This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2018:102:FULL
Official Journal of the European Union, L 102, 23 April 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 102, 23 ta' April 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 102, 23 ta' April 2018
ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/613
tal-20 ta' April 2018
li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 2 u 4
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-PHMB (1415; 4.7). |
(2) |
Il-PHMB (1415; 4.7) ġiet evalwata għall-użu fil-prodotti tat-tip ta' prodott 2, diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali, u fil-prodotti tat-tip ta' prodott 4, żoni tal-ikel u tal-għalf, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
Franza ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fit-13 ta' Diċembru 2016, bagħtet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
(4) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġew ifformulati fl-4 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, b'kont meħud tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(5) |
Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 2 u 4 li fihom il-PHMB (1415; 4.7) jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, sakemm ikunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi approvata l-PHMB (1415; 4.7) għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 2 u 4, soġġetta għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
(7) |
L-opinjonijiet jikkonkludu li l-PHMB (1415; 4.7) tissodisfa l-kriterji ta' sustanza tossika (T) u persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-PHMB (1415; 4.7) għalhekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u jenħtieġ li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni. |
(8) |
Skont l-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament, l-approvazzjoni ta' sustanza attiva li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni jenħtieġ li tkun għal perjodu ta' mhux aktar minn 7 snin. |
(9) |
Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, l-evalwazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom il-PHMB (1415; 4.7) f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għal dawn il-materjali jista' jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi għall-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma jenħtieġx li tkopri tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti bħal dawn jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limiti mhumiex meħtieġa. |
(10) |
Billi l-PHMB (1415; 4.7) tissodisfa l-kriterji għax hija persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-oġġetti li jiġu ttrattati bil-PHMB (1415; 4.7) jew li jinkorporawha, jenħtieġ li jiġu ttikkettati b'mod adegwat meta jitqiegħdu fis-suq. |
(11) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-PHMB (1415; 4.7) hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 2, u 4, soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
ANNESS
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta' Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
Il-PHMB (1415; 4.7) (kloridrat tal-polieżametilen bigwanid b'numru medju ta' piż molekulari (Mn) ta' 1415 u b'medja ta' polidispersità (PDI) ta' 4.7) |
Isem IUPAC: KoPoli(bisiminojmidokarbonil, kloridrat tal-eżametilen), (iminojmidokarbonil, kloridrat tal-eżametilen) Nru EC: mhux disponibbli Nru CAS: 32289-58-0 u 1802181-67-4 |
943 g/kg (speċifikazzjoni tal-piż xott ikkalkulat). Is-sustanza attiva kif manifatturata hija soluzzjoni milwiema ta' 20 % w/w ta' PHMB (1415; 4.7) |
fl-1 ta' Novembru 2019. |
fil-31 ta' Ottubru 2026. |
2 |
Il-PHMB (1415; 4.7) titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-PHMB (1415; 4.7) jew li jinkorporaha għandu jiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
||||||||||||
4 |
Il-PHMB (1415; 4.7) titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/614
tal-20 ta' April 2018
li japprova l-ażossistrobina bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 7, 9 u 10
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' April 2014, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ażossistrobina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 7, preżervattivi għall-pellikoli, tat-tip ta' prodott 9, preżervattivi għal fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati, u tat-tip ta' prodott 10, preżervattivi għal materjal tal-bini, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(2) |
Ir-Renju Unit ressaq ir-rapporti ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu fl-1 ta' Diċembru 2016 f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
L-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġew ifformulati fit-3 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(4) |
Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 7, 9, u 10 u li fihom l-ażossistrobina jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, sakemm ikunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-ażossistrobina tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 7, 9 u 10, soġġetta għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
(6) |
L-opinjonijiet jikkonkludu li l-ażossistrobina tissodisfa l-kriterji ta' sustanza tossika (T) u persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant, l-ażossistrobina tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u jenħtieġ li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni. |
(7) |
Skont l-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament, l-approvazzjoni ta' sustanza attiva li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni jenħtieġ li tkun għal perjodu ta' mhux aktar minn 7 snin. |
(8) |
Minħabba li l-ażossistrobina tissodisfa l-kriterji għax hija persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-oġġetti li jiġu ttrattati bl-ażossistrobina jew li jinkorporawha jenħtieġ li jiġu ttikkettati b'mod adegwat meta jitqiegħdu fis-suq. |
(9) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ażossistrobina hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 7, 9, u 10, soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta' Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Ażossistrobina |
Isem IUPAC: Metil(E)-2-{2[6-(2-ċjanofenossi)pirimidin-4-ilossi]fenil}-3-metossiakrilat Nru EC: mhux disponibbli Nru CAS: 131860-33-8 |
965 g/kg |
l-1 ta' Novembru 2018 |
il-31 ta' Ottubru 2025 |
7 |
L-ażossistrobina titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li ġejja: Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bl-ażossistrobina jew li jkun jinkorporaha għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat ikun fiha l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
9 |
L-ażossistrobina titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li ġejja: Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bl-ażossistrobina jew li jkun jinkorporaha għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat ikun fiha l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|||||
10 |
L-ażossistrobina titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li ġejja: Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bl-ażossistrobina jew li jkun jinkorporaha għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat ikun fiha l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
DEĊIŻJONIJIET
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/615
tas-16 ta' April 2018
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banque de France
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Marzu 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2018/9) (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Skont l-Artikolu L.142-2 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il-Kunsill Ġenerali tal-Banque de France għandu jaħtar żewġ awdituri statutorji biex jawditjaw il-kontijiet tal-Banque de France. |
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Banque de France skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Jeħtieġ għaldaqstant li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(4) |
Il-Banque de France għażel lil Mazars u KPMG S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sal-2023. |
(5) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Mazars u KPMG S.A. jinħatru b'mod konġunt bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2018 sal-2023. |
(6) |
B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
“4. Mazars u KPMG S.A. huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2018 sal-2023.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU C 107, 22.3.2018, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/616
tas-17 ta' April 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91 u 172, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2018
ta' …
li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2014 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 37h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006) tal-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“32014 R 1305: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).
Ir-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara t-Taqsima 7.1.4.(3) tal-Anness:
4. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha status ta' osservatur fil-Kumitat ta' Tmexxija.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru xx/xxxx ta' x.xx.xxxx (3) [li tinkorpora d-Direttiva 2012/34/UE], skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438.
(*1) [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
(3) ĠU L …
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/14 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/617
tad-19 ta' April 2018
li tawtorizza lill-Portugall jagħti approvazzjoni biex jidderoga mill-punt (1.1)(b) tal-OPS 1.1100 tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91
(notifikata bid-dokument C(2018) 2183)
(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 permezz ta' ittra tal-21 ta' Frar 2017, dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti lil NETJETS — Transportes Aéreos, S.A. (minn hawn 'il quddiem: “NETJETS”) approvazzjoni biex jidderoga mill-punt tal-OPS 1.1100(1.1)(b) tal-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91. |
(2) |
Fin-notifika tiegħu, il-Portugall spjega li NETJETS ma jistax jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt tal-OPS 1.1100(1.1)(b) għaliex, sabiex iwettaq operazzjonijiet ta' taxi bl-ajru f'każijiet fejn membru tal-ekwipaġġ ta' NETJETS ikun imissu jibqa' jopera fis-seba' jum konsekuttiv, il-limitu kumulattiv ta' 60 siegħa stabbilit f'dik id-dispożizzjoni jkun intlaħaq u jkun diġà nqabeż waqt li l-membru tal-ekwipaġġ ikun fuq pożizzjonament jew fuq xogħol ieħor. Għaldaqstant, id-deroga prevista testendi l-perjodu massimu totali ta' xogħol fi kwalunkwe sebat ijiem konsekuttivi għal 70 siegħa. |
(3) |
Il-Portugall spjega wkoll li, wara li analizza l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza ppreżentata minn NETJETS, kif ukoll l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni proposti, f'dan il-każ jista' jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tal-punt tal-OPS 1.1100(1.1)(b) b'mezzi oħra. Spjega wkoll li l-approvazzjoni prevista tiddependi fuq jekk NETJETS jiħux ċerti miżuri ta' mitigazzjoni, li NETJETS diġà implimenta skont il-punt ORO.FTL.120 tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2). |
(4) |
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, ivvalutat il-livell ta' sikurezza li jirriżulta mid-deroga intenzjonata. Il-Kummissjoni sabet li l-miżura tilħaq livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tal-punt tal-OPS 1.1100(1.1)(b), diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, għar-raġunijiet li ġejjin. |
(5) |
NETJETS huwa operatur ta' taxis tal-ajru. Għalhekk, ix-xejriet tax-xogħol tal-bdoti tiegħu huma differenti minn dawk ta' bdoti involuti f'tipi oħra ta' operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru. Bħala medja, il-bdoti tat-taxis tal-ajru huma soġġetti għal livelli aktar baxxi ta' xogħol f'termini ta' sigħat kumulattivi tat-titjir u ġranet konsekuttivi ta' xogħol. Min-naħa l-oħra, il-pożizzjonament tal-bdoti tat-taxis tal-ajru qabel u wara x-xogħol huwa ferm aktar komuni milli f'tipi oħra ta' operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru, fejn tipikament ikun meħtieġ ammont akbar ta' ħin għal standby f'lukanda 'il bogħod mill-bażi tas-servizz u fejn ikun meħtieġ għadd relattivament kbir ta' sigħat għall-ivvjaġġar u l-pożizzjonament. Madankollu, il-livell tal-għeja kumulattiva jkun ogħla wara perjodu ta' xogħol li jinkludi titjira milli matul il-ħin bejn it-titjiriet. Id-deroga intenzjonata tkun tista' tintuża biss għal xogħol ta' pożizzjonament tal-bdoti għall-bidu tal-perjodu estiż ta' mistrieħ għall-irkupru u mhux għall-pożizzjonament bejn żewġ perjodi ta' xogħol ta' titjir. |
(6) |
Fir-rigward ta' operatur ta' taxis tal-ajru, jenħtieġ li jkun permess li jidderoga mir-rekwiżiti tal-punt tal-OPS 1.1100(1.1)(b) billi jiġi estiż il-perjodu massimu totali ta' xogħol fi kwalunkwe sebat ijiem konsekuttivi. |
(7) |
Madankollu, sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' sikurezza, din id-deroga jenħtieġ li tkun permessa biss skont ċerti limiti u kundizzjonijiet. B'mod partikolari, il-perjodu massimu totali ta' xogħol fi kwalunkwe sebat ijiem konsekuttivi jenħtieġ li jibqa' limitat għal 70 siegħa, is-sigħat supplementari jenħtieġ li jintużaw biss għal xogħol ta' pożizzjonament tal-bdoti kkonċernati għall-bidu tal-perjodu estiż ta' mistrieħ għall-irkupru u l-operatur tat-taxis tal-ajru kkonċernat jenħtieġ li jieħu ċerti miżuri ta' mitigazzjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li jipprevjeni, li jsegwi u li jindirizza kwalunkwe riskji li jistgħu jinqalgħu b'konnessjoni mal-estensjoni. |
(8) |
Barra minn hekk, il-valutazzjoni indikat li d-deroga intenzjonata ma tkunx tinvolvi diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-applikanti u li debitament tieħu kont tal-ħtieġa li ma tikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni, billi b'mod partikolari kkunsidrat il-fatt li d-deroga tingħata irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew il-post prinċipali tan-negozju tal-operatur tat-taxis tal-ajru kkonċernat, li l-estensjoni tkun limitata u li l-istess deroga tista' tingħata taħt l-istess kundizzjonijiet lil operaturi ta' taxis tal-ajru oħra rreġistrati fl-Unjoni għall-istess operazzjonijiet. |
(9) |
Għaldaqstant, il-Portugall jenħtieġ li jiġi awtorizzat li jagħti l-approvazzjoni lil NETJETS għad-deroga intenzjonata li ġiet notifikata biha l-Kummissjoni, sakemm NETJETS jieħu l-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa. |
(10) |
Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, l-Istati Membri kollha jridu jiġu nnotifikati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li Stat Membru jista' jagħti approvazzjoni għal deroga, u l-Istati Membri kollha jkunu sussegwentement intitolati li japplikaw il-miżura kkonċernata. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha u d-deskrizzjoni tad-deroga, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta magħha, jenħtieġ li jkunu ta' tip li jippermettu lil Stati Membri oħra li japplikaw huma wkoll dik il-miżura meta jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' deċiżjoni ulterjuri mill-Kummissjoni. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Permezz ta' deroga mill-punt tal-OPS 1.1100(1.1)(b) tal-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, il-Portugall jista' jippermetti lill-operatur tat-taxis tal-ajru — NETJETS Transportes Aéreos, S.A. li jestendi l-perjodu massimu totali ta' xogħol fi kwalunkwe sebat ijiem konsekuttivi għal 70 siegħa għax-xogħol ta' pożizzjonament tal-bdoti kkonċernati għall-bidu tal-perjodu estiż ta' mistrieħ għall-irkupru, dment li dan jieħu l-miżuri speċifikati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
ANNESS
L-operatur ikkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha li ġejjin fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu imwettqa abbazi tad-deroga:
1. |
Jintegra s-Sistema bijomatematika għall-Evalwazzjoni tal-Għeja tal-Ekwipaġġ tal-Linji tal-Ajru (SAFE) jew mudell ekwivalenti tar-riskju ta' għeja fl-ippjanar tat-titjir tiegħu u fil-limitazzjonijiet tal-ħinijiet tat-titjir u tax-xogħol tal-bdoti tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jitbassru u jiġu evitati livelli għolja ta' għeja. |
2. |
Jistabbilixxi parametri ta' ppjanar u valuri ta' limitu xierqa bil-għan li jiġu analizzati r-rosters tal-ekwipaġġ tat-titjiriet, u jippreżenta l-parametri ta' ppjanar u l-valuri ta' limitu lill-awtorità kompetenti biex din tivvalidahom. |
3. |
Jipprovdi taħriġ relatat mal-ġestjoni tal-għeja lill-bdoti tiegħu kif imsemmi fil-punt ORO.FTL.250 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 (1). |
4. |
Jestendi l-perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa għal 72 siegħa, inkluż żewġt iljieli lokali. |
5. |
Jimmonitorja kontinwament iż-żieda tal-perjodu totali ta' xogħol tal-bdoti tiegħu bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tiegħu. |
6. |
Jimmonitorja kontinwament il-ħin meħud għall-ivvjaġġar lejn u mill-post tax-xogħol, il-ħin għall-pożizzjonament u l-ħin tal-ivvjaġġar tal-piloti tiegħu qabel u matul il-perjodu ta' sebat ijiem ta' xogħol konsekuttivi, bħala sors potenzjali ta' għeja kumulattiva. |
7. |
Jissorvelja u jikkontrolla kontinwament l-akkomodazzjoni tal-bdoti barra mill-bażi, b'mod partikolari l-probabbiltà tagħhom li jorqdu tajjeb u fit-tul biżżejjed matul il-perjodu ta' sebat ijiem ta' xogħol konsekuttivi, billi jiġbor id-dejta meħtieġa mill-piloti tiegħu fil-forma ta' djarji tal-irqad u stħarriġ suġġettiv tal-viġilanza. |
8. |
Janalizza kontinwament id-dejta miġbura minn għodod ta' ġbir tad-dejta bħas-sistema għall-monitoraġġ tad-dejta tat-titjir (FDM), billi jikkorrelata r-rata tal-avvenimenti mar-rekwiżiti għas-sorveljanza tal-prestazzjoni u tal-interoperabbiltà (SPI) marbuta mal-għeja. |
9. |
Janalizza kontinwament ir-rosters tal-bdoti tiegħu billi jqabbilhom mal-parametri ta' ppjanar u mal-valuri ta' limitu vvalidati mill-awtorità kompetenti skont il-punt 2, billi juża s-Sistema għall-Evalwazzjoni tal-Għeja tal-Ekwipaġġ tal-Linji tal-Ajru (SAFE) jew mudell ekwivalenti tar-riskju ta' għeja. |
10. |
Jimmonitorja kontinwament l-aspetti l-oħra kollha tal-operazzjonijiet permezz ta' valutazzjoni tar-riskju bil-ħsieb li jiġi identifikat kwalunkwe riskji għas-sikurezza tal-operazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-deroga. Valutazzjoni tar-riskju ta' dan it-tip trid tkun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti. |
11. |
Jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jittaffa kwalunkwe riskju għas-sikurezza tal-operazzjonijiet identifikat permezz tal-miżuri msemmija fil-punti 5 sa 10, inkluż l-integrazzjoni ta' dawk il-miżuri meħtieġa fl-ippjanar u l-limitazzjonijiet tal-ħinijiet tat-titjir u tax-xogħol tal-bdoti tiegħu. |
12. |
Jipprovdi r-riżultati tal-miżuri msemmija fil-punti 5 sa 10 lill-awtorità kompetenti fuq bażi regolari u jinforma minnufih lil dik l-awtorità dwar kwalunkwe miżura meħtieġa li jkun ħa skont il-punt 11. |
(1) Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17).
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/17 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/618
tad-19 ta' April 2018
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE dwar il-miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)
(notifikata bid-dokument C(2018) 2227)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-għadd ta' pjanti suxxettibbli milquta minn nirien estensivi fiż-żona ta' lqugħ tal-Portugall kontinentali fl-2017 laħaq proporzjonijiet straordinarji. B'riżultat ta' dan, l-għadd ta' siġar f'kundizzjoni ħażina li jeħtieġ li jinqatgħu, jitneħħew u jintremew żdied f'daqqa u għall-għarrieda għal madwar 1,5 miljun siġra. Minkejja l-fatt li l-awtoritajiet Portugiżi reġgħu gradwalment żiedu l-kapaċità tagħhom biex jittrattaw sa 300 000 siġra fis-sena u huma mistennija li jkomplu jżidu l-kapaċitajiet tagħhom skont il-ħtiġijiet li dejjem qed jiżdiedu, ikun impossibbli għalihom li jipproċedu bil-qtugħ, it-tneħħija u r-rimi tas-siġar kollha ġodda f'qagħda ħażina skont l-iskadenzi legali, kif meħtieġ bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE (2). |
(2) |
Għalhekk, u fuq talba tal-Portugall, jenħtieġ li tiġi introdotta deroga temporanja mid-dispożizzjonijiet legali stabbiliti fil-punt 3(b) tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni, biex il-Portugall jingħata l-possibilità li jlesti dawk l-attivitajiet ta' qtugħ fiż-żona ta' lqugħ ikkonċernata fi żmien perjodu itwal, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2020. Dan se jipprovdi aktar żmien lill-awtoritajiet Portugiżi biex jipproċedu bl-attivitajiet ta' qtugħ meħtieġa, li l-volum tagħhom żdied b'mod sinifikanti minħabba l-iskala ta' dawk in-nirien. |
(3) |
Dik id-deroga jenħtieġ li tkun soġġetta għas-sottomissjoni ta' pjan ta' azzjoni annwali mill-Portugall, biex tkun żgurata azzjoni koordinata u mħejjija tajjeb. Il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ jagħti dettalji dwar il-pjanti suxxettibbli b'riskju ogħla ta' infezzjoni min-nematodu tal-arżnu (“PWN”) li jeħtieġu azzjonijiet iktar mgħaġġla, ir-riżorsi neċessarji li jridu jiġu allokati kif ukoll dettalji rilevanti oħra, bħalma huma l-miżuri li jridu jiġu implimentati biex jiġi mmitigat ir-riskju ta' infestazzjoni bil-PWN sakemm dawk il-pjanti jinqatgħu, jitneħħew u jintremew, inkluż attivitajiet ta' stħarriġ intensifikat tal-pjanti suxxettibbli u l-vetturi għad-ditezzjoni bikrija tal-preżenza tal-PWN u d-dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-livell ta' riskju li jinħoloq minn dawk il-pjanti jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi annwali u l-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jiġi aġġornat skont dan, sabiex il-pjanti li jippreżentaw l-ogħla riskju li jikkawżaw it-tixrid tal-PWN jiġu ttrattati bi prijorità. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE tiġi emendata skont dan, |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE huwa emendat kif indikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE tas-26 ta' Settembru 2012 dwar il-miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (ĠU L 266, 2.10.2012, p. 42).
ANNESS
Il-Punt 3(b) tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE huwa sostitwit b'li ġej:
“(b) |
L-Istati Membri għandhom, fiż-żoni ta' lqugħ ikkonċernati kollha, jidentifikaw u jaqtgħu l-pjanti kollha suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li ntlaqtu minn nirien jew tempesti. Huma għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti li jkunu qatgħu flimkien mal-fdalijiet tagħhom, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu, qabel u matul il-qtugħ, u sa ma jintremew il-pjanti li nqatgħu flimkien mal-fdalijiet tagħhom, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
B'deroga mill-punti (i) u (ii), il-Portugall jista' jiddeċiedi li jkompli bil-qtugħ, it-tneħħija u r-rimi tal-pjanti suxxettibbli, li huma uffiċjalment iddeżinjati bħala milquta min-nirien fl-2017, mill-korp uffiċjali responsabbli, għal perjodu itwal, u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2020. Għall-finijiet tal-qtugħ, it-tneħħija u r-rimi f'dak il-perjodu, għandhom jingħataw prijorità l-pjanti suxxettibbli li jinsabu fiż-żoni li ġejjin:
Dawk il-pjanti suxxettibbli għandhom jinqatgħu u jinqerdu fil-post, jiġu ttrasportati taħt kontroll uffiċjali lejn iż-żona infestata inkella jitneħħew. F'dak il-każ, l-injam u l-qoxra ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu ttrattati kif stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, inkella pproċessati kif stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Il-pjanti suxxettibbli li ma jistgħux jintużaw mill-insett vettur għat-tlestija taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jistgħu jinżammu fil-post mingħajr ma jinqerdu. Sal-31 ta' Mejju 2018, il-Portugall għandu jressaq pjan ta' azzjoni annwali lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li jkun fih mapep li jindikaw fejn jinsabu l-pjanti milquta min-nirien fiż-żona ta' lqugħ, il-post fejn jinsabu ż-żoni msemmija fit-tieni subparagrafu u l-ġustifikazzjoni għal dik l-għażla, il-miżuri li jkunu se jiġu implimentati għall-mitigazzjoni tar-riskju minn infestazzjoni tal-PWN sakemm jinqatgħu, jitneħħew u jintremew dawk il-pjanti, inklużi attivitajiet ta' stħarriġ intensifikat tal-pjanti suxxettibbli u tal-vetturi għad-ditezzjoni bikrija tal-preżenza tal-PWN, ir-riżorsi meħtieġa u l-iskadenzi rilevanti biex jitwettqu dawk il-miżuri. Sal-31 ta' Mejju 2019, il-Portugall għandu jressaq pjan ta' azzjoni annwali ieħor bl-istess kontenut. Il-livell ta' riskju li jinħoloq minn dawk il-pjanti għandu jiġi vvalutat fuq bażi annwali u l-pjan ta' azzjoni għandu jiġi aġġornat kif xieraq. L-attivitajiet previsti f'dak il-pjan ta' azzjoni għandhom jitqiesu meta jkun qed jitħejja l-pjan ta' azzjoni ġenerali msemmi fl-Artikolu 9. Il-Portugall għandu jippreżenta rapport dwar ir-riżultati annwali lill-Kummissjoni u lill-Istati Mmebri, u dan għandu jinkludi r-riżultati tal-istħarriġ intensifikat dwar il-vetturi, kif ukoll kwalunkwe aġġornament ta' dak il-pjan ta' azzjoni sat-30 ta' April tas-sena ta' wara s-sena kkonċernata. Il-pjanti suxxettibbli li jinqatgħu, minbarra l-pjanti li nqerdu kompletament bin-nirien tal-foresti, għandu jitteħdilhom kampjun u jsirulhom testijiet għall-preżenza tal-PWN, skont skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f'dawk il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,02 %.” |
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/619
tal-20 ta' April 2018
li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-PHMB (1415; 4.7) (Nru tal-KE: n.a., Nru tal-CAS: 32289-58-0 u 1802181-67-4). |
(2) |
Il-PHMB (1415; 4.7) ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, iġjene tal-bniedem, tat-tip 5, ilma tax-xorb, u tat-tip 6, preservattivi għal prodotti matul il-ħżin, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
Franza ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u, fit-13 ta' Diċembru 2016, bagħtet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
(4) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġew ifformulati fl-4 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, wara li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tipi 1, 5 u 6 li fihom il-PHMB (1415; 4.7) ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għal dawk it-tipi ta' prodotti, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem identifikaw xi riskji inaċċettabbli. |
(6) |
Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-PHMB (1415; 4.7) jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-PHMB (1415; 4.7) (Nru tal-KE: n.a., Nru tal-CAS: 32289-58-0 u 1802181-67-4) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/23 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/620
tal-20 ta' April 2018
dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent tas-servizz ta' Copernicus, skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(8)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-programm Copernicus, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 377/2014, huwa programm ta' natura ċivili mmexxi mill-utenti, li jibni fuq kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u dawk Ewropej, bl-għan operattiv ġenerali li jipprovdi informazzjoni preċiża u affidabbli fil-qasam tal-ambjent u dak tas-sigurtà, imfassla skont il-bżonnijiet tal-utenti u li jappoġġa politiki oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk rigward is-suq intern, it-trasport, l-ambjent, l-enerġija, il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà ċivili, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-għajnuna umanitarja. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014, Copernicus jikkonsisti minn tliet komponenti, inkluż komponent tas-servizz li l-għan tiegħu huwa li jiżgura l-provvista ta' informazzjoni għall-oqsma li ġejjin: il-monitoraġġ tal-atmosfera, il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar, il-monitoraġġ tal-art, it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni ta' emerġenzi, u s-sigurtà. Ir-responsabbiltà globali għal Copernicus hija tal-Kummissjoni, li tikkoordina wkoll il-komponenti differenti tal-programm. |
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent tas-servizz ta' Copernicus huma meħtieġa sabiex tiġi stabbilita linja bażi għall-implimentazzjoni tal-komponent tas-servizz bħala parti mill-governanza ta' Copernicus. |
(4) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent tas-servizz ta' Copernicus għandhom jindirizzaw aspetti bħall-ambitu, l-arkitettura, il-portafolli ta' servizzi tekniċi, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ħtiġijiet ta' servizzi ta' data spazjali u data in situ, l-evoluzzjoni, l-arkivjar u d-disseminazzjoni ta' data u huma meħtieġa li jiggarantixxu l-operazzjoni korretta tal-komponent tas-servizz ta' Copernicus. |
(5) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent tas-servizz ta' Copernicus għandhom ikopru l-komponent tas-servizz kollu, b'aċċenn partikolari fuq l-attivitajiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Copernicus, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent tas-servizz ta' Copernicus
Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent tas-servizz ta' Copernicus imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, rigward l-implimentazzjoni tiegħu, huma b'dan adottati:
(1) |
Il-karatteristiċi ġenerali tal-komponent tas-servizz ta' Copernicus, kif stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni; |
(2) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz ta' monitoraġġ tal-atmosfera ta' Copernicus imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, kif stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni; |
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz ta' monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar ta' Copernicus imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, kif stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni; |
(4) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz ta' monitoraġġ tal-art ta' Copernicus imsemmi fl-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, kif stabbiliti fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni; |
(5) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz dwar it-tibdil fil-klima ta' Copernicus imsemmi fl-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, kif stabbiliti fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni; |
(6) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz ta' ġestjoni ta' emerġenzi ta' Copernicus imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, kif stabbiliti fl-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni; |
(7) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz ta' sigurtà ta' Copernicus imsemmi fl-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, kif stabbiliti fl-Anness VII ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.
ANNESS I
KARATTERISTIKI ĠENERALI TAL-KOMPONENT TAS-SERVIZZ TA' COPERNICUS
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Il-kamp ta' applikazzjoni preċiż u l-għanijiet ta' kull servizz speċifiku ta' Copernicus huma ppreżentati fl-Annessi tematiċi II sa VII li ġejjin.
2. SPEĊIFIKAZZJONI ĠENERALI TAS-SERVIZZ
2.1. Arkitettura
L-entitajiet inkarigati għandhom jiżviluppaw l-arkitettura tas-servizzi differenti adattati għall-karatteristiki speċifiċi tagħhom stess. Il-funzjonijiet ġenerali li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għas-servizzi kollha:
(a) |
operazzjonijiet integrati, biex jiġu pprovduti prodotti tas-servizzi u informazzjoni affidabbli u f'waqthom; |
(b) |
ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi, biex tiġi pprovduta informazzjoni verifikata u tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku; |
(c) |
titjib u evoluzzjoni kontinwi tas-servizz, sabiex ikun hemm rispons għall-ħtiġijiet tal-utenti; |
(d) |
l-użu mill-utent u l-komunikazzjoni, biex jiġu massimizzati l-għarfien, l-użu u l-isfruttament tas-servizz; |
(e) |
id-disseminazzjoni u l-arkivjar tal-prodotti, biex jinżamm rekord tal-informazzjoni pprovduta u biex settijiet ta' data storiċi u aktar antiki jinżammu disponibbli għall-utenti. |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, “entitajiet inkarigati” tfisser entitajiet inkarigati mill-Kummissjoni b'kompiti ta' implimentazzjoni relatati mal-komponent tas-servizz, inklużi l-entitajiet li ġejjin:
(a) |
l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għall-komponent ta' Copernicus in situ u l-komponenti pan-Ewropej u lokali tas-servizz tal-monitoraġġ tal-art; |
(b) |
iċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perjodu Medju (ECMWF) għas-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Atmosfera u s-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima; |
(c) |
Mercator Océan għas-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar; |
(d) |
l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sorveljanza fil-fruntieri bħala parti mis-servizz ta' sigurtà ta' Copernicus; |
(e) |
l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sorveljanza marittima bħala parti mis-servizz ta' sigurtà ta' Copernicus; |
(f) |
iċ-ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) għall-appoġġ tal-Azzjoni Esterna tal-Unjoni tas-servizz ta' sigurtà ta' Copernicus. |
2.2. Operazzjonijiet integrati
Is-servizzi għandhom ikunu ddisinjati biex joperaw f'ambjent robust, effiċjenti u sostenibbli. Is-servizzi għandhom jipprovdu l-prodotti tagħhom bil-karatteristiki tekniċi u bil-puntwalità speċifikati għal kull wieħed mill-prodotti tagħhom fil-portafoll ta' Copernicus.
Id-disinn tas-servizzi u l-operazzjonijiet tagħhom għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet xierqa biex jitnaqqas kemm jista' jkun in-nuqqas ta' disponibbiltà tas-servizz u tal-prodotti tiegħu, u l-okkorrenzi ta' twassil tard fir-rigward tal-puntwalità speċifikata fil-portafoll. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċessi xierqa (awtomatizzati) ta' monitoraġġ tekniku sabiex kull anomalija possibbli tiġi individwata malajr kemm jista' jkun.
Is-servizzi għandhom jipprovdu funzjoni ta' appoġġ għall-utenti, u għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni teknika kollha dwar il-prodotti tas-servizzi u l-proċessi ta' produzzjoni tal-metadata assoċjata u mwassla ma' kull prodott ta' servizz. Se jkun hemm disponibbli servizz tal-għajnuna teknika għall-utenti, skont skeda li hija konsistenti mal-puntwalità tal-prodotti tas-servizz infushom.
L-entitajiet inkarigati għandhom jappoġġaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom mal-Kummissjoni, u tal-attivitajiet li jwettqu bejniethom.
2.3. Ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi
L-entitajiet inkarigati għandhom idaħħlu fis-seħħ proċessi interni xierqa biex jiġi żgurat li s-servizzi jkunu ta' kwalità ta' livell għoli. Din għandha tindirizza tal-anqas il-verifika tal-karatteristiki tekniċi tal-prodotti tas-servizz (kollha, jew ta' kampjun sekondarju minnhom), inkluż, fejn xieraq, evalwazzjoni kwantitattiva, kif ukoll il-ġbir ta' feedback dwar is-sodisfazzjon tal-utenti b'rabta mal-prodotti tas-servizz.
Lil hinn mill-proċess intern, is-servizzi għandhom jipprovdu sett ta' indikaturi tal-livell ta' prestazzjoni għall-appoġġ tal-monitoraġġ fil-livell tal-programm [f'konformità mat-taqsima 4].
2.4. Titjib kontinwu tas-servizzi
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-funzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tal-feedback mill-utenti, is-servizzi għandhom jiżviluppaw, jivvalidaw u jimplimentaw b'mod perjodiku titjib fil-proċessi sabiex itejbu l-kwalità tal-prodotti tagħhom u/jew is-sodisfazzjoni tal-utenti ewlenin tagħhom. L-entitajiet inkarigati għandhom jinnotifikaw bil-quddiem lill-Kummissjoni qabel jintroduċu bidliet fil-produzzjoni operazzjonali tal-prodotti tas-servizzi.
Bidliet li jmorru lil hinn mill-proċess ta' rutina ta' manutenzjoni u ta' żvilupp tal-prodott diġà previsti fil-ftehimiet ta' delega bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati għandhom jiġu miftiehma minn qabel bejn l-operatur tas-servizz u l-Kummissjoni. Din il-proċedura għandha tinvolvi lill-Istati Membri.
2.5. L-użu mill-utent u l-komunikazzjoni
Is-servizzi għandhom iwettqu attivitajiet biex jiżviluppaw u jespandu l-komunitajiet tal-utenti għas-servizzi tagħhom. Dawn l-attivitajiet jistgħu jkopru oqsma, bħall-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma tematiċi, attivitajiet ta' taħriġ, kontribuzzjonijiet għall-midja stampata u elettronika, kontribuzzjonijiet għal konferenzi u avvenimenti speċifiċi għall-oqsma tal-utenti.
F'numru limitat ta' każijiet ġustifikati, attivitajiet pilota u/jew każijiet ta' użu speċifiċi jistgħu jiġu appoġġati biex jiġu stimolati u mrawma ċerti oqsma ta' applikazzjoni, u biex tintwera l-utilità potenzjali ta' dawn l-attivitajiet downstream.
L-attivitajiet fil-livell tas-servizz għandhom ikunu kkoordinati mal-attivitajiet tal-Kummissjoni, u mal-ippjanar fil-livell tal-programm.
2.6. Id-disseminazzjoni u l-arkivjar tal-prodotti
L-istrateġija tad-disseminazzjoni tal-prodotti tas-servizz għandha tkun ibbażata fuq punt uniku ta' aċċess (one-stop shop) għal kull servizz, biex l-utenti jkollhom aċċess għall-prodotti u għall-informazzjoni. Il-punt ta' aċċess għal kull servizz għandu jkun portal elettroniku li jipprovdi interfaċċa armonizzata għal kull komponent tas-servizz, b'mod indipendenti mill-postijiet fiżiċi fejn jinsabu s-sorsi ta' data.
Fost il-ħtiġijiet importanti għandu jkun hemm reġistrazzjoni mhux restrittiva tal-utent, tiftix effettiv u viżwalizzazzjoni rapida tal-prodotti, aċċess faċli għall-metadata, inklużi d-deskrizzjonijiet tal-prodott, il-kapaċità għall-viżwalizzazzjoni ta' settijiet ta' data, subdiviżjoni fil-livell reġjonali, u t-tniżżil ta' data f'diversi formati.
L-aċċess tal-utent għal data u informazzjoni tal-Programm Copernicus għandu jsir permezz ta' ġabra etroġenja ta' interfaċċi li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mid-diversi entitajiet inkarigati.
Għandu jiġi żviluppat portal effiċjenti ta' data u informazzjoni tal-Programm Copernicus, bil-għan li l-pjattaformi ta' disseminazzjoni eżistenti ta' Copernicus isiru interoperabbli u biex tissaħħaħ is-sistema ġenerali ta' disseminazzjoni ta' Copernicus. Dan il-għan se jintlaħaq permezz tat-twaqqif, mill-Kummissjoni, tas-“Servizz ta' Aċċess ta' Data u Informazzjoni” (DIAS), li permezz tiegħu id-data u l-informazzjoni ta' Copernicus issir disponibbli għall-utenti permezz ta' arkitettura informatika tat-tip cloud.
Il-prodotti kollha għandhom jiġu arkivjati, filwaqt li għandu jiġi garantit aċċess rapidu għall-aktar prodotti reċenti.
