EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 8d6bd262-1dd0-11ed-8fa0-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011

02016R0044 — MT — 28.07.2022 — 037.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/44

tat-18 ta' Jannar 2016

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011

(ĠU L 012 19.1.2016, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/466 tal-31 ta' Marzu 2016

  L 85

3

1.4.2016

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/690 tal-4 ta' Mejju 2016

  L 120

1

5.5.2016

 M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/819 tal-24 ta' Mejju 2016

  L 136

8

25.5.2016

 M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1334 tal-4 ta' Awwissu 2016

  L 212

3

5.8.2016

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1687 tal-20 ta' Settembru 2016

  L 255

12

21.9.2016

 M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1752 tat-30 ta' Settembru 2016

  L 268

77

1.10.2016

►M7

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/488 tal-21 ta' Marzu 2017

  L 76

1

22.3.2017

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/489 tal-21 ta' Marzu 2017

  L 76

3

22.3.2017

►M9

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1325 tas-17 ta' Lulju 2017

  L 185

16

18.7.2017

►M10

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1419 tal-4 ta' Awwissu 2017

  L 204

1

5.8.2017

►M11

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1423 tal-4 ta' Awwissu 2017

  L 204

80

5.8.2017

 M12

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1456 tal-10 ta' Awwissu 2017

  L 208

31

11.8.2017

 M13

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1974 tat-30 ta' Ottubru 2017

  L 281

27

31.10.2017

 M14

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2006 tat-8 ta' Novembru 2017

  L 290

17

9.11.2017

 M15

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2260 tal-5 ta' Diċembru 2017

  L 324

39

8.12.2017

 M16

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/126 tal-24 ta' Jannar 2018

  L 22

12

26.1.2018

 M17

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/166 tat-2 ta' Frar 2018

  L 31

82

3.2.2018

 M18

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/200 tad-9 ta' Frar 2018

  L 38

11

10.2.2018

►M19

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/711 tal-14 ta' Mejju 2018

  L 119

35

15.5.2018

 M20

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/870 tal-14 ta' Ġunju 2018

  L 152

1

15.6.2018

►M21

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1073 tat-30 ta' Lulju 2018

  L 194

30

31.7.2018

 M22

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1245 tat-18 ta' Settembru 2018

  L 235

1

19.9.2018

►M23

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1285 tal-24 ta' Settembru 2018

  L 240

4

25.9.2018

►M24

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1863 tat-28 ta' Novembru 2018

  L 304

1

29.11.2018

►M25

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2004 tas-17 ta' Diċembru 2018

  L 322

12

18.12.2018

 M26

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M27

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1292 tal-31 ta' Lulju 2019

  L 204

1

2.8.2019

►M28

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/371 tal-5 ta’ Marzu 2020

  L 71

5

6.3.2020

 M29

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020

  L 247

14

31.7.2020

►M30

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1309 tal-21 ta’ Settembru 2020

  L 305I

1

21.9.2020

►M31

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1380 tal-1 ta’ Ottubru 2020

  L 320

1

2.10.2020

 M32

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1481 tal-14 ta’ Ottubru 2020

  L 341

7

15.10.2020

►M33

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/538 tas-26 ta’ Marzu 2021

  L 108

8

29.3.2021

►M34

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/667 tat-23 ta’ April 2021

  L 141

1

26.4.2021

►M35

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1005 tal-21 ta’ Ġunju 2021

  L 222

1

22.6.2021

►M36

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1241 tad-29 ta’ Lulju 2021

  L 272

1

30.7.2021

►M37

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1909 tal-4 ta’ Novembru 2021

  L 389I

1

4.11.2021

►M38

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1932 tad-9 ta’ Novembru 2021

  L 396

1

10.11.2021

►M39

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2192 tat-13 ta’ Diċembru 2021

  L 445I

1

13.12.2021

►M40

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/183 tal-10 ta’ Frar 2022

  L 30

1

11.2.2022

►M41

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022

►M42

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1308 tas-26 ta' Lulju 2022

  L 198

1

27.7.2022


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 098, 14.4.2016, p.  6 (2016/466)

 C2

Rettifika, ĠU L 217, 12.8.2016, p.  81 (2016/466)

 C3

Rettifika, ĠU L 243, 10.9.2016, p.  16 (2016/466)

