This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 9b189ea1-0183-11ef-a251-01aa75ed71a1
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/1602 of 23 April 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council concerning the Common Health Entry Document accompanying consignments of animals and goods to their destination (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1602 tat-23 ta' April 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta' annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1602 tat-23 ta' April 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta' annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019R1602 — MT — 15.04.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1602 tat-23 ta' April 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta' annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom (ĠU L 250 30.9.2019, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/950 tal-15 ta’ Jannar 2024 |
L 950 |
1 |
26.3.2024 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1602
tat-23 ta' April 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta' annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp tal-applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “post tad-destinazzjoni” tfisser il-post fejn titwassal il-kunsinna biex tinħatt għall-aħħar darba, kif ikun iddikjarat fiċ-CHED.
Artikolu 3
Każijiet fejn iċ-CHED għandu jakkumpanja l-kunsinni sal-post tad-destinazzjoni tagħhom
Kull kunsinna għandha tiġi akkumpjanjata b'CHED irrispettivament minn jekk tinqasamx fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera jew wara li titlaq mill-post tal-kontroll fuq il-fruntiera iżda qabel ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għaċ-CHED li jakkumpanjaw kunsinni li ma jkunux maqsuma
Meta kunsinna ma tinqasamx qabel ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-operatur responsabbli minn kunsinna għandu jiżgura li kopja taċ-CHED, stampata jew f'forma elettronika, takkumpanja lill-kunsinna sal-post tad-destinazzjoni u sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625;
l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jindika n-numru ta' referenza taċ-CHED fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali u għandu jżomm kopja ta' dak iċ-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-IMSOC l-informazzjoni dwar il-kwantità tal-kunsinna ddikjarata fid-dikjarazzjoni doganali u għandhom jippermettu biss it-tqegħid tal-kunsinna taħt proċedura doganali meta l-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED ma tkunx inqabżet. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-kunsinna tkun se titqiegħed taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet għaċ-CHED li jakkumpanja kunsinni maqsuma fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera
Meta kunsinna tkun se tinqasam fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
meta jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiddikjara l-post tal-kontroll fuq il-fruntiera bħala l-post tad-destinazzjoni taċ-CHED għall-kunsinna kollha;
mal-finalizzazzjoni taċ-CHED għall-kunsinna sħiħa mill-awtorità kompetenti fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jitlob li l-kunsinna tinqasam u għandu jippreżenta, permezz tal-IMSOC, CHED għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, u jiddikjara fih il-kwantità, il-mezzi ta' trasport u l-post ta' destinazzjoni għall-parti rilevanti tal-kunsinna maqsuma;
l-awtorità kompetenti fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera għandha tiffinalizza ċ-CHEDs għall-partijiet individwali tal-kunsinna maqsuma skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, diment li s-somma tal-kwantitajiet iddikjarati f'dawk iċ-CHEDs ma taqbiżx il-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED għall-kunsinna kollha kemm hi.
l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li kopja taċ-CHED, stampata jew f'forma elettronika, għal kull parti tal-kunsinna maqsuma takkumpanja l-parti rilevanti tal-kunsinna maqsuma lejn il-post tad-destinazzjoni ddikjarat fih u sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.
l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jindika n-numru ta' referenza taċ-CHED għal kull parti tal-kunsinna maqsuma fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali u għandu jżomm kopja ta' dak iċ-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-IMSOC l-informazzjoni dwar il-kwantità tal-parti rilevanti tal-kunsinna maqsuma ddikjarata fid-dikjarazzjoni doganali u għandhom jippermettu biss it-tqegħid ta’ dik il-parti taħt proċedura doganali meta l-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED għall-parti tal-kunsinna maqsuma ma tkunx inqabżet. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-kunsinna tkun se titqiegħed taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Fil-każ ta' kunsinna mhux konformi li trid tinqasam fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera, meta l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll fuq il-fruntiera tordna lill-operatur biex jieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta' parti mill-kunsinna biss, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
mal-finalizzazzjoni taċ-CHED għall-kunsinna kollha kemm hi, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jippreżenta CHED għal kull parti tal-kunsinna maqsuma u għandu jiddikjara fih il-kwantità, il-mezzi tat-trasport u l-post tad-destinazzjoni għal dik il-parti;
l-awtorità kompetenti fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera għandha tiffinalizza ċ-CHEDs għall-partijiet individwali tal-kunsinna maqsuma skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li tqis id-deċiżjoni meħuda għal kull parti tal-kunsinna maqsuma;
il-paragrafu 1 (d), (e) u (f) għandu japplika għal kull parti tal-kunsinna maqsuma.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għaċ-CHED li jakkumpanja kunsinni taħt superviżjoni doganali maqsuma wara li telqu mill-post tal-kontroll fuq il-fruntiera
Meta kunsinna għandha tiġi maqsuma wara li titlaq mill-post tal-kontroll fuq il-fruntiera u qabel ma tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li kopja taċ-CHED, stampata jew f'forma elettronika, takkumpanja lil kull parti tal-kunsinna maqsuma sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625;
għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jindika n-numru ta' referenza taċ-CHED fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali u għandu jżomm kopja ta' dak iċ-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-IMSOC l-informazzjoni dwar il-kwantità ddikjarata fid-dikjarazzjoni doganali għal dik il-parti u jippermettu biss it-tqegħid ta’ dik il-parti taħt proċedura doganali meta l-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED ma tkunx inqabżet. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-kunsinna tkun se titqiegħed taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Madankollu, l-Artikolu 4(c), l-Artikolu 5(1)(f) u l-Artikolu 6(c) għandhom japplikaw mid-data li fiha t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data doganali msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 isiru operazzjonali jew mhux aktar tard mit-3 ta’ Marzu 2025.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data li fiha dawk it-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data jsiru operazzjonali.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.