L-istrateġija għall-arkivjar għandha tkun iggwidata skont il-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-utenti. Il-prodotti kollha tad-data ġġenerati mis-servizzi għandhom ikunu disponibbli b'mod permanenti sabiex ir-riżultati u l-konklużjonijiet ikunu traċċabbli u riproduċibbli. B'mod partikolari, is-settijiet ta' data tal-osservazzjonijiet, kif ukoll ir-rianaliżijiet, għandhom jiġu arkivjati b'mod permanenti. Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' telf jew ta' qerda tad-data.
Mistoqsijiet, ilmenti u suġġerimenti mill-utenti għandhom jiġu trattati permezz ta' sistema traċċabbli. Funzjoni ta' appoġġ għall-utenti għandha tittratta l-mistoqsijiet tal-utenti b'mod interattiv. Din il-funzjoni għandha titwettaq permezz ta' servizzi tal-għajnuna teknika fil-bini tal-entitajiet inkarigati għas-servizzi, u għandha tkun supplimentata b'appoġġ għall-utenti pprovdut mill-fornitur tad-data.
L-entitajiet inkarigati għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tal-portali tas-servizz ma' “copernicus.eu”, u l-armonizzazzjoni ġenerali tas-servizzi ta' disseminazzjoni f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni.
3. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
3.1. Standards ġenerali tal-prodotti tas-servizz — konformità mad-Direttiva INSPIRE
Il-prodotti ta' data spazjali u l-informazzjoni li jiġu ġġenerati bħala parti mill-attivitajiet tal-komponent tas-servizz ta' Copernicus għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mad-data u mas-sistemi ta' informazzjoni spazjali pprovduti mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (2), (UE) Nru 1089/2010 (3), u (KE) Nru 976/2009 (4).
4. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI TAS-SERVIZZI
Għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kwalità tas-servizzi ta' Copernicus għandhom jintużaw Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs).
Dawn il-KPIs għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintwera li l-programm jinsab fit-triq it-tajba u li dan qed jikseb progress skont kif ippjanat.
Servizzi li jipprovdu prodotti ta' rutina (il-monitoraġġ tal-art, it-tibdil fil-klima, il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar, il-monitoraġġ tal-atmosfera)
ID |
KPI |
Il-metodu ta' evalwazzjoni propost |
1 |
Il-kwalità u l-kompletezza tal-prodotti |
Il-kwalità u l-kompletezza tal-prodotti |
2 |
Il-Puntwalità tal-Prodotti (fejn applikabbli) |
Il-persentaġġ ta' prodotti disponibbli fil-ħin fuq il-portal tas-Servizz tad-disseminazzjoni ta' Copernicus, skont parametri referenzjarji definiti minn qabel għal kull prodott |
3 |
Disponibbiltà tas-servizz |
Il-persentaġġ tal-ħin li fih il-portal tas-Servizz tad-disseminazzjoni ta' Copernicus huwa disponibbli għall-utenti (fix-xahar) |
4 |
Sodisfazzjon tal-utenti (għal assistenza u servizzi) |
Ir-riżultat tat-tweġibiet għall-mistoqsija “B'mod ġenerali, kemm int sodisfatt mis-Servizz X ta' Copernicus? (1 = mhux sodisfatt, 4 = sodisfatt ħafna)”, li għandu jiġu inkluż fl-istħarriġ annwali dwar is-sodisfazzjon tal-utenti għal kull Servizz ta' Copernicus. |
5 |
Użu mill-utenti |
A/l-għadd ta' utenti reġistrati |
B/l-għadd ta' utenti attivi (li niżżlu jew li talbu prodotti f'dawn l-aħħar 3 xhur) |
Servizzi li jipprovdu prodotti fuq talba (pereżempju s-sigurtà, l-emerġenzi)
ID |
KPI |
Il-metodu ta' evalwazzjoni propost |
1 |
Il-kwalità u l-kompletezza tal-prodotti |
Il-kwalità u l-kompletezza tal-prodotti |
2 |
Il-Puntwalità tal-Prodotti (fejn applikabbli) |
Il-persentaġġ ta' prodotti disponibbli fil-ħin fuq il-portal tas-Servizz tad-disseminazzjoni ta' Copernicus, skont parametri referenzjarji definiti minn qabel għal kull prodott |
3 |
Disponibbiltà tas-servizz |
Il-persentaġġ tal-ħin li fih il-portal tas-Servizz tad-disseminazzjoni ta' Copernicus huwa disponibbli għall-utenti (fix-xahar) |
4 |
Sodisfazzjon tal-utenti (għal assistenza u servizzi) |
Ir-riżultat tat-tweġibiet għall-mistoqsija “B'mod ġenerali, kemm int sodisfatt mis-Servizz X ta' Copernicus? (1 = mhux sodisfatt, 4 = sodisfatt ħafna)”, li għandha ssir wara kull attivazzjoni jew li għandha tiġi inkluża fi stħarriġ annwali dwar is-sodisfazzjon tal-utenti. |
5 |
Użu mill-Utenti |
L-għadd ta' attivazzjonijiet |
Ir-riżultati tal-kejl tal-KPIs għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni. L-entitajiet inkarigati jistgħu jużaw kwalunkwe KPIs oħra rilevanti skont is-sitwazzjoni speċifika tagħhom.
5. IL-ĦTIĠIJIET TA' DATA GĦAL COPERNICUS
Il-ħtiġijiet tal-utenti u l-ispeċifikazzjonijiet tas-servizzi għandhom iservu bħala bażi għall-aġġustament kostanti tal-ħtiġijiet ta' data tal-programm Copernicus. L-inputs tad-data għas-servizzi ta' Copernicus għandhom jaqgħu f'żewġ kategoriji wesgħin:
(a) |
l-osservazzjonijiet bis-satellita; |
(b) |
data in situ. |
5.1. L-osservazzjonijiet bis-satellita
Il-forniment ta' data spazjali għas-servizzi ta' Copernicus għandu jkun ġestit kif ġej:
(a) |
Mill-Kummissjoni, permezz tal-Ispeċifikazzjonijiet għall-Aċċess tad-Data ta' Copernicus tal-ħtiġijiet ta' Osservazzjoni tad-Dinja mill-ispazju għall-perjodu 2014-2020; |
(b) |
Mill-ESA għall-koordinazzjoni teknika tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus, id-definizzjoni tal-arkitettura tiegħu, l-iżvilupp u l-akkwist ta' assi spazjali, aċċess għad-data u l-operazzjoni tal-missjonijiet dedikati ta' Copernicus; |
(c) |
Mill-EUMETSAT għall-operazzjoni ta' missjonijiet dedikati ta' Copernicus. |
L-Ispeċifikazzjonijiet għall-Aċċess tad-Data ta' Copernicus tal-ħtiġijiet ta' Osservazzjoni tad-Dinja mill-ispazju għall-perjodu 2014-2020 għandhom jiġu ssodisfati permezz tal-mekkaniżmu tal-Maħżen Virtwali, stabbilit fuq il-bażi tal-ftehim ta' delega ta' Copernicus mal-ESA.
5.2. Osservazzjonijiet in situ
L-aċċess għal data in situ liċenzjata jew fornuta biex tintuża f'Copernicus għandu jiġi koordinat primarjament għall-ħtiġijiet tas-servizzi ta' Copernicus.
Il-forniment ta' data in situ għandu jsir minn sorsi differenti ta' data, inkluż minn sorsi ta' data tal-Istati Membri. Il-komponent in situ ta' Copernicus għandu jkun ibbażat prinċipalment fuq sorsi ta' data u fuq kapaċitajiet eżistenti. Għandu jinkludi kategoriji differenti ta' data (data dwar kejl in situ regolari u frekwenti, kif ukoll data ta' osservazzjoni, data miġbura perjodikament jew ad hoc, ta' darba). Il-komponent in situ ta' Copernicus għandu jintegra d-data eżistenti in situ u ta' referenza f'livell Ewropew. F'ċertu każijiet, is-servizzi jista' jkollhom ukoll arranġament speċifiku tagħhom stess mal-fornituri ta' data in situ fil-qasam tematiku speċifiku tagħhom.
6. L-EVOLUZZJONI TAL-KOMPONENT TAS-SERVIZZ TA' COPERNICUS SAL-2020
Is-servizzi operazzjonali ta' Copernicus, ipprogrammati fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, se jevolvu f'konformità mal-ħtiġijiet rikonoxxuti u emerġenti tal-utenti, u f'konformità ma' metodoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku.
L-entitajiet inkarigati għandhom jiżviluppaw u jaġġornaw il-portafoll tagħhom b'mod kontinwu abbażi ta' feedback mill-utenti, fuq progress fl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, kif ukoll fuq konklużjonijiet minn proċessi ta' validazzjoni sabiex id-diversi prodotti jinżammu rilevanti. Il-manutenzjoni immedjata u t-titjib tas-servizzi bħala rispons għall-programm ta' ħidma ta' Copernicus għandhom ikunu parti mill-kompiti operazzjonali. Fejn xieraq, l-evoluzzjonijiet fit-tul għandhom iqisu l-input li jirriżulta minn attivitajiet li jitwettqu fil-qafas ta' Orizzont 2020 u ta' programmi oħra ta' riċerka.
F'dan il-QFP jistgħu jiġu previsti tliet sitwazzjonijiet ta' evoluzzjoni ewlenin:
(a) |
l-evoluzzjoni tal-prodotti eżistenti hija mmirata lejn it-titjib tal-prodotti; |
(b) |
matul il-perjodu tal-programm jistgħu jiġu introdotti prodotti u gruppi ta' servizzi ġodda; |
(c) |
ħtiġijiet ġodda u emerġenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' politika jistgħu jwasslu għaż-żieda possibbli ta' gruppi ġodda ta' prodotti li bħalissa mhumiex previsti f'dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-servizz. |
Fil-każijiet imsemmija fil-punt (c), l-entità inkarigata għandha tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż mistennija, kif ukoll l-impatt mistenni, fuq l-operazzjonijiet. Fuq din il-bażi, għandha ssir diskussjoni fil-Forum tal-Utenti ta' Copernicus u fil-Kumitat Copernicus sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' gruppi ġodda ta' prodotti bħal dawn.
Is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq għandhom iqisu l-inputs li ġejjin:
(a) |
L-evoluzzjoni tal-politika tal-Unjoni; |
(b) |
il-ħtiġijiet li dejjem qed jevolvu tal-utenti; |
(c) |
feedback mill-utenti rigward is-servizz attwali; |
(d) |
id-disponibbiltà ta' data ġdida dwar l-osservazzjonijiet; |
(e) |
rakkomandazzjonijiet minn esperti; |
(f) |
metodi ġodda li jirriżultaw minn proġetti ta' riċerka, bħal Orizzont 2020. |
(1) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadata (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).
ANNESS II
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAS-SERVIZZ TA' MONITORAĠĠ TAL-ATMOSFERA TA' COPERNICUS
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Atmosfera ta' Copernicus (CAMS) għandu jipprovdi informazzjoni bbażata fuq data satellitari sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ tal-kompożizzjoni tal-atmosfera tad-Dinja. Barra minn hekk, għandu jiżviluppa l-kapaċità tiegħu stess biex jissorvelja b'mod kontinwu l-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera tad-Dinja fuq skali globali u reġjonali permezz ta' metodi li jagħmlu użu mis-satelliti. Din il-kapaċità għandha tinkludi d-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-atmosfera (analiżi), il-previżjoni tas-sitwazzjoni minn ftit jiem qabel (tbassir), u l-forniment ta' rekords tad-data retrospettivi u konsistenti għal dawn l-aħħar snin (rianaliżi). Is-servizz għandu jiġġenera prodotti ġeofiżiċi li jistgħu jiddaħħlu bħala input biex jittejjeb l-ipproċessar tekniku, kif ukoll informazzjoni ta' livell għoli f'diversi forom għal valutazzjoni ulterjuri minn esperti bħala appoġġ għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-prodotti għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli stretti tal-kwalità, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' kwalità.
Is-CAMS għandu jappoġġa ħafna applikazzjonijiet żviluppati mill-partijiet ikkonċernati f'għadd ta' oqsma bħas-saħħa, il-monitoraġġ ambjentali, l-enerġija rinnovabbli, il-meteoroloġija u l-klimatoloġija. Għandu jipprovdi informazzjoni ta' kuljum dwar il-kompożizzjoni atmosferika globali abbażi ta' data satellitari, u permezz tal-monitoraġġ u tat-tbassir ta' kostitwenti bħal gassijiet b'effett ta' serra (id-diossidu tal-karbonju u l-metan), gassijiet reattivi u aerosols, inkluża l-għabra tad-dakra fuq l-Ewropa.
Is-CAMS għandu jiġi żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' data u ta' informazzjoni pproċessata marbuta ma' kwistjonijiet ambjentali. Is-CAMS għandu joffri inventarji tal-emissjonijiet u stimi tal-flussi netti ta' CO2, CH4 u N2O fuq wiċċ id-Dinja. Is-CAMS għandu l-għan li jippromwovi l-parteċipazzjoni fil-komunità FAIRMODE biex jikkontribwixxi lejn l-armonizzazzjoni tal-immudellar reġjonali.
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Is-CAMS għandu jipprovdi servizzi, klassifikati f'dawn il-ħames oqsma tematiċi li jiġbru data u/jew prodotti ta' informazzjoni skont il-qasam ewlieni tagħhom ta' applikazzjoni:
(a) |
il-kwalità tal-arja u l-kompożizzjoni atmosferika: dawn il-prodotti għandhom jikkaratterizzaw il-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera u jipprovdu informazzjoni dwar il-gassijiet b'effett ta' serra, il-gassijiet reattivi u l-aerosols; il-prodotti għandhom jiġu pprovduti fuq skala globali għall-atmosfera kollha, u b'riżoluzzjoni orizzontali mtejba għal żona reġjonali li tkopri l-Unjoni u żoni ġirien, inklużi l-Istati Membri taż-ŻEE; b'mod partikolari, il-prodotti għandhom jinkludu l-ispeċijiet rilevanti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, kif ukoll għat-trattati internazzjonali; |
(b) |
sfurzar klimatiku (id-differenza bejn l-insolazzjoni li tassorbi d-dinja u l-enerġija irradjata lura fl-ispazju): Għandhom jiġu pprovduti prodotti speċjalizzati biex jiġi kwantifikat l-isfurzar fuq is-Sistema tad-Dinja minħabba bidliet fil-kompożizzjoni atmosferika kkawżati minn attivitajiet tal-bniedem; |
(c) |
is-saff tal-ożonu u r-radjazzjoni UV: għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kostitwenti ta' importanza partikolari għas-saff stratosferiku tal-ożonu, kif ukoll dwar ir-radjazzjoni ultravjola; |
(d) |
ir-radjazzjoni solari: il-qasam għandu jkopri prodotti ta' radjazzjoni ta' rilevanza fil-kuntest tal-enerġija solari; |
(e) |
l-emissjonijiet u l-flussi tas-superfiċje: Is-CAMS għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar is-sorsi li jinsabu fil-wiċċ u l-bjar tal-gassijiet b'effett ta' serra ewlenin. |
L-oqsma m'għandhomx ikunu reċiprokament esklussivi u xi prodotti jistgħu jiġu ppreżentati f'oqsma differenti.
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Id-disinn tal-arkitettura tas-servizz għandu jiżgura l-konsistenza mal-viżjoni globali u mal-istrateġija ta' żvilupp ta' Copernicus.
Għandu jkun hemm erba' elementi ewlenin ta' servizz:
(a) |
il-ksib u l-ipproċessar minn qabel tad-data ta' input, primarjament osservazzjonijiet (kemm minn strumenti satellitari kif ukoll minn strumenti in situ) u data anċillari meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa u biex jiġu stmati l-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi niġġiesa fl-atmosfera; |
(b) |
ipproċessar globali: għandu jitħaddem fi tliet modalitajiet biex jitwasslu l-prodotti meħtieġa mill-utenti:
|
(c) |
ipproċessar reġjonali: għandu jkun kopert b'riżoluzzjoni spazjali ogħla u għandu jappoġġa b'mod partikolari attivitajiet ta' mudellar downstream ulterjuri għas-subreġjuni f'aktar dettall, kif ukoll il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u tal-għabra tad-dakra u t-tbassir ta' attivitajiet nazzjonali; |
(d) |
servizzi supplimentari: għandhom ikunu relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, u mas-servizzi u l-prodotti li huma msejsa fuq, jew integrati fi, l-outputs ewlenin ta' pproċessar f'livell reġjonali tal-Unjoni u Dinji. |
L-erba' l-funzjonijiet trażversali għandhom jittrattaw dawn l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-kontroll u l-assigurazzjoni tal-kwalità; |
(b) |
l-arkivjar; |
(c) |
id-disseminazzjoni tal-prodotti; |
(d) |
l-interazzjoni u t-taħriġ tal-utenti, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni tagħhom. |
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
Il-prodotti tas-CAMS għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti rreġistrati permezz ta' Katalgu Interattiv disponibbli fuq il-portal elettroniku tas-CAMS.
Il-Portafoll tal-Prodotti tas-CAMS għandu jiġi organizzat f'erba' kategoriji ewlenin u fi tlettax-il linja ta' prodotti.
(1) Prodotti reġjonali
Il-prodotti reġjonali għandhom jiġu pprovduti minn ġabra ta' mudelli tal-kwalità tal-arja (sa 10 membri) għall-qasam Ewropew u għal diversi speċijiet, bħal: episodji u konċentrazzjonijiet ta' sfond ta' O3, NO2, NO, CO, SO2, NH3, PANs, VOCs, PM2,5, PM10, għabra tad-dakra (allerġeni ewlenin).
Is-servizzi għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin:
(a) |
analiżijiet u tbassiriet ta' kuljum qrib il-ħin reali; |
(b) |
rianaliżijiet intermedji ta' kuljum f'modalità differita abbażi ta' osservazzjonijiet in situ fi stadju intermedju ta' validazzjoni; |
(c) |
rianaliżi annwali abbażi ta' osservazzjonijiet in situ validati bis-sħiħ. |
(2) Prodotti globali
Il-prodotti globali għandhom jiġu pprovduti bl-użu tas-Sistema tat-Tbassir Integrata (IFS) taċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju (ECMWF), li tintuża wkoll għall-attivitajiet ta' tbassir numeriku tat-temp li jwettaq iċ-Ċentru. Is-servizzi għandhom jikkonsistu minn analiżijiet u tbassiriet ta' kuljum qrib il-ħin reali u f'modalità differita, kif ukoll minn rianaliżijiet, li jkopru l-perjodu mill-2003 'l quddiem. L-ispeċijiet għandhom jinkludu aerosols, gassijiet reattivi (kampjun sekondarju biss huwa limitat b'mod dirett mill-osservazzjonijiet), CO2 u CH4. Il-prodotti globali għandhom ikopru kemm it-troposfera kif ukoll l-istratosfera.
(3) Prodotti supplimentari
Il-prodotti supplimentari għandhom jiġu msejsa fuq il-prodotti globali u reġjonali, jew għandhom jiġu integrati magħhom.
Il-prodotti ta' appoġġ għall-politika għandhom jikkonsistu minn rapporti ta' valutazzjoni li jikkummentaw dwar id-data għal rianaliżijiet reġjonali għal esperti tekniċi li jagħtu pariri lil dawk li jfasslu l-politika, minn tbassiriet ta' xenarji ta' kuljum ta' episodji ta' tniġġis sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-istrateġiji ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fuq perjodu qasir, u minn kalkoli sors-riċettur li jipprovdu informazzjoni dwar l-oriġini tal-episodji tat-tniġġis tal-arja.
(a) |
rapporti ta' valutazzjoni intermedji abbażi tar-rianaliżijiet intermedji Ewropej; |
(b) |
ir-rapporti ta' valutazzjoni bbażati fuq ir-rianaliżijiet Ewropej imwettqa b'data validata; |
(c) |
tbassiriet ta' kuljum ta' “xenarji ekoloġiċi” b'livell imnaqqas ta' emissjonijiet antropoġeniċi; |
(d) |
kalkoli sors-riċettur għal pajjiżi speċifiċi fuq talba; |
(e) |
kalkoli reġjonali sors-riċettur ta' kuljum (tqassim fi prodotti lokali jew trasportati għal għadd kbir ta' konurbazzjonijiet Ewropej). |
Il-prodotti tar-radjazzjoni solari għandhom jinkludu tbassiriet globali ta' radjazzjoni UV li jappoġġaw is-settur tas-saħħa, kif ukoll bażijiet ta' data ta' irradjanza solari għas-sema ċar u għas-sema msaħħab bħala appoġġ għas-settur tal-enerġija solari u għal setturi oħra
(a) |
it-tbassir ta' indiċi tal-UV solari globali; |
(b) |
irradjanza solari globali fuq is-superfiċje b'sema ċar; |
(c) |
irradjanza solari fuq is-superfiċje b'sema msaħħab (fuq żoni koperti minn satelliti ġeostazzjonarji). |
Il-prodotti ta' inverżjoni tal-fluss tal-gassijiet b'effett ta' serra għandhom jikkonsistu minn stimi ta' flussi tas-superfiċje għal uħud mill-gassijiet b'effett ta' serra ewlenin miksuba permezz ta' mudellar invers.
(a) |
flussi ta' kull xahar ta' metan f'livell globali (bejn l-2000 u l-2015); |
(b) |
flussi ta' kull xahar ta' ossidu nitruż f'livell globali (bejn l-1996 u l-2015); |
(c) |
flussi ta' kull xahar ta' diossidu tal-karbonju f'livell globali (bejn l-1979 u l-2015). |
L-element tas-servizz tal-isfurzar klimatiku għandu jipprovdi stimi tal-isfurzar klimatiku tal-aerosol fuq il-bażi tal-aktar analiżi globali reċenti.
(a) |
sfurzar minħabba l-interazzjoni bejn aerosols u r-radjazzjoni; |
(b) |
sfurzar minħabba l-interazzjoni bejn aerosols u s-sħab; |
(c) |
sfurzar minħabba s-CO2; |
(d) |
sfurzar minħabba s-CH4; |
(e) |
sfurzar minħabba l-ożonu stratosferiku; |
(f) |
sfurzar minħabba l-ożonu troposferiku. |
(4) Prodotti ta' emissjonijiet
Il-prodotti ta' emissjonijiet tas-CAMS għandhom iservu bħala kontribut importanti għas-sistemi ta' valutazzjoni globali u reġjonali. B'mod parallel, dawn għandhom jiġu pprovduti bħala prodotti finali għall-utenti. Il-prodotti tal-emissjonijiet għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-emissjonijiet antropoġeniċi:
|
(b) |
l-emissjonijiet min-nirien — emissjonijiet mill-ħruq ta' bijomassa abbażi ta' osservazzjonijiet bis-satellita tal-Potenza Radjattiva tan-Nar (Fire Radiative Power). |
5. REKWIŻITI TA' DATA
Il-ksib u l-ipproċessar minn qabel ta' data għandhom jikkostitwixxu l-interfaċċa diretta għall-komponenti ta' osservazzjoni spazjali u in situ.
Is-CAMS għandu jkollu żewġ settijiet ta' rekwiżiti dwar il-puntwalità tat-trażmissjoni tad-data ta' osservazzjoni.
(a) |
Il-komponenti tas-CAMS li għandhom joperaw fuq bażi ta' rutina ta' kuljum jeħtieġu data disponibbli Qrib il-Ħin Reali (NRT), jiġifieri fi żmien ftit sigħat wara l-osservazzjoni. Dan ifisser li r-rekwiżiti korrispondenti dwar il-kontroll tal-kwalità tad-data għandhom ikunu kompatibbli mal-NRT u mal-ipproċessar awtomatiku; |
(b) |
Il-komponenti tas-CAMS li għandhom joperaw f'modalità differita (disponibbiltà fi żmien ftit ġimgħat jew ftit xhur). |
5.1. Osservazzjonijiet bis-Satellita
Il-qofol tal-produzzjoni tas-CAMS għandu jikkonsisti minn sistemi ta' assimilazzjoni tad-data u minn sistemi għat-tbassir. Is-sistema ta' assimilazzjoni tad-data tas-CAMS għandha tuża l-osservazzjonijiet satellitari biex taġġusta l-mudell tal-previżjoni sabiex iżżomm kemm jista' jkun qrib mal-kundizzjonijiet atmosferiċi reali. Il-mudelli għandhom jiġu inizjalizzati kuljum. Sabiex isir dan, it-tbassiriet mill-jum ta' qabel għandhom jiġu magħquda ma' osservazzjonijiet bl-għan li tingħata l-aħjar stima tal-kundizzjonijiet atmosferiċi fil-bidu tat-tbassir il-ġdid.
Is-servizzi ta' tbassir globali tas-CAMS għandhom joperaw f'konfigurazzjonijiet ta' ħin reali, ta' modalità differita u ta' rianaliżi, u għandhom jużaw data ta' osservazzjonijiet satellitari kemm għal osservazzjonijiet meteoroloġiċi kif ukoll għal analiżijiet relatati mal-kompożizzjoni atmosferika.
Il-kategoriji ta' osservazzjonijiet li għandhom jintużaw għandhom jinkludu:
(a) |
l-osservazzjonijiet operazzjonali, li huma l-osservazzjonijiet li attwalment qed jintużaw fis-sistemi ta' assimilazzjoni tad-data u għat-tbassir tas-CAMS; |
(b) |
l-osservazzjonijiet preoperazzjonali, li huma l-osservazzjonijiet li attwalment huma evalwati bħala li juru prontezza għal użu operattiv; |
(c) |
l-osservazzjonijiet ippjanati, li huma osservazzjonijiet li qed jiġu kkunsidrati biex jiġu implimentati fis-sistemi tas-CAMS. |
Is-servizz tas-CAM jappoġġa l-ipproċessar “ad hoc” Qrib il-Ħin Reali għal uħud mill-osservazzjonijiet ta' data satellitari, li mhumiex normalment ipproċessati mill-infrastruttura spazjali ta' Copernicus jew, b'mod aktar ġenerali, minn aġenziji spazjali internazzjonali. Id-data miksuba mill-missjonijiet atmosferiċi Sentinel 5p, 4 u 5 għandha titqies waqt l-iżvilupp tas-servizz tas-CAM.
5.2. Osservazzjonijiet in situ
Is-CAMS m'għandux jopera sistemi ta' osservazzjoni in situ, u għandu jiġbor osservazzjonijiet minn firxa wiesgħa ta' fornituri tad-data għal skopijiet ta' assimilazzjoni u ta' validazzjoni tad-data. Għandu juża l-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u internazzjonali eżistenti. Is-CAMS m'għandux jappoġġa finanzjarjament il-ksib tad-data huwa stess, u għandu jiffinanzja attivitajiet dedikati għat-titjib tal-ipproċessar tad-data f'kuntest operazzjonali. Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti kuntratti speċifiċi ma' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali.
ANNESS III
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAS-SERVIZZ TA' MONITORAĠĠ TAL-AMBJENT TAL-BAĦAR TA' COPERNICUS
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta' Copernicus (CMEMS) għandu jipprovdi informazzjoni ta' referenza fuq bażi regolari u sistematika dwar l-istat fiżiku u bijoġeokimiku, u dwar il-varjabbiltà u d-dinamiki tal-oċeani u tal-ekosistemi tal-baħar għall-oċeani f'livell globali u għall-ibħra reġjonali Ewropej. Is-CMEMS għandu jipprovdi prodotti li jistgħu jintużaw f'diversi oqsma ta' applikazzjoni, u jinkludi d-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-oċeani (analiżi), il-previżjoni tas-sitwazzjoni minn ftit jiem qabel (tbassir), u l-forniment ta' rekords tad-data retrospettivi u konsistenti għal dawn l-aħħar snin (proċessar mill-ġdid tal-osservazzjonijiet u rianaliżi tal-mudelli). Is-servizz għandu jiġġenera prodotti li jistgħu jiddaħħlu bħala input biex jittejjeb l-ipproċessar tekniku, kif ukoll informazzjoni ta' livell għoli f'diversi forom għal valutazzjoni ulterjuri minn esperti bħala appoġġ għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Is-servizz relatat mal-baħar għandu jipprovdi rispons sostenibbli għall-ħtiġijiet tal-utenti Ewropej, b'mod partikolari f'oqsma ta' applikazzjoni tas-sikurezza fuq il-baħar, tar-riżorsi tal-baħar, tal-ambjent tal-baħar u kostali, u tat-tbassir metereoloġiku, klimatiku u staġonali. Għandu jipprovdi informazzjoni ġenerika u affidabbli, miġbura minn osservazzjonijiet mill-ispazju u in situ u minn mudelli — inklużi tbassiriet, analiżijiet u rianaliżijiet — dwar l-istat fiżiku u l-karatteristiki bijoġeokimiċi tal-baħar fuq l-oċeani tad-dinja u fuq l-ibħra reġjonali Ewropej.
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Is-CMEMS għandu jipprovdi servizzi kategorizzati skont dawn l-erba' oqsma tematiċi.
(1) Is-Sikurezza fuq il-Baħar
Il-prodotti għandhom jipprovdu informazzjoni b'appoġġ għal attivitajiet sikuri fuq il-baħar, bħal operazzjonijiet fuq il-baħar, it-tbassir tat-temp fuq il-baħar, it-tbassir ta' silġ ta' fuq il-baħar, il-ġlieda kontra t-tixrid ta' żejt fil-baħar, ir-rotot tal-bastimenti, it-tiftix u s-salvataġġ, il-pjattaformi fuq il-baħar għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u l-attivitajiet kollha li jeħtieġu operazzjonijiet sikuri lil hinn mill-kosta.
(2) Ir-Riżorsi tal-Baħar
Il-prodotti għandhom jiffokaw fuq il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar permezz tas-sajd u l-marikultura, u anki b'appoġġ għal żoni protetti tal-baħar. L-għanijiet primarji tal-ġestjoni tas-sajd għandhom ikunu s-servizzi għal ekosistemi tas-sajd, maħsuba biex iwasslu rendiment massimu sostenibbli filwaqt li jerġgħu jkabbru mill-ġdid l-istokkijiet sfruttati żżejjed. Il-korpi ta' ġestjoni tal-marikultura għandhom jipprovdu pariri dwar il-valutazzjoni tal-produttività multitrofika u dwar l-impatt tal-marikultura fuq l-ambjent.
(3) L-ambjent kostali u tal-baħar
Dan is-servizz għandu jindirizza l-ħtiġijiet tal-utenti ta' oqsma differenti: it-turiżmu u l-marikultura sostenibbli, il-protezzjoni tal-kosti kontra l-erożjoni u kontra sorsi ta' tniġġis fuq l-art, is-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistemi. Il-prodotti u l-informazzjoni jkunu meħtieġa biex jiġi sostnut l-iżvilupp ta' kunċetti effettivi għall-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali u ta' sistemi ta' appoġġ tad-deċiżjonijiet.
(4) It-tbassir tat-temp, tal-klima u staġonali.
Dan is-servizz għandu jiggarantixxi provvista robusta u affidabbli ta' informazzjoni dwar il-baħar ta' kwalità kkontrollata, fuq bażi ta' kuljum jew ta' kull sitt sigħat. Dan għandu jinkludi oqsma tas-superfiċje bħala kundizzjonijiet ta' limitu, kif ukoll osservazzjonijiet tas-superfiċji tal-oċeani u informazzjoni bbażata fuq mudelli ta' żoni li jinsabu fil-fond sew taħt wiċċ l-oċeani.
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Is-CMEMS għandu jkun kompost minn tliet elementi ewlenin ta' servizz.
(1) Ipproċessar
Iċ-ċentri ta' pproċessar għandhom jipproċessaw il-prodotti ewlenin li jiddeskrivu l-istat tal-oċeani minn diversi settijiet ta' data ta' input, qrib il-ħin reali u f'modalità differita. L-ipproċessar għandu jiġi pprovdut minn Ċentri ta' Assemblaġġ Tematiċi u minn Ċentri ta' Monitoraġġ u ta' Tbassir.
(a) |
Iċ-Ċentri ta' Assemblaġġ Tematiċi (TACs) għandhom ikunu ffukati prinċipalment fuq l-ipproċessar dirett ta' data in situ, jiġifieri varjabbli tat-temperatura, tas-salinità u tal-bijoġeokimika, u data satellitari tal-Livell 2 għal diversi varjabbli tal-oċeani, bħal pereżempju t-temperatura tas-superfiċje tal-baħar, il-kulur tal-oċeani, parametri dwar is-silġ ta' fuq il-baħar, il-livell tal-baħar, l-ossiġenu dissolt, il-karatteristiki ottiċi jew komponenti bijoġeokimiċi oħra. L-outputs li jirriżultaw minn dan l-ipproċessar tematiku għandhom ikunu prodotti li jservu bħala input dirett għal ipproċessar ulterjuri f'Ċentri ta' Monitoraġġ u ta' Tbassir, kif ukoll prodotti għal użu estern. |
(b) |
Iċ-Ċentri ta' Monitoraġġ u ta' Tbassir (MFCs) għandhom jipprovdu d-deskrizzjoni tridimensjonali tal-istat tal-oċeani: analiżijiet u tbassiriet ta' parametri tal-baħar (it-temperatura, is-salinità, il-kurrenti, is-silġ ta' fuq il-baħar, il-livell tal-baħar, il-mewġ u l-bijoġeokimika). Seba' MFCs se jkopru l-oċeani tad-dinja u l-Ibħra Reġjonali Ewropej: l-Ibħra Globali, l-Oċean Artiku, il-Baħar Baltiku, l-Atlantiku tal-Majjistral, iż-żona Iberika, ta' Biscay u l-Kosta tal-Irlanda, il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed. |
(2) Ġestjoni tal-Prodotti
Il-Ġestjoni tal-Prodotti għandha tiġġestixxi d-data u l-prodotti kollha tal-baħar f'ħin reali jew f'modalità differita u għandha tiġġestixxi l-arkivji tagħhom u tipprovdi l-kapaċitajiet meħtieġa għall-iskoperta, il-viżwalizzazzjoni, l-aċċess u t-tniżżil ta' dik id-data u informazzjoni fi kwalunkwe ħin mill-operaturi tas-servizz u mill-utenti esterni; għandha tkuna ibbażata fuq it-tkomplija u l-aġġornament tal-kategoriji u l-varjabbli ta' data attwali fil-katalogu, u fuq l-informazzjoni fil-linji tas-servizz.
(3) Sensibilizzazzjoni u taħriġ
Is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ għandhom jipprovdu lill-utenti b'aċċess faċli u effiċjenti għal din id-data u għal dawn il-prodotti, u b'opportunitajiet biex jiskopru s-servizz (jew online, jew permezz ta' taħriġ u avvenimenti speċifiċi), biex itejbu l-ħiliet tagħhom fl-użu tas-servizz u biex jesprimu l-ħtiġijiet u l-feedback tagħhom. L-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għandhom ikunu parti integrali mis-servizz sabiex tiġi pprovduta rabta diretta mal-kompetenza teknika u xjentifika inerenti għas-servizz. Jistgħu jiġu kkunsidrati żewġ aspetti: l-interazzjoni mal-utenti u l-komunikazzjoni.
L-entità inkarigata għandu jkollha r-responsabbiltà doppja għall-implimentazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet primarji u tal-funzjonijiet trażversali ġenerali meħtieġa biex jiġi żgurat servizz relatat mal-baħar effiċjenti u affidabbli.
Il-funzjonalitajiet trażversali għandhom tliet rekwiżiti ewlenin:
(a) |
operazzjonijiet integrati, biex jiġi pprovdut servizz f'waqtu u affidabbli; |
(b) |
ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi, biex jiġu pprovduti informazzjoni verifikata xjentifikament u tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u kwalità u kontinwità tas-servizz ta' livell għoli; |
(c) |
titjib kontinwu tas-servizz, sabiex ikun hemm rispons għall-ħtiġijiet tal-utenti. |
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
Is-servizz tas-CMEMS għandu jipprovdi l-prodotti lill-utenti rreġistrati, mingħajr ħlas, permezz ta' Katalgu Interattiv disponibbli fuq il-portal elettroniku tas-CMEMS. Is-CMEMS għandu jipprovdi, fuq bażi regolari u sistematika, informazzjoni ewlenija ta' referenza dwar l-istat tal-oċeani u tal-ibħra reġjonali fiżiċi u bijoġeokimiċi. L-osservazzjonijiet u t-tbassiriet prodotti mis-servizz jappoġġaw l-applikazzjonijiet kollha relatati mal-baħar. Is-CMEMS għandu jkun xprunat mill-kwalità u s-sempliċità: il-kwalità tal-informazzjoni dwar l-oċeani mogħtija lill-utenti, u sempliċità tal-aċċess għall-informazzjoni.
