 61 ta’ kull wieħed mit-tliet Regolamenti stipulaw id-drittijiet rilevanti ta’ azzjoni li tista’ tittieħed fil-konfront ta’ deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet. L-Artikoli 58 u 59 ta’ kull Regolament jipprevedu li jkun stabbilit Bord tal-Appell konġunt tat-tliet Awtoritajiet. Il-Bord huwa responsabbli mid-deċiżjoni dwar l-appelli fil-konfront ta’ ċerti deċiżjonijiet individwali tal-Awtoritajiet. Id-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu min-naħa tagħhom jiġu appellati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Bord tal-Appell konġunt għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti (żewġ membri u żewġ sostituti maħtura għal u minn kull Awtorità), li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b’rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża dik superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tas-swieq tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn. Il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni b’involviment fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet huwa eskluż.

Il-Bord tal-Appell għandu jkollu biżżejjed għarfien espert fil-qasam legali biex jipprovdi konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċitar tas-setgħat tal-Awtoritajiet. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma ma għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni.

Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu stess.

Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż darba.

3.   Il-kriterji ta’ eliġibbiltà

Mid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet, il-kandidati:

iridu jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2),

ma jridux ikunu attwalment impjegati bħala persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni b’involviment fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet,

ma jridux ikunu membri ta’ Gruppi tal-Partijiet Interessati ta’ xi Awtorità,

iridu jkunu (a) temmew b’suċċess kors sħiħ ta’ studji universitarji fil-liġi jew fl-ekonomija jew f’suġġett ieħor rilevanti għax-xogħol tal-Awtoritajiet, attestat b’lawrja li fiha t-tul normali tal-edukazzjoni universitarja huwa ta’ erba’ snin jew aktar li tagħti aċċess għal studji ta’ wara l-lawrja; jew (b) temmew b’suċċess kors sħiħ ta’ studji universitarji fil-liġi, fl-ekonomija jew f’suġġett ieħor rilevanti għax-xogħol tal-Awtoritajiet attestat b’lawrja, li fiha t-tul normali tal-edukazzjoni universitarja huwa ta’ tliet snin, u sena oħra ta’ esperjenza professjonali rilevanti; jew (c) ikkwalifikaw b’suċċess biex iwettqu attivitajiet professjonali bħala avukati fi Stat Membru,

irid ikollhom minn tal-anqas 20 sena ta’ esperjenza professjonali rilevanti għas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tas-swieq tat-titoli jew għal servizzi finanzjarji oħrajn (miksuba wara li tingħata l-lawrja universitarja jew il-lawrja u l-esperjenza msemmija aktar ‘il fuq). Din l-esperjenza tista’ tinkludi t-tfassil tal-politika u s-superviżjoni.

4.   Il-kriterji tal-għażla

Se jiġu kkunsidrati l-kriterji li ġejjin:

rekord bil-provi ta’ għarfien u esperjenza professjonali rilevanti, inkluża dik superviżorja, fuq livell għoli fl-oqsma tas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tas-swieq tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn,

ħidma fil-qasam legali jew akkademiku relatata mas-superviżjoni tkun ta’ vantaġġ kbir,

għarfien u komprensjoni tajbin ħafna tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, jew tas-swieq tat-titoli,

għarfien u komprensjoni tajbin ħafna tal-operat tas-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, jew tas-swieq tat-titoli,

għarfien u komprensjoni tajbin ħafna tar-regoli ta’ proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u/jew ta’ prattika ġudizzjarja fil-kuntest tal-appelli regolatorji u/jew il-proċeduri tal-arbitraġġ,

il-kapaċità li wieħed ikun disponibbli fi żmien qasir għas-smigħ tal-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet,

il-potenzjal ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jillimitaw l-abbiltà ta’ kandidat li jismal-appelli,

għarfien tal-lingwi tal-Unjoni (il-lingwa predominanti ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Awtoritajiet se tkun l-Ingliż iżda jistgħu jitressqu appelli f’kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3)).

5.   Il-proċedura tal-għażla u l-kundizzjonijiet tax-xogħol

Skont it-termini tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, u (UE) Nru 1095/2010, il-Bord tat-Tmexxija ta’ kull Awtorità se jiddeċiedi (wara konsultazzjoni mal-Bordijiet tas-Superviżuri rispettivi tagħhom) dwar il-ħatra ta’ membri u/jew sostituti abbażi ta’ lista ristretta proposta mill-Kummissjoni Ewropea.

F’każ li jintgħażel aktar minn kandidat wieħed, se tkun stabbilita lista ta’ riżerva b’validità sa massimu ta’ 48 xahar.

Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda funzjoni oħra fl-Awtorità, fil-Bord tat-Tmexxija tagħha jew fil-Bord tas-Superviżuri tagħha. Dawn għandhom jirċievu kumpens xieraq għall-ispejjeż skont il-limiti baġitarji tal-ESAs għall-kompiti mwettqa abbażi ta’ kuntratt bħala fornituri ta’ servizz, iżda ma għandhomx ikunu impjegati permanenti tal-Awtoritajiet. Il-Membri tal-Bord tal-Appelli jistgħu għalhekk ikunu f’impjieg full-time, jekk dan ikun kompatibbli mal-abbiltà tagħhom li jisimgħu l-appelli fi żmien qasir. Il-livell ta’ attività tal-Bord tal-Appell ikun jiddependi fuq l-għadd ta’ appelli li jkunu saru kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet.

Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jieħdu impenn li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi li fihom jindikaw in-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kull interess dirett jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, kull sena u bil-miktub.

6.   Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

Trid tintbagħat ittra ta’ motivazzjoni u curriculum vitæ fl-indirizz indikat hawn taħt. Preferibbilment, il-curriculum vitæ għandha titfassal skont il-format tas-CV Ewropea. Il-kopji ċċertifikati ta’ lawrji/diplomi, referenzi, provi ta’ esperjenza, eċċ. ma għandhomx jintbagħtu f’dan l-istadju iżda għandhom ikunu sottomessi fi stadju ulterjuri tal-proċedura, jekk issir talba għalihom.

L-applikazzjoni mimlija, li tikkonsisti mill-ittra ta’ motivazzjoni u s-CV, trid tintbagħat bil-posta rreġistrata mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2017, kif attestat mill-marka postali, f’dan l-indirizz:

The European Commission

DG FISMA-ESAs — Board of Appeal

Office: SPA2 08/056

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

jew trid tkun ikkunsinnata permezz tas-servizz ta’ kurrier mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2017 lil:

The European Commission

DG FISMA-ESAs — Board of Appeal

Office: SPA2 08/056

c/o Courrier Central

Avenue du Bourget 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Dan l-envelop għandu jkollu fuqu l-kliem “CONFIDENTIAL — DO NOT OPEN” miktuba b’mod ċar fuq il-barra tal-envelop; jew inkella trid tasal fl-indirizz elettroniku apposta FISMA-ESA-BOARD-OF-APPEAL@ec.europa.eu sa nofsillejl tal-1 ta’ Marzu 2017, kif attestat minn notifika ta’ kunsinna (f’każ li l-applikazzjonijiet jintbagħtu bil-posta elettronika huwa rakkomandat li tintbagħat ukoll kopja bil-posta rreġistrata għal li jista’ jkun ma tiġix riċevuta notifika ta’ kunsinna).

7.   Opportunitajiet indaqs

L-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċettaw applikazzjonijiet mingħajr distinzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini soċjali jew etnika, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew ta’ natura oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

8.   Il-protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni se tiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi proċessata kif jirrikjedi r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (4). Dan japplika b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà ta’ din id-data.


(1)  Ippubblikati fil-ĠU L 331, 15.12.2010.

(2)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(3)  Il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonu, il-Finlandiż, il-Franċiż, l-Irlandiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Iżvediż.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Il-Bank Ewropew tal-Investiment

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/14


Sejħa għall-proposti

Tournament għall-Innovazzjoni Soċjali 2017 tal-IBEI

(2017/C 32/07)

L-Istitut tal-BEI jorganizza s-sitt edizzjoni tat-Tournament għall-Innovazzjoni Soċjali tiegħu

It-TIS jippromwovi l-ħolqien ta’ ideat innovattivi u jippremja l-opportunitajiet fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali li jkopru proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – mill-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħolqien ta’ impjiegi, għal teknoloġiji ġodda, sistemi ġodda, u proċessi ġodda. Il-proġetti jikkompetu għal erba’ premjijiet f’Kategorija Ġenerali, u din is-sena proġetti li jindirizzaw it-tema tat-tixjiħ se jikkompetu wkoll fil-Kategorija Speċjali. Il-proġetti rebbieħa fiż-żewġ kategoriji jiġu ppremjati bl-Ewwel u t-Tieni Premju ta’ EUR 50 000 u EUR 20 000 rispettivament.

Segwina fuq Facebook: www.facebook.com/EibInstitute

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-tournament u kif tissottometti proposta innovattiva, ara:

http://institute.eib.org/programmes/social/social-innovation-tournament/


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn Entità Kontraenti — estensjoni tal-iskadenza

(2017/C 32/08)

Fis-16 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tat-talba huwa d-19 ta’ Jannar 2015.

Din it-talba qed issir minn Flughafen Wien u tikkonċerna l-attivitajiet marbuta mal-isfruttament ta’ żona ġeografika għall-finijiet tal-forniment ta’ ajruporti jew ta’ faċilitajiet oħra ta’ terminals lil trasportaturi tal-ajru fit-territorju tal-Awstrija. L-avviżi rilevanti ġew ippubblikat fil-ĠU C 93, 20.3.2015, p. 22, fil-ĠU C 217, 2.7.2015, p. 23 u fil-ĠU C 282, 4.8.2016, p. 18.

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ testendiha l-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba. Minħabba l-ħtieġa li tinkiseb u tiġi analizzata aktar informazzjoni, u bil-qbil tal-applikant, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi fuq din it-talba qed jiġi estiż sal-31 ta’ Jannar 2017.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243


Top