This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2022:145I:FULL
Official Journal of the European Union, C 145I, 1 April 2022
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 145I, 1 ta' April 2022
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 145I, 1 ta' April 2022
ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145I |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2022/C 145 I/01 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi, lill-importaturi u lill-esportaturi |
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
1.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 145/1 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi, lill-importaturi u lill-esportaturi
(2022/C 145 I/01)
L-Unjoni Ewropea adottat diversi pakketti (1) kontra l-Federazzjoni Russa dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u kontra r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja. Dawk il-miżuri kollha jridu jiġu implimentati effettivament, kemm mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mill-operaturi ekonomiċi tal-UE.
Dawn il-miżuri jipprojbixxu l-importazzjoni jew l-esportazzjoni diretta jew indiretta tal-merkanzija kkonċernata, u jipprojbixxu l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet għaċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-projbizzjonijiet. Huma jistabbilixxu wkoll li l-Istati Membri għandhom japplikaw sanzjonijiet għall-ksur ta’ dawn ir-regolamenti.
Fid-dawl tar-riskju ta’ ċirkomvenzjoni, l-operaturi ekonomiċi fl-UE qed jingħataw il-parir li jieħdu l-miżuri adegwati ta’ diliġenza dovuta disponibbli sabiex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri
— |
permezz ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi minn fejn tali merkanzija tista’ tiġi ddevjata faċilment lejn ir-Russja u l-Belarussja; għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esportazzjonijiet ta’ tali merkanzija lill-pajjiżi tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU, magħmula flimkien mal-Federazzjoni tar-Russja u r-Repubblika tal-Belarussja, mir-Repubbliki tal-Armenja u l-Każakistan u r-Repubblika Kirgiża), billi l-merkanzija fi kwalunkwe membru tal-EAEU tkun f’ċirkolazzjoni libera madwar l-EAEU |
— |
permezz ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fejn il-merkanzija kkonċernata tista’ tiġi ddevjata faċilment lejn l-UE, b’mod partikolari meta tali pajjiżi ma japplikawx ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Belarussja; dan huwa partikolarment il-każ tal-merkanzija importata minn pajjiżi oħra tal-EAEU. |
Miżuri ta’ diliġenza dovuta li l-esportaturi u l-importaturi qed jingħataw il-parir li jieħdu huma, pereżempju l-introduzzjoni fil-kuntratti ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’ dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li kwalunkwe merkanzija importata jew esportata ma tkunx koperta mir-restrizzjonijiet. Pereżempju, dawn jistgħu jieħdu l-forma ta’ dikjarazzjoni li r-rispett ta’ tali dispożizzjoni huwa element essenzjali tal-kuntratt, jew klawżoli kuntrattwali li jobbligaw lill-importatur f’pajjiżi terzi biex ma jesportax il-merkanzija kkonċernata lejn ir-Russja jew il-Belarussja, u biex ma jbieħx mill-ġdid il-merkanzija kkonċernata lil kwalunkwe sieħeb kummerċjali ta’ parti terza li ma jiħux impenn li ma jesportax il-prodotti kkonċernati lejn ir-Russja jew il-Belarussja u b’hekk iwassal għal responsabbiltà f’każ li dan tal-aħħar jesporta mill-ġdid l-oġġetti lejn dawk il-pajjiżi.
L-operaturi għandhom iqisu li, sabiex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, l-awtoritajiet doganali tal-UE jistgħu jwettqu kontrolli aktar stretti u jistgħu wkoll jitolbu evidenza konklużiva li l-merkanzija kkonċernata mhijiex importata mir-Russja u mill-Belarussja jew esportata lejhom permezz ta’ pajjiżi terzi.
(1) https://www.sanctionsmap.eu/#/main