Il-katalgu interattiv għandu jippermetti lill-utenti jagħżlu prodotti skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
żoni ġeografiċi: żoni ta' oċeani globali jew żoni reġjonali: l-Oċean Artiku, il-Baħar Baltiku, l-Oċean Ewropew tal-Atlantiku tal-Majjistral, l-Oċean Ewropew tal-Atlantiku tal-Lbiċ, il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed; |
(b) |
parametri: Temperatura, Salinità, Kurrenti, Parametri dwar is-silġ ta' fuq il-baħar (konċentrazzjoni, tarf, ġarr mal-kurrent, ħxuna, tip), il-Livell tal-Baħar (SSH, SLA gH, impreċiżjoni fil-kejl tal-SLA), żona ewfotika, il-fond tas-saff imħallat, ir-Riħ, il-Mewġ, l-Oċean, il-kwalitajiet ottiċi tal-ilma, il-Kimika tal-Oċeani (N, P, Fe, O2,Si, NH4, RadFlux, PCO2, pH), il-Bijoloġija tal-Oċeani (Klorofilla-A, fito, żoo, produzzjoni primarja); |
(c) |
kopertura ta' żmien: prodotti relatati mat-tbassir, qrib il-ħin reali, pluriennali, li ma jinbidlux biż-żmien (bħala riżultat kemm ta' osservazzjonijiet kif ukoll ta' mmudellar); |
(d) |
mudelli jew osservazzjonijiet (prodotti mwassla minn simulazzjonijiet ta' mudelli, kejl bis-satellita, osservazzjonijiet in situ, jew kombinament ta' prodotti ta' osservazzjonijiet u mudelli); |
(e) |
tip ta' grid (xibka ta' kwadri); |
(f) |
tul ta' żmien; |
(g) |
kopertura vertikali; |
(h) |
livell ta' pproċessar; |
(i) |
riżoluzzjoni temporali. |
5. REKWIŻITI TA' DATA
Is-CMEMS għandu jkun ibbażat fuq osservazzjonijiet oċeaniċi minn diversi sorsi, inklużi strumenti stallati fuq is-satelliti (mill-missjonijiet satellitari Sentinel u minn missjonijiet ta' kontribuzzjoni essenzjali, bħas-Serje Jason), pjattaformi in situ bħal bagi u tagħmir galleġġanti fuq wiċċ u taħt wiċċ l-ilma, u bastimenti ta' osservazzjoni li joperaw fuq bażi volontarja.
5.1. Osservazzjonijiet bis-Satellita
Is-CMEMS għandu jipprovdi prodotti bbażati fuq satelliti operazzjonali. Is-CMEMS għandu jagħmel użu minn għadd akbar ta' osservazzjonijiet satellitari għal għanijiet ta' klimatoloġija, ta' rianaliżi u ta' validazzjoni, minn missjonijiet preċedenti jew minn satelliti li ma jwasslux id-data f'ħin reali.
L-aktar tipi importanti ta' data użati fis-CMEMS għandhom ikunu dawk minn spettroradjometri (għall-kejl tal-kontenut tal-klorofilla, tal-kontenut organiku u minerali, tat-temperatura tas-superfiċje tal-baħar u tal-erja ta' baħar miksi bis-silġ), minn radjometri tal-infraħmar (għall-kejl tat-temperatura tas-superfiċje tal-baħar), minn radjometri ta' mikromewġ (għall-kejl tal-kontenut tal-fwar tal-ilma fl-arja, tal-kontentut likwidu ta' ilma atmosferiku (sħab), tar-rati ta' xita, tal-konċentrazzjoni tat-tip u tal-kopertura ta' silġ ta' fuq il-baħar, tat-temperatura u tas-salinità tas-superfiċje tal-baħar), minn altimetri (l-għoli tas-superfiċje tal-baħar, il-veloċità tar-riħ fuq is-superfiċje tal-oċeani, l-għoli tal-mewġ, is-silġ ta' fuq il-baħar), minn diffużometri (għall-kejl tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, u għall-kejl tax-xita u tal-konċentrazzjoni tas-silġ ta' fuq il-baħar) u minn radars ta' apertura sintetika (għall-kejl tar-riħ u tal-kampi tal-mewġ tas-superfiċje, u biex jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ tas-silġ ta' fuq il-baħar).
L-osservazzjonijiet mill-ispazju ta' Sentinel-1, Sentinel-3 u Jason-3 għandhom jiġu integrati bis-sħiħ fil-prodotti tas-CMEMS, u l-portafoll għandu jiġi supplimentat b'data dwar il-mewġ u bi prodotti bijoġeokimiċi ġodda. L-osservazzjonijiet ta' Sentinel-2 għandhom jiġu integrati b'mod progressiv sabiex jittejjeb il-portafoll tal-prodotti bijoġeokimiċi.
5.2. Osservazzjonijiet In Situ
Is-CMEMS m'għandux jopera sistemi ta' osservazzjoni in situ, u għandu jiġbor osservazzjonijiet minn fornituri tad-data, primarjament mingħand EuroGOOS, min-netwerks ta' osservazzjoni JCOMM, SeaDataNet u EMODnet.
ANNESS IV
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAS-SERVIZZ TA' MONITORAĠĠ TAL-ART TA' COPERNICUS
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Art ta' Copernicus għandu jipprovdi lill-utenti fil-qasam tal-ambjent u ta' applikazzjonijiet terrestri oħra b'informazzjoni ta' kwalità għolja bbażata fuq data spazjali kkombinata ma' sorsi oħra ta' data.
Is-Servizz għandu jindirizza firxa wiesgħa ta' politiki, bħal dawk dwar l-ambjent, l-agrikoltura, l-iżvilupp, il-politika reġjonali, u dawk dwar it-trasport, l-enerġija, u t-tibdil fil-klima, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell globali filwaqt li jiġu kkunsidrati l-impenji tal-Unjoni Ewropea b'rabta mat-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali.
Is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Art għandu jiffoka fuq il-prijoritajiet li diġà ġew definiti permezz ta' konsultazzjoni wiesgħa li saret bejn l-utenti ewlenin: is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, il-Forum tal-Utenti ta' Copernicus, in-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET), il-Punti Ċentrali Nazzjonali (NFPs), iċ-Ċentri ta' Referenza (NRCs) u l-partijiet ikkonċernati internazzjonali, inklużi l-Aġenziji tan-NU.
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Is-servizz ta' Monitoraġġ tal-Art ta' Copernicus għandu jikkonsisti minn komponent globali, li għandu jinkludi element ta' monitoraġġ sistematiku u tal-“hot spots”, kif ukoll element pan-Ewropew u komponent lokali.
Il-komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali għandu jappoġġa lill-Kummissjoni f'diversi oqsma ta' applikazzjoni. Il-prodotti għandhom jintużaw, fost l-oħrajn, għall-monitoraġġ tal-għelejjel, tal-mergħat u tan-nixfa, biex jappoġġaw il-ġestjoni tal-bhejjem, għal studji dwar il-klima, għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ilma, għan-navigazzjoni fl-ilmijiet interni u x-xmajjar, għall-monitoraġġ idroloġiku, għall-evalwazzjoni tal-irrigazzjoni, għad-detezzjoni bi twissija bikrija dwar il-ġrad, għal studji relatati mas-saħħa, għall-preżervazzjoni tal-bijodiversità, għat-trasport, u għal tbassiriet dwar id-degradazzjoni tal-art u l-erożjoni tal-ħamrija. Il-prodotti għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri, għal pajjiżi terzi, għall-istituzzjonijiet tan-NU (l-FAO, id-WFP) u għal istituzzjonijiet pubbliċi, ta' riċerka u privati.
Bħala parti mill-element ta' monitoraġġ sistematiku tiegħu, il-komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali għandu jipproduċi firxa wiesgħa ta' varjabbli bijofiżiċi madwar id-dinja, li jiddeskrivu s-sitwazzjoni tal-veġetazzjoni, il-bilanċ enerġetiku u ċ-ċiklu tal-ilma. Bħala parti mill-element tiegħu ta' monitoraġġ tal-Hot Spots, il-komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali għandu jagħti, fuq talba, informazzjoni dettaljata dwar l-art b'rabta ma' żoni ta' interess speċifiċi għall-Unjoni barra t-territorju tal-Unjoni bħala appoġġ għall-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent jew l-iżvilupp, jew għal politiki oħra. Din l-informazzjoni għandha tikkomplementa l-attività ta' monitoraġġ sistematiku. It-tielet element tal-komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali għandu jkun il-produzzjoni ta' Data Lesta għall-Analiżi bbażata fuq data tal-missjonjiet satellitari Sentinel.
Il-komponent pan-Ewropew għandu jipproduċi 5 saffi tematiċi b'riżoluzzjoni għolja (HRL) li jiddeskrivu l-karatteristiki ewlenin tat-tipi ta' kopertura tal-art: superfiċji artifiċjali, żoni tal-foresti, żoni agrikoli (bwar), żoni mxarrba u korpi żgħar tal-ilma. L-HRLs għandhom jipprovdu informazzjoni komplementari dwar nomenklaturi oħra relatati mal-kopertura u l-użu tal-art, bħal dik mill-inventarju CORINE Land Cover (CLC). L-HRLs se jiġu aġġornati f'ċiklu ta' 3 snin. Sett ta' prodotti HRL ġodda għandu jipprevedi l-iżvilupp ta' HRL għal Żoni Żgħar Imsaġġra u għall-Fenoloġija.
Il-komponent Pan-Ewropew għandu jmantni u jaġġorna s-sett ta' data ta' Corine Land Cover (CLC) f'ċiklu ta' 6 snin, fuq il-bażi tas-snin ta' referenza 2012 u 2018. Dan għandu jinkludi l-produzzjoni ta' informazzjoni dwar il-bidliet fil-kopertura tal-art u dwar l-użu ġdid tal-art. Is-CLC għandu jkun sett ta' data ta' input ewlieni meħtieġ għall-kalkolu tas-Sett Ewlieni ta' Indikaturi (CSI) tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u sors ta' informazzjoni ta' linja bażi għal għadd kbir ta' rapporti ambjentali tematiċi.
Mill-2018 'il quddiem, prodott CLC ta' ġenerazzjoni ġdida għandu jiġi introdott b'mod parallel, biex jibni fuq il-kunċett ibbażat fuq l-oġġetti li ġie elaborat mill-Grupp ta' Azzjoni Eionet dwar il-Kopertura tal-Art fl-Ewropa (EAGLE). Il-prodott il-ġdid tal-Kopertura tal-Art għandu jindirizza l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti, kif stabbiliti mill-monitoraġġ tal-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF).
Il-komponent għandu jipprovdi informazzjoni speċifika u aktar dettaljata dwar il-kopertura u l-użu tal-art li tikkumplimenta l-informazzjoni miksuba permezz tal-komponent pan-Ewropew. L-enfasi għandha tkun fuq żoni ta' interess speċifiċi, imsejħa “hotspots”, li huma suxxettibbli għal sfidi ambjentali speċifiċi. Il-prodott Urban Atlas (UA) għandu jinkludi informazzjoni tat-tielet dimensjoni dwar żoni ċentrali tal-bliet. Il-prodott UA għandu jissodisfa r-rekwiżiti b'appoġġ għall-politiki reġjonali u urbani tal-Unjoni, kif ukoll għall-iżvilupp tas-sensiela ta' rapporti dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni.
Il-komponent lokali għandu jiffoka fuq l-immappjar u l-monitoraġġ ta' żoni sensittivi fil-livell ambjentali fuq bażi regolari, b'aġġornament taż-żoni riparji skont l-Azzjoni 5 tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020.
L-appoġġ għall-istrument ta' politika tal-Unjoni Natura 2000 u l-valutazzjoni tiegħu għandhom ikunu fil-qalba tal-monitoraġġ ta' bidliet f'Tibdil fl-Użu tal-Art u fl-Użu tal-Art f'siti magħżula ta' Natura 2000, inklużi theddidiet potenzjali fil-madwar minn perspettiva ta' użu tal-art.
L-evoluzzjoni tal-komponent lokali għandha tipprevedi l-iżvilupp ta' prodott għall-monitoraġġ taż-żoni kostali (f'kollaborazzjoni mas-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta' Copernicus). Servizz tal-borra u s-silġ għandu jesplora l-ekonomiji ta' skala f'kooperazzjoni mas-servizzi eżistenti tal-borra u s-silġ f'livell tal-Istati Membri.
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Art għandu jiġi organizzat fiż-żewġ komponenti ewlenin li ġejjin: Il-Komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali u l-Komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Ewropew.
(1) |
Il-Komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali għandu jinkludi tliet elementi.
|
(2) |
Il-monitoraġġ tal-Art f'Livell Ewropew għandu jinkludi żewġ komponenti.
|
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
Il-Komponent għall-monitoraġġ tal-Art f'Livell Globali ta' Copernicus, bl-element tal-Monitoraġġ Sistematiku, għandu jipprovdi sett ta' varjabbli bijofiżiċi globali li jiddeskrivu b'mod sistematiku l-istat u l-evoluzzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ħamrija, il-bilanċ enerġetiku fis-superfiċje u ċ-ċiklu tal-ilma. Il-familja tal-prodotti fir-rigward tal-Veġetazzjoni għandha tinkludi l-varjabbli li ġejjin:
(a) |
Indiċi ta' Veġetazzjoni bid-Differenza Normalizzata (NDVI); |
(b) |
Indiċi tal-Erja tal-Weraq (LAI); |
(c) |
Il-Frazzjoni ta' radjazzjoni fotosintetikament attiva assorbita (FaPar); |
(d) |
Il-Frazzjoni tal-Kopertura Veġetali (FCover); |
(e) |
Indiċi tal-Kundizzjoni tal-Veġetazzjoni (VCI); |
(f) |
Indiċi tal-Produttività tal-Veġetazzjoni (VPI); |
(g) |
Indiċi tal-Evoluzzjoni tas-Superfiċji Ħodor (GEI); |
(h) |
Produttività tal-Materja Niexfa (DMP); |
(i) |
Kejl tal-Fenoloġija (PHENO); |
(j) |
Evapotraspirazzjoni (ET); |
(k) |
Flussi ta' radjazzjoni; |
(l) |
Kopertura tal-Art f'Livell Globali (GLC); |
(m) |
Żoni maħruqa (BA). |
Il-familja tal-prodotti fir-rigward tal-Bilanċ Enerġetiku għandha tinkludi:
(a) |
Ir-Riflettanza tal-Kopertura Veġetali (ToC-R); |
(b) |
L-Albedu tas-Superfiċje (SA); |
(c) |
It-Temperatura tas-Superfiċje tal-Art (LST). |
Il-familja tal-prodotti fir-rigward tal-Ilma għandha tinkludi:
(a) |
L-Umdità tal-Ħamrija tal-Wiċċ (SSM); |
(b) |
Indiċi tal-Ilma tal-Ħamrija (SWI); |
(c) |
Korpi tal-Ilma (WB). |
Il-familja tal-prodotti fir-rigward tal-Krijosfera għandha tinkludi:
(a) |
L-Estent tal-Kopertura tal-Borra (SE); |
(b) |
Ekwivalenti f'ilma mill-borra (SWE). |
Il-familja tal-prodotti fir-rigward tal-Lagi għandha tinkludi:
(a) |
Il-kopertura tas-silġ fuq il-lagi; |
(b) |
It-temperatura tal-ilma tas-superfiċje tal-lag; |
(c) |
Il-livell tal-ilma tal-lagi u tax-xmajjar; |
(d) |
Ir-riflettanza tas-superfiċje tal-lag; |
(e) |
It-turbidità tal-lag; |
(f) |
L-istat trofiku tal-lag. |
Il-familja tal-prodotti Hot Spot għandha tkun ibbażata fuq immaġnijiet ta' riżoluzzjoni għolja u għolja ħafna, b'riżoluzzjoni spazjali approssimattiva ta' bejn metru u 30 metru, u b'valutazzjoni tal-bidliet ta' frekwenza ta' bejn sena u 20 sena, li għandha titwettaq għal żoni ta' interess.
Il-komponent pan-Ewropew għandu jipproduċi mużajki ta' immaġnijiet satellitari, informazzjoni dwar il-kopertura/l-użu tal-art (LC/LU) fid-data ta' Corine Land Cover (CLC), u s-Saffi b'Riżoluzzjoni Għolja.
(a) |
Il-Mużajki ta' Immaġnijiet ta' Riżoluzzjoni Għolja u Għolja Ħafna għandhom ikunu mużajki raster pan-Ewropej assjematiċi ortorettifikati bbażati fuq immaġnijiet bis-satellita li jkopru 39 pajjiż. |
(b) |
CORINE Land Cover għandha tiġi pprovduta fuq bażi regolari. Is-serje kronoloġika għandha tinkludi wkoll saff tal-bidliet, li jenfasizza l-bidliet fil-kopertura tal-art u fl-użu tal-art. |
(c) |
CLC+ għandha tipprovdi l-prodott CLC tal-ġenerazzjoni li jmiss, biex b'hekk l-Unità Minima ta' Mmappjar titnaqqas għal +/– 0,5 ettari, u jiġi applikat mudell ta' data bbażat fuq il-kunċett EAGLE. |
(d) |
Is-saffi b'riżoluzzjoni għolja (HRLs) għandhom ikunu settijiet ta' data raster li jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiki differenti tal-kopertura tal-art, u li hija komplementari għal settijiet ta' data tal-immappjar tal-kopertura tal-art. L-HRLs għandhom jipprovdu wħud mill-karatteristiki ewlenin tal-kopertura tal-art: superfiċji impermeabbli (issiġillati); żoni tal-foresti (il-kopertura tas-siġar, id-densità tal-kopertura u t-tip tal-weraq); bwar; żoni mxarrba u korpi tal-ilma; żoni żgħar imsaġġra. |
Il-komponent lokali għandu jipprovdi informazzjoni speċifika u aktar dettaljata li tikkumplimenta l-informazzjoni miksuba permezz tal-komponent pan-Ewropew. Il-komponent lokali għandu jiffoka fuq tipi differenti ta' hotspots, jiġifieri żoni li huma suxxettibbli għal sfidi u problemi ambjentali speċifiċi. Dan għandu jkun ibbażat fuq immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja ħafna (2,5 × 2,5 m pixels) u fuq settijiet ta' data oħra disponibbli (immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja u medja) li jkopru ż-żona pan-Ewropea.
Il-prodotti tal-komponent lokali għandhom jikkonsistu minn:
(a) |
Urban Atlas, li għandu jipprovdi data pan-Ewropea komparabbli dwar il-kopertura u l-użu tal-art (inkluż it-tielet dimensjoni) li tkopri għadd ta' Żoni Urbani Funzjonali (FUA). |
(b) |
Żoni Riparji, li għandhom jindirizzaw il-kopertura tal-art u l-użu tal-art f'żoni max-xtut tax-xmajjar. |
(c) |
Is-siti ta' Natura 2000 (N2K). |
5. REKWIŻITI TA' DATA
5.1. Osservazzjonijiet bis-Satellita
Id-data satellitari meħtieġa għall-iżvilupp tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) fil-kuntest tal-Maħżen Virtwali tad-Data tal-immaġnijiet bis-satellita ta' Copernicus (DWH). Il-lista li ġejja ta' sensers tad-data għandha tiġi kkunsidrata: Sensers ottiċi b'riżoluzzjoni għolja u riżoluzzjoni għolja ħafna fil-qasam viżibbli qrib l-infra-aħmar (VNIR), ikkumplimentati b'sensers SAR b'Riżoluzzjoni Għolja u b'sensers ottiċi b'Riżoluzzjoni Medja fil-qasam Infra-aħmar ta' Frekwenza Qasira (SWIR).
Il-Monitoraġġ Sistematiku tal-Art f'Livell Globali tad-dinja għandu jkun ibbażat fuq komposti spazjali u temporali ta' data minn spettroradjometri, radjometri ta' mikromewġ, altimetri u radars ta' apertura sintetika. Għall-produzzjoni se jintużaw satelliti li jduru f'orbita minn fuq il-poli u satelliti ġeostazzjonarji, li għandhom iwasslu d-data tagħhom qrib il-ħin reali sabiex il-varjabbli jiġu pprovduti lill-utenti inqas minn tlett ijiem wara kull perjodu ta' għaxart ijiem. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u d-disponibbiltà ta' serje kronoloġiċi twal, għandhom jiġu kombinati diversi sensers. Id-data interkalibrata tiġi fornuta fuq talba.
L-elementi tal-immappjar tal-kopertura tal-art u tal-użu tal-art tal-komponent Lokali, pan-Ewropew u Globali għandhom ikunu bbażati fuq data satellitari minn spettroradjometri u minn radars ta' apertura sintetika ta' Riżoluzzjoni Għolja u Għolja Ħafna. Għal analiżijiet tal-bidla għandha tkun meħtieġa wkoll data storika. L-immappjar Pan-Ewropew għandu jkun ibbażat fuq kopertura multitemporali sħiħa ta' 39 pajjiż Ewropew. Sentinel 1 u Sentinel 2 għandhom jiġu integrati b'mod operattiv fil-proċess. Dawn għandhom ikunu kkomplementati b'data satellitari b'Riżoluzzjoni Għolja Ħafna għal applikazzjonijiet speċifiċi u għal finijiet ta' validazzjoni.
5.2. Osservazzjonijiet In Situ
Is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Art ta' Copernicus għandu juża data in situ għall-attivitajiet ta' kalibrazzjoni u ta' validazzjoni.
ANNESS V
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAS-SERVIZZ DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA TA' COPERNICUS
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta' Copernicus (C3S) għandu jgħaqqad flimkien osservazzjonijiet u mudelli tas-sistema klimatika mal-aktar metodi xjentifiċi reċenti biex tiġi żviluppata informazzjoni awtorevoli u ta' kwalità garantita dwar l-istati fil-passat, u dawk attwali u futuri, tal-klima fl-Ewropa u fid-dinja kollha.
Is-C3S għandu jikseb l-għanijiet li ġejjin:
(a) |
id-dokumentazzjoni tal-istat fil-passat, u dak attwali, tal-klima (abbażi ta' osservazzjonijiet u ta' rianaliżi); |
(b) |
il-ġenerazzjoni ta' tbassiriet staġonali għal 6 xhur (bl-użu ta' approċċ ta' ġabra ta' diversi mudelli); |
(c) |
it-twassil ta' projezzjonijiet klimatiċi (abbażi ta' diversi xenarji). |
Is-servizz għandu jipprovdi aċċess għal diversi indikaturi tal-klima u indiċijiet tal-klima kemm għall-fatturi klimatiċi indikati kif ukoll għall-impatti klimatiċi mistennija.
Is-servizz għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni li tgħin lis-soċjetà u lis-setturi tan-negozju jtejbu t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ippjanar b'rabta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Is-servizz għandu jqis l-azzjonijiet rilevanti fil-Programm Qafas ta' Riċerka u Innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea (Orizzont 2020), kif ukoll il-faċilitajiet eżistenti fil-livell nazzjonali u, fejn possibbli, għandu jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Qafas Globali għas-Servizzi tal-Klima (GFCS) tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO).
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz C3 huwa primarjament maħsub għal dawk li jfasslu l-politika Ewropea, għall-fornituri ta' servizzi nazzjonali/reġjonali dwar il-klima u għall-intermedjarji li jikkollaboraw mal-gvernijiet nazzjonali. C3S għandu jipprovdi informazzjoni dwar it-tibdil fil-klima fil-livell globali u Ewropew, li għandha tiġi kumplimentata minn informazzjoni mfassla lokalment u pprovduta minn fornituri ta' servizzi nazzjonali/reġjonali dwar il-klima. Is-Servizz C3 għandu jkun ċentru Ewropew għall-promozzjoni tal-konsistenza u tal-aħjar prattiki, li jipprovdi informazzjoni ta' linja bażi komuni biex jiġi ffaċilitat il-fehim bejn u fost l-Istati Membri. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, is-Servizz C3 għandu jiffaċilita l-użu tal-infrastruttura tiegħu mis-servizzi nazzjonali dwar il-klima, inklużi settijiet ta' data dwar il-klima, gwida, għarfien espert u għodod.
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
L-infrastruttura tas-Servizz C3 għandha tkun imfassla b'mod li jservi l-elementi kollha tas-servizz billi jipprovdi settijiet ta' data kondiviżi, sistemi u għodod interoperabbli, faċilitajiet tal-informatika, u servizzi tal-Internet u tad-data. L-infrastruttura tas-Servizz C3 għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tar-riżorsi u tal-aħjar prattiki ma' servizzi oħra ta' Copernicus, għandha tkun distribwita fuq għadd ta' fornituri ta' data differenti u kemm jista' jkun għandha tagħmel użu mill-infrastruttura u s-softwer eżistenti.
L-arkitettura proposta għas-C3S għandha tinbena madwar erba' pilastri kumplementari:
(a) |
Il-Maħżen tad-Data Klimatika (CDS) għandu jkun fih informazzjoni essenzjali dwar il-klima għas-sodisfar tar-rekwiżiti downstream. Is-CDS għandu jkun iddisinjat u strutturat b'mod li jinkludi serje ta' varjabbli klimatiċi ġeofiżiċi, li ħafna minnhom huma elenkati bħala Parametri Essenzjali tal-Klima (ECVs) jew Reġistri ta' Data Tematika dwar il-Klima (TCDR), tbassiriet staġonali, projezzjonijiet klimatiċi kif ukoll indikaturi tal-klima għal diversi setturi. |
(b) |
Is-Sistema ta' Informazzjoni Settorjali (SIS) għandha tagħti informazzjoni u analiżijiet imfassla apposta skont il-ħtiġijiet tal-utenti finali u tal-klijenti tas-servizz għal diversi politiki settorjali tal-UE. L-SIS għandha tiġi pprovduta primarjament b'data u bi prodotti ġeofiżiċi disponibbli mis-CDS li, fejn xieraq, għandha tiġi komplementata b'settijiet ta' data anċillari meħtieġa biex jiġu indirizzati, pereżempju, l-impatti klimatiċi fuq setturi speċifiċi fuq skala Ewropea. L-SIS għandha tkun iddisinjata b'mod li tappoġġa l-politiki settorjali Ewropej ewlenin li jikkonċernaw it-tibdil fil-klima. |
(c) |
Il-funzjoni tal-Evalwazzjoni u tal-Kontroll tal-Kwalità (EQC) għandha tittratta diversi funzjonijiet, u għandha tivvaluta l-kwalità xjentifika u teknika tas-servizz, inkluż il-valur għall-utenti. Il-funzjoni EQC għandha tkun il-veikolu naturali li se jixkatta azzjonijiet li jtejbu s-Servizz, u se sservi ta' interfaċċa mar-rieżamijiet esterni li possibbilment tista' twettaq il-Kummissjoni. |
(d) |
Il-pjattaforma ta' Sensibilizzazzjoni u ta' Disseminazzjoni (O&D) għandha tkun iddisinjata b'mod li tiżgura disseminazzjoni f'waqtha u effiċjenti ta' informazzjoni lill-Istituzzjonijiet Ewropej, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-pubbliku ġenerali (kif xieraq) bl-użu tal-għodod moderni kollha ta' komunikazzjoni. Dan il-komponent għandu jservi wkoll ta' interfaċċa ma' istituzzjonijiet oħra fid-dinja kollha li huma responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar it-tibdil fil-klima u dwar kwistjonijiet relatati. |
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
Is-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima għandu jgħaqqad flimkien osservazzjonijiet u diversi kategoriji ta' mudelli tas-sistema klimatika mal-aktar metodi xjentifiċi reċenti biex tiġi żviluppata informazzjoni awtorevoli u ta' kwalità garantita dwar l-istati fil-passat, u dawk attwali u futuri, tal-klima fl-Ewropa u fid-dinja kollha.
Il-Maħżen tad-Data Klimatika għandu jkun fih l-informazzjoni ġeofiżika meħtieġa għall-analiżi konsistenti u armonizzata tal-indikaturi tat-tibdil fil-klima. Is-CDS għandu jipprovdi stimi konsistenti ta' ECVs, indikaturi tal-klima u informazzjoni rilevanti oħra dwar l-evoluzzjoni fil-passat, fil-preżent u fil-futur tas-sistema klimatika assoċjata fuq skala globali, kontinentali u reġjonali.
Il-qalba tas-CDS għandha tikkonsisti minn erba' kategoriji.
(1) Osservazzjonijiet dwar il-klima
Dan l-element tas-servizz għandu jikkontribwixxi lejn il-bini u l-forniment ta' aċċess għal settijiet ta' data komprensivi u fit-tul li jipprovdi informazzjoni dwar firxa ta' ECVs (it-Temperatura tal-Arja fis-Superfiċje, Preċipitazzjoni fis-Superfiċje, Fwar tal-Ilma, il-Bilanċ tar-Radjazzjoni tas-Superfiċje, il-Bilanċ tar-Radjazzjoni tad-Dinja, id-Diossidu tal-Karbonju, il-Metan, l-Ożonu, l-Aerosol, il-Proprjetajiet tas-Sħab, il-Veloċità u d-Direzzjoni tar-Riħ, il-Kulur tal-Oċeani, is-Silġ ta' Fuq il-Baħar, il-Livell tal-Baħar, tas-Superfiċje tal-Baħar, it-Temperatura tas-Superfiċje tal-Baħar, il-Kontenut tas-Sħana tal-Oċeani, il-Kopertura tal-Borra, Glaċieri u Għata ta' Silġ, Albedu, Disturb Minn Nar, Firxiet ta' Silġ). Għandu jindirizza b'mod partikolari l-ħafna settijiet ta' data ta' ECVs li huma derivati direttament minn reġistri ta' data storika ta' Osservazzjoni tad-Dinja, u li ma ġewx iġġenerati minn rianaliżijiet u minn simulazzjonijiet ta' mudelli.
(2) Rianaliżijiet tal-klima
Dan il-komponent għandu jipprovdi riżorsi għall-iżvilupp tekniku, għall-produzzjoni, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni u t-twassil ta' dawn li ġejjin:
(a) |
is-settijiet ta' data u l-prodotti ta' rianaliżijiet dwar il-klima dinjija li ġejjin:
|
(b) |
settijiet ta' data u prodotti ta' rianaliżijiet reġjonali tal-klima. |
Ir-rianaliżijiet għandhom jiġu prodotti permezz tal-assimilazzjoni ta' osservazzjonijiet ta' kwalità għolja tal-klima f'mudell assoċjat ta' atmosfera/art/oċean/silġ ta' fuq il-baħar li hu kompatibbli mas-Sistema ta' Tbassir Staġonali tal-ECMWF. Ir-rianaliżijiet reġjonali għandhom jagħmlu użu minn osservazzjonijiet b'riżoluzzjoni għolja, u għar-reġjun Ewropew għandhom jipprovdu prodotti ta' data b'riżoluzzjoni ogħla minn dik tar-rianaliżijiet globali. Biex ikun jista' jittieħed benefiċċju mill-inputs kollha li jikkontribwixxu għall-ġenerazzjoni tal-analiżijiet reġjonali, għandu jiġi stabbilit ċiklu ta' riġenerazzjoni ta' madwar ħames snin.
(3) Projezzjonijiet klimatiċi
Dan il-komponent tal-element tas-servizz għandu jipprovdi appoġġ għall-integrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet Ewropej għal projezzjonijiet klimatiċi tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'livell globali u reġjonali. Din id-data, li attwalment tinsab maħżuna fl-ESGF (Earth System Grid Federation), għandha tkun aċċessibbli b'mod operazzjonali. Dan l-element tas-servizz għandu jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta' prodotti u indikaturi klimatiċi ta' diversi mudelli, kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-settur. Għandu jiġi pprovdut appoġġ simili għall-integrazzjoni tax-xenarji tal-projezzjonijiet reġjonali b'riżoluzzjoni għolja mal-iżvilupp assoċjat ta' indikaturi tal-klima.
(4) Tbassiriet staġonali
Dan il-komponent għandu jipprovdi riżorsi għall-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja u kalibrati sew li jinkludu ġabriet ta' diversi mudelli, u għandu jiżgura aċċess miftuħ għad-data dwar it-tbassir staġonali. Għandu jikseb dan billi jappoġġa attivitajiet regolari ta' tbassir mill-ġdid f'diversi siti ta' fornituri Ewropej, b'riżoluzzjoni u frekwenza li ma jistgħux jinkisbu mingħajr appoġġ ta' dan it-tip. Darba fix-xahar għandu jipprovdi wkoll sett ta' prodotti ta' diversi mudelli bl-użu ta' dawn it-tbassiriet mill-ġdid u tat-tbassiriet taċ-Ċentri rigward il-produzzjoni.
5. REKWIŻITI TA' DATA
Is-Servizz għandu jibni fuq u jikkumplementa kemm il-kapaċitajiet eżistenti fil-livell nazzjonali kif ukoll dawk li qed jiġu żviluppati, permezz ta' għadd ta' inizjattivi ta' riċerka marbuta mat-tibdil fil-klima.
Is-Servizz għandu jipprovdi informazzjoni komprensiva dwar il-klima li tkopri firxa wiesgħa ta' komponenti tas-sistema tad-Dinja (l-atmosfera, l-art, l-oċeani, is-silġ ta' fuq il-baħar u l-karbonju) u perjodi ta' żmien li jvarjaw minn deċennji sa sekli sħaħ. Dan għandu jimmassimizza l-użu ta' osservazzjonijiet tad-Dinja li saru fil-passat, li qed isiru bħalissa u li se jsiru fil-futur (minn sistemi ta' osservazzjoni in situ jew satellititari), flimkien ma' kaċitajiet ta' mmudellar, ta' supercomputing u ta' netwerking. Dan għandu jipproduċi deskrizzjoni tal-klima fil-passat, fil-ħin attwali u fil-futur li tkun konsistenti, komprensiva u kredibbli.
5.1. Osservazzjonijiet bis-Satellita
Is-C3S għandu juża strumenti stallati fuq is-satelliti li huma operazzjonali u li ntużaw qabel, sabiex jipprovdi prodotti għal għanijiet ta' klimatoloġija, rianaliżi u validazzjoni.
Is-C3S għandu juża t-tipi ta' data li ġejjin:
(a) |
data minn radjometri u spettrometri miksuba fil-qasam li jkopri t-tulijiet ta' mewġ mill-infra-aħmar sal-mikromewġ għall-kejl tat-temperatura tal-luminożità għat-tislit ta' diversi parametri ġeofiżiċi (il-vettur tar-riħ, l-ożonu, it-temperatura tas-superfiċje); |
(b) |
data minn okkultazzjoni radju bil-GPS għat-tislit ta' informazzjoni dwar it-temperatura, il-pressjoni u l-kontenut tal-fwar tal-ilma fl-atmosfera; |
(c) |
data minn diffużometri għall-kejl tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ viċin is-superfiċje; |
(d) |
data minn altimetri għall-ksib ta' data dwar l-għoli tal-mewġ fl-oċeani. |
Is-servizz għandu jkun appoġġat ukoll minn data u prodotti tas-satelliti Sentinel.
5.2. Osservazzjonijiet in situ
C3S m'għandux jopera sistemi ta' osservazzjoni in situ, iżda għandu jiġbor osservazzjonijiet mingħand il-fornituri tad-data. Għandu juża l-infrastrutturi Ewropej u internazzjonali eżistenti. Is-C3S m'għandux jappoġġa finanzjarjament il-ksib tad-data huwa stess, u għandu jiffinanzja biss attivitajiet li jippermettu li l-ipproċessar tad-data (il-kontroll tal-kwalità, aspetti relatati mal-format u mad-disseminazzjoni) jissodisfa r-rekwiżiti operazzjonali.
Diversi tipi ta' osservazzjonijiet (il-pressjoni, it-temperatura, ir-riħ, l-umdità u l-profili tar-riħ fuq is-superfiċje) għandhom jinġabru minn stazzjonijiet fuq l-art, bagi mitluqa mal-kurrenti, radjusondi, bastimenti u inġenji tal-ajru.
ANNESS VI
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI IS-SERVIZZ TA' ĠESTJONI TA' EMERĠENZI TA' COPERNICUS
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus (CEMS) għandu jipprovdi lill-atturi awtorizzati fid-dinja kollha li huma involuti fil-ġestjoni ta' diżastri naturali, ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza kkawżati mill-bniedem u ta' kriżijiet umanitarji, b'informazzjoni ġeospazjali f'waqtha u preċiża derivata permezz ta' telerilevament bis-satellita u kompluta permezz ta' sorsi disponibbli ta' data in situ jew miftuħa.
Is-servizz għandu jipprovdi mapep u analiżijiet ibbażati fuq immaġnijiet bis-satellita (qabel, matul jew wara kriżi) kif ukoll servizzi ta' twissija bikrija b'rabta ma riskji ta' nixfa, ta' għargħar u ta' nar. Is-servizz għandu jappoġġa lill-maniġers tal-kriżijiet, lill-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u lill-atturi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja li jittrattaw id-diżastri naturali u d-diżastri kkawżati mill-bniedem u l-kriżijiet umanitarji, kif ukoll lil kull min hu involut f'attivitajiet ta' rkupru, ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u f'attivitajiet ta' tħejjija.
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Is-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus (CEMS) għandu joffri lill-utenti firxa ta' benefiċċji fl-oqsma tar-rispons għall-emerġenzi, tal-ġestjoni tal-kriżijiet, tal-għajnuna umanitarja, u tat-tnaqqis, it-tħejjija u l-prevenzjoni tar-riskji ta' diżastri, u jipprovdi informazzjoni utli u f'waqtha lill-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u lill-aġenziji ta' għajnuna umanitarja.
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Is-CEMS għandu jkun ibbażat fuq żewġ komponenti: is-servizz ta' mmappjar u s-sistemi ta' twissija bikrija.
(1) Il-Komponent tal-Immappjar
Il-Komponent tal-Immappjar għandu jappoġġa l-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ġestjoni ta' emerġenzi: it-tħejjija, il-prevenzjoni, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, ir-reazzjoni għall-emerġenzi u l-irkupru. Is-servizz ta' mmappjar tas-CEMS għandu jopera b'modalità urġenti għal attivitajiet ta' ġestjoni ta' emerġenzi li jeħtieġu reazzjoni immedjata, jew b'modalità mhux urġenti biex jappoġġa attivitajiet ta' ġestjoni tal-emerġenzi li ma jeħtiġux reazzjoni immedjata.
Is-servizz għandu jiġi pprovdut f'żewġ moduli.
(a) |
L-immappjar rapidu (RM) għandu jipprovdi t-twassil ta' servizzi b'veloċità għolja waqt li jkunu qed iseħħu jew eżatt wara li jseħħu eventi katastrofiċi jew kriżijiet umanitarji, u huwa disponibbli kuljum, f'kull ħin tal-ġurnata, is-sena kollha. Is-servizz għandu jwassal mapep (u analiżijiet) fi żmien sigħat jew jiem minn meta jseħħ event katastrofiku. Is-servizz għandu jkun ibbażat fuq il-ksib, l-ipproċessar u l-analiżi rapidi ta' immaġnijiet bis-satellita u ta' data ġeospazjali oħra, u għandu jipprovdi lill-utenti bi prodotti fil-forma ta' mapep u analiżijiet qosra. |
(b) |
L-immappjar tar-riskji u tal-irkupru (RRM) għandu jkun iddisinjat għal sitwazzjonijiet ta' qabel jew ta' wara l-kriżijiet, bħala appoġġ għall-attivitajiet ta' rkupru, ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u għall-attivitajiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija. L-RRM għandu jwassal mapep (u analiżijiet) fi żmien ġimgħat jew xhur, bħala appoġġ għall-attivitajiet li jittrattaw il-fażijiet tal-irkupru, tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, tal-prevenzjoni u ta' tħejjija. Tista' tintalab informazzjoni rigward perikli differenti b'rabta mal-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-persuni u tal-bini. |
Għall-verifika indipendenti ta' kampjun ta' outputs ta' servizz prodotti mill-moduli RM u RRM, u biex tkompli tittejjeb il-kwalità tas-servizz, għandu jintuża komponent ta' validazzjoni dedikat.
(2) Il-komponent ta' twissija bikrija għandu jwassal twissijiet u valutazzjonijiet tar-riskju b'rabta ma' għargħar, nirien fil-foresti u perjodi ta' nixfa.
Is-servizz għandu jkun ibbażat fuq tliet moduli ewlenin.
(a) |
Is-Sistema Ewropea ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar (EFAS), li tipprovdi tbassiriet tal-probabbiltà ta' għargħar għax-xmajjar Ewropej kollha. L-EFAS għandha tipprovdi prodotti ta' tbassir bikri dwar il-probabbiltà ta' għargħar, kif ukoll prodotti ġenerali relatati ma' sitwazzjonijiet ta' għargħar attwali jew imbassra fl-Ewropa, aktar minn tlett ijiem qabel. |
(b) |
Is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti (EFFIS) għandha tkun sistema ta' informazzjoni ġeografika bbażata fuq l-Internet li tipprovdi tbassiriet dwar perikli ta' nirien sa għaxart ijiem bil-quddiem, kif ukoll informazzjoni qrib il-ħin reali u storika dwar in-nirien fil-foresti u l-istat tagħhom fir-reġjuni Ewropej, tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq. Il-monitoraġġ ta' nirien fl-EFFIS għandu jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tan-nirien, u s-servizz għandu jipprovdi informazzjoni kemm dwar il-kundizzjonijiet ta' qabel in-nirien kif ukoll dwar il-ħsara wara n-nirien. L-EFFIS għandha titkabbar biex issir Sistema Globali ta' Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti (GWIS). |
(c) |
L-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa (EDO) għandu jiġu integrat ma' moduli EMS oħra ta' twissija bikrija ta' Copernicus. Għandu juża data mill-ġabra ta' data meteoroloġika għall-EFAS u l-EFFIS, u l-outputs tal-mudell idroloġiku distribwit tal-EFAS b'rabta mal-umidità tal-ħamrija u l-flussi tax-xmajjar. Wara, dawn il-prodotti jiġu pproċessati aktar f'indikaturi relevanti għan-nixfa, u jiġu kkombinati ma' indikaturi satellitari dwar il-kundizzjoni tal-veġetazzjoni. L-Osservatorju Globali tan-Nixfa (GDO) għandu jipprovdi indikaturi speċifiċi għas-settur dwar l-impatt tan-nixfa madwar id-dinja, kif ukoll rapporti ta' analiżi mmirati dwar avvenimenti ta' nixfa li jkunu qed iseħħu dak il-ħin. |
3.1. Id-Disseminazzjoni tal-Prodotti
L-informazzjoni prodotta mis-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas permezz tal-portal elettroniku pubbliku dedikat tas-Servizz. Taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet fuq id-disseminazzjoni għal raġunijiet ta' sigurtà jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' partijiet terzi.
Għall-prodotti ta' mmappjar, l-ERCC għandu jwettaq verifika tas-sensittività u, jekk jiġu approvati, il-prodotti jittellgħu fuq il-portal tas-CEMS. Madankollu, jekk l-attivazzjoni u l-prodotti jitqiesu bħala sensittivi, il-fornitur tas-servizz għandu jinnotifika lill-utent awtorizzat bil-posta elettronika dwar id-disponibilità tal-prodotti fuq is-server (protett b'password) għat-trasferiment sikur ta' fajls (Secure File Transfer Protocol — SFTP).
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
(1) CEMS — Prodotti ta' Mmappjar Rapidu
L-utent għandu jkollu l-għażla bejn tliet tipi differenti ta' mapep.
(a) |
Mapep ta' referenza għandhom jipprovdu għarfien aġġornat ta' malajr dwar it-territorju u l-assi bl-użu ta' data ta' qabel id-diżastru. Il-kontenut għandu jikkonsisti minn karatteristiċi topografiċi taż-żona milquta, b'mod partikolari assi esposti u informazzjoni oħra disponibbli li tista' tgħin lill-utenti bil-kompiti speċifiċi tagħhom ta' ġestjoni tal-kriżijiet. |
(b) |
Mapep ta' delineazzjoni għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-firxa tal-event (u, jekk mitlub, tal-evoluzzjoni tiegħu). Mapep ta' delineazzjoni għandhom ikunu derivati minn immaġnijiet bis-satellita meħuda wara d-diżastru. Dawn ivarjaw skont it-tip ta' diżastru u skont id-delinjazzjoni taż-żoni milquta mid-diżastru. |
(c) |
Mapep ta' valutazzjoni għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-grad tal-ħsara (u, jekk mitlub, tal-evoluzzjoni tagħha). Mapep ta' valutazzjoni għandhom ikunu derivati minn immaġnijiet bis-satellita meħuda wara l-event. Mapep ta' valutazzjoni għandhom jinkludu l-estent, il-kobor jew il-gradi tal-ħsara speċifiċi għal kull tip ta' diżastru. Jistgħu wkoll jipprovdu informazzjoni rilevanti u aġġornata li tkun speċifika għall-popolazzjonijiet u għall-assi milquta. |
(2) CEMS — Prodotti ta' Mmappjar tar-Riskji u tal-Irkupru
Dan is-servizz għandu jikkonsisti mill-forniment fuq talba ta' informazzjoni ġeospazjali. Din l-informazzjoni għandha tappoġġa attivitajiet ta' ġestjoni tal-emerġenzi li mhumiex relatati mal-fażi ta' reazzjoni immedjata. L-utenti jkunu jistgħu jitolbu l-prodotti b'żewġ modi: billi jagħżlu minn fost sett definit minn qabel ta' karatteristiċi topografiċi dettaljati (b'mod partikolari b'rabta mal-infrastrutturi) u informazzjoni dwar ir-riskju ta' diżastri (periklu, esponiment, riskju) jew billi jiddeskrivu, permezz ta' test liberu, il-ħtiġijiet ta' informazzjoni speċifiċi għas-sitwazzjoni partikolari u għat-tip ta' prodott mixtieq.
Se jkunu disponibbli l-kategoriji ta' prodotti li ġejjin:
(a) |
mapep ta' referenza li jipprovdu għarfien komprensiv u aġġornat dwar it-territorju u l-assi rilevanti, f'kuntest ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri; |
(b) |
mapep li juru s-sitwazzjoni qabel id-diżastru u li jipprovdu informazzjoni tematika rilevanti u aġġornata li tista' tgħin fl-ippjanar għal kontinġenzi f'żoni li huma vulnerabbli għal perikli, bil-għan li l-imwiet u l-ħsara jitnaqqsu kemm jista' jkun; |
(c) |
mapep li juru s-sitwazzjoni wara d-diżastru u li jipprovdu informazzjoni tematika rilevanti u aġġornata għall-ippjanar għar-rikostruzzjoni u għal ħtiġijiet ta' monitoraġġ tal-progress, u li jimmappjaw l-impatt fit-tul. |
Il-mapep imsemmija fil-punti a, b u c għandhom jiġu aġġornati ta' spiss.
Il-mapep għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej:
(a) |
il-karatteristiċi topografiċi taż-żoni vulnerabbli għal perikli, b'mod partikolari l-infrastrutturi; |
(b) |
informazzjoni dwar ir-riskju ta' diżastri; |
(c) |
informazzjoni oħra disponibbli li tista' tgħin lill-utenti fl-attivitajiet speċifiċi tagħhom ta' ppjanar għall-ġestjoni ta' kriżijiet speċifiċi, bħal pereżempju l-protezzjoni kontra diżastri potenzjali, inklużi miżuri ta' inġinerija u miżuri protettivi oħra, it-teħid ta' miżuri leġiżlattivi, u kampanji ta' sensibilizzazzjoni. |
(3) CEMS — EFAS
L-EFAS għandha tipprovdi informazzjoni kumplimentari ta' twissija bikrija dwar l-għargħar lis-Servizzi Idroloġiċi Nazzjonali/Reġjonali u liċ-Ċentru Ewropew ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza (ERCC). L-EFAS għandha tinkludi l-moduli li ġejjin li jipprovdu data sa għaxart ijiem bil-quddiem:
(a) |
Tbassir tal-Għargħar: l-għoti ta' informazzjoni ta' twissija bikrija f'livell pan-Ewropew u Globali; |
(b) |
Twissija ta' Għargħar li tipprovdi informazzjoni, inklużi twissijiet bħal twissijiet ta' għargħar għal għarrieda; |
(c) |
Monitoraġġ tal-Għargħar: il-monitoraġġ ta' għargħar attwali. |
(4) CEMS — EFFIS
L-EFFIS għandha tappoġġa l-protezzjoni tal-foresti kontra n-nirien fl-Unjoni billi tipprovdi erba' moduli, minn fażijiet ta' qabel in-nirien sa fażijiet ta' wara n-nirien.
(a) |
Valutazzjoni tal-Periklu min-Nirien: Il-forniment ta' data f'livell Pan-Ewropew u Globali li tappoġġa l-prevenzjoni tan-nirien u t-tħejjija għan-nirien. Mapep ta' kuljum li juru l-livell tal-periklu min-nirien fl-UE projettat għal bejn jum u sitt ijiem bl-użu ta' data tat-tbassir tat-temp. Il-modulu għandu jkun attiv mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Ottubru; |
(b) |
Immappjar Attiv tan-Nirien: Il-forniment ta' data f'livell Pan-Ewropew u Globali li tappoġġa t-tifi tan-nar. Mapep ta' kuljum li juru nirien attivi, u li jipprovdu ħarsa fil-qosor tan-nirien attivi dak il-ħin fid-dinja; |
(c) |
Valutazzjoni Rapida tal-Ħsara: Il-forniment ta' data Pan-Ewropea ta' evalwazzjoni wara n-nirien. Aġġornament ta' kuljum tal-perimetri ta' żoni maħruqa fl-Ewropa, għal nirien ta' daqs ta' madwar 40 ettaru jew aktar; |
(d) |
Valutazzjoni tal-Ħsara Kull Ġimgħa Il-forniment ta' data Pan-Ewropea ta' evalwazzjoni wara n-nirien. Aġġornament ta' kull ġimgħa tal-perimetri taż-żoni maħruqa fl-Ewropa. |
(5) CEMS — L-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa (EDO)
L-EDO għandu jipprovdi erba' moduli għall-komunikazzjoni ta' data dwar l-iskarsezza tal-ilma u dwar in-nixfa.
(a) |
Modulu ta' monitoraġġ u ta' mmappjar: jippermetti l-viżwalizzazzjoni tal-evoluzzjoni spazjali u temporali tal-perjodi ta' nixfa bl-użu ta' indikaturi differenti għax-xita, il-ħxuna tal-kopertura tal-borra, it-temperatura, l-umidità tal-ħamrija, l-ilma ta' taħt l-art, il-fluss tax-xmajjar, u s-saħħa tal-veġetazzjoni. L-indikaturi għandhom jiġu kkalkulati minn kejl in situ (data meteoroloġika, ilma ta' taħt l-art), outputs ta' mudelli (l-umidità tal-ħamrija, il-fluss tax-xmajjar) u data satellitari (stress fuq il-veġetazzjoni, l-umidità tal-ħamrija, it-temperatura tas-superfiċje tal-art). Indikaturi magħżula għandhom jiġu kkombinati f'livelli ta' twissija għal impatti fuq l-agrikoltura u l-ekosistemi; |
(b) |
Modulu ta' tbassir: il-forniment ta' tbassiriet ta' indikaturi magħżula tan-nixfa; |
(c) |
Modulu ta' analiżi tad-data: jippermetti t-twettiq ta' analiżijiet u ta' paraguni ta' profili temporali tal-indikaturi disponibbli, kif ukoll it-tqabbil spazjali tagħhom u l-aggregazzjoni tagħhom f'unitajiet amministrattivi; |
(d) |
Rapporti analitiċi għal eventi sinifikanti ta' nixfa, li janalizzaw l-estent u s-severità tal-eventi u l-impatti potenzjali tagħhom. |
5. REKWIŻITI TA' DATA
5.1. Osservazzjonijiet bis-Satellita u Osservazzjoni In Situ
Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni ġeospazjali pprovduta mill-komponent tal-immappjar tas-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus (CEMS) għandha tkun derivata minn data ta' telerilevament bis-satellita u għandha tiġi kompluta permezz ta' sorsi disponibbli ta' data in situ jew miftuħa. L-immaġnijiet bis-satellita għandhom jiġu pprovduti permezz tal-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus (CCMs) u mill-osservazzjonijiet ta' Sentinel 1 u Sentinel 2, biex tiġi żgurata l-firxa sħiħa ta' ħtiġijiet ta' osservazzjoni meħtieġa. Id-data in situ għall-komponent tal-immappjar għandha tiġi pprovduta permezz ta' data ta' sors miftuħ u/jew data li tkun ġiet magħmula disponibbli mingħand l-aġenziji nazzjonali tal-immappjar u kadastrali (NMCA), f'konformità ma' ftehim bilaterali bejn l-NMCAs u l-EEA.
Il-komponent ta' twissija bikrija tas-CEMS għandu jagħmel użu mill-immaġnijiet kollha mis-satelliti Sentinel, bħalissa Sentinel-1 u Sentinel-2 (nirien fil-foresti) u Sentinel-3. Minħabba l-ħtieġa għall-ksib ta' data għall-valutazzjoni tagħha qrib il-ħin reali ta' ħsara kkawżata min-nirien, isir ukoll użu minn sensers oħra bħal MODIS u VIIRS għal riżoluzzjoni spazjali medja u għal settijiet ta' immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja mis-satelliti Landsat, SPOT u IRS, fost oħrajn. Varjabbli bħall-ekwivalenti f'ilma mill-borra u l-umidità tal-ħamrija, li jintużaw fil-komponent ta' twissija bikrija dwar l-għargħar, għandhom jiġu derivati minn sensers stallati abbord is-satelliti Metop u DMSP.
Id-data in situ għandha tinkludi osservazzjonijiet mill-ajru (bħal pereżempju minn ajruplani u minn inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord). Għall-komponent ta' twissija bikrija, il-komponent in situ għandu jinkludi osservazzjonijiet idrometeoroloġiċi mingħand l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali rilevanti.
ANNESS VII
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAS-SERVIZZ TA' SIGURTÀ TA' COPERNICUS
L-GĦANIJIET U L-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAS-SERVIZZ TA' SIGURTÀ TA' COPERNICUS
Is-servizz ta' sigurtà ta' Copernicus huwa mfassal b'mod li jiġi żgurat il-forniment ta' data u informazzjoni rilevanti u xierqa biex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi għall-isfidi tas-sigurtà ċivili, u ttejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta' prevenzjoni tal-kriżijiet, u ta' tħejjija u ta' reazzjoni għall-kriżijiet, b'mod partikolari permezz ta' sorveljanza mtejba fil-fruntieri u marittima, u permezz tal-appoġġ ta' Copernicus għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. Is-servizz ta' sigurtà Copernicus għandu jkun strutturat f'dawn il-komponenti li ġejjin:
(a) |
il-komponent tas-sorveljanza fil-fruntieri, operat mill-Frontex, taħt delega, bħala entità inkarigata; |
(b) |
il-komponent tas-sorveljanza marittima, operat mill-EMSA, taħt delega, bħala entità inkarigata; |
(c) |
appoġġ għall-komponent tal-Azzjoni Esterna tal-Unjoni, operat mis-SATCEN, taħt delega, bħala entità inkarigata. |
L-integrazzjoni tal-kapaċitajiet differenti ta' osservazzjoni tat-tliet entitajiet inkarigati għandha twassal għal firxa sinkronizzata ta' prodotti, żviluppati bi spiża minima, kif jippermettu s-sinerġiji operazzjonali.
PARTI I
Il-komponent tas-sorveljanza fil-fruntieri tas-Servizz ta' Sigurtà ta' Copernicus
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
L-element tas-sorveljanza fil-fruntieri tas-Servizz ta' Sigurtà ta' Copernicus għandu jkun iddisinjat b'mod li jipprovdi għarfien sitwazzjonali mtejjeb li jgħin fir-reazzjoni għall-isfidi tas-sigurtà fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni, permezz tad-detezzjoni u l-monitoraġġ ta' theddidiet għas-sigurtà transkonfinali, u permezz ta' valutazzjonijiet tar-riskju u sistemi ta' twissija bikrija, immappjar u monitoraġġ.
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
B'reazzjoni għall-ħtiġijiet tal-utenti li jinġabru, il-komponent tas-sorveljanza fil-fruntieri għandu jipprovdi servizzi fl-oqsma tematiċi li ġejjin, u jiġbor prodotti ta' data u/jew ta' informazzjoni skont il-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tagħhom:
(a) |
Is-Servizzi ta' Monitoraġġ tal-Art (S1, S2, S3) għandhom ikunu bbażati fuq immaġnijiet bis-satellita u għandhom jinkludu analiżi ta' portijiet, kosti, bajjiet u punti ta' qsim tal-fruntiera. Dawn is-Servizzi għandhom jeħtieġu interpretazzjoni mill-bniedem, li għandha tiġi pprovduta minn speċjalisti; |
(b) |
Is-Servizzi Marittimi (S4, S5, S6, S7) għandhom ikunu bbażati fuq sistemi ta' rappurtar tal-bastimenti u fuq id-detezzjoni tal-bastimenti f'immaġnijiet bis-satellita. Dawn is-Servizzi għandhom ikunu semiawtomatizzati; |
(c) |
Is-Servizz Ambjentali (S8) għandu jipprovdi analiżi ta' varjabbli ambjentali, inkluża informazzjoni dwar l-art u l-kundizzjonijiet tat-temp. |
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Il-komponent tas-Sorveljanza fil-Fruntieri għandu jinqasam fl-oqsma ta' attività li ġejjin:
(a) |
Il-ġestjoni globali tal-attivitajiet delegati, inklużi l-akkwist, il-ġestjoni tal-kuntratti, u r-rappurtar; |
(b) |
Il-ġestjoni tas-servizzi, inklużi d-definizzjoni tal-ħtiġijiet, l-akkwist, l-assigurazzjoni tal-kwalità, u t-twassil ta' servizzi ta' sorveljanza fil-fruntieri; |
(c) |
L-evoluzzjoni tas-servizzi abbażi tal-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti b'rabta mas-servizz (l-awtoritajiet ta' kontroll fil-fruntiera u l-Frontex); |
(d) |
L-adeżjoni u t-taħriġ tal-utenti, inklużi l-attivitajiet kollha meħtieġa biex l-utenti jiġu mħarrġa, kif ukoll valutazzjoni tal-livell tal-użu ta' kull wieħed mis-servizzi mogħtija. |
Is-servizzi ta' sorveljanza fil-fruntieri ta' Copernicus għandhom jiġu skjerati fi ħdan il-qafas tas-Servizzi ta' Fużjoni tal-Frontex li diġà huma fis-seħħ fl-Aġenzija.
Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jiġu mmaniġġjati mill-Frontex u, meta dan ikun meħtieġ, b'appoġġ mill-kuntratturi:
(a) |
L-operazzjonijiet ta' kuljum u r-relazzjonijiet mal-utenti; |
(b) |
L-ippjanar, l-ordnar, l-akkwist u l-fatturazzjoni ta' prodotti (prodotti EO u mhux EO); |
(c) |
Il-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-IT, inkluża l-ġestjoni tal-inċidenti u tal-problemi; |
(d) |
L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodotti mwassla; |
(e) |
L-implimentazzjoni ta' korrezzjonijiet u ta' aġġornamenti fis-servizzi; |
(f) |
Il-monitoraġġ tat-twassil tas-servizzi. |
B'appoġġ għall-attivitajiet imsemmija hawn fuq, il-Frontex għandu jkollha Ftehimiet dwar il-Livell ta' Servizz mal-EMSA u mal-EUSC, parzjalment iffinanzjati minn Copernicus, għall-analiżi ta' żoni marittimi u ta' żoni fuq l-art, rispettivament.
L-implimentazzjoni ta' proġetti ta' prova tal-kunċett u preoperazzjonali tista' tintuża biex jiġu ttestjati u vvalidati ħtiġijiet ġodda tal-utenti.
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
L-attivazzjonijiet speċifiċi tas-servizzi ta' Copernicus għall-finijiet tas-sorveljanza fil-fruntieri għandhom jiġu ddeterminati mill-Frontex, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha stess rigward is-sitwazzjoni dak il-ħin. Is-sorveljanza fil-fruntieri għandha tikkonsisti minn dawn is-servizzi li ġejjin:
(a) |
(S1) Il-Monitoraġġ Kostali — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fil-qasam tal-monitoraġġ kostali għandhom jikkonsistu minn rapporti ta' analiżi ta' immaġnijiet puntwali u ad hoc, u minn data u immaġnijiet vetturizzati ta' strixxi kostali (bajjiet u portijiet) identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju għall-appoġġ tal-valutazzjoni operazzjonali tal-migrazzjoni irregolari u ta' attivitajiet relatati mal-kriminalità transkonfinali; |
(b) |
(S2) Il-Monitoraġġ taż-Żoni Viċin il-Fruntieri — Rapporti ta' analiżi ta' immaġnijiet puntwali u ad hoc, data u immaġnijiet vetturizzati ta' żoni viċin il-fruntieri identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju għall-appoġġ tal-valutazzjoni operazzjonali tal-migrazzjoni irregolari u ta' attivitajiet relatati mal-kriminalità transkonfinali; |
(c) |
(S3) Immaġnijiet/Immappjar ta' Referenza — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fil-qasam tal-Immaġnijiet/Immappjar ta' Referenza huma bbażati fuq immaġnijiet bis-satellita VHR u data vetturizzata li jkopru żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju; |
(d) |
(S4) Sorveljanza Marittima ta' Żona ta' Interess — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fil-qasam tas-sorveljanza marittima ta' żona ta' interess għandhom jinkludu l-identifikazzjoni u l-lokalizzazzjoni ta' Bastimenti ta' Interess bl-użu ta' data ta' Osservazzjoni tad-Dinja kombinata ma' Data In-Situ pprovduta minn sorsi miftuħa, u minn pjattaformi u sensers; |
(e) |
(S5) Servizz ta' Detezzjoni tal-Bastimenti — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fi ħdan il-qafas tas-Servizz ta' Detezzjoni tal-Bastimenti għandhom jinkludu d-detezzjoni tal-bastimenti permezz tas-satellita (SAR) u l-identifikazzjoni (ottika) flimkien ma' sistemi kollaborattivi (AIS, LRIT); |
(f) |
(S6) Servizz ta' Lokalizzazzjoni u ta' Rappurtar tal-Bastimenti — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fi ħdan il-qafas tas-Servizz ta' Lokalizzazzjoni u ta' Rappurtar tal-Bastimenti għandhom jinkludu kombinament ta' data terrestri/satellitari, tal-AIS, tal-LRIT u tal-VMS; |
(g) |
(S7) Servizz ta' Detezzjoni ta' Anomaliji b'Rabta mal-Bastimenti — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fi ħdan il-qafas tas-Servizz ta' Detezzjoni ta' Anomaliji b'Rabta mal-Bastimenti għandu jinkludi twissijiet li jiġu ġġenerati b'mod awtomatiku f'każ li tiġi identifikata mġiba suspettuża; |
(h) |
(S8) Valutazzjoni Ambjentali għall-Analiżi tar-Riskju — Il-prodotti ta' Copernicus żviluppati fil-qasam tal-Valutazzjoni Ambjentali għall-Analiżi tar-Riskju għandhom jinkludu informazzjoni ambjentali (il-kundizzjonijiet attwali u mbassra tat-temp u l-istat tal-baħar) biex jappoġġaw l-ippjanar operazzjonali, il-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u l-ippjanar tal-ksib ta' data bis-satellita; |
(i) |
(S9) Valutazzjoni Ambjentali ta' Żoni Kbar għall-Analiżi tar-Riskju — Is-servizz għandu jingħata “fuq talba” u jista' jintalab permezz tas-Servizzi ta' Fużjoni tal-Eurosur; għandu jitwassal permezz ta' analiżi ta' immaġinijiet abbażi tal-monitoraġġ ta' żoni speċifiċi bl-użu ta' immaġnijiet arkivjati u immaġnijiet ġodda; |
(j) |
(S10) Servizz ta' Rikonjizzjoni u ta' Osservazzjoni tad-Dinja (EO) — Is-servizz għandu jingħata “fuq talba” u jista' jintalab mill-NCCs permezz tas-Servizzi ta' Fużjoni tal-Eurosur; is-Servizz ta' Rikonjizzjoni u ta' Osservazzjoni tad-Dinja (EO) għandu jwassal valutazzjoni u identifikazzjoni inizjali ta' żoni speċifiċi u ta' objettivi ta' interess li jinsabu f'żoni mdaqqsa; iż-żoni u l-oġġetti identifikati għandhom jiġu vvalidati minn min jagħmel it-talba u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu analizzati aktar b'servizzi ta' monitoraġġ regolari; |
(k) |
(S11) Valutazzjoni tan-Netwerks Transnazzjonali tal-Migrazzjoni u tal-Kriminalità — Is-servizz għandu jingħata “fuq talba” u jista' jintalab mill-NCCs permezz tas-Servizzi ta' Fużjoni tal-Eurosur; dan is-servizz għandu jipprovdi linja bażi soċjoekonomika u analiżi inizjali b'rabta ma' żona speċifika, attività speċifika u/jew grupp tal-kriminalità organizzata speċifiku assoċjati ma' attivitajiet ta' migrazzjoni irregolari jew ta' kriminalità transnazzjonali. Għandu jkun ibbażat fuq diversi sorsi. |
5. REKWIŻITI TA' DATA
Biex twassal intelligence dwar is-sorveljanza fil-fruntieri il-Frontex għandi tiġbor data minn firxa wiesgħa ta' sorsi, u għandha tiġġenera valur miżjud permezz tas-servizzi tagħha ta' fużjoni tad-data.
Is-servizz għandu juża inputs tad-data li ġejjin:
(a) |
immaġnijiet bis-satellita (kemm immaġnijiet ottiċi kif ukoll immaġnijiet radar); |
(b) |
data minn Sistemi ta' Detezzjoni tal-Bastimenti speċjalizzati; |
(c) |
informazzjoni meteoroloġika; |
(d) |
informazzjoni ta' intelligence. |
PARTI II
Il-komponent tas-Sorveljanza Marittima tas-Servizz ta' Sigurtà ta' Copernicus
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Il-komponent tas-Sorveljanza Marittima tas-Servizz ta' Sigurtà ta' Copernicus għandu jkun iddisinjat b'mod li jtejjeb il-kapaċitajiet ta' prevenzjoni tal-kriżijiet, ta' tħejjija u ta' reazzjoni għall-kriżijiet tal-Unjoni permezz ta' sorveljanza marittima mtejba bl-użu ta' data u informazzjoni ta' Copernicus għal detezzjoni u monitoraġġ aqwa ta' theddidiet transreġjonali għas-sigurtà, u permezz ta' valutazzjonijiet tar-riskju u sistemi ta' twissija bikrija, immappjar u monitoraġġ ta' żoni marittimi.
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Il-komponent tas-Sorveljanza Marittima għandu jwieġeb għar-rekwiżiti ta' monitoraġġ tal-komunitajiet ta' utenti li ġejjin:
(a) |
kontroll fuq is-sajd; |
(b) |
is-sigurtà u s-sikurezza marittima; |
(c) |
id-dwana u l-infurzar tal-liġi; |
(d) |
id-difiża. |
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Is-Servizzi tas-Sorveljanza Marittima ta' Copernicus għandhom jagħmlu użu mill-arkitettura eżistenti tal-EMSA, biex jikkombinaw elementi ta' servizzi differenti, inklużi elementi tal-Osservazzjoni tad-Dinja, u għandhom jipprovdu servizzi mfassla apposta għal komunitajiet ta' utenti differenti. Dawn l-elementi tas-servizz għandhom jinqasmu f'inputs tas-servizz u moduli tas-servizz.
L-inputs tas-servizz għandhom jikkonsistu minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
(a) |
osservazzjoni tal-art; |
(b) |
għarfien speċifiku tas-sitwazzjoni marittima (MDA). |
Il-moduli tas-servizz għandhom jikkonsistu mill-moduli li ġejjin:
(a) |
moduli tas-servizz ġeneriċi; |
(b) |
moduli tas-servizz ta' integrazzjoni. |
Il-kombinament ta' inputs tas-servizz mal-kapaċitajiet (moduli) xierqa għandu jippermetti l-għoti ta' servizzi kosteffiċjenti u mfassla apposta għall-firxa sħiħa ta' komunitajiet ta' utenti awtorizzati.
L-EMSA għandha tingħata l-kompiti speċifiċi li ġejjin:
(a) |
il-ġestjoni globali tal-attivitajiet delegati; |
(b) |
ġestjoni u amministrazzjoni, li jinkludu l-akkwist, il-ġestjoni tal-kuntratti, ir-rappurtar u l-assigurazzjoni tal-kwalità; |
(c) |
l-iżvilupp tas-servizzi, li jinkludi d-disinn, l-ittestjar u l-iskjerament tas-servizzi; |
(d) |
l-eżekuzzjoni tas-servizzi, li tinkludi l-operazzjonijiet ta' kuljum, il-ġestjoni tal-inċidenti u tal-problemi, u t-titjib tas-servizzi fuq bażi kontinwa. L-eżekuzzjoni tas-servizzi tinkludi l-attivitajiet kollha marbuta mal-ippjanar, l-ordnijiet u l-validazzjoni ta' prodotti tas-satelliti; |
(e) |
l-adeżjoni u t-taħriġ tal-utenti, li jinkludu l-attivitajiet kollha meħtieġa biex l-utenti jiġu mħarrġa, kif ukoll valutazzjoni tal-livell tal-użu ta' kull wieħed mis-servizzi mogħtija. |
Flimkien ma' dawn l-attivitajiet, iżda b'rabta mat-twassil tas-servizzi, għandu jkun hemm ukoll l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' prova tal-kunċett u proġetti preoperazzjonali, li jistgħu jintużaw biex jiġu ttestjati u vvalidati ħtiġijiet ġodda tal-utenti f'qasam speċifiku.
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
Il-prodotti mwassla fi ħdan il-qafas tal-komponent tas-Sorveljanza Marittima tas-Servizz ta' Sigurtà ta' Copernicus għandhom jinkludu s-servizzi li ġejjin.
(1) Servizzi ta' kontroll tas-sajd
L-attivitajiet tas-sajd illegali jistgħu jikkompromettu l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' ġestjoni u jxekklu l-esplojtazzjoni razzjonali tar-riżorsi tas-sajd. Dawn is-servizzi għandhom iqisu dawn it-tipi ta' ħtiġijiet:
(a) |
il-monitoraġġ ta' żoni tas-sajd; |
(b) |
il-monitoraġġ ta' portijiet tas-sajd sabiex jiġu kkontrollati t-tluq u l-ħatt l-art tal-bastimenti tas-sajd. |
(2) Is-servizzi relatati mas-sigurtà u s-sikurezza marittima
Is-servizzi relatati mas-sigurtà u s-sikurezza marittima għandhom iwieġbu għal żewġ kategoriji prinċipali ta' ħtiġijiet tal-utenti.
(a) |
It-tiftix u salvataġġ. It-Tiftix u Salvataġġ (S&R) jinvolvi t-tiftix ta' persuni u l-għoti ta' għajnuna ta' salvataġġ lil persuni li jinsabu f'diffikultà u f'periklu imminenti li jitilfu ħajjithom. L-attivitajiet ta' Tiftix u Salvataġġ għandhom jinkludu operazzjonijiet f'żoni remoti, is-salvataġġ fuq il-baħar, u l-bżonn ta' faċilitajiet speċjalizzati għal Tiftix u Salvataġġ li normalment ma jkunux disponibbli għas-servizzi ta' emerġenza. Servizz ta' Tiftix u Salvataġġ għandu jinkludi d-definizzjoni rapida tal-kompiti tar-riżorsi satellitari, l-użu ta' UAVs għal monitoraġġ wiesa' u għal viżwalizzazzjoni tal-pożizzjoni, u tat-teknika ta' tiftix rispettiva, ta' assi ta' Tiftix u Salvataġġ għal koordinazzjoni aħjar tal-operazzjonijiet. |
(b) |
Is-sikurezza tal-bastimenti. Is-servizz għandu jikkonsisti mit-tfittxija għal u mill-forniment ta' immaġnijiet tat-traffiku marittimu bl-użu ta' prodotti EO. Għandu jkollu kamp ta' applikazzjoni globali, b'aċċenn akbar fuq żoni remoti, u b'mod speċifiku fuq ir-Reġjuni Polari. |
(3) Servizzi Doganali
Is-servizzi doganali għandhom jiżguraw li tintuża data kooperattiva għall-intraċċar tal-vapuri u biex it-trajettorji u l-wasliet fil-portijiet jiġu korrelatati ma' informazzjoni diġà eżistenti għal għadd ta' għanijiet.
Il-monitoraġġ tat-traffikar kriminali ta' oġġetti għandu jiffoka fuq l-espansjoni tal-għarfien tas-sitwazzjoni marittima u fuq kontroverifiki ta' informazzjoni ma' reġistri bażi, ma' informazzjoni relatata mal-bastimenti u ma' data tar-rappurtar. Is-servizz għandu jappoġġa operazzjonijiet/interventi speċifiċi fejn id-definizzjoni rapida tal-kompiti u l-monitoraġġ huma rekwiżiti importanti. L-attivitajiet ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu l-monitoraġġ ta' portijiet u bajjiet ta' pajjiżi terzi għat-tluq ta' bastimenti speċifiċi, kif ukoll id-detezzjoni ta' mġiba mhux normali.
(4) Servizzi tal-infurzar tal-liġi
Is-servizzi tal-infurzar tal-liġi għandhom jiffukaw fuq l-espansjoni tal-għarfien tas-sitwazzjoni marittima abbażi tar-riżorsi u l-kapaċitajiet ċivili eżistenti, u fuq l-implimentazzjoni ta' integrazzjoni ulterjuri ta' informazzjoni. Għandhom ikunu bbażati fuq il-modalitajiet tad-definizzjoni rapida tal-kompiti u fuq il-monitoraġġ ta' operazzjonijiet speċifiċi.
(5) Servizz ta' Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar
Is-Servizzi ta' Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar għandhom jinkludu l-attivitajiet CleanSeaNet. Għandhom joffru assistenza lill-Istati parteċipanti għal dawn l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
l-identifikazzjoni u l-ittraċċar ta' tniġġis taż-żejt fuq wiċċ il-baħar; |
(b) |
il-monitoraġġ tat-tniġġis aċċidentali waqt l-emerġenzi; |
(c) |
kontribuzzjoni lejn l-identifikazzjoni ta' min iniġġes. |
5. REKWIŻITI TA' DATA
Bħala input għall-forniment tal-prodotti, is-Servizzi tas-Sorveljanza Marittima ta' Copernicus għandhom jinkludu data ta' Copernicus u data mhux ta' Copernicus.
(1) |
Data EO u prodotti derivati minn:
|
(2) |
Data u prodotti ta' valur miżjud mhux EO
|
(3) |
Data in situ minn sorsi oħra — Sensuri stallati fuq kwalunkwe vettura, bastiment jew mezz ieħor. |
PARTI III
Appoġġ għall-komponent ta' Azzjoni Esterna tal-Unjoni tas-servizz ta' sigurtà ta' Copernicus
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
It-twaqqif tas-servizz SEA għandu jkun ibbażat fuq l-ipoteżi ta' kooperazzjoni mill-qrib mas-Servizz ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus. Il-koordinazzjoni bejn l-SEA u l-EMS għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
l-integrazzjoni tal-portafolli SEA u EMS jeħtieġ li tqis il-ħtiġijiet taż-żewġ komunitajiet ta' utenti; |
(b) |
il-koordinazzjoni tas-servizzi m'għandhiex tikkomprometti r-rapidità, l-ispeċifiċitajiet jew il-kwalità tal-portafolli rispettivi tas-servizz, jew is-sensittività tat-talba; |
(c) |
il-koordinazzjoni għandha timmira lejn l-iffrankar potenzjali fil-kostijiet permezz tal-kondiviżjoni tar-riżorsi. |
2. IL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI U L-OQSMA PRINĊIPALI TA' APPLIKAZZJONI
Is-servizz għandu jkopri l-oqsma prinċipali li ġejjin:
(a) |
Informazzjoni Dwar il-Kriżijiet; |
(b) |
Prevenzjoni tal-Kriżijiet u Tħejjija għall-Kriżijiet; |
(c) |
noti ta' informazzjoni u analiżi tal-attività. |
Il-prodotti tas-servizz SEA għandhom ikunu disponibbli biss għall-utenti awtorizzati li ġejjin:
(a) |
is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (l-istrutturi tal-EEAS għall-immaniġġar ta' kriżijiet; delegazzjonijiet tal-UE, uffiċċji Reġjonali tal-EEAS) |
(b) |
il-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tas-CSDP |
(c) |
is-servizzi tal-Kummissjoni li ġejjin
|
(d) |
il-ministeri tad-Difiża, il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin u ċ-Ċentri ta' Intelligence fl-Istati Membri. |
(e) |
In-Nazzjonijiet Uniti |
3. ARKITETTURA TAS-SERVIZZ
Is-servizz għandu jikkonsisti mill-forniment fuq talba ta' informazzjoni ġeospazjali b'appoġġ għat-teħid ta' deċiżjonijiet u għal operazzjonijiet waqt kriżi. Is-servizz għandu jkun ibbażat fuq il-kisba, l-ipproċessar u l-analiżi ta' immaġnijiet bis-satellita u tal-informazzjoni kollaterali.
Il-prodotti għandhom ikunu taħlita ta' saffi standardizzati ta' informazzjoni li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-utenti. Dawn is-saffi jistgħu jiġu raggruppati f'formati ta' output differenti, bħal Mapep, Settijiet ta' Data Ġeospazjali (Data Vetturizzata u Data Rasterizzata), u/jew servizzi aċċessibbli permezz tal-Internet (mapep elettroniċi). L-Utenti jistgħu jagħżlu prodotti mill-portafoll SEA, u jikkomunikaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
Is-servizz għandu jkun disponibbli kuljum, f'kull ħin tal-ġurnata, u għandu jinkludi servizz ta' “reazzjoni rapida”.
L-operazzjonijiet tas-servizz għandhom jinkludu:
(a) |
it-tmexxija tal-Punt Fokali tas-Servizz (SFP) għall-attivazzjonijiet SEA kollha; |
(b) |
faċilità tal-għoti ta' assistenza ta' Copernicus; |
(c) |
disinn tal-prodott; |
(d) |
talbiet għal/immaniġġjar ta' data CSCDA; |
(e) |
l-iggwidar tal-kuntrattur waqt il-ġenerazzjoni tal-prodotti; |
(f) |
analiżi interna u valur miżjud, kull meta jkun xieraq, għall-attivazzjonijiet kollha konformi mal-governanza tas-SATCEN; |
(g) |
validazzjoni u distribuzzjoni tal-prodotti; |
(h) |
koordinazzjoni mas-Servizz EMS ta' Copernicus; |
(i) |
koordinazzjoni ma' servizzi rilevanti oħra ta' Copernicus li huma rilevanti għall-Azzjoni Esterna u għall-utenti tas-CFSP/CSDP; |
(j) |
id-disseminazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika — il-kunsiderazzjoni tal-profili tal-utenti u tas-sensittività tad-data. |
L-attivitajiet ta' eżekuzzjoni tas-servizzi għandhom jimplimentaw u joperaw il-proċessi kollha għas-Servizz SEA f'konformità mal-qafas definit f'livell ta' Ġestjoni u Koordinazzjoni.
Il-Koordinatur tas-Servizz SEA (SSC) għandu jkun responsabbli għall-azzjonijiet li ġejjin għal kull attivazzjoni:
(a) |
it-twettiq ta' stima tal-ispiża għal bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji, jew valutazzjoni tal-impatt; |
(b) |
it-trattar ta' kwistjonijiet sensittivi; |
(c) |
il-ġestjoni ta' inċidenti u problemi; |
(d) |
il-monitoraġġ tat-twassil tas-servizzi. |
4. PORTAFOLL TAS-SERVIZZ TEKNIKU
Il-portafoll dettaljat tas-Servizz SEA ta' Copernicus għandu jikkonsisti mill-prodotti li ġejjin.
(1) Mapep ta' Referenza:
Mapep ta' Referenza għandhom ikunu prodotti kartografiċi ta' kwalità għolja li jinkludu firxa wiesgħa ta' karatteristiċi li jistgħu jiġu osservati. Is-saffi differenti ta' informazzjoni għandhom jinkludu tipi bażiċi bħal netwerks tat-toroq, konfini, idrografija, tip ta' art, eċċ. L-informazzjoni fil-Mapep ta' Referenza għandha tappoġġa l-orjentament, in-navigazzjoni lokali, it-teħid strateġiku tad-deċiżjonijiet u l-iskjerament loġistiku. Skont iċ-ċirkostanzi, is-saffi differenti ta' informazzjoni fil-Mappa ta' Referenza jistgħu jiġu arrikkiti b'saffi speċifiċi meħtieġa f'sitwazzjoni partikolari.
(2) Valutazzjoni tal-Istatus tan-Netwerk tat-Toroq:
Valutazzjoni tal-Istatus tan-Netwerk tat-Toroq għandha tipprovdi lill-utenti b'mappa li jkun fiha tipi differenti ta' informazzjoni dwar l-istatus tan-netwerk tat-toroq.
(3) Valutazzjoni tal-Ħsara Kkawżata Minn Kunflitti:
Valutazzjoni tal-Ħsara Kkawżata Minn Kunflitti għandha tuża d-detezzjoni ta' bidliet sabiex tipprovdi interpretazzjoni viżwali li jkun fiha informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ħsara f'zona ta' kriżi. F'żoni urbani, il-blokok urbani għandhom ikun mmarkati skont kodiċi tal-kuluri, sabiex tintwera l-intensità tal-ħsara. Għar-rappreżentazzjoni tal-ħsara f'żoni dispersi tintuża mappa tas-sħana b'gradazzjoni ta' kuluri li jenfasizzaw kif ġew affettwati taqsimiet differenti ta' kull żona.
(4) Analiżi tal-Infrastruttura Kritika:
L-Analiżi tal-Infrastruttura Kritika għandha tidentifika l-aktar komponenti rilevanti ta' infrastrutturi naturali jew magħmulin mill-bniedem li jitqiesu bħala kritiċi, u għandha tivvaluta l-istatus operazzjonali tagħhom.
(5) Appoġġ għall-Pjanijiet ta' Evakwazzjoni:
L-Appoġġ għall-Pjanijiet ta' Evakwazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni ġeospazjali b'appoġġ għall-evakwazzjoni ta' nies minn żoni ta' kriżi. Abbażi ta' analiżi preliminari mwettqa skont it-tipi ta' riskji assoċjati ma' post partikolari, il-prodotti żviluppati għandhom jinkludu informazzjoni bħal żoni potenzjali fejn isiru dimostrazzjonijiet, żoni għall-inżul tal-ħelikopters, u punti u rotot ta' evakwazzjoni.
(6) Mappa tal-Fruntieri Mhux tal-UE:
Mappa tal-Fruntieri mhux tal-UE għandha tipprovdi lill-utenti bil-possibbiltà li jiksbu informazzjoni speċifika b'appoġġ għal deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw fruntieri mhux tal-UE.
(7) Analiżi tal-Kampijiet:
L-Analiżi tal-Kampijiet għandha tkun prodott orjentat lejn l-appoġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw popolazzjonijiet spostati (popolazzjonijiet spostati internament jew refuġjati). Il-prodotti għandhom jiffukaw fuq il-karatterizzazjoni tal-faċilitajiet ta' kamp, l-identifikazzjoni ta' abitazzjonijiet u ta' binjiet b'funzjonalitajiet oħra, u l-forniment eventwali ta' stimi tal-popolazzjonijiet fil-kampijiet.
(8) Stampa tas-Sitwazzjoni ta' Kriżi:
L-Istampa tas-Sitwazzjoni ta' Kriżi għandha tkun prodott iddisinjat għall-valutazzjoni ġenerali tal-gravità ta' kunflitt/kriżi u tal-konsegwenzi tiegħu/tagħha. Sabiex jilħaq dan l-għan, il-prodott għandu jkun magħmul minn ġabra ta' informazzjoni anċillari dwar il-kriżi. L-informazzjoni anċillari li tinstab għandha tinġabar, għandha tiġi omoġenizzata u għandha tingħaqad flimkien bħala stampa assjematika (magħmula minn mapep tas-sitwazzjoni u, b'mod fakultattiv, minn rapport).
(9) Rapport tal-Attività:
Ir-Rapport tal-Attività għandu jkun prodott iffukat fuq il-forniment ta' analiżi ta' attività speċifika tal-bniedem lill-utent. Il-prodott għandu jkun flessibbli ħafna.
5. REKWIŻITI TA' DATA
Is-servizz għandu jeħtieġ l-użu ta' data b'Riżoluzzjoni Għolja Ħafna.
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/56 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/621
tal-20 ta' April 2018
dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent spazjali ta' Copernicus, skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(8)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-programm Copernicus, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 377/2014, huwa programm ta' natura ċivili mmexxi mill-utenti, li jibni fuq kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u dawk Ewropej, bl-għan operattiv ġenerali li jipprovdi informazzjoni preċiża u affidabbli fil-qasam tal-ambjent u dak tas-sigurtà, imfassla skont il-bżonnijiet tal-utenti u li jappoġġa politiki oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk rigward is-suq intern, it-trasport, l-ambjent, l-enerġija, il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà ċivili, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-għajnuna umanitarja. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014, Copernicus jikkonsisti minn tliet komponenti, inkluż komponent spazjali li l-għan tiegħu huwa li jiżgura osservazzjonijiet sostenibbli mill-ispazju għall-oqsma ta' servizz li ġejjin: il-monitoraġġ tal-atmosfera, il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar, il-monitoraġġ tal-art, it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni ta' emerġenzi, u s-sigurtà. Ir-responsabbiltà globali għal Copernicus hija tal-Kummissjoni, li tikkoordina wkoll il-komponenti differenti tal-programm. |
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent spazjali ta' Copernicus huma meħtieġa sabiex tiġi stabbilita linja bażi għall-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-komponent spazjali bħala parti mill-governanza ta' Copernicus. |
(4) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent spazjali ta' Copernicus għandhom jindirizzaw aspetti bħat-tlestija u l-operazzjoni ta' missjonijiet dedikati, ir-riċeviment, l-ipproċessar, l-arkivjar u d-disseminazzjoni ta' data, il-provvista, l-arkivjar u d-disseminazzjoni ta' data ta' missjonijiet ta' kontribuzzjoni li jikkomplementaw id-data ta' missjonijiet dedikati, u l-proċess biex jiġi żgurat li s-sistema tkompli tevolvi. |
(5) |
L-iżvilupp tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus beda bħala parti mill-Programm tal-Komponent Spazjali tal-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), li jinkludi finanzjament mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u mill-Kummissjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent spazjali ta' Copernicus għandhom ikopru l-Komponent Spazjali kollu, b'aċċenn partikolari fuq l-attivitajiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014. |
(6) |
Il-Komponent Spazjali ta' Copernicus huwa ffinanzjat permezz ta' għadd ta' ftehimiet differenti. Fost dawn hemm il-ftehimiet li ġew konklużi fl-ambitu tal-Programm tal-Komponent Spazjali tal-GMES tal-ESA, il-Ftehim Copernicus, u l-Programm Fakultattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Isfruttament ta' Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) tal-missjonijiet Jason-CS u Jason-3. Fost l-attivitajiet li ġew iffinanzjati bħala parti mill-Programm tal-Komponent Spazjali tal-GMES tal-ESA hemm l-iżvilupp tal-unitajiet satellitari A u B tal-missjonijiet Sentinel-1, Sentinel-2, Sentinel-3, Sentinel-4 u Sentinel-5p, u tal-unitajiet satellitari A tal-missjonijiet Sentinel-5 u Sentinel-6. Il-missjoni Sentinel-6 hija kofinanzjata mill-EUMETSAT skont il-programm fakultattiv Jason-CS tal-EUMETSAT. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Copernicus, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent spazjali ta' Copernicus
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponent spazjali ta' Copernicus imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 377/2014, rigward l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-utenti, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.
ANNESS
1. L-AMBITU TAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-KOMPONENT SPAZJALI
Il-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
L-Iżvilupp, l-Illanċjar u l-Operazzjonijiet tas-Satelliti dedikati Copernicus (satelliti Sentinel); |
(b) |
L-ipproċessar u l-ġenerazzjoni ta' Prodotti ta' Data mill-missjonijiet satellitari Sentinel abbażi tad-data miksuba; |
(c) |
Disseminazzjoni tad-Data; |
(d) |
Il-ksib u t-twassil ta' data minn missjonijiet Satellitari ta' Partijiet Terzi (Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus), f'każ li d-data mitluba mis-Servizzi ta' Copernicus ma tkunx tista' tiġi pprovduta mis-satelliti Sentinel. |
Il-prodotti ta' Data Satellitari għandhom jintużaw mis-servizzi ta' Copernicus u minn utenti oħrajn li, flimkien ma' data minn diversi sorsi, jikkonvertu d-data f'varjabbli ġeofiżiċi uniformi jew fi prodotti ta' informazzjoni ta' livell ogħla.
Il-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandu jiġi mfassal skont il-ħtiġijiet ta' data u tal-osservazzjoni tal-Utenti Ewlenin ta' Copernicus (l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali attivi fl-oqsma tal-monitoraġġ tal-atmosfera, tal-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar, tal-monitoraġġ tal-art, tat-tibdil fil-klima, tal-ġestjoni ta' emerġenzi u tas-sigurtà). Għandhom jiffurmaw il-bażi għad-definizzjoni tar-Rekwiżiti tas-Sistema tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus.
Ir-rekwiżiti ta' Copernicus għad-data dwar missjonijiet ta' osservazzjoni tad-dinja mill-ispazju li jkopru l-perjodu 2014-2020 għandhom jiġu dokumentati fid-“dokument tar-Rekwiżiti tal-Maħżen Virtwali tad-Data” (il-verżjoni 2.x). Dan għandu jiġbor fih ir-rekwiżiti miġbura mis-Servizzi ta' Copernicus u minn utenti ta' Copernicus li jitolbu data dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja mill-Ispazju. L-aġġornamenti tad-dokument għandhom jitqiesu għall-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus. Ir-rekwiżiti tad-data huma stabbiliti fit-Tabella 1.
Tabella 1
Tabella ta' sommarju tar-rekwiżiti tas-Sett tad-Data tas-Servizzi ta' Copernicus
Rekwiżiti Ewlenin tad-Data (1) |
Sorsi ta' Data Potenzjali ta' Copernicus |
L-Art |
|
Kopertura pan-Ewropea (EEA39) ta' immaġnijiet b'Riżoluzzjoni Għolja (HR) mingħajr sħab |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Kopertura Ewropea Sħiħa b'Riżoluzzjoni Għolja Ħafna (VHR) fuq l-Ewropa kollha (EEA39) |
Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Kopertura ottika dinjija b'Riżoluzzjoni Għolja |
Missjonijiet dedikati |
Kopertura ottika dinjija b'Riżoluzzjoni Medja |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Kopertura SAR (Synthetic Aperture Radar) Dinjija b'Riżoluzzjoni Medja |
Missjonijiet dedikati |
Kopertura SAR b'Riżoluzzjoni Medja |
Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Kopertura Altimetrika SAR Dinjija b'Riżoluzzjoni Medja |
Missjonijiet dedikati |
Il-Baħar |
|
Monitoraġġ SAR tas-Silġ tal-Baħar b'Riżoluzzjoni Medja |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data Sistematika Globali/Reġjonali dwar l-Kulur tal-Oċeani |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data Sistematika Globali u Reġjonali dwar it-temperatura tas-superfiċje tal-ibħra |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data Sistematika Altimetrika/dwar il-Livelli tal-Ibħra Globali u Reġjonali |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
L-Atmosfera |
|
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir b'rabta mal-aerosols |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mad-diossidu tal-kubrit (SO2) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mal-formaldeid (HCHO) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mal-Ożonu (O3) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mal-Monossidu tal-Karbonju (CO) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mad-Diossidu tal-Karbonju (CO2) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mal-Metan (CH4) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Data għall-monitoraġġ u t-tbassir tal-kompożizzjoni atmosferika b'rabta mad-Diossidu tan-Nitroġenu (NO2) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Il-Klima |
|
Data għad-derivazzjoni ta' Parametri Essenzjali tal-Klima (ECVs) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
Emerġenza |
|
Settijiet tad-data bi speċifikazzjonijiet flessibbli (il-modalità “rush”, il-modalità standard, ir-riżoluzzjoni għolja/għolja ħafna, kopertura ottika/SAR, arkivju/kisbiet ġodda) |
Missjonijiet dedikati Il-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
2. ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-KOMPONENT SPAZJALI TA' COPERNICUS
2.1. Ġenerali
Il-Komponent Spazjali ta' Copernicus (CSC) għandu jiżgura kapaċità awtonoma ta' osservazzjonijiet mill-ispazju biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm Copernicus, primarjament b'rabta mal-Komponent ta' Servizz ta' Copernicus. Bħala appoġġ għal dawn il-missjonijiet, il-Komponent Spazjali għandu jikkonsisti minn Segment Spazjali ta' missjonijiet bis-Satellita u minn Segment Terrestri.
Is-Segment Spazjali għandu jkun magħmul minn żewġ tipi ta' missjonijiet bis-satellita, jiġifieri:
(1) |
Missjonijiet Satellitari Dedikati, imsejħa Sentinels, maqsuma f'sitt “familji” differenti, li huma: Sentinel-1, Sentinel-2 u Sentinel-3 (4 unitajiet għal kull waħda minn dawn il-missjonijiet, b'Kapaċità Operattiva Sħiħa ta' 2 unitajiet li jtiru fl-istess ħin, li jiġu sostitwiti minn 2 unitajiet oħra sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-osservazzjonijiet), Sentinel-4 (2 unitajiet), Sentinel-5 (3 unitajiet), u Sentinel-6 (2 unitajiet). Hemm ukoll il-missjonijiet Jason-3 u Sentinel-5p, li huma operati minn Copernicus avolja ġew żviluppati minn partijiet terzi; |
(2) |
Missjonijiet ta' Partijiet Terzi, imwettqa permezz ta' satelliti għall-Osservazzjoni tad-Dinja ta' organizzazzjonijiet Ewropej, nazzjonali jew kummerċjali, jiġifieri l-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus (CCM). |
Is-Segment Terrestri għandu jopera l-missjonijiet satellitari Sentinel u jirċievi d-data mis-satelliti u jipproċessaha, jarkivjaha u jqassamha fost is-servizzi ta' Copernicus u l-komunitajiet ta' utenti, filwaqt li jiġġenera wkoll fluss koordinat ta' data biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' Copernicus relatati mad-data.
Il-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
il-provvista ta' osservazzjonijiet mill-ispazju mill-missjonijiet dedikati. Dan jinkludi t-tlestija, iż-żamma, l-operazzjoni, il-validazzjoni u l-kalibrazzjoni tas-satelliti Sentinel u tal-prodotti relatati tas-segment terrestri u tad-data, kif ukoll il-protezzjoni ta' spettri ta' frekwenza meħtieġa; |
(b) |
il-provvista, l-arkivjar u d-disseminazzjoni ta' data ta' Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni; |
(c) |
attivitajiet ta' tħejjija relatati mal-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali b'rispons għall-ħtiġijiet li jkunu qed jevolvu, inkluż l-ispeċifikazzjoni ta' missjonijiet dedikati ġodda; |
(d) |
il-protezzjoni tas-satelliti kontra r-riskju ta' kolliżjoni; |
(e) |
dekummissjonar sikur tas-satelliti fit-tmiem tal-ħajja tagħhom. |
2.2. Il-Finanzjament tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus
L-attivitajiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 għandhom jinkludu l-operazzjonijiet tal-missjonijiet satellitari Sentinel u Jason-3 kollha, l-akkwist tal-unitajiet Sentinel-1, -2, -3 C u D, l-akkwist tal-unitajiet Sentinel-5 B u C, l-akkwist tal-unità Sentinel-6B, is-Servizzi ta' Llanċjar, id-disseminazzjoni tad-Data u l-akkwist ta' data ta' Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni.
Attivitajiet iffinanzjati bħala parti mill-Ftehim Copernicus għandhom ikunu marbuta mill-qrib mal-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm tal-Komponent Spazjali tal-GMES tal-ESA u l-programmi Fakultattivi Jason-3 u Jason-CS tal-EUMETSAT.
2.3. Governanza u implimentazzjoni
L-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira mill-attivitajiet tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandha tiġi delegata lill-ESA u lill-EUMETSAT.
L-attivitajiet delegati lill-ESA għandhom jinkludu l-koordinazzjoni teknika ġenerali tal-komponent spazjali u d-definizzjoni tal-arkitettura ġenerali tal-komponent spazjali. L-ESA għandha tingħata l-kompiti li ġejjin:
(a) |
l-akkwist u l-Iżvilupp tal-unitajiet rikorrenti C u D tas-satelliti Sentinel-1, -2, u -3; |
(b) |
l-akkwist tal-unitajiet B u C tal-istrument ta' Sentinel-5; |
(c) |
l-akkwist tal-unità Sentinel-6B; |
(d) |
l-akkwist ta' servizzi ta' llanċjar u ta' tħejjija għall-illanċjar (inklużi attivitajiet minn Rieżami tal-Aċċettazzjoni għat-Titjir sa Rieżami tal-Kummissjonar fl-Orbita); |
(e) |
l-operazzjonijiet tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus speċifikati fit-Taqsima 3.5; |
(f) |
operazzjonijiet ta' ċirkolazzjoni ta' data u ta' servizzi ta' netwerk; |
(g) |
id-disseminazzjoni ta' data mill-missjonijiet satellitari Sentinel-1, -2, -3 (parti relatata mal-art) u -5p, kif ukoll Servizzi ta' Aċċess ta' Data u Informazzjoni; |
(h) |
Akkwist ta' Aċċess għal data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus; |
(i) |
iż-żamma tal-elementi rilevanti tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus; |
(j) |
l-evoluzzjoni tal-Elementi rilevanti tal-Komponent Spazjali; |
(k) |
l-għoti ta' appoġġ lill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-utenti, tal-ispeċifikazzjonijiet tas-servizz u tar-rekwiżiti tad-data tas-servizz għall-infrastruttura spazjali. |
L-attivitajiet delegati lill-EUMETSAT għandhom jinkludu l-operazzjoni ta' missjonijiet dedikati, u għandhom jiżguraw l-aċċess għal data ta' missjonijiet ta' kontribuzzjoni b'konformità mal-mandat u mal-għarfien espert tagħha. L-EUMETSAT għandha tingħata l-kompiti li ġejjin:
(a) |
l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-serje ta' satelliti Sentinel-3 f'koordinazzjoni mal-ESA; |
(b) |
l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tal-istrumenti Sentinel-4 u Sentinel-5 inklużi fis-satelliti MTG u METOP-SG; |
(c) |
l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-satellita Jason-3, ibbażati fuq kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet sħab; |
(d) |
it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-missjoni Sentinel-6 f'koordinazzjoni mal-ESA u ma' organizzazzjonijiet sħab oħra; |
(e) |
il-forniment tas-segment terrestri, tal-operazzjonijiet tal-aċċess għad-data u d-disseminazzjoni ta' data għal Jason-3, Sentinel-3 (partim baħar), -4, -5, u -6, kif ukoll ta' Servizzi ta' Aċċess ta' Data u Informazzjoni; |
(f) |
il-manutenzjoni u l-evoluzzjoni tas-segment u tal-infrastruttura terrestri; |
(g) |
il-forniment ta' data rilevanti minn missjonijiet ta' kontribuzzjoni magħżula b'rabta ma' servizzi relatati mal-baħar, mal-atmosfera u mat-tibdil fil-klima; |
(h) |
l-għoti ta' appoġġ lill-ESA għall-iżvilupp, l-illanċjar u l-fażi bikrija fl-Orbita tal-unitajiet C u D ta' Sentinel-3 u tal-unità B ta' Sentinel-6; |
(i) |
l-għoti ta' appoġġ lill-ESA għall-iżvilupp tal-unitajiet B u C ta' Sentinel-5; |
(j) |
l-għoti ta' appoġġ lill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-utenti, tal-ispeċifikazzjonijiet tas-servizz u tar-rekwiżiti tad-data tas-servizz (fuq talba u soġġett għal finanzjament addizzjonali mill-Kummissjoni); |
(k) |
l-għoti ta' appoġġ lis-servizz ta' monitoraġġ tat-tibdil fil-klima ta' Copernicus, ir-riproċessar tad-data tal-EUMETSAT, u ta' data ta' Copernicus u ta' partijiet terzi (fuq talba u soġġett għal finanzjament addizzjonali mill-Kummissjoni). |
Il-ġestjoni ta' dawn l-attivitajiet għandha tinkludi l-interazzjonijiet operattivi ta' kuljum mal-fornituri u l-utenti rilevanti tas-servizzi, il-ġestjoni tar-riskji, l-attivitajiet ta' komunikazzjoni u l-għoti ta' appoġġ lill-Kummissjoni fl-interazzjonijiet tagħha mal-Partijiet Ikkonċernati ta' Copernicus.
Il-koordinazzjoni bejn l-ESA u l-EUMETSAT għandha tiġi ġestita permezz ta' Pjan ta' Ġestjoni Konġunta tal-Operazzjonijiet (JOMP).
2.4. Skeda Indikattiva tal-Iskjerament
L-attivitajiet u l-kompiti tas-segment spazjali tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus li huma rilevanti għall-finanzjament mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) (2014-2020), b'mod partikolari l-programm ta' akkwist tal-unitajiet rikorrenti, għandhom jiġu implimentati f'perspettiva pluriennali.
L-istadji importanti ewlenin għall-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandhom jinkludu l-istadji importanti u l-kisbiet murija fl-illustrazzjoni li ġejja.
Illustrazzjoni 1
Skeda indikattiva għall-attivitajiet tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus
L-iskeda għandha tiġi aġġornata wara l-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet u wara li ssir l-evalwazzjoni tal-għażliet ta' programmazzjoni.
2.5. Il-Politika ta' Copernicus dwar id-Data u l-Informazzjoni
L-użu tad-data għandu jkun soġġett għal avviż legali li għandu jindika li:
(a) |
l-utenti għandhom aċċess mingħajr ħlas, sħiħ u miftuħ għad-data mill-missjonijiet satellitari Sentinel u għall-Informazzjoni tas-Servizz ta' Copernicus mingħajr garanzija espliċita jew impliċita, inkluż fir-rigward tal-kwalità u tal-idoneità għal kwalunkwe skop; |
(b) |
Id-dritt tal-Unjoni jagħti aċċess mingħajr ħlas għad-data mill-missjonijiet satellitari Sentinel u għall-Informazzjoni tas-Servizz ta' Copernicus għall-finijiet li ġejjin, bil-kundizzjoni li dan ikun legali:
|
(c) |
meta jagħmel użu mid-data jew mill-Informazzjoni tas-Servizz mill-missjonijiet satellitari Sentinel, l-utent għandu jagħraf li dawn il-kundizzjonijiet huma applikabbli għalih/għaliha u li l-utent jirrinunzja għal kwalunkwe talbiet għad-danni kontra l-Unjoni u kontra l-fornituri ta' dik id-data u dik l-informazzjoni. |
2.6. Standards
Il-prodotti ta' data spazjali u l-informazzjoni li jiġu ġġenerati bħala parti mill-attivitajiet tal-komponent Spazjali ta' Copernicus għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mad-data u mas-sistemi ta' informazzjoni spazjali pprovduti mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (3), (UE) Nru 1089/2010 (4) u (KE) Nru 976/2009 (5).
2.7. Monitoraġġ u Evalwazzjoni
L-implimentazzjoni tal-attivitajiet tas-CSC għandha tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni. Kull tliet xhur, kemm l-ESA kif ukoll l-EUMETSAT għandhom jirrappurtaw dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet fdati lilhom. Il-Kummissjoni għandha tipproċessa r-rapporti u għandha titlob kjarifiki f'każ ta' bżonn. Fost l-oħrajn, ir-rapporti ta' kull tliet xhur għandhom jinkludu Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), li għandhom jintużaw biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus. Il-KPIs għandhom jinkludu:
(a) |
l-għadd ta' missjonijiet satellitari Sentinel u l-għadd ta' unitajiet ta' Sentinel li jtiru; |
(b) |
l-għadd ta' missjonijiet li jkunu laħqu kapaċità operattiva sħiħa (2 unitajiet li jtiru fl-istess ħin fil-każ tas-satelliti Sentinel-1, -2, u -3); |
(c) |
l-għadd ta' unitajiet rikorrenti li jkunu qed jiġu żviluppati; |
(d) |
id-disponibbiltà tal-unitajiet u tal-istrumenti tas-satelliti Sentinel; |
(e) |
il-volum tad-data li titqassam lill-utenti; |
(f) |
l-għadd ta' utenti; |
(g) |
id-disponibbiltà minn tarf għall-ieħor u l-kontinwità tas-Servizz ta' Aċċess għad-Data mill-missjonijiet satellitari Sentinel; |
(h) |
id-disponibbiltà minn tarf għall-ieħor u l-kontinwità tas-Servizz ta' Aċċess għad-Data minn Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni; |
(i) |
il-volum tal-Aċċess għal data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus; |
(j) |
il-liċenzji ffirmati b'rabta mal-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus; |
(k) |
il-puntwalità tat-twassil tad-data; |
(l) |
il-prestazzjoni tal-appoġġ għall-utenti u tal-help desk. |
Il-KPIs għandhom jiġu rrappurtati kemm mill-EUMETSAT kif ukoll mill-ESA skont l-attivitajiet li huma inkarigati bihom.
Minbarra l-monitoraġġ operattiv tat-twettiq tal-Komponent Spazjali, għandu jiġi evalwat ukoll il-ksib tal-objettivi tal-kompiti kollha ffinanzjati minn Copernicus fil-livell tar-riżultati u l-impatti tagħhom, il-valur miżjud Ewropew tagħhom u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Din l-evalwazzjoni għandha titwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi ta' Copernicus (l-ESA u l-EUMETSAT għall-Komponent Spazjali) u l-utenti ta' Copernicus.
3. IL-MISSJONIJIET DEDIKATI COPERNICUS (SENTINELS)
3.1. Ġenerali
Il-missjonijiet dedikati għandhom jikkonsistu minn segment spazjali u segment terrestri, kull wieħed minnhom bil-funzjonijiet u l-karatteristiċi proprji tiegħu. Is-segment spazjali għandu jinkludi s-satellita u/jew l-istrument, filwaqt li s-segment terrestri għandu jinkludi l-infrastruttura kollha li tinsab fuq id-dinja, inklużi stazzjonijiet ta' riċezzjoni, ċentri ta' pproċessar, segmenti tal-operazzjonijiet tat-titjiriet u ċentri għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-missjonijiet.
L-assi tas-segment terrestri taħt il-kontroll tal-ESA għandhom jiġu pprovduti bħala servizz. Kemm l-operazzjonijiet tas-segment spazjali kif ukoll dawk tas-segment terrestri għandhom jiġu ffinanzjati minn Copernicus.
Għandha tiġi ppubblikata deskrizzjoni dettaljata tal-elementi tekniċi kollha tal-komponent Spazjali ta' Copernicus.
3.2. Is-Segment Spazjali – Il-missjonijiet satellitari Sentinel
3.2.1. Deskrizzjoni ġenerali tas-Segment Spazjali
Waqt il-missjonijiet satellitari Sentinel dedikati, is-satelliti għandhom ikunu mgħammra b'firxa ta' teknoloġiji, inklużi strumenti tar-radar u strumenti għat-teħid ta' immaġnijiet multispettrali għall-monitoraġġ tal-art, tal-oċeani u tal-atmosfera. Dawn għandhom jiġu żviluppati mill-ESA u għandhom jiġu maqsuma f'sitt “familji” differenti, skont il-missjoni.
Il-missjoni Sentinel-1: għandha tkun magħmula minn kostellazzjoni ta' mill-inqas żewġ satelliti li jduru f'orbita minn fuq il-poli u li jilħqu Kapaċità Operazzjonali Sħiħa (FOC). Dawn jaħdmu lejl u nhar u jwettqu operazzjonijiet ta' teħid ta' immaġnijiet b'radar ta' apertura sintetika fil-banda ta' frekwenzi C, li jippermettilhom jiksbu immaġnijiet irrispettivament miċ-ċirkustanzi klimatiċi;
Il-missjoni Sentinel-2: għandha tkun magħmula minn kostellazzjoni ta' mill-inqas żewġ satelliti li jduru f'orbita minn fuq il-poli, li għandhom l-għan li jimmonitorjaw il-varjabbiltà fil-kundizzjonijiet tas-superfiċje tal-art. Dan iservi ta' appoġġ għall-monitoraġġ ta' bidliet fil-veġetazzjoni fl-istaġun tat-tkabbir;
Il-missjoni Sentinel-3: għandha tkun magħmula minn kostellazzjoni ta' mill-inqas żewġ satelliti li jduru f'orbita minn fuq il-poli, bl-għan li jimmonitorjaw l-oċeani u l-mases tal-art madwar id-dinja kollha. Il-missjoni Sentinel-3 partim baħar għandha tkejjel it-topografija tas-superfiċji tal-ibħra, it-temperatura tas-superfiċji tal-ibħra, u l-kulur tas-superfiċji tal-oċeani bħala appoġġ għal sistemi għat-tbassir oċeaniku, il-monitoraġġ ambjentali u l-monitoraġġ tal-klima. Il-parti relatata mal-art tal-missjoni Sentinel-3 għandha tkejjel l-għoli tas-superfiċje tal-art u l-għoli tas-superfiċje tal-ilmijiet interni, it-temperatura tas-superfiċje tal-art u l-kulur tas-superfiċje tal-art;
Il-missjoni Sentinel-4: Bħala appoġġ għas-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Atmosfera ta' Copernicus (CAMS), il-missjoni Sentinel-4 għandha tiġbor data dwar il-preżenza ta' gassijiet traċċa u aerosols fuq l-Ewropa, b'riżoluzzjoni spazjali għolja u b'intervalli qosra ta' ħin bejn l-osservazzjonijiet tal-istess punt, liema data hija importanti għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja. Sentinel-4 għandha tiġi implimentata bħala parti mis-Sistema Satellitari Ġeostazzjonarja Meteosat tat-Tielet Ġenerazzjoni tal-EUMETSAT. L-istrumenti ta' Sentinel-4 għandhom ikunu abbord is-satelliti tal-EUMETSAT MTG-S-1 (Sentinel-4 A) u MTG-S-2 (Sentinel-4B), u huwa mistenni li ż-żewġ satelliti flimkien se jkollhom ħajja operattiva ta' ħmistax-il sena u nofs;
Il-missjoni Sentinel-5: Sentinel-5 għandha tipprovdi kejl preċiż ta' kostitwenti atmosferiċi ewlenin, bħall-ożonu, id-diossidu tan-nitroġenu, id-diossidu tal-kubrit, il-monossidu tal-karbonju, il-metan u l-formaldeid, kif ukoll kejl preċiż ta' proprjetajiet tal-aerosols. Sentinel-5 għandha tiġi implimentata bħala parti mis-Sistema Polari tat-Tieni Ġenerazzjoni tal-EUMETSAT (EPS-SG). L-istrumenti ta' Sentinel-5 għandhom jiġu installati abbord is-satelliti tal-EUMETSAT METOP-SG-A-1, METOP-SG-A-2 u METOP-SG-A-3 (dawn is-satelliti, li jospitaw Sentinel-5 A, -5B, -5C rispettivament, ġew diżinjati b'mod li jkollhom ħajja operattiva ta' seba' snin u nofs). Il-missjoni Sentinel-5p (6) se tkun il-missjoni prekursur ta' Sentinel-5;
Il-missjoni Sentinel-6: Sentinel-6 għandha tkun missjoni b'altimetru tar-radar, li l-għan tagħha hu li tipprovdi kejl ta' preċiżjoni għolja tal-livelli globali tal-ibħra bħala missjoni ta' altimetrija ta' referenza. Sentinel-6 għandha tikkonsisti minn 2 unitajiet (A u B, li ġew diżinjati b'mod li kull waħda minnhom ikollha ħajja operattiva ta' 5 snin) li se jkopru 10 snin ta' osservazzjonijiet.
Kull waħda mill-missjonijiet satellitari Sentinel-1, Sentinel-2 u Sentinel-3 għandha tikkonsisti minn 4 satelliti - 2 unitajiet huma meħtieġa biex tintlaħaq Kapaċità Operazzjonali Sħiħa (FOC), filwaqt li 2 unitajiet oħra għandhom jiżguraw kapaċità ta' osservazzjoni rikorrenti wara tmiem il-ħajja tal-ewwel 2 unitajiet.
L-operazzjonijiet ta' Jason-3 (7) għandhom jiġu inklużi fil-Komponent Spazjali ta' Copernicus biex jipprovdu kontinwità tal-osservazzjonijiet bejn Jason-2 u Sentinel-6 bħala missjoni ta' altimetrija ta' referenza.
Il-karatteristiċi tal-missjonijiet dedikati ta' Copernicus għandhom ikunu kif speċifikati fit-Tabella 2.
Tabella 2
Karatteristiċi tal-Missjonijiet Dedikati ta' Copernicus
Missjoni Sentinel |
Karatteristika Ewlenija u Għan |
Għadd ta' Unitajiet |
Tagħbija |
Orbita tas-Satellita |
Perjodu Approssimat tal-operazzjonijiet (8) |
||||||||
Sentinel-1 |
Missjoni RADAR |
4 unitajiet (A, B, C, D), żewġ unitajiet qed itiru b'mod parallel għal kapaċità sħiħa |
Tagħbija SAR fil-banda ta' frekwenzi C bi frekwenza taċ-ċentru tal-banda ta' 5,405 GHz (4 polarizzazzjonijiet) u 4 modalitajiet:
|
Orbita sinkronika max-xemx, f'għoli ta' madwar 693 km |
A, B: 2014 – 2022 C, D: 2022-2030 |
||||||||
Sentinel-2 |
Missjoni ottika għat-teħid ta' immaġnijiet terrestri b'Riżoluzzjoni Għolja |
4 unitajiet (A, B, C, D), żewġ unitajiet qed itiru b'mod parallel għal kapaċità sħiħa |
|
Orbita sinkronika max-xemx, f'għoli ta' madwar 786 km |
A, B: 2015 – 2023 C, D: 2023-2030 |
||||||||
Sentinel-3 |
Teħid ta' Immaġnijiet tal-Oċeani u tal-Art f'Livell Globali |
4 unitajiet (A, B, C, D), żewġ unitajiet qed itiru b'mod parallel għal kapaċità sħiħa |
|
Orbita sinkronika max-xemx, f'għoli ta' madwar 814,5 km |
A, B: 2016 – 2023 C, D: 2023-2030 |
||||||||
Sentinel-4 |
Monitoraġġ tal-atmosfera |
2 strumenti (A, B), abbord Satelliti Sonda Meteosat konsekuttivi tat-Tielet Ġenerazzjoni |
L-istrument ta' Sentinel-4 huwa spettrometru għat-teħid ta' immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja (riżoluzzjoni spazjali ta' 8 × 8 km) li jkopri tliet baned ta' frekwenza:
|
Abbord Satelliti tal-Meteosat tat-Tielet Ġenerazzjoni f'orbita ġeostazzjonarja f'għoli ta' madwar 35 786 km. Kopertura tal-Ewropa u tal-Afrika ta' Fuq b'ripetizzjoni taċ-ċiklu madwar kull 60 minuta |
2022 - 2040 |
||||||||
Sentinel-5 |
Monitoraġġ tal-atmosfera |
3 strumenti (A, B, C), abbord Satelliti METOP-A konsekuttivi tat-Tieni Ġenerazzjoni |
L-istrument UVNS ta' Sentinel-5 huwa spettrometru b'riżoluzzjoni għolja (riżoluzzjoni spazjali ta' madwar 7 km) li jkopri l-baned ta' frekwenza li ġejjin:
|
Parti mis-Sistema Polari tal-EUMETSAT tat-Tieni Ġenerazzjoni (EPS-SG), f'għoli ta' madwar 817 km |
2022-2040 |
||||||||
Sentinel-5p |
Monitoraġġ tal-atmosfera |
Is-satellita prekursur ta' Sentinel-5 |
|
Orbita sinkronika max-xemx, f'għoli ta' madwar 824 km |
2017 - 2024 |
||||||||
Sentinel-6 |
Altimetrija Oċeanika bi Preċiżjoni Għolja |
2 unitajiet (A, B) |
|
Orbita mhux sinkronika max-xemx, f'għoli ta' madwar 1 336 km |
A: 2020 – 2025 B: 2025 – 2030 |
3.2.2. Attivitajiet tas-Segment Spazjali
L-ESA għandha tkun responsabbli għall-akkwist u l-illanċjar tas-satelliti u l-istrumenti li ġejjin:
(a) |
l-iżvilupp tal-unitajiet C u D tas-satelliti Sentinel-1, -2, u -3; |
(b) |
l-istrumenti ta' Sentinel-5B u -5C; |
(c) |
l-unità Sentinel-6B; |
(d) |
servizzi ta' llanċjar. |
L-ESA għandha tkun responsabbli għall-akkwist, l-iżvilupp u r-Rieżami tal-Aċċettazzjoni għat-Titjir tal-unitajiet C u D ta' Sentinel-1, -2 u -3. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta' tħejjija għall-illanċjar tal-unitajiet –C għandhom ikunu koperti minn Copernicus, f'każ li jseħħu qabel il-31 ta' Diċembru 2021.
L-unitajiet C u D għandhom jiġu akkwistati bi speċifikazzjonijiet tekniċi ekwivalenti għal dawk tal-unitajiet A u B biex tiġi żgurata l-konsistenza teknika u operazzjonali. Madankollu, minħabba d-differenza fil-ħin fl-iżvilupp tal-unitajiet A u B, fl-iżvilupp tal-unitajiet A, B u C, D għandha titqies l-obsolexxenza tal-ħardwer. L-unitajiet C u D ta' Sentinel-1 għandhom ikunu mgħammra b'Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) li żżid id-data tat-tagħbija SAR għal applikazzjonijiet tat-traffiku marittimu tal-vapuri, filwaqt li l-unitajiet C u D kollha għandhom ikunu mgħammra b'riċevituri GNSS. L-unitajiet C u D ta' Sentinel-1 u -2 għandhom jinkludu tagħbija ta' Komunikazzjoni Ottika, u l-unitajiet C u D ta' Sentinel-3 għandhom jinkludu tagħbija DORIS. Dawn kollha jkunu ġew akkwistati bħala parti mill-kuntratt, u ffinanzjati mill-programm Copernicus.
L-ESA għandha tkun responsabbli għall-akkwist, l-iżvilupp u l-appoġġ tal-integrazzjoni ta' Sentinel-5B u -5C fil-METOP-SG, inkluża l-verifika tal-prestazzjoni tal-istrument minn tarf għall-ieħor.
Sentinel-6B għandha tkun unità rikorrenti bis-sħiħ ta' Sentinel-6 A. Sentinel-6B għandha tkun inkluża bħala għażla fil-kuntratt ta' żvilupp ta' Sentinel-6 A.
Is-servizzi ta' llanċjar għall-unitajiet A u B ta' Sentinel-1, -2 u -3 li bdew bħala parti mill-Ftehim tal-Komponent Spazjali tal-GMES tal-ESA għandhom jitkomplew fil-qafas tal-programm Copernicus. Bħala parti minn Copernicus, l-ESA għandha tieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-akkwist tas-servizzi ta' llanċjar ta' Sentinel-1B, -2 A u -3B. L-akkwist ta' servizzi ta' llanċjar għandu jinkludi l-manifattura tal-lanċjatur, l-adattatur tal-inġenju spazjali, l-appoġġ għall-kampanja tal-illanċjar, l-inġinerija tal-interfaċċja tal-lanċjatur/tas-satellita, u l-attivitajiet kollha mir-Rieżami tal-Aċċettazzjoni għat-Titjir sa tmiem ir-Rieżami tal-Kummissjonar fl-Orbita (inkluż l-illanċjar u l-Fażi Bikrija fl-Orbita).
3.3. Is-Segment Terrestri – Il-missjonijiet satellitari Sentinel
3.3.1. Deskrizzjoni ġenerali
Is-Segment Terrestri ta' Sentinel għandu jipprovdi l-aċċess primarju għall-missjonijiet satellitari Sentinel. Il-komponenti primarji tas-Segmenti Terrestri ta' Sentinel għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
is-Segment tal-Operazzjonijiet tat-Titjiriet (FOS) ta' Sentinel; |
(b) |
is-Segment Terrestri ta' Sentinel dwar Data tat-Tagħbija (PDGS). |
L-operazzjonijiet PDGS ta' Sentinel għandhom jagħmlu użu minn Netwerk fuq Żona Wiesgħa (WAN) u minn Servizzi ta' Aċċess ta' Data.
3.3.2. Is-Segment tal-Operazzjonijiet tat-Titjiriet
Is-Segment tal-Operazzjonijiet tat-Titjiriet (FOS) għandu jipprovdi l-kapaċità li l-operazzjonijiet tal-missjonijiet jiġu skedati u li l-inġenji spazjali u t-tagħbijiet jiġu mmonitorjati u kkontrollati matul il-fażijiet kollha tal-missjonijiet. L-FOS għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet ta' kmand tal-inġenji spazjali, u għall-ksib tat-telemetrija fuq il-Frekwenza S. Għandu jipprovdi l-funzjonalità meħtieġa għall-ġenerazzjoni u l-konnessjoni axxendentali tal-pjattaforma ta' rutina u l-iskedi ta' kmand tal-istrumenti, u l-arkivjar sistematiku/l-analiżi sistematika tat-telemetrija ta' manutenzjoni miksuba. L-FOS għandu jinkludi Faċilità ta' Sistema tad-Dinamika tat-Titjir, li tippermetti d-determinazzjoni u t-tbassir tal-orbiti, u l-ġenerazzjoni ta' informazzjoni dwar l-altitudni u l-orbita.
Il-funzjonijiet u l-attivitajiet tal-FOS għandhom jinkludu l-iskedar ta' segmenti ta' viżibbiltà fil-frekwenza S fl-istazzjonijiet tal-art, u l-aċċess għal telemetrija ta' manutenzjoni arkivjata lil utenti esterni awtorizzati. Apparti t-twettiq ta' dawn il-kompiti ta' rutina, it-Tim tal-Kontroll tal-Missjonijiet tal-FOS għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-istat tas-saħħa tas-satelliti, għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha ta' rkupru meħtieġa f'każ ta' anomaliji, u għall-verifika u l-konnessjoni axxendentali ta' aġġornamenti tas-softwer li jintuża abbord.
Is-servizz tal-FOS għall-evitar ta' kolliżjonijiet ma' tifrik spazjali għandu jikkalkula l-probabbiltà ta' kolliżjoni tas-satelliti Sentinel ma' satelliti oħrajn u/jew ma' tifrik spazjali, u jipprovdi rapporti korrispondenti ta' tbassir għall-evitar ta' kolliżjonijiet. Meta jkun xieraq, dawn għandhom jiġu analizzati u tradotti f'manuvri għall-evitar ta' kolliżjonijiet tas-satelliti.
L-FOS għandu jappoġġa miżuri sikuri u affidabbli għal tmiem il-ħajja tal-inġenji spazjali, inklużi attivitajiet ta' dħul mill-ġdid u ta' rimi.
3.3.3. Is-Segment Terrestri dwar Data tat-Tagħbija
Is-Segment Terrestri dwar Data tat-Tagħbija għandu jinkludi l-komponenti li ġejjin:
(a) |
Stazzjonijiet Ewlenin fuq l-Art (CGS) ta' Sentinel; |
(b) |
Ċentri ta' Pproċessar u ta' Arkivjar (PACs) ta' Sentinel; |
(c) |
Ċentri għall-monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Missjonijiet (MPC) ta' Sentinel; |
(d) |
Ċentri ta' Ġestjoni tad-Data tat-Tagħbija (PDMC) ta' Sentinel; |
(e) |
Servizz tad-Determinazzjoni Preċiża tal-Orbita (POD) ta' Sentinel. |
L-ESA għandha tmexxi n-netwerk sħiħ ta' Stazzjonijiet Ewlenin fuq l-Art fuq il-Frekwenza X. Infrastruttura ddedikata għandha tippermetti li jsiru l-operazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ksib ta' Downlinks ta' Data mill-missjonijiet satellitari Sentinel; |
(b) |
id-demodulazzjoni u l-ħżin tad-data tal-Pakketti Sors tal-Istrumenti (ISP); |
(c) |
il-forniment ta' ISP lill-proċessur tal-Livell-0 u lill-EUMETSAT għal Sentinel-3; |
(d) |
it-trażmissjoni tad-data tal-Livell-0 (L0) liċ-Ċentri ta' Pproċessar u ta' Arkivjar; |
(e) |
it-twettiq tal-produzzjoni L1/L2 Kważi f'Ħin Reali u t-tqegħid tad-data għad-disponibbità tal-utenti u tal-PACs. |
Iċ-Ċentri ta' Pproċessar u ta' Arkivjar għandhom jiżguraw l-arkivjar tad-data mill-missjonijiet satellitari Sentinel, l-ipproċessar sistematiku tad-data mhux urġenti fil-ħin u/jew l-ipproċessar tagħha dak il-ħin stess, l-aċċess onlajn għall-prodotti u d-disseminazzjoni tad-data fost elementi oħra tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus.
L-attivitajiet ta' kalibrar u ta' validazzjoni għal Sentinel-1, -2, -3 u -5p għandhom jitwettqu permezz taċ-Ċentri għall-monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Missjonijiet. L-attivitajiet għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, il-manutenzjoni u l-evoluzzjonijiet ta' algoritmi, il-kontroll tal-kwalità operazzjonali u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sistema minn tarf għall-ieħor. Iċ-Ċentri tal-Prestazzjoni tal-Missjonijiet għandhom jiddependu fuq il-forniment ta' servizzi ta' kwalità kumplimentari mil-Laboratorji ta' Appoġġ Espert u minn gruppi CAL/VAL dedikati biex jinżammu l-prestazzjonijiet meħtieġa tal-kwalità tal-missjonijiet.
Iċ-Ċentri ta' Ġestjoni tad-Data tat-Tagħbija (PDMC) ta' Sentinel għandhom jipprovdu l-interfaċċa mal-FOS għad-determinazzjoni tal-kompiti tas-satelliti u l-ippjanar tad-downlinking. Il-PDMCs huma responsabbli għall-ippjanar tal-missjoni Sentinel u tal-produzzjoni sistematika f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Aċċess għad-Data u tal-Missjonijiet, kif ukoll għall-konfigurazzjoni tal-PDGS inklużi l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, iċ-ċirkolazzjoni u l-arranġamenti għad-disseminazzjoni.
Is-servizz POD ta' Sentinel għandu jipprovdi data preċiża dwar l-orbita bħala appoġġ għall-ipproċessar mhux f'ħin reali tal-PDGS. L-użu taċ-Ċentru POD se jkun komuni għall-missjonijiet Sentinel-1, -2 u -3. Iċ-Ċentru se jirċievi data GPS tal-Livell-0 minn Stazzjonijiet Ewlenin fuq l-Art, u se jiġġenera data preċiża dwar l-orbita għall-PACs għal finijiet ta' pproċessar offlajn.
3.4. Operazzjonijiet tas-Segment Terrestri tal-EUMETSAT
Is-Segment Terrestri tal-EUMETSAT se jagħmel użu mis-servizzi implimentati u pprovduti mill-ESA, inklużi Stazzjonijiet Ewlenin fuq l-Art għar-riċeviment ta' Sentinel-3. Is-segment terrestri ta' Copernicus implimentat fl-EUMETSAT jista' jinkludi funzjonijiet u infrastrutturi kondiviżi mal-missjoniiet l-oħra mhux relatati ma' Copernicus bħala parti minn programmi tal-EUMETSAT. Is-segment terrestri tal-EUMETSAT ta' Copernicus għandu jipprovdi data minn missjonijiet dedikati (Sentinel-3 partim baħar, Sentinel-4, Sentinel-5 u Sentinel-6, u Jason-3) u minn missjonijiet ta' kontribuzzjoni, inkluż l-aċċess mill-utenti. Id-datasets u s-servizzi pprovduti mill-EUMETSAT għandhom jiġu dokumentati fl-Ispeċifikazzjonijiet dwar il-Livell ta' Servizz (SLS).
3.5. Is-Sistema Ewropea tar-Rilej ta' Data (EDRS)
Is-servizz tas-Sistema Ewropea tar-Rilej ta' Data (EDRS) għandu jipprovdi l-kapaċità għall-ksib ta' data dwar missjonijiet Sentinel li tikkumplimenta l-istazzjonijiet ewlenin fuq l-art fuq il-Frekwenza X li, b'mod partikolari, jippermetti li l-ħtiġijiet ta' osservazzjoni jiġu trattati kważi f'ħin reali (prodotti QRT (quasi-real time) huma definiti bħala prodotti b'puntwalità ta' inqas minn siegħa). B'mod partikolari, l-EDRS għandha tipprovdi l-kapaċitajiet li ġejjin:
(a) |
l-introduzzjoni tal-flessibbiltà fix-xenarju kumplessiv tal-ksib tad-data, li twassal għal żieda fid-disponibbiltà ta' data mill-missjonijiet Sentinel; |
(b) |
il-kapaċità ta' downlinking tad-data lejn l-unitajiet terrestri meta s-satelliti Sentinel ikunu jinsabu barra l-viżibbiltà tal-istazzjonijiet ewlenin fuq l-art fuq il-Frekwenza X; |
(c) |
flimkien man-netwerk tal-istazzjonijiet ewlenin fuq l-art fuq il-Frekwenza X, l-għoti ta' appoġġ u t-titjib tad-disponibbiltà u tal-affidabbiltà tal-forniment tad-data lill-utent aħħari; |
(d) |
l-għoti ta' flessibbiltà akbar biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet ta' Copernicus relatati mas-sigurtà permezz tal-“protezzjoni” tar-riċeviment tad-data tal-missjonijiet permezz tad-downlink fuq frekwenza Ka kriptata tal-EDRS. |
L-użu tas-servizz tal-EDRS biex jiġu appoġġati l-missjonijiet Sentinel-1 u Sentinel-2 għandu jipprovdi aktar opportunitajiet għal titjib fil-puntwalità tal-prodotti, inkluż lil hinn mill-impenn formali attwali ta' Kważi f'Ħin Reali, definit bħala puntwalità tal-prodotti ta' tliet sigħat.
L-EDRS għandha tippermetti t-twettiq ta' downlinking rapidu ta' data miksuba barra mill-viżibbiltà tal-istazzjonijiet ewlenin fuq il-Frekwenza X. Id-downlinking tad-data għandu jsir f'modailtà pass-through permezz tal-EDRS waqt l-osservazzjoni ta' żoni ta' dan it-tip. Bħala riżultat, dan għandu jsaħħaħ il-puntwalità miksuba tal-prodotti assoċjata mal-prodotti ewlenin. Barra minn hekk, dan għandu jippermetti lis-sħab ta' kollaborazzjoni jiġġeneraw prodotti b'puntwalità ta' QRT/NRT (Near-Real Time).
L-EDRS għanda tintuża għal downlinking ta' persentaġġ għoli ta' data maħżuna f'memorja, barra mill-viżibbiltà tal-istazzjonijiet ewlenin fuq il-Frekwenza X. Dan iżid il-volum ta' data trażmessa bid-downlinking, u b'hekk iżid il-volum ta' data NRT iġġenerata mis-segment terrestri tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus.
Is-servizz tal-EDRS se jwettaq il-kompiti funzjonali prinċipali li ġejjin:
(a) |
it-trażmissjoni ta' data tal-missjonijiet Sentinel-1 u -2 permezz ta' Link Ottiku (Laser) bejn l-OCP abbord is-satelliti LEO u l-unità ekwivalenti abbord is-satelliti GEO (EDRS-A u EDRS-C); |
(b) |
it-trażmissjoni ta' data tal-missjonijiet bejn is-satelliti GEO u t-terminali terrestri ta' riċezzjoni fuq frekwenza Ka; |
(c) |
ir-riċeviment, id-dekommutazzjoni u l-forniment ta' data tal-missjonijiet lill-punt ta' interfaċċja tas-servizz, inkluż in-netwerk taċ-ċirkolazzjoni tad-data. |
Is-servizz għandu jkun rilevanti għall-missjonijiet Sentinel-1 u Sentinel-2 (missjonijiet Sentinel oħra mhumiex se jkollhom abbord it-Tagħbija ta' Komunikazzjoni Ottika meħtieġa). Iż-żona tal-kopertura ġeografika għat-tniżżil tad-data tal-missjonijiet Sentinel lejn l-istazzjonijiet ta' riċezzjoni tal-EDRS għandha, bħala minimu, tkopri l-Ewropa.
L-akkwist tas-servizz ipprovdut mill-EDRS għandu jsir permezz ta' kuntratt ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz dedikat, ġestit skont sett ta' indikaturi tal-prestazzjoni stretti.
3.6. Strateġija ġenerali tal-operazzjonijiet u għall-ksib ta' data għall-missjonijiet dedikati ta' Copernicus
L-istrateġija tal-operazzjonijiet għall-missjonijiet Sentinel kollha għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:
(a) |
il-forniment ta' data lil Copernicus u lil utenti oħra skont ir-rekwiżiti speċifikati; |
(b) |
l-iżgurar ta' attivitajiet operazzjonali sistematiċi u ta' rutina, sa fejn hu l-aktar possibbli, b'livell għoli ta' awtomatizzazzjoni u b'operazzjoni definita minn qabel. |
L-istrateġija tal-operazzjonijiet għall-missjonijiet Sentinel għandha tiġi dokumentata fi Pjan Operattiv ta' Livell Għoli (HLOP), li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. L-HLOP għandu jinkludi informazzjoni dwar l-osservazzjoni/l-ippjanar, l-akkwist, l-ipproċessar u d-disseminazzjoni.
Il-Pjan Operattiv ta' Livell Għoli għandu jiġi definit primarjament abbażi tar-rekwiżiti tal-osservazzjoni tas-Servizzi ta' Copernicus, tar-rekwiżiti nazzjonali mill-Istati Parteċipanti f'Copernicus, tal-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u ta' utenti oħra, u abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, l-użu xjentifiku u ż-żieda fil-valur kummerċjali. Abbażi tar-rekwiżiti tal-osservazzjoni miġbura, għandha ssir sensiela ta' simulazzjonijiet biex jiġu elaborati x-xenarji ta' osservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-iskemi prijoritarji u l-limitazzjonijiet tekniċi. Il-konsultazzjoni mal-Istati Parteċipanti f'Copernicus kemm dwar il-ġbir tar-rekwiżiti tal-osservazzjoni kif ukoll dwar il-pjanijiet ta' osservazzjoni għandha tipikament issir darba kull sena fil-Forum tal-Utenti.
L-istrateġija tal-ksib għandha taderixxi mal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
il-ksib ta' data waqt il-missjoni Sentinel-1 għandu jitwettaq skont pjan ta' sfond tal-missjoni; |
(b) |
il-ksib ta' data waqt il-missjoni Sentinel-2 għandu jsir b'mod sistematiku bejn 56° Nofsinhar u 84° Tramuntana fuq l-art, fuq iż-żoni kostali kif ukoll fuq il-gżejjer imdaqqsin; |
(c) |
il-missjonijiet Sentinel-3, -5p, -5 u -6 għandhom jiksbu data b'mod sistematiku minn madwar id-dinja kollha; |
(d) |
il-missjoni Sentinel-4 għandha tikseb data b'mod sistematiku minn fuq l-Ewropa waqt li s-satellita tkun f'orbita ġeostazzjonarja. |
3.7. Lista tal-Prodotti ta' Data mill-Missjonijiet Dedikati ta' Copernicus
Id-data miksuba mis-satelliti Sentinel għandha tiġi downlinked b'mod awtomatiku lejn l-istazzjonijiet ewlenin fuq l-art u għandha tiġi pproċessata b'mod sistematiku mis-Segment Terrestri dwar Data tat-Tagħbija. Id-data għandha tiġi pproċessata b'mod sistematiku biex jiġi ġġenerat sett ta' prodotti ewlenin definiti minn qabel (imsejħa tal-Livell 0, tal-Livell 1 u tal-Livell 2). Dawn il-prodotti ewlenin għandhom ikunu disponibbli għall-utenti ta' Copernicus (“prodotti għall-utenti”) skont kronoloġiji definiti sew li jvarjaw minn Kważi f'Ħin Reali (NRT) għal Mhux Urġenti fil-Ħin (NTC), u tipikament ikunu disponibbli bejn 3 sigħat u 24 siegħa jew 48 siegħa wara li jiġu rilevati mis-satellita.
It-Tabella 3 telenka l-Prodotti ta' Data li għandhom isiru disponibbli mill-Missjonijiet Dedikati ta' Copernicus. Il-prodotti għall-utenti għal Sentinel-4, -5 u -6 għandhom jiġu speċifikati matul il-fażi ta' żvilupp. Lista dettaljata tal-prodotti kollha għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
Tabella 3
Sommarju tal-Lista tal-Prodotti Miksuba mid-Data tal-Missjonijiet Dedikati ta' Copernicus
|
Kategorija tal-Prodotti għall-Utenti |
Kontenut/Deskrizzjoni tal-Prodotti |
Sentinel-1 |
||
|
SAR tal-Livell 0 |
Data SAR ikkumpressata mhux iffukata |
|
SAR tal-Livell 1 Single Look Complex |
SAR Complex data iffukata, ġeoreferenzjata, ipprovduta f'ġeometrija slant-range |
|
SAR tal-Livell 1 Ground Range Detected b'Riżoluzzjoni Sħiħa |
SAR Complex data iffukata, ġeoreferenzjata, multi-looked u projettata f'ġeometrija ground range |
|
SAR tal-Livell 2 Prodotti tal-Oċeani |
Parametri ġeofiżiċi ġeolokalizzati (eż. Kampi tar-Riħ tal-Oċeani, Spettri tal-Mewġ u Veloċità Radjali) |
Sentinel-2 |
||
|
Strument multispettrali tal-Livell 1 |
Ir-Riflettanza tal-Parti ta' Fuq tal-Atmosfera fil-Ġeometrija Kartografika |
|
Strument multispettrali tal-Livell 2 (10) |
Ir-Riflettanza tal-Parti t'Isfel tal-Atmosfera fil-Ġeometrija Kartografika |
Sentinel-3 (komuni għall-Baħar u għall-Art) |
||
|
Strument għat-Teħid ta' Immaġnijiet tal-Kuluri tal-Oċeani u tal-Art (OLCI) Livell 1 |
Radjanzi OLCI tal-Parti ta' Fuq tal-Atmosfera, ortoġeolokalizzati u kampjunati mill-ġdid |
|
Radjometru għad-Detezzjoni tat-Temperatura tas-Superfiċje tal-Baħar u tal-Art (SLSTR) Livell 1 |
Temperaturi tal-Brillantezza u tar-Radjanzi SLSTR tal-Parti ta' Fuq tal-Atmosfera, ortoġeolokalizzati u kampjunati mill-ġdid |
Sentinel-3 partim Baħar |
||
|
Missjoni ta' Topografija tas-Superfiċje (STM) Livell 2 |
Parametri ġeofiżiċi fuq l-oċeani (eż. ir-retrodiffużjoni tas-superfiċje, l-għoli tas-superfiċje tal-baħar, għoli sinifikanti tal-mewġ, il-fond tal-oċeani, l-għoli tal-marej, il-konċentrazzjoni ta' silġ fil-baħar, id-differenza bejn l-għoli tas-superfiċje tas-silġ ta' fuq il-baħar u l-għoli tal-ilmijiet mhux mgħottija bis-silġ, il-veloċità tar-riħ fuq is-superfiċje tal-baħar, ir-rati tax-xita) |
|
OLCI tal-Livell 2 |
Parametri ġeofiżiċi fuq l-oċeani (eż. ir-riflettanza tas-superfiċje tal-baħar, il-konċentrazzjoni tal-pigmenti tal-alka, il-konċentrazzjonijiet ta' materja sospiża) |
|
SLSTR tal-Livell 2 |
Temperatura tas-Superfiċje tal-Baħar |
Sentinel-3, parti relatata mal-art |
||
|
Missjoni ta' Topografija tas-Superfiċje (STM) Livell 2 |
Parametri ġeofiżiċi fuq l-art (eż. ir-retrodiffużjoni tas-superfiċje, il-medda altimetrika, l-għoli tas-superfiċje, id-densità u l-fond tal-borra) |
|
OLCI tal-Livell 2 |
Parametri ġeofiżiċi fuq l-art (eż. radjazzjoni fotosintetikament attiva, indiċi tal-veġetazzjoni globali) |
|
SLSTR tal-Livell 2 |
Temperatura tas-Superfiċje tal-Art |
|
Prodotti tas-sinerġija bejn OLCI u SLSTR |
Parametri ġeofiżiċi fuq l-art (riflettanza tas-superfiċje tal-art u t-tagħbija ta' aerosol fuq l-art) |
Sentinel-5p |
||
|
Strument TROPOMI tal-Livell 2 |
Ożonu, Diossidu tan-Nitroġenu, Diossidu tal-Kubrit, Formaldeid, Monossidu tal-Karbonju, Metan, Aerosols, Sħab |
Jason-3 (Missjoni ta' kooperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika, li l-operazzjonijiet tagħha huma ffinanzjati minn Copernicus) |
||
|
Reġistri tad-Data Ġeofiżika tal-Livell 2 |
Prodotti ġeokodifikati li jikkorrispondu għal parametri tal-altimetrija. |
Nota: In-nomenklatura Livell 0 (L0), Livell 1 (L1) u Livell 2 (L2) tirreferi għal-livell sussegwenti tal-ipproċessar ta' prodott, fejn L0 jindika data mhux ipproċessata ta' strument u ta' tagħbija, L1 jindika data komputata ġeoreferenzjata u kkalibrata u L2 jirreferi għal varjabbli ġeofiżiċi derivati. Għall-Missjoni ta' Topografija tas-Superfiċje (STM), il-prodotti tal-Livell 2P u 3 huma ġenerati wkoll abbażi tal-prodotti L2 b'korrezzjonijiet ġeofiżiċi msaħħa, korrezzjonijiet tal-iżbilanċ u l-aġġustament ta' korrezzjonijiet ta' erruri fl-orbita
3.8. Żviluppi mmirati lejn il-modernizzar tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus
Fost il-bidliet (għajr bidliet fil-politika miftiehma f'livell politiku) b'rispons għal ħtiġijiet ġodda jew li qed jevolvu tal-utenti li jistgħu jiġu indirizzati permezz tal-evoluzzjoni inkrementali tal-Infrastruttura tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus attwali jista' jkun hemm dawn li ġejjin:
(a) |
it-titjib tal-infrastruttura tal-ipproċessar u tad-disseminazzjoni biex tiżdied il-prestazzjoni; |
(b) |
il-produzzjoni ta' prodotti ġodda abbażi ta' kapaċitajiet eżistenti; |
(c) |
l-akkwist ta' settijiet ta' data ġodda abbażi ta' missjonijiet ta' partijiet terzi. |
L-aġġornamenti fuq medda qasira ta' żmien tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandhom isegwu proċess ta' ġestjoni tal-bidla, li jinkludi l-passi ġeneriċi li ġejjin:
(1) |
l-identifikazzjoni tal-bidliet meħtieġa; |
(2) |
il-bidu tat-Talba għall-Bdil mill-Kummissjoni, mill-ESA jew mill-EUMETSAT; |
(3) |
analiżi tat-Talba għall-Bdil, inkluża analiżi tal-impatt (b'rabta mal-aspett tekniku, tal-ispejjeż, tal-iskeda); |
(4) |
approvazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-bidliet proposti mill-Kummissjoni; |
(5) |
l-implimentazzjoni tal-bidliet. |
3.9. Attivitajiet ta' żvilupp immirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskji operazzjonali
Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-satelliti Copernicus kontra r-riskju ta' kolliżjoni, l-ESA u l-EUMETSAT għandhom iqisu l-qafas ta' appoġġ tal-Programm tal-Unjoni ta' Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST) li ġie stabbilit skont id-Deċiżjoni 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Il-miżuri rispettivi għandu jkollhom effett fuq il-Komponent Spazjali ta' Copernicus bl-inklużjoni ta' funzjoni għall-forniment tas-servizzi ta' SST lill-operaturi tal-inġenji spazjali u lill-awtoritajiet pubbliċi.
4. IL-MISSJONIJIET TA' KONTRIBUZZJONI COPERNICUS
4.1. Ġenerali
“Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus” (CCM) tfisser il-missjonijiet ta' osservazzjoni tad-dinja mill-ispazju li jipprovdu data lil Copernicus li tikkumplementa d-data pprovduta mill-missjonijiet dedikati.
Id-data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus għandha tinkiseb minn Copernicus biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-data deskritti fit-taqsima 1, kull meta dawn ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati permezz tal-missjonijiet Sentinel.
Id-data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus tista' tkun bla ħlas, jew tista' tiġi akkwistata skont kundizzjonijiet ta' liċenzjar speċifiċi.
Għal settijiet ta' data taħt kundizzjonijiet ta' disseminazzjoni restrittivi mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus, għandhom jiġu applikati l-kategoriji tal-utenti li ġejjin:
(a) |
Servizzi ta' Copernicus; |
(b) |
Istituzzjonijiet u korpi tal-UE; |
(c) |
Parteċipanti fi proġett ta' riċerka ffinanzjat bħala parti mill-programmi ta' riċerka tal-Unjoni; |
(d) |
Awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE u l-Istati Parteċipanti f'Copernicus; |
(e) |
Organizzazzjonijiet Internazzjonali u NGOs internazzjonali; |
(f) |
Il-pubbliku ġenerali. |
4.2. Il-Proċess Ġenerali
Fuq il-bażi tad-Dokument tal-Maħżen Virtwali tad-data (ara t-Taqsima 1), l-ESA u l-EUMETSAT għandhom iwettqu analiżi konġunta biex jiġi stabbilit liema settijiet ta' data jeħtieġ li jiġu akkwistati, u liema settijiet ta' data jistgħu jiġu pprovduti mingħajr akkwist permezz ta' missjonijiet ta' partijiet terzi. Ir-riżultati ta' din l-analiżi għandhom jiġu dokumentati fid-Dokument Konġunt ta' Traċċabbiltà tal-Maħżen Virtwali tad-Data. Għal dak li jikkonċerna s-settijiet ta' data pprovduti mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, is-settijiet ta' data għandhom jiġu deskritti f'iktar dettall fid-dokument imsejjaħ Portafoll tal-Aċċess għad-data (DAP), filwaqt li għal dak li jikkonċerna s-settijiet ta' data pprovduti mill-EUMETSAT, is-settijiet ta' data għandhom jiġu deskritti f'iktar dettall fid-dokument tal-Ispeċifikazzjonijiet dwar il-Livell ta' Servizz (SLS). L-użu tas-settijiet ta' data għandu jiġi rrappurtat mill-ESA u mill-EUMETSAT fuq bażi ta' kull tliet xhur. Il-ksib/it-tiftix ta' data ta' partijiet terzi għandu jiġi adattat kif xieraq, skont l-użu tad-data u skont analiżi tal-ħtiġijiet.
4.3. Il-ksib ta' data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus
Għad-data li trid tinkiseb, il-kundizzjonijiet ta' liċenzjar għad-data għandhom jiġu negozjati mal-fornituri ta' data tal-missjonijiet ta' kontribuzzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet ta' liċenzjar jistgħu jitbiegħdu mill-politika tad-data miftuħa.
L-attivitajiet ta' ksib ta' data għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-ESA u għandhom jiffokaw fuq il-forniment ta' data dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja minn missjonijiet nazzjonali jew internazzjonali, kemm dawk privati kif ukoll dawk istituzzjonali. Settijiet ta' data EWLENIN għandhom jinkisbu abbażi ta' speċifikazzjonijiet definiti minn qabel, filwaqt li settijiet ta' data ADDIZZJONALI għandhom jinkisbu permezz ta' mekkaniżmu ta' kwoti u pakketti ta' ftehimiet ma' fornituri tad-data għall-forniment ta' data fi ħdan pakkett finanzjarju.
L-attivitajiet ta' ksib għandhom jinkludu:
(a) |
analiżi tar-rekwiżiti, derivazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-ksib tad-data u l-għażla tal-fornituri rilevanti; |
(b) |
il-ksib tad-data proprja abbażi ta' liċenzji jew xiri ta' riżorsi; |
(c) |
integrazzjoni/deintegrazzjoni tal-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni fl-infrastruttura terrestri tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus; |
(d) |
forniment armonizzat u omoġenju ta' data anki f'każijiet ta' ġabriet kbar ta' data minn missjonijiet differenti. |
Settijiet ta' data li jkunu nkisbu jistgħu jinkludu data mill-missjonijiet ta' kontribuzzjoni li ġejjin (il-listi mhumiex eżawrjenti, u l-lista sħiħa hija disponibbli fuq is-sit web http://spacedata.copernicus.eu): Pleiades 1 A/B, Deimos-2, Worldview-1/2, Radarsat-2, TerraSAR-X, COSMO-Skymed (1/2/3/4), RISAT-1, Proba-V, GeoEye-1, SPOT-5/6/7 eċċ.
4.4. Aċċess għal data tal-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni li ma jeħtiġux mekkaniżmu ta' ksib
L-Aċċess għal Data minn missjonijiet ta' partijiet terzi li ma jinvolvux il-ksib ta' data għandu jiġi pprovdut mill-ESA, inkluż data minn Earth Explorers, u mill-EUMETSAT, u data mill-missjonijiet tal-EUMETSAT.
L-EUMETSAT għandha tiżgura l-aċċess għad-data mill-missjonijiet tagħha stess, kif ukoll għal dik minn ċertu missjonijiet magħżula ta' partijiet terzi relatati mas-servizzi tal-baħar, tal-atmosfera u tat-tibdil fil-klima. F'dan il-kuntest, missjonijiet ta' partijiet terzi għandhom jirreferu għal missjonijiet operati minn operaturi satellitari li għandhom kooperazzjoni formali u/jew ftehimiet ta' skambju ta' data mal-EUMETSAT.
L-attività għandha tinvolvi dan li ġej:
(a) |
l-aċċess għal u l-forniment ta' data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni Copernicus lis-servizzi u lill-utenti ta' Copernicus; |
(b) |
l-ipproċessar ta' dik id-data fi prodotti rilevanti, meta xieraq; |
(c) |
id-disseminazzjoni ta' din id-data u ta' dawn il-prodotti bl-użu tal-infrastruttura u s-servizzi ta' disseminazzjoni tal-EUMETSAT għal missjonijiet multipli. |
Is-settijiet ta' data taħt din l-intestatura jistgħu jinkludu data mill-missjonijiet li ġejjin: Meteosat, Metop, Suomi-NPP, Landsat, Cryosat u oħrajn.
5. ID-DISSEMINAZZJONI TAD-DATA TAL-KOMPONENT SPAZJALI TA' COPERNICUS
Id-disseminazzjoni tad-data għandha tkopri l-attivitajiet u l-funzjonijiet kollha li jimplimentaw u jappoġġaw il-forniment ta' aċċess (servizz “pull”) u/jew it-twassil (servizz “push”) ta' data mill-missjonijiet dedikati u mill-missjonijiet ta' kontribuzzjoni lill-utenti ta' Copernicus. Id-disseminazzjoni tad-data tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandha tinkludi:
(a) |
infrastrutturi dedikati ta' aċċess għad-data; |
(b) |
servizzi għall-utenti. |
L-infrastruttura ta' aċċess għad-data ta' Copernicus għandha timplimenta l-Politika ta' Copernicus dwar id-Data, u għandha tiġi mfassla skont il-ħtiġijiet ta' sett definit minn qabel ta' tipoloġiji tal-utenti, jiġifieri s-Servizzi ta' Copernicus, l-Istati Membri, is-Sħab Internazzjonali u użi oħrajn/xjentifiċi. L-infrastruttura ta' aċċess għad-data u tad-disseminazzjoni tad-data għandha tinkludi l-komponenti li ġejjin:
(a) |
L-Infrastruttura ta' Aċċess għad-Data (“hubs” tas-satelliti Sentinel); |
(b) |
Is-servizz Onlajn tal-Aċċess għad-Data (ODA); |
(c) |
Is-servizz Onlajn tal-Aċċess għad-data ta' Copernicus (CODA); |
(d) |
Is-Sistema ta' Aċċess Koordinat għad-Data (CDS) għal data minn missjonijiet ta' kontribuzzjoni; |
(e) |
Is-Sistema Satellitari Ewropea tar-Rilej ta' Data (EDRS); |
(f) |
EUMETCast; |
(g) |
Iċ-Ċentru tad-Data tal-EUMETSAT; |
(h) |
L-Infrastruttura tas-Servizzi ta' Aċċess ta' Data u Informazzjoni. |
Is-Sistemi ta' Disseminazzjoni tad-Data tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandhom jinkludu l-prodotti ta' data disponibbli kif elenkati fit-Tabella 4.
Tabella 4
Ħarsa ġenerali fil-qosor lejn is-Sistemi ta' Disseminazzjoni tad-Data tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus
Is-Sistema ta' Disseminazzjoni tad-Data |
Deskrizzjoni |
Prodotti ta' data Disponibbli (status attwali) |
||||||||
Hubs tal-Missjonijiet Sentinel |
L-Infrastruttura ta' Aċċess għad-Data mħaddma mill-ESA tippermetti l-ksib ta' data tal-Programm Copernicus għal dawn li ġejjin:
|
Sentinel-1, Sentinel-2, Sentinel-3 Art |
||||||||
Is-servizz Onlajn tal-Aċċess għad-data ta' Copernicus (CODA) |
L-utent jista' juża l-Infrastruttura ta' Aċċess għad-Data mħaddma mill-EUMETSAT biex jikseb data tal-Programm Copernicus |
Kważi f'Ħin Reali Sentinel-3 Baħar, Jason-3 |
||||||||
Is-servizz Onlajn tal-Aċċess għad-Data (ODA) |
Il-membri tat-tim tas-servizzi u tal-validazzjoni ta' Copernicus jistgħu jużaw l-Infrastruttura ta' Aċċess għad-Data mħaddma mill-EUMETSAT biex jiksbu data tal-Programm Copernicus |
Kważi f'Ħin Reali Sentinel-3 Baħar, Jason-3 |
||||||||
Is-Sistema ta' Aċċess Koordinat għad-Data (CDS) |
L-Infrastruttura ta' Aċċess għad-Data mħaddma mill-ESA tippermetti lill-utenti jniżżlu data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni. |
Data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni |
||||||||
L-EUMETCast |
Servizzi ta' multicasting satellitari u terrestri għat-twassil ta' prodotti tal-Osservazzjoni tad-Dinja (Earth Observation - EO) Kważi f'Ħin Reali operati mill-EUMETSAT |
Data Kważi f'Ħin Reali mill-Missjonijiet Sentinel-3 Baħar, Jason-3 u mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni, distribwita mill-EUMETSAT |
||||||||
Iċ-Ċentru tad-Data tal-EUMETSAT |
Il-forniment ta' Settijiet tad-Data u Prodotti ta' Copernicus tul il-ħajja sħiħa tal-missjoni, li l-utenti finali jistgħu jordnaw permezz ta' mekkaniżmu ta' tiftix, ta' filtrar u ordnar. |
Data Arkivjata mill-Missjonijiet Sentinel-3 Baħar, Jason-3 u mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni, distribwita mill-EUMETSAT |
||||||||
L-Infrastruttura tas-Servizzi ta' Aċċess ta' Data u Informazzjoni |
L-infrastruttura li tippermetti lill-utenti jaċċessaw, jipproċessaw u janalizzaw data u informazzjoni tal-Programm Copernicus |
Data u Informazzjoni mill-Komponent Spazjali u tas-Servizzi ta' Copernicus |
Is-Sistemi ta' Disseminazzjoni tad-Data għandhom ikunu disponibbli għall-użu minn komunitajiet ta' utenti differenti ta' Copernicus; id-data disponibbli dwar kull waħda mis-sistemi għandha tiġi ottimizzata skont il-ħtiġijiet ta' dawk il-komunitajiet.
Il-Hubs tal-Missjonijiet Sentinel tal-ESA għandhom jitfasslu skont tipoloġiji differenti ta' utenti (is-Servizzi ta' Copernicus, l-Istati Parteċipanti, is-Sħab Internazzjonali u Oħrajn). Dawn jista' jkollhom konfigurazzjonijiet differenti f'dak li huma l-garanzija tal-prestazzjoni, l-offerta tal-prodotti u l-għadd permess ta' dawnlowds simultanji.
Il-Hub tad-Data tas-Servizzi ta' Copernicus għandu jipprovdi l-aċċess għall-prodotti kollha tal-missjonijiet satellitari Sentinel fi ħdan puntwalità speċifikata (skont il-prodott) u skont id-disponibbiltà tas-servizzi minn tarf għall-ieħor (disponibbiltà ta' mill-inqas 94 % għal kull kostellazzjoni tal-missjonijiet satellitari Sentinel). Il-Hub tad-Data Kollaborattiva u l-Hub tad-Data Internazzjonali għandhom jipprovdu aċċess għal arkivju aġġornat b'mod kontinwu tal-prodotti tal-missjonijiet satellitari Sentinel bi prestazzjonijiet mira. Il-Hub ta' Copernicus b'Aċċess Miftuħ għandu jiġi konfigurat b'mod li tiġi evitata s-saturazzjoni tar-riżorsi li tista' sseħħ bħala riżultat ta' għadd enormi ta' dawnlowds minn numru limitat ta' utenti.
L-Infrastruttura tad-Disseminazzjoni tad-Data ta' Copernicus għandha tiġi aġġornata b'mod kontinwu, filwaqt li għandha tiġi mtejba sabiex tkun tista' tlaħħaq mal-għadd dejjem akbar ta' dawnlowds mill-utenti u mal-volumi dejjem akbar ta' data għad-distribuzzjoni.
Is-Servizzi għall-Utenti għandhom jinkludu karatteristiċi bħar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-utenti, servizzi ta' sejbien, ta' viżwalizzazzjoni u ta' ddawnlowdjar, kif ukoll servizzi ta' helpdesk u ta' pproċessar ospitati.
Il-katalgi tas-servizzi ta' distribuzzjoni ta' Copernicus għandhom ikunu interoperabbli ma' xulxin u għandhom jipprovdu informazzjoni tal-katalgu sħiħa.
Deskrizzjonijiet tekniċi dettaljati tal-Infrastruttura u tal-attivitajiet tad-Disseminazzjoni tad-Data ta' Copernicus għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
6. L-EVOLUZZJONI TAL-KOMPONENT SPAZJALI TA' COPERNICUS ABBAŻI TAL-ĦTIĠIJIET TAL-UTENTI
6.1. Il-kuntest ġenerali u l-proċess
L-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus tikkonċerna l-adattamenti tal-Komponent spazjali lil hinn mill-2020 u lil hinn mill-QFP attwali. Dan il-kapitolu jiddeskrivi l-attivitajiet ta' tħejjija meħtieġa biex tiġi appoġġata deċiżjoni dwar l-evoluzzjoni futura tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus, fi ħdan il-qafas tal-Istrateġija Spazjali. Jidentifika attivitajiet relatati mal-ħtiġijiet tal-utenti, li għandhom jitwettqu bħala parti mill-QFP attwali bħala azzjonijiet ta' tħejjija għall-Evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus. Fejn xieraq, dawn l-attivitajiet għandhom iqisu elementi tax-Xenarju Fuq Terminu Twil tal-ESA. L-adattamenti jistgħu jinkludu:
(a) |
Bidliet fl-Infrastruttura attwali tal-Komponent Spazjali; |
(b) |
L-iżvilupp ta' missjonijiet dedikati Copernicus; |
(c) |
Arranġamenti għall-ksib ta' data minn Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni. |
L-attivitajiet relatati mal-ħtiġijiet tal-utenti fl-ambitu tal-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus (Illustrazzjoni 2) għandhom jinkludu:
(a) |
L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u ta' lakuni futuri b'rabta mal-osservazzjoni; |
(b) |
L-analiżi ta' għażliet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li qed jevolvu b'rabta mal-osservazzjoni. Dawn l-għażliet jistgħu jinkludu l-adattamenti elenkati hawn fuq. |
Illustrazzjoni 2
Il-Proċess tal-Evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus
6.2. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u ta' lakuni futuri b'rabta mal-osservazzjoni
L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u ta' lakuni futuri b'rabta mal-osservazzjoni għandha ssir skont proċess immexxi mill-Kummissjoni, bl-appoġġ ta' attivitajiet relatati mmexxija mill-Entitajiet Inkarigati ta' Copernicus.
Il-proċess għandu jikkonsisti minn tliet attivitajiet ewlenin:
(a) |
Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; |
(b) |
Il-konsolidazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti; |
(c) |
L-istipular tal-ħtiġijiet b'rabta mal-osservazzjoni. |
L-Illustrazzjoni 3 turi l-proċess ġenerali għall-istipular tal-ħtiġijiet u l-lakuni b'rabta mad-Data.
Illustrazzjoni 3
Il-Proċess Ġenerali għall-Istipular tal-Ħtiġijiet b'Rabta mad-Data
Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati rigward il-ħtiġijiet tal-utenti. Ir-rekwiżiti tal-osservazzjoni u tas-servizzi għandhom jinġabru permezz ta' stħarriġ fuq l-Internet, sessjonijiet ta' ħidma, attivitajiet li jħeġġu l-użu mill-utenti u mis-suq, laqgħat wiċċ imb wiċċ u proċessi u dokumentazzjoni eżistenti. Il-konsultazzjoni għandha tindirizza lill-komunità Copernicus kollha kemm hi, u għandha tinvolvi lis-Servizzi ta' Copernicus u lill-Istati Membri b'mod partikolari. Id-dokumentazzjoni finali għandha tkopri l-Ħtiġijiet tal-Utenti għall-oqsma tematiċi kollha ta' Copernicus (il-baħar, l-atmosfera, l-art, l-emerġenza, is-sigurtà u t-tibdil fil-klima). Il-Ħtiġijiet tal-Utenti għandhom jikkontribwixxu lejn l-attività ta' konsolidazzjoni u ta' prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet ta' osservazzjoni.
Il-Ħtiġijiet tal-Utenti għandhom ikunu konsolidati u għandhom jiġu ppreżentati skont il-prijorità. Dan għandu jsir skont proċess iterattiv bejn l-Aġenziji Spazjali (l-ESA u l-EUMETSAT) u l-utenti Ewlenin ta' Copernicus (b'enfasi fuq is-Servizzi ta' Copernicus, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, rappreżentanti mill-Forum tal-Utenti), taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni. Jeħtieġ li d-dokumentazzjoni tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ssirilha analiżi bir-reqqa sabiex il-ħtiġijiet tal-utenti jiġu identifikati u organizzati skont il-ħtiġijiet sottostanti b'rabta mal-osservazzjoni. Din l-analiżi għandha tinkludi speċifikazzjonijiet dwar dettalji tekniċi fir-rigward tal-puntwalità, iż-żona ġeografika li għandha tiġi koperta, il-frekwenza tal-aġġornament f'termini ta' riżoluzzjoni temporali, il-kontenut f'termini ta' osservazzjonijiet u dwar l-akkuratezza meħtieġa.
Bħala parti mill-proċess, ir-rekwiżiti għandhom jiġu klassifikati skont il-prijorità sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni effiċjenti ta' għażliet teknoloġiċi differenti. Il-prijoritizzazzjoni għandha titwettaq mill-Kummissjoni u għandha tiġi vvalutata mill-ESA, mill-EUMETSAT (għall-valutazzjoni tal-aspetti teknoloġiċi) u mill-grupp ta' esperti tal-Utenti Ewlenin (għall-valutazzjoni tal-aspetti relatati mal-utenti).
6.3. Analiżi tal-għażliet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li qed jevolvu b'rabta mad-data
Waqt analiżi tal-għażliet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li qed jevolvu b'rabta mad-data, għandhom jitqiesu dawn li ġejjin:
(a) |
Bidliet fl-infrastruttura attwali tal-Komponent Spazjali; |
(b) |
L-iżvilupp ta' Missjonijiet Dedikati Copernicus u; |
(c) |
Arranġamenti futuri għall-ksib ta' data minn Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni. |
Bidliet fl-infrastruttura attwali tal-Komponent Spazjali jistgħu jinkludu ż-żieda ta' prodotti ġodda abbażi tas-satelliti Sentinel eżistenti. Adattamenti potenzjali oħra jistgħu jinkludu ż-żieda, minn 2 satelliti għal 3, fil-kostellazzjoni ta' satelliti Sentinel wara l-2020, sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet potenzjali għal data aktar frekwenti.
Arranġamenti futuri għall-ksib ta' data mill-Missjonijiet ta' Kontribuzzjoni għandhom iqisu d-data disponibbli ta' Partijiet Terzi, kif ukoll il-ħtiġijiet ta' osservazzjoni identifikati.
Waqt l-iżvilupp ta' Missjonijiet Dedikati Copernicus għandhom jitqiesu dawn li ġejjin:
(a) |
Id-definizzjoni ta' satelliti Sentinel tal-Ġenerazzjoni li Jmiss għall-kontinwità tal-osservazzjonijiet wara l-2030; |
(b) |
Id-definizzjoni ta' satelliti Sentinel ta' Espansjoni biex jibdew jiġu indirizzati l-lakuni fl-osservazzjoni fil-perjodu bejn l-2022 u l-2025. |
L-analiżi tal-għażliet biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti tal-osservazzjoni għandha tqis ukoll l-elementi li ġejjin:
(a) |
L-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tax-Xenarju ta' Referenza Tekniku u tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus; |
(b) |
L-eżitu tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm Copernicus; |
(c) |
Valutazzjoni tal-Impatt ta' diversi xenarji ta' evoluzzjoni, inkluż analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. |
Barra minn hekk, l-analiżi għandha tqis elementi tekniċi bħalma huma d-disponibbiltà ta' missjonijiet ta' partijiet terzi u l-livelli ta' Tħejjija Teknoloġika.
6.4. L-istipular ta' rekwiżiti tekniċi għal missjonijiet dedikati ġodda
Kull meta ssir l-għażla għal missjonijiet dedikati ġodda, għandha titwettaq analiżi tal-missjoni li tinkludi:
(a) |
It-tfassil tal-istqarrija tal-missjoni abbażi tar-rekwiżiti tad-data, inkluża l-prestazzjoni mistennija; |
(b) |
L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi; |
(c) |
L-identifikazzjoni ta' kunċetti possibbli tal-missjoni; |
(d) |
Il-valutazzjoni tal-aspetti programmatiċi; |
(e) |
Valutazzjoni tar-Riskju. |
L-eżitu ta' din l-analiżi għandu jiġi deskritt f'Dokument tar-Rekwiżiti tal-Missjoni, u jifforma l-bażi għal fażijiet ulterjuri possibbli ta' żvilupp u tal-operazzjonijiet tas-satelliti.
6.5. It-twaqqit u l-progress tal-attivitajiet tal-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali
6.5.1. Kronoloġija Ġenerali
Il-kronoloġija ġenerali għall-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali għandha tinkludi l-attivitajiet skont kif murija fit-tabella ta' hawn taħt.
Żmien |
Attività |
||||||||
sal-2018 |
|
||||||||
sal-2018 |
|
||||||||
sal-2018 |
|
||||||||
2019 – 2020 |
|
6.5.2. Il-progress tal-attivitajiet tal-Evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali
L-attivitajiet ta' tħejjija għall-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandhom ikunu konformi mal-orjentazzjonijiet ġenerali stipulati fl-istrateġija spazjali tal-2016. B'mod partikolari, l-attivitajiet ta' tħejjija għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-utenti għal:
(a) |
“titjib kontinwu tas-servizzi u l-infrastruttura attwali” u; |
(b) |
“servizzi addizzjonali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet emerġenti f'oqsma prijoritarji speċifiċi”:
|
Meta jiġu definiti xenarji futuri ta' evoluzzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta' osservazzjoni ġeneriċi li ġejjin:
(a) |
Il-kontinwità tal-osservazzjonijiet: Bħala prijorità ewlenija, l-utenti indikaw il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-osservazzjonijiet, lil hinn minn dak li huwa ppjanat bħalissa, b'titjib potenzjali fuq terminu twil fl-oqsma tar-riżoluzzjoni spazjali, il-frekwenza tal-aġġornament u l-puntwalità |
(b) |
Osservazzjonijiet ġodda b'reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti:
|
Attivitajiet ta' tħejjija għall-appoġġ ta' xenarji futuri tal-komponent spazjali ta' Copernicus jistgħu jinkludu:
(a) |
Gruppi ta' esperti fil-qasam, għall-analiżi tal-kuntest programmatiku ta' livell għoli, tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u tal-fattibbiltà tal-kunċett biex tiġi appoġġata d-definizzjoni tat-Task Forces. Għandhom jiġu stabbiliti gruppi ta' esperti fil-qasam biex jiġu evalwati l-ħtiġijiet tal-monitoraġġ relatati mas-Sigurtà u mal-Emissjonijiet Antropoġeniċi ta' CO2; |
(b) |
Task Forces, biex jiżviluppaw u jkomplu jirfinaw il-ħtiġijiet b'rabta mal-osservazzjoni, kif ukoll biex janalizzaw soluzzjonijiet tekniċi potenzjali bl-għan li jiġu speċifikati l-ħtiġijiet inizjali tal-missjonijiet. Dawn l-analiżijiet għandhom iqisu l-kapaċitajiet ta' osservazzjoni attwali u t-tiġdid/titjib tal-infrastruttura eżistenti, il-maturità teknoloġika u l-potenzjal għal kooperazzjoni internazzjonali. B'mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti Task Forces għal dawn li ġejjin:
|
(c) |
Studji ta' Tħejjija, bħala kontribut għall-ħidma tat-Task Forces; |
(d) |
Konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, mal-Istati Parteċipanti f'Copernicus u mal-Istati Membri tal-ESA u tal-EUMETSAT biex jiġi żgurat li jkun hemm allinjament tal-prijoritajiet u biex jiġi żgurat li tinżamm konsistenza mal-kontenut tax-Xenarju Fuq Terminu Twil tal-ESA. |
Abbażi ta' dawn l-attivitajiet, ix-xenarji għall-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandhom jiġu eżaminati bl-inklużjoni wkoll ta' analiżi bir-reqqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.
L-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus għandha tkun imfassla skont il-baġit disponibbli tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss u skont il-fondi mobilizzati mill-UE, l-ESA, l-Istati Membri parteċipanti u sorsi potenzjali ta' finanzjament addizzjonali. Filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet, ix-xenarji ta' evoluzzjoni jistgħu jkunu dawn li ġejjin:
(a) xenarju ta' evoluzzjoni ta' linja bażi: programm Copernicus sostenibbli, li jbassar il-programm fil-livell attwali tiegħu ta' prestazzjoni, inklużi operazzjonijiet ta' servizz kontinwi, tiġdid/titjib meħtieġ tal-infrastruttura eżistenti, azzjonijiet li jappoġġaw aċċess imtejjeb għad-data u distribuzzjoni mtejba tad-data u appoġġ għal użu mill-utenti lil hinn mill-2020;
(b) xenarju ta' evoluzzjoni u ta' espansjoni: programm Copernicus sostenibbli u akbar li jikkunsidra żewġ oqsma prijoritarji għall-indirizzar ta' ħtiġijiet emerġenti:
(1) |
kapaċitajiet ta' osservazzjoni ġodda li jappoġġaw rekwiżiti ambjentali ffukati fuq it-tibdil fil-klima (eż. il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 u ta' gassijiet oħra b'effett ta' serra li bħalissa għalihom ma hemm disponibbli l-ebda osservazzjonijiet bis-satellita), osservazzjonijiet tar-reġjuni polari (iffukati fuq il-monitoraġġ tas-silġ ta' fuq il-baħar u fuq il-klima fl-Artiku) u appoġġ għall-agrikoltura inkluż il-monitoraġġ ta' parametri relatati mal-ilma li jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' osservazzjonijiet infra-aħmar termali; |
(2) |
kapaċitajiet ta' osservazzjoni ġodda li jappoġġaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà u/jew tad-difiża biex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda li tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni f'termini ta' sigurtà, ta' immigrazzjoni jew ta' kontrolli fuq il-fruntiera. |
L-eżiti tal-proċess dwar il-Ħtiġijiet tal-Utenti, l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, il-fattibbiltà teknika, il-maturità tas-soluzzjoni teknoloġika, u l-affordabbiltà ġenerali għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għal-limiti tekniċi tal-evoluzzjoni tal-Komponent Spazjali ta' Copernicus lil hinn mill-2020.
(1) Ir-riżoluzzjoni spazjali ta' immaġnijiet ta' Riżoluzzjoni Għolja Ħafna (VHR), ta' Riżoluzzjoni Għolja (HR), ta' Riżoluzzjoni Medja (MR) u ta' Riżoluzzjoni Baxxa (LR) hija definita kif ġej: VHR: <= 4 m; HR: > 4 m u <= 30 m; MR > 30 m u <= 300 m; LR > 300 m.
(2) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadata (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).
(6) Il-missjoni Prekursur ta' Sentinel-5 (Sentinel-5p) hija inizjattiva konġunta bejn l-ESA u r-Renju tan-Netherlands.
(7) Jason-3 hija r-riżultat ta' kooperazzjoni dejjiema bejn l-EUMETSAT, l-NOAA, is-CNES u n-NASA. Hija Missjoni ta' Altimetrija Oċeanika bi Preċiżjoni Għolja li tipprovdi kontinwità bejn Jason-2 u Sentinel-6, ilha operattiva mill-2016 u għandha ħajja mistennija ta' 5 snin.
(8) Il-perjodu tal-operazzjonijiet jista' jinbidel skont it-tul tal-ħajja reali tal-unitajiet satellitari individwali u skont l-evalwazzjoni tal-għażliet ta' programmazzjoni.
(9) Taqsiriet: VIS = (Visual Range Bands) Frekwenzi tal-Medda Viżwali; SWIR = (Short Wave Infrared) Infra-aħmar ta' Frekwenza Qasira; MWIR = (Mid-Wave Infrared) Infra-aħmar ta' Frekwenza Medja; TIR = Infra-aħmar Termali
(10) Il-ġenerazzjoni ta' data ta' Sentinel-2 tal-Livell 2 għandha tkun magħmula disponibbli permezz tas-Segment Terrestri Ewlieni tal-missjonijiet Sentinel, jew għandha tkun possibbli permezz ta' sett ta' għodod għad-dispożizzjoni tal-utenti.
(11) Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju, (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227).
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/80 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/622
tal-20 ta' April 2018
li ma tapprovax il-klorofen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-klorofen (Nru tal-KE: 204-385-8, Nru tal-CAS: 120-32-1). |
(2) |
Il-klorofen ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 3, tal-iġjene veterinarja, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
In-Norveġja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, u fit-22 ta' Diċembru 2016 bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet fformulata fit-3 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, wara li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 3 u li fihom il-klorofen ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għal dak it-tip ta' prodotti, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem identifikaw xi riskji inaċċettabbli. |
(6) |
Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-klorofen jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-klorofen (Nru tal-KE: 204-385-8, Nru tal-CAS: 120-32-1) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/81 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/623
tal-20 ta' April 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 2481)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu mill-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' jum miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li hemm riskju baxx ħafna li l-flieles ta' jum ixerrdu l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju akbar li tinxtered l-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u kemm idumu l-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ tal-pollam ħaj, tal-flieles ta' jum u tal-bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħrajn lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi, l-aktar biex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(6) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/560 (7), wara n-notifika mill-Bulgarija dwar tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda tal-pollam li tinsab fir-reġjun ta' Yambol ta' dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tal-pollam infettat. |
(7) |
Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/560 'l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni bit-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b''patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'azjendi tal-pollam li jinsabu fir-reġjun ta' Plovdiv ta' dak l-Istat Membru. |
(8) |
Il-Bulgarija nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħu dawk it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tal-pollam infettati f'dak l-Istat Membru. |
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri flimkien mal-Bulgarija, u l-Kummissjoni hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi tal-pollam fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat il-ġodda. |
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn lill-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' ostakli għall-kummerċ mhux ġustifikati minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-Bulgarija, jiġu deskritti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata fil-Bulgarija marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija li ġew stabbiliti u li issa huma soġġetti għar-restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat sabiex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, u kemm se jdumu r-restrizzjonijiet applikabbli fihom. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/560 tal-10 ta' April 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 93, 11.4.2018, p. 11).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti A, l-entrata għall-Bulgarija tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Stat Membru: Il-Bulgarija
|
(2) |
Fil-Parti B, l-entrata għall-Bulgarija tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Stat Membru: Il-Bulgarija
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/87 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/624
tal-20 ta' April 2018
dwar l-aċċess għas-suq transfruntier għas-subfornituri u l-SMEs fis-settur tad-difiża
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
F'Diċembru 2013, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa l-objettiv li tinkiseb bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) integrata aħjar u aktar sostenibbli, innovattiva u kompetittiva, li hija meħtieġa biex tiżviluppa u ssostni l-kapaċitajiet tad-difiża u ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Ewropa u l-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni f'kooperazzjoni mas-sħab. F'dan il-kuntest, enfasizza l-importanza li l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) ikollhom aċċess għas-suq transfruntier, talab biex il-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà ta' miżuri addizzjonali biex il-katini tal-provvista jinfetħu għall-SMEs mill-Istati Membri kollha, u nnota li l-SMEs huma element maġġuri fil-katina tal-provvista tad-difiża, sors ta' innovazzjoni u xpruni ewlenin għall-kompetittività (1). |
(2) |
Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża (EDAP) tat-30 ta' Novembru 2016 tħabbar li l-Kummissjoni se tagħmel rakkomandazzjonijiet biex tiffaċilita l-aċċess għas-suq transfruntier għall-SMEs u għall-kumpaniji intermedji fis-settur tad-difiża. Dan ġie kkonfermat ukoll fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża” (2), adottata fis-7 ta' Ġunju 2017. |
(3) |
Il-Kummissjoni tqis li katini tal-provvista transfruntiera kompetittivi huma element kruċjali għal EDTIB integrata aħjar u aktar kompetittiva, u temmen li s-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża għandu jipprovdi opportunitajiet għall-kumpaniji Ewropej irrispettivament mid-daqs tagħhom u l-post fejn jinsabu. |
(4) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ġiet żviluppata b'kontributi mill-grupp konsultattiv tal-Kummissjoni dwar l-aċċess transfruntier tal-SMEs għall-kuntratti tad-difiża u tas-sigurtà, li temm il-ħidma tiegħu u ppubblika r-rapport finali tiegħu f'Novembru 2016 (3), u minn esperti mill-Istati Membri. Tifforma parti minn firxa wiesgħa ta' inizjattivi u attivitajiet tal-Kummissjoni maħsuba biex jappoġġaw lill-SMEs attivi fil-qasam tad-difiża. |
(5) |
Il-ħidma li saret mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) (4) fl-oqsma tal-akkwist tad-difiża, tal-ħiliet, tal-finanzjament u tal-kapaċità tal-SMEs tqieset fl-iżvilupp ta' din ir-Rakkomandazzjoni (5). |
(6) |
Billi l-atturi fl-industrija, speċjalment il-kuntratturi ewlenin, jaqdu rwol ewlieni fid-difiża, minbarra l-iżvilupp ta' din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni bdiet ukoll djalogu mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija, bil-ħsieb li jiġu identifikati u jintlaħaq qbil komuni dwar aktar azzjonijiet possibbli bl-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal ktajjen tal-provvista tad-difiża transfruntiera kompetittivi. |
(7) |
Azzjoni tal-Istati Membri tista' ttejjeb b'mod sinifikanti l-aċċess għas-suq transfruntier għall-SMEs u għall-kumpaniji intermedji fis-settur tad-difiża. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni għandha telenka t-tipi ta' azzjonijiet li jistgħu jirrimedjaw xi wħud mill-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs u l-kumpaniji intermedji jew tgħin biex dawn jintegrawhom fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża. |
(8) |
Il-kisba ta' informazzjoni bikrija dwar il-pjanijiet u l-proġetti futuri dwar l-armament tista' tippermetti lill-SMEs u lill-kumpaniji intermedji li jantiċipaw aħjar l-iżviluppi tas-suq u l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni fi proġetti u kuntratti tad-difiża. |
(9) |
Ir-reklamar ta' kuntratti b'valur inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) itejjeb il-kompetizzjoni. Iħeġġeġ ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-settur tad-difiża. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jillimitaw dan ir-reklamar għall-Istat Membru tagħhom. |
(10) |
In-natura kumplessa tal-informazzjoni fid-dokumenti tal-akkwist għad-dispożizzjoni tal-offerenti jew offerenti potenzjali mill-awtoritajiet kontraenti tista' tiskoraġġixxi lil negozji iżgħar ġodda milli jidħlu fis-suq tal-akkwist pubbliku. Għalhekk, informazzjoni bħal din għandha tkun rilevanti u strutturata sew. |
(11) |
L-iskala tal-offerti għall-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża u r-rekwiżiti relatati dwar l-adegwatezza biex jiġu pprovduti servizzi huma ostakli ulterjuri għall-SMEs u għall-kumpaniji intermedji. Il-konklużjoni ta' kuntratti iżgħar separati miġbura f'lottijiet fl-istess proċedura ta' akkwist pubbliku tista' tgħin biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. |
(12) |
Jekk il-perjodi għas-sottomissjoni tal-offerti jkunu itwal l-SMEs u l-kumpaniji intermedji jibbenefikaw billi jingħataw aktar żmien sabiex jidentifikaw l-opportunitajiet għan-negozju u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom. |
(13) |
Il-possibbiltà li wieħed iserraħ fuq il-kapaċitajiet ta' operaturi ekonomiċi oħrajn, inklużi s-sottokuntratturi jew parteċipanti oħrajn f'konsorzji jew gruppi, tiffaċilita l-aċċess għas-suq tal-akkwist, speċjalment fejn huwa kkonċernat b'mod partikolari xiri fi kwantitajiet kbar. Operaturi ekonomiċi interessati li jiksbu kuntratti ta' akkwist pubbliku għandhom ikunu konxji ta' dawn l-opportunitajiet sa mill-bidu nett. |
(14) |
Dokumenti tal-offerti estensivi u kumplessi kif ukoll il-ħtieġa li jingħataw evidenza u ċertifikati huma aspetti li jistgħu jiskoraġġixxu lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs u lill-kumpaniji intermedji, milli jidħlu fis-suq tal-akkwist fil-qasam tad-difiża. Biex jiffaċilitaw l-aċċess għal dak is-suq, l-awtoritajiet kontraenti għandhom, kull fejn hu possibbli, jaqblu li jevalwaw il-kriterji tal-għażla kwalitattiva fl-istadju tal-offerti fuq il-bażi unika tal-evidenza preliminari mogħtija mill-offerenti. Huma għandhom jeħtieġu s-sottomissjoni ta' dokumenti u ċertifikati li juru li dawk il-kriterji ġew issodisfati eżatt qabel l-iffirmar tal-kuntratt. L-evidenza preliminari fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji tal-għażla kwalitattiva tista' tieħu l-forma ta' awtodikjarazzjoni standardizzata, id-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (DEUA) (7). |
(15) |
Il-kooperazzjoni reġjonali fost l-Istati Membri u r-ragruppament tan-negozji huma alternattivi oħra li jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ il-qagħda tas-suq ta' impriżi iżgħar. |
(16) |
L-innovattività hija l-vantaġġ ewlieni li l-SMEs jistgħu jikkontribwixxu fl-industrija tad-difiża. Għalhekk, l-inizjattivi kollha li jappoġġaw ir-riċerka u t-teknoloġija (R&T) għandhom iqisu b'mod partikolari lill-SMEs u kemm jista' jkun jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom. |
(17) |
L-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa b'mod partikolari fl-industrija tad-difiża jista' jippermetti li atturi ġodda jidħlu fis-suq tad-difiża Ewropew. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. TERMINOLOĠIJA
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, “SME” għandha tinftiehem kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (8), filwaqt li “kumpanija intermedja” tfisser kumpanija ikbar minn SME, iżda li mhijiex il-kuntrattur prinċipali f'kuntratt għall-provvista tad-sistemi tad-difiża kumplessi.
Tul it-test kollu ta' din ir-Rakkomandazzjoni, ir-referenzi għal “awtoritajiet kontraenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu kemm l-awtoritajiet kontraenti, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u kif ukoll l-entitajiet kontraenti, kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti għandhom x'jaqsmu mal-għoti ta' kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/81/KE.
2. AKKWIST PUBBLIKU
2.1. Pjanijiet u prijoritajiet fit-tul
L-Istati Membri għandhom jipprovdu, meta possibbli u xieraq, informazzjoni bikrija dwar il-pjanijiet fit-tul futuri tagħhom fir-rigward tal-armamenti (ir-rekwiżiti u l-prijoritajiet f'termini tal-kapaċità u tar-riċerka u t-teknoloġija (R&T)). Dan jista' jsir: bil-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-ippjanar; bl-organizzazzjoni ta' avvenimenti apposta miftuħa għan-negozji (il-kuntratturi ewlenin, l-SMEs u l-kumpaniji intermedji) minn Stati Membri differenti; u bl-għoti ta' informazzjoni b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju lill-industrija tad-difiża, inkluż tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industriji Ajruspazjali u tad-Difiża (ASD), l-Assoċjazzjonijiet tal-Industrija tad-Difiża Nazzjonali (NDIAs), u organizzazzjonijiet kummerċjali oħrajn tad-difiża u tas-sigurtà (eż. raggruppamenti), biex ikun żgurat li l-informazzjoni rilevanti tkun disseminata fl-Unjoni kollha. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li azzjoni bħal din ma tirriżultax f'distorsjoni tal-kompetizzjoni jew fi ksur tal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza.
2.2. Pubblikazzjoni volontarja u miżuri ta' trasparenza
Sa fejn ikun l-aktar possibbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw l-għodod tar-reklamar ta' qabel l-akkwist bħall-Avviżi ta' Informazzjoni minn Qabel (PIN) (11) u jorganizzaw avvenimenti apposta dwar pjanijiet għall-akkwist avvanzati u proġetti speċifiċi. Avvenimenti ta' dan it-tip għandu jkollhom fil-mira n-negozji (il-kuntratturi ewlenin, l-SMEs u l-kumpaniji intermedji) minn Stati Membri differenti; L-informazzjoni rilevanti tista' tinxtered madwar l-industrija tad-difiża, inklużi l-ASD, l-NDIAs u organizzazzjonijiet kummerċjali oħrajn tad-difiża u tas-sigurtà (eż. raggruppamenti). Meta jużaw dawn l-għodod, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm konformità mal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza, u jiċċaraw in-natura provviżorja tal-pjanijiet tal-akkwist inkwistjoni.
L-awtoritajiet kontraenti għandhom ifittxu li jirreklamaw l-opportunitajiet ta' akkwist bl-aktar mod wiesa' possibbli, u jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali applikabbli. Dan jimplika, pereżempju, ir-reklamar tal-informazzjoni fl-avviż tal-kuntratt bl-aktar mod wiesa' possibbli ladarba tkun intbagħtet għall-pubblikazzjoni fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Tender Electronic Daily (TED)), u l-iżvilupp ta' mekkaniżmu biex l-operaturi ekonomiċi interessati f'sejħiet futuri jabbonaw biex jirċievu messaġġi dwar avviżi ppubblikati.
Kull meta jkun possibbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jirreklamaw l-opportunitajiet ta' akkwist għal kuntratti ta' valur aktar baxx mil-livell limitu stabbilit bl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2009/81/KE (12) permezz ta' pubblikazzjonijiet volontarji fuq portali u siti web rilevanti (mhux neċessarjament f'TED) u jibagħtu talbiet għal informazzjoni jew talbiet għal kwotazzjoni lil negozji madwar l-Unjoni li jkunu potenzjalment interessati. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li azzjonijiet bħal dawn ma jxekklux il-kompetizzjoni jew ma jiksrux il-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza. L-awtoritajiet kontraenti għandhom iwettqu wkoll proċeduri kompetittivi simplifikati għall-kuntratti ta' valur baxx, anki jekk dan ma jkunx meħtieġ formalment mir-regoli nazzjonali.
2.3. Il-kwalità tal-informazzjoni
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu lis-suq b'punti ta' informazzjoni qosra, sinifikanti u preċiżi (eż. deskrizzjoni tal-akkwist fl-avviżi tal-kuntratti ppubblikati f'TED). Dan jippermetti lin-negozji biex jeżaminaw u jidentifikaw l-opportunitajiet, u biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar jekk għandhomx interess li jissottomettu offerta.
Kull meta jkun possibbli, bħala korteżija informazzjoni bħal din għandhom jipprovduha tradotta għall-Ingliż jew f'waħda mil-lingwi l-oħra użati b'mod komuni fil-kummerċ tad-difiża, fuq is-sit web tal-awtorità tal-akkwist jew jippubblikawha f'TED.
2.4. Diviżjoni f'lottijiet
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li l-kuntratti jiġu suddiviżi f'lottijiet. Jistgħu jikkunsidraw wkoll offerti f'lottijiet separati, filwaqt li jirrikjedu li l-kumpaniji li joffru b'suċċess għal dawn il-lottijiet jaħdmu mal-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt għal koordinazzjoni tal-proġett kollu (il-kuntrattur ġenerali).
2.5. Tħejjija u twettiq tal-proċeduri
Skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2009/81/KE, meta jistabbilixxu l-limiti ta' żmien biex jirċievu t-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti, l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati iqisu b'mod partikolari l-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien minimi stipulati f'dak l-Artikolu. L-awtoritajiet kontraenti għandhom, kull meta jkun possibbli, jippermettu aktar żmien milli meħtieġ mir-regoli ta' dak l-Artikolu għas-sottomissjoni tal-offerti. Dan il-perjodu ta' żmien estiż se jagħti lill-industrija, speċjalment lill-SMEs, aktar żmien biex tiddeċiedi jekk tissottomettix offerta, biex tħejji u tissottometti l-offerti, u li tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex jiġu ffurmati konsorzji jew jiġi organizzat subkuntrattar.
L-akkwist elettroniku, speċjalment is-sottomissjoni tal-offerti b'mezzi elettroniċi, jgħin jissimplifika l-proċeduri u jnaqqas il-burokrazija u l-ispejjeż amministrattivi. Dan jista' jnaqqas l-ostakli għall-aċċess għas-suq (l-ispejjes tal-offerti), speċjalment għal impriżi iżgħar b'riżorsi amministrattivi limitati. Kull fejn ikun possibbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw l-akkwist elettroniku, filwaqt li jitqies is-suġġett tal-kuntratt u b'mod partikolari, il-bżonn li tiġi protetta l-informazzjoni klassifikata.
Fl-avviż dwar il-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-offerenti potenzjali b'mod konsistenti għall-possibbiltà li jserrħu fuq il-kapaċità ta' partijiet oħra, fosthom is-subkuntratturi (13) jew membri tal-istess konsorzju jew grupp (14), biex jissodisfaw il-kriterji tal-idoneità, skont l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 42(2) u (3) tad-Direttiva 2009/81/KE.
L-awtoritajiet kontraenti għandhom ifittxu li jtaffu l-piż amministrattiv li jirriżulta mill-proċedura tal-akkwist. Pereżempju, għandhom jevitaw kemm jista' jkun li jwettqu għadd kbir ta' laqgħat ta' negozjati u jitolbu biss l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-proċedura speċifika inkwistjoni.
2.6. Għażla kwalitattiva
L-awtoritajiet kontraenti għandhom iżommu l-kriterji tal-għażla proporzjonali u jevitaw li jiffissaw rekwiżiti li mhumiex strettament meħtieġa. Fil-każ tal-kapaċità teknika u professjonali, għandhom imorru għal kriterji tal-għażla li jippermettulhom jivverifikaw jekk offerent ikollux il-kapaċità meħtieġa għall-kuntratt inkwistjoni, mhux li jevalwaw il-kapaċità ġenerali tiegħu. Fir-rigward tal-qagħda ekonomika u finanzjarja, id-dħul annwali minimu mitlub m'għandux jaqbeż darbtejn il-valur stmat tal-kuntratt.
Ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-provvista (SoS) u s-sigurtà tal-informazzjoni (SoI), bħala raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni, kriterji tal-għażla jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt, għandhom jinżammu proporzjonali u konformi mal-ħtiġijiet tal-akkwist individwali. B'mod speċifiku, meta rekwiżiti bħal dawn jiġu applikati, għandha tingħata attenzjoni biex jiġu limitati għal dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan partikolari imfittex, u biex jiġi żgurat li ma jirrestrinġux indebitament il-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tkun meħtieġa l-approvazzjoni tas-sigurtà u l-awtoritajiet kontraenti jkunu affaċċjati b'kandidati li l-approvazzjoni tas-sigurtà tagħhom tkun inħarġet minn Stat Membru ieħor, jittieħdu l-passi xierqa u fil-ħin biex jiġi vvalutat jekk tali awtorizzazzjoni tas-sigurtà hijiex ekwivalenti għal dik maħruġa skont il-liġi nazzjonali tal-awtorità kontraenti (15), b'konsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/81/KE. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jiżguraw li s-sodisfazzjon tar-rekwiżiti tal-SoS u tal-SoI ta' Stati Membri oħra mill-intrapriżi orjentati lejn id-difiża tagħhom huwa possibbli u kredibbli.
L-Artikolu 38 tad-Direttiva 2009/81/KE jeħtieġ il-verifika tal-adegwatezza tal-kandidati, f'konformità mal-kriterji u permezz ta' prova stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti skont id-Direttiva. Prova bħal din tista' tinkludi ċertifikati. Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti mhumiex obbligati li jirrikjedu s-sottomissjoni ta' ċertifikati u forom oħra ta' evidenza dokumentata fl-istess waqt li jsiru l-offerti. Biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw li jaċċettaw bħala evidenza preliminari fiż-żmien meta jsiru l-offerti, awtodikjarazzjonijiet dwar:
— |
is-sitwazzjoni personali tal-offerent (l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2009/81/KE), |
— |
l-adegwatezza li offerent isegwi l-attività professjonali (l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2009/81/KE), |
— |
jekk l-offerenti jissodifax il-kriterji rigward is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja kif ukoll il-kapaċità teknika u professjonali (l-Artikoli 41-44 tad-Direttiva 2009/81/KE), |
il-ħtieġa li l-evidenza u ċ-ċertifikati rilevanti jiġu sottomessi biss fl-istadju tal-għoti, jiġifieri qabel l-iffirmar tal-kuntratt, iżda wara l-evalwazzjoni u l-għażla tar-rebbieħ. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jippermettu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu awtodikjarazzjoni jew jerġgħu jużawha permezz ta' awtodikjarazzjonijiet standardizzati (DEAU, magħruf mil-liġi dwar l-akkwist pubbliku ġenerali, l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/24/UE), u fejn neċessarju jissupplimentawhom b'informazzjoni mhux koperta fid-DEAU.
M'hemm xejn li jżomm lill-awtoritajiet kontraenti milli jitolbu aktar informazzjoni, inklużi xi dokumenti ta' sostenn jew kull dokument ta' sostenn, jekk ikollhom xi dubji f'kull mument tal-proċedura, sabiex tiġi żgurata t-tmexxija xierqa tagħha. Dan jista' jkun meħtieġ b'mod partikolari jekk awtorità kontraenti tiddeċiedi li tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom jiġu mistiedna jagħmlu offerta jew imexxu djalogu (l-Artikolu 38(3) tad-Direttiva 2009/81/KE). Meta jagħmlu talbiet bħal dawn għal informazzjoni jew dokumenti ta' sostenn, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw dejjem il-konformità mal-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni.
L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jeħtieġu li l-offerenti jipprovdu dokumenti ta' sostenn li jkunu diġà fil-pussess tagħhom, jew li jistgħu jiksbuhom faċilment bl-aċċess dirett għal bażi ta' dejta nazzjonali fi kwalunkwe Stat Membru, li tkun disponibbli bla ħlas.
Kull meta jkun possibbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw l-alternattiva li lill-kandidati li jkun għad m'għandhomx approvazzjoni tas-sigurtà (jekk din l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa) jagħtuhom żmien addizzjonali biex jiksbuha (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1)(j) tad-Direttiva 2009/81/KE). Bħala prinċipju ġenerali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom dejjem jagħmlu użu mill-possibbilità li jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu dokumenti u ċertifikati neqsin li jkunu relatati mal-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla, jew li jiċċaraw tali dokumenti u ċertifikati jekk dawn ma jkunux ċari (l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2009/81/KE).
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-użu transfruntier tad-dokumenti u taċ-ċertifikati. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fiċ-ċertifikati u f'forom oħra ta' evidenza dokumentata għall-offerti skont id-Direttiva 2009/81/KE tiddaħħal f'e-Certis (16) u tiġi aġġornata regolarment. Meta jwettqu l-proċeduri skont id-Direttiva 2009/81/KE, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw ir-repożitorju online e-Certis.
2.7. Taħriġ fl-akkwist u bini tal-kapaċità
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw taħriġ għall-uffiċjali tal-akkwist, jipprovdu opportunitajiet biex jikkondividu l-esperjenzi, kif ukoll materjal ta' gwida. Għandhom jipprovdu taħriġ apposta biex jiġu enfasizzati l-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs u l-limitazzjonijiet operazzjonali inerenti tagħhom (il-flussi finanzjarji, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, eċċ.).
L-Istati Membri għandhom ukoll jorganizzaw taħriġ u jħejju materjal ta' informazzjoni għall-fornituri, għall-fornituri tas-servizzi, u għall-kuntratturi. Materjal bħal dan għandu jkun aċċessibbli b'mod ġenerali (jew għall-inqas ikun disponibbli għan-negozji kollha interessati f'kuntratti tal-akkwist tad-difiża). Dan se jkun partikolarment ta' benefiċċju għall-SMEs u għall-kumpaniji intermedji.
3. IL-POLITIKA INDUSTRIJALI
3.1. Finanzjament
L-awtoritajiet ta' ġestjoni lokali u reġjonali tal-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-SMEs u lill-kumpaniji intermedji li huma jew li jistgħu jkunu attivi fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża. L-Istati Membri jistgħu jżidu l-għarfien fost l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-benefiċjarji potenzjali (bħall-SMEs, il-kumpaniji intermedji, l-istituti tar-riċerka jew l-universitajiet) dwar l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fil-qasam tad-difiża. Dawn huma mħeġġa jużaw il-gwida speċifika li l-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tfassal f'dan ir-rigward (17).
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jiftħu l-istrumenti ta' finanzjament nazzjonali eżistenti għall-SMEs u l-kumpaniji intermedji li għandhom x'jaqsmu mad-difiża, jekk dan ma jkunx diġà l-każ.
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw tipi oħra ta' appoġġ possibbli għall-SMEs, pereżempju garanziji mill-Istat apposta għall-SMEs u għall-kumpaniji intermedji li jingħaqdu fi proġetti tad-difiża Ewropea transfruntiera ta' natura innovattiva. Garanziji bħal dawn jistgħu jkopru parzjalment jew bis-sħiħ ir-riskju tan-negozju ta' kumpaniji iżgħar li jipparteċipaw f'tali sforzi jew tal-banek li jiffinanzjaw dawn il-proġetti (18).
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jagħtu pariri lill-SMEs dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew bl-użu ta' fora, pjattaformi u għodod oħra fis-settur tad-difiża jew f'setturi ekonomiċi oħra.
L-Istati Membri huma mħeġġa jipproponu proġetti ta' investiment għaqlin għar-rekwiżiti futuri tal-Ittestjar u l-Evalwazzjoni (T&E). Dan għandu jiftaħ il-faċilitajiet T&E għall-SMEs u għall-kumpaniji intermedji, u jgħinhom biex jiċċertifikaw il-prodotti tagħhom u jibbenefikaw mill-kontribut tagħhom għall-isforzi tal-kwalifika u taċ-ċertifikazzjoni tad-difiża Ewropea.
3.2. Bażijiet ta' data
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu sforz biex ifasslu jew jirrevedu l-bażi industrijali tad-difiża nazzjonali tagħhom u biex jappoġġaw it-tixrid tal-informazzjoni dwar il-kapaċità tal-industrija tagħhom. Dan jista' jsir, pereżempju, billi jiġu stabbiliti bażijiet ta' data ġodda jew bil-kontribut f'dawk eżistenti permezz ta' entitajiet bħall-Assoċjazzjonijiet tal-Industrija tad-Difiża Nazzjonali (NDIAs).
L-Istati Membri huma mħeġġa jappoġġaw azzjoni għat-titjib tal-bażijiet ta' data u tal-proġetti eżistenti dwar il-kumpaniji li għandhom x'jaqsmu mad-difiża, il-kapaċitajiet tagħhom u l-iskemi u l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli. Dan għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-interkonnessjoni tal-bażijiet ta' data nazzjonali eżistenti, id-direttorji tal-NDIAs u sorsi rilevanti eżistenti oħra (eż. listi ta' membri ta' raggruppamenti li għandhom x'jaqsmu mad-difiża). Dawn l-għodod jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni dwar kapaċitajiet teknoloġiċi tal-kumpaniji. Fi stadju sussegwenti, bażijiet ta' data bħal dawn jistgħu jippermettu lill-SMEs u lill-kumpaniji intermedji biex jgħaqqdu d-deskrizzjonijiet tagħhom mal-informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-programmi futuri jew l-avviżi tal-akkwist ippubblikati. Għaldaqstant, il-kuntratturi ewlenin ikunu jistgħu jassoċjaw immedjatament id-deskrizzjoni ta' SME ma' tip partikolari ta' proġett jew opportunità kummerċjali.
3.3. Raggruppamenti
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' raggruppamenti ta' eċċellenza reġjonali, kompetittivi u ta' klassi dinjija fil-qasam tad-difiża u jħeġġuhom jikkooperaw fost ir-reġjuni u l-Istati Membri. Fir-raggruppamenti għandhom jiġu mħeġġa forom speċifiċi oħra ta' kooperazzjoni billi jitħeġġeġ l-involviment b'mod proattiv taċ-ċentri tat-teknoloġija u tal-parks tax-xjenza, “laboratorji ħajjin”, finanzjaturi jew raggruppamenti bl-għan ta' proġett, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni teknoloġika madwar il-konfini settorjali u jitrawmu opportunitajiet ta' tkabbir għall-SMEs li għandhom x'jaqsmu mad-difiża.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu r-raggruppamenti domestiċi biex ifittxu involviment fi Sħubijiet Strateġiċi Ewropej tar-Raggruppamenti (19) appoġġati taħt il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u Medji (COSME). L-għan ta' dawn is-sħubijiet huwa doppju: li jippermetti li l-impriżi jkollhom l-aċċess għas-swieq mhux tal-UE, u li l-investimenti ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti jingħataw spinta fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll iħeġġu r-raggruppamenti biex jippruvaw jinvolvu lilhom infushom f'kooperazzjoni fl-Unjoni skont sejħiet rilevanti għal Orizzont 2020 (20).
L-Istati Membri huma mħeġġa jimmiraw is-settur tad-difiża meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u miżuri b'appoġġ għar-raggruppamenti (reġjonali). Għal dak il-għan, jistgħu jużaw għodod u netwerks eżistenti fil-livell tal-UE, bħan-Netwerk Ewropew tar-Reġjuni Relatati mad-Difiża (21). Huma għandhom ukoll jippromwovu l-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni tar-Raggruppamenti (ECCP) (22) b'mod wiesa', bħala għodda li tista' tgħin biex tgħaqqad ir-raggruppamenti b'aktar minn 500 organizzazzjoni ta' raggruppamenti, u b'hekk titnieda kooperazzjoni fl-UE u lil hinn minnha, għall-benefiċċju tal-SMEs li jiffurmaw parti minnhom.
3.4. L-innovazzjoni, R&T
L-Istati Membri huma mitluba jipprovdu appoġġ speċifiku lill-SMEs b'kunċetti u teknoloġiji innovattivi li jista' jkollhom applikazzjonijiet tad-difiża. Barra minn hekk, in-netwerks apposta tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli tal-parteċipazzjoni fi proġetti ta' riċerka u l-għoti tal-għotjiet għar-riċerka. Għandhom ukoll jorganizzaw avvenimenti ta' senserija u servizzi.
L-Istati Membri għandhom ifittxu li jfasslu proġetti ta' riċerka li ikunu favorevoli għall-SMEs. Barra minn hekk, l-istituti tar-riċerka tad-difiża tagħhom għandhom jeżaminaw kemm huwa possibbli li l-SMEs jiġu involuti fil-proġetti tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-akkwist tad-difiża (eż. permezz tad-dettalji ta' kuntatt tal-istituzzjonijiet xierqa jew fuljetti disponibbli fil-faċilitajiet tal-awtoritajiet).
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw arkitetturi ta' referenza miftuħa għal sistemi ta' difiża modulari, li jippermettu lill-SMEs ifasslu u jikkummerċjalizzaw subsistemi u komponenti b'mod awtonomu u kompetittiv.
3.5. Ħiliet
L-Istati Membri għandu jkollhom tagħrif ġenerali tas-sitwazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-ħiliet meħtieġa fl-industrija tad-difiża tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jisfruttaw l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa adottata reċentement u l-opportunitajiet li qed tiftaħ fil-livelli tal-Unjoni, f'dawk nazzjonali u reġjonali biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fil-ħiliet (23).
L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-industrija, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-organizzazzjonijiet rilevanti l-oħra tagħhom, biex isegwu azzjoni konċertata biex il-provvista u d-domanda jitqabblu b'mod aktar sodisfaċenti u jitħeġġeġ l-użu tal-għodod u tal-istrumenti tal-UE biex jinkisbu dawn l-għanijiet. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (24) (il-Fondi ESI), b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) (25), biex jindrizaw id-diskrepanzi fil-ħiliet.
3.6. Il-kapaċità tal-SMEs
L-Istati Membri għandhom ixerrdu l-informazzjoni dwar stejjer transfruntiera ta' suċċess sabiex iħeġġu lill-SMEs u s-subfornituri biex jagħmlu offerti transfruntiera. Għandhom ukoll jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' konferenzi tal-fornituri transfruntiera (avvenimenti B2B u laqgħat diretti mal-kuntratturi ewlenin) biex itejbu l-fehim tal-SMEs dwar ir-rekwiżiti u l-mod li bih jaħdmu l-kuntratturi ewlenin u l-kompetenzi u l-kapaċitajiet industrijali mfittxija; u jipprovdu pjattaformi u opportunitajiet għall-kuntatti transfruntiera bejn l-SMEs.
Dan jista' jsir, pereżempju, bl-għoti ta' għotjiet lill-organizzaturi tal-avvenimenti fi proporzjon mal-livell tal-parteċipazzjoni mill-SMEs u min-negozji l-ġodda. Għotjiet bħal dawn jistgħu jkopru diversi setturi tad-difiża b'mod ibbilanċjat. Dan jista' jgħin lill-SMEs biex jieħdu sehem f'laqgħat internazzjonali B2B, f'missjonijiet kummerċjali barra minn pajjiżhom, u f'avvenimenti internazzjonali oħrajn.
L-Istati Membri għandhom jużaw ukoll b'mod aktar sistematiku l-għodod eżistenti fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġaw l-attivitajiet transfruntiera tal-SMEs, partikolarment permezz ta' tqabbil tas-servizzi pprovduti, (pereżempju, permezz tan-Netwerk Enterprise Europe (26)).
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) Din ir-rakkomandazzjoni tindirizza kwistjonijiet li huma relatati direttament mal-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u ta' kumpaniji intermedji f'kuntratti ta' akkwist fil-qasam tad-difiża, iżda ma tindirizzax kwistjonijiet li jista' jkollhom influwenza indiretta imma sinifikanti fuqhom, b'mod partikolari t-trasferimenti intra-UE tal-prodotti relatati mad-difiża, l-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża (COM(2017)295 final).
(3) http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/20354/
(4) https://www.eda.europa.eu/
(5) Għal ħarsa ġenerali tal-attivitajiet tal-EDA f'dan is-suġġett: https://www.eda.europa.eu/procurement-biz/information/eda-market-industry-policies; https://www.eda.europa.eu/what-we-do/activities/activities-search/small-and-medium-sized-enterprises-(smes).
(6) Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
(7) Id-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (DEUA) kif definit mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 tal-5 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi formola standard għad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 16) skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/24/UE.
(8) Ara: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2003:124:0036:0041:en:PDF
(9) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(10) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(11) L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2009/81/KE.
(12) Il-valur stmat tal-kuntratti u tal-ftehimiet qafas huma kkalkulati skont l-Artikolu 9. Il-limiti fl-Artikolu 8 jiġu aġġornati kull sentejn; l-informazzjoni ġenerali dwar il-limiti attwali fil-qasam tal-akkwist tinsab hawn: https://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement/rules-implementation/thresholds_mt
(13) Ara l-punt 22 tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2009/81/KE.
(14) Ara l-punt 13 tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/81/KE.
(15) L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/81/KE jistipula li “L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tas-sigurtà li jqisu ekwivalenti għal dawk maħruġa skont il-liġi nazzjonali tagħhom, minkejja l-possibbiltà li jwettqu u jikkunsidraw investigazzjonijiet ulterjuri tagħhom stess jekk dan ikun meqjus neċessarju.” Ara wkoll il-paragrafu 12 tan-Nota ta' Gwida dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/15411/attachments/1/translations/en/renditions/native.
(16) Ara: https://ec.europa.eu/growth/tools-databases/ecertis.
(17) Eż. il-fuljett tal-2017 tal-Kummissjoni “Dual use technology in the EU” (It-teknoloġija b'użu doppju fl-UE). Ara: http://ec.europa.eu/growth/content/dual-use-technology-eu-%E2%80%93-sme-success-stories-eu-funding_mt
(18) L-Istat Membru li jistabbilixxi l-iskema ta' garanzija għandu jiżgura li ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (f'dan ir-rigward, ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52008XC0620%2802%29&from=MT) jew jinnotifika l-miżura lill-Kummissjoni.
(19) Il-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni tar-Raggruppamenti: https://www.clustercollaboration.eu/eu-cluster-partnerships
(20) Għal informazzjoni ġenerali dwar Orizzont 2020 ara: https://ec.europa.eu/programmes/horizon2020/en/what-horizon-2020.
(21) Ara: https://www.endr.eu/
(22) Ara: https://www.clustercollaboration.eu/
(23) B'mod partikolari, l-inizjattiva tal-Pjan ta' Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet taħt l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, li tindirizza s-settur tad-difiża.
(24) Ara: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders-0/european-structural-and-investment-funds_mt
(25) Ara: http://ec.europa.eu/esf/home.jsp?langId=mt
(26) Ara: http://een.ec.europa.eu/
Rettifika
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/95 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 652/2012 tat-13 ta' Lulju 2012 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190 tad-19 ta' Lulju 2012 )
F'paġna 3, fl-Anness I li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 543/2008, il-kolonna fl-ewwel tabella bl-ismijiet Ungeriżi tal-karkassi tat-tjur għandha tinqara kif ġej:
“hu
Csirke, brojlercsirke
Kakas, tyúk, sütésre vagy főzésre szánt szárnyas
Kappan
Csibe
Fiatal kakas
(Fiatal) pulyka
Pulyka
Fiatal kacsa, (fiatal) pézsmakacsa, (fiatal) Mulard-kacsa
Kacsa, pézsmakacsa, Mulard-kacsa
(Fiatal) liba
Liba
(Fiatal) gyöngytyúk
Gyöngytyúk”
F'paġna 5, fl-Anness I li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 543/2008, il-kolonna fit-tieni tabella bl-ismijiet Ungeriżi tal-qatgħat tat-tjur għandha tinqara kif ġej:
“hu
Fél
Negyed
Összefüggő combnegyedek
Mell
Comb
Csirkecomb a hát egy részével
Felsőcomb
Alsócomb
Szárny
Összefüggő szárnyak
Mellfilé
Mellfilé villacsonttal
Bőrös kacsamellfilé vagy bőrös libamellfilé (magret, maigret)
Kicsontozott pulykacomb”
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/96 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/286 tas-26 ta' Frar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 55 tas-27 ta' Frar 2018 )
Fil-paġna 16, l-Anness (li jissostitwixxi l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509), il-Parti B (Bastimenti pprojbiti milli jidħlu fil-portijiet), l-entrata 6,
minflok:
“Isem: UL JI BONG 6
Informazzjoni addizzjonali
OMI: 9114556”,
aqra:
“Isem: UL JI BONG 6
Informazzjoni addizzjonali
OMI: 9114555”.
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/97 |
Rettifika tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tat-23 ta' Diċembru 2015 )
Fil-paġna 42, il-premessa (47), it-tielet sentenza,
minflok:
“… Tali approċċ huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni Speċjali VI tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus li tipprevedi għal mekkaniżmu meta fornituri ta' servizzi ta' pagament li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta' pagament. …”,
aqra:
“… Tali approċċ huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni 14 tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus li tipprevedi għal mekkaniżmu meta fornituri ta' servizzi ta' pagament li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta' pagament.”;
Fil-paġna 62, l-Artikolu 5(2),
minflok:
“… responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati fl-Artikoli 73, 89, 90 u 92.”,
aqra:
“… responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati fl-Artikoli 73, 90 u 92.”;
Fil-paġna 86, Artikolu 52, il-punt (5)(f),
minflok:
“… tranżazzjonijiet ta' pagament skont l-Artikolu 89;”,
aqra:
“… tranżazzjonijiet ta' pagament skont l-Artikoli 89 u 90;”;
Fil-paġna 89, l-Artikolu 61(1), l-ewwel sentenza,
minflok:
“… fornitur ta' servizzi ta' pagament jistgħu jaqblu li l-Artikoli 62(1), l-Artikolu 64(3), u l-Artikoli 72, 74, 76, 77, 80 u 89…”,
aqra:
“… fornitur ta' servizzi ta' pagament jistgħu jaqblu li l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 64(3), u l-Artikoli 72, 74, 76, 77, 80, 89 u 90…”;
Fil-paġna 89, l-Artikolu 62(1), l-ewwel sentenza,
minflok:
“… għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 88(2).”,
aqra:
“… għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 88(4).”;
Fil-paġna 97, Artikolu 76(1), ir-raba' subparagrafu,
minflok:
“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta' din id-Direttiva.”,
aqra:
“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta' din id-Direttiva.”;
Fil-paġna 103, l-Artikolu 89(2), ir-raba' subparagrafu, l-ewwel sentenza,
minflok:
“Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. …”,
aqra:
“Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tielet subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. …”;
Fil-paġna 103, l-Artikolu 92(1), l-ewwel sentenza,
minflok:
“1. Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament skont l-Artikoli 73 u 89 tkun attribwibbli għal fornitur ieħor ta' servizzi ta' pagament jew għal intermedjarju, dak il-fornitur ta' servizzi ta' pagament jew intermedjarju għandu jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' pagament għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom imħallsa skont l-Artikoli 73 u 89…”,
aqra:
“1. Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' pagament skont l-Artikoli 73, 89 u 90 tkun attribwibbli għal fornitur ieħor ta' servizzi ta' pagament jew għal intermedjarju, dak il-fornitur ta' servizzi ta' pagament jew intermedjarju għandu jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' pagament għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom imħallsa skont l-Artikoli 73, 89 u 90…”;
Fil-paġna 107, l-Artikolu 99(1),
minflok:
“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti tas-servizzi ta' pagament u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' ksur allegat ta' din id-Direttiva mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament.”,
aqra:
“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti tas-servizzi ta' pagament u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' ksur allegat mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.”;
Fil-paġna 109, l-Artikolu 102(1), it-tieni sentenza,
minflok:
“… L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta' ADR ikunu applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura.”,
aqra:
“… L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta' ADR ikunu applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament.”;
Fil-paġna 110, l-Artikolu 107(1),
minflok:
“… it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 74(1)…”,
aqra:
“… ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 74(1)…”.
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/99 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/589 tat-18 ta' April 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-metanol
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 99 tad-19 ta' April 2018 )
F'paġna 9, fl-Anness,
minflok:
|
Ma għandux jitqiegħed fis-suq għall-pubbliku ġenerali wara d-9 ta' Mejju 2018 fi fluwidi għall-ħasil tal-windskrin jew biex titneħħa l-ġlata, f'konċentrazzjoni ta' 0,6 % bil-piż jew aktar.” |
aqra:
|
Ma għandux jitqiegħed fis-suq għall-pubbliku ġenerali wara d-9 ta' Mejju 2019 fi fluwidi għall-ħasil tal-windskrin jew biex titneħħa l-ġlata, f'konċentrazzjoni ta' 0,6 % bil-piż jew aktar.” |