►C4

Rettifika, ĠU L 268, 26.10.2018, p.  92 (2018/1285)

►C5

Rettifika, ĠU L 006, 9.1.2019, p.  10 (2016/44)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/44

tat-18 ta' Jannar 2016

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii) 

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv) 

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta minn jew li huwa ġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) 

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ;

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b) 

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta', aċċess għal, jew negozjar ta' fondi b'kull mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġjar ta' portafolli;

(c) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(d) 

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi b'kull mod, li jinkludi, iżda mhux limitat, bil-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(e) 

“għajnuna teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista' tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, it-trażmissjoni ta' għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, inklużi forom verbali ta' għajnuna;

(f) 

“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011);

(g) 

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;

(h) 

“bastimenti magħżula” tfisser bastimenti magħżula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 11 tal-UNSCR 2146 (2014), kif elenkati fl-Anness V għal dan ir-Regolament;

(i) 

“il-punt fokali tal-Gvern tal-Libja” tfisser il-punt fokali maħtur mill-Gvern tal-Libja kif notifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 3 tal-UNSCR 2146 (2014).

Artikolu 2

1.  

Għandu jiġi pprojbit:

(a) 

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja, jew għall-użu fil-Libja;

(b) 

il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.  
Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' tagħmir mil-Libja li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk it-tagħmir joriġina mil-Libja kif ukoll jekk le.
3.  
Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ħwejjeġ protettivi, inklużi sdieri rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati b'mod temporanju fil-Libja mill-persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss.
4.  
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness IV jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

▼M9

Artikolu 2a

1.  

Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel:

(a) 

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, tal-oġġetti indikati fl-Anness VII, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja, jew għall-użu fil-Libja;

(b) 

għall-forniment ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti indikati fl-Anness VII jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' tali oġġetti, direttament jew indirettament, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(c) 

għall-forniment ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti indikati fl-Anness VII, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' krediti għall-esportazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għal kull għoti ta' għajnuna teknika relatata jew servizzi ta' senserija, b'mod dirett jew indirett, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja.

2.  
L-Anness VII għandu jinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.
3.  
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-oġġetti indikati fl-Anness VII, u lanqas għall-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' dawk l-oġġetti minn awtoritajiet ta' Stati Membri lill-gvern Libjan.
4.  
L-awtorità kompetenti kkonċernata ma għandhiex tagħti l-awtorizzazzjoni għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun hemm raġunijiet fondati biex wieħed jemmen li l-oġġetti jintużaw għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.
5.  
Fejn awtorità kompetenti elenkata fl-Anness IV tiċħad li tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla, tissospendi, timmodifika sostantivament jew tirrevoka awtorizzazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan u jiskambja magħhom l-informazzjoni rilevanti.

▼B

Artikolu 3

1.  

Għandu jiġi pprojbit:

(a) 

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ) (Lista Militari Komuni), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti inklużi f'dik il-lista, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(b) 

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(c) 

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għal kull għoti ta' għajnuna teknika relatata lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(d) 

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-provvista ta' persunal merċenarju armat fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(e) 

il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

2.  

B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet stabbiliti fih ma japplikawx għal:

(a) 

l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;

(b) 

ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk impjegati fl-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss;

(c) 

l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma' tagħmir militari mhux letali maħsuba biss għall-għajnuna ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-gvern Libjan;

3.  

B'deroga mill-paragrafu 1, u kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-projbizzjonijiet stabbiliti fih ma japplikawx għal:

(a) 

l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' bejgħ u forniment oħrajn ta' armi u materjal relatat;

(b) 

l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari, inklużi armi u materjal relatat li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu (a) u intiżi biss għas-sigurà jew bħala assistenza għad-diżarm għall-Gvern Libjan;

4.  
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkat fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, skont ċerti kondizzjonijiet li huma jqisu opportuni, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 4

Sabiex jiġi evitat it-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija li huma koperti mil-Lista Militari Komuni jew il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tagħhom li huwa pprojbit b'dan ir-Regolament, għall-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni mil-Libja jew lejha, flimkien mar-regoli li jirregolaw l-obbligu li jiġi pprovdut tagħrif ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif iddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolamenti (KE) Nru 450/2008 ( 2 ) u (UE) Nru 952/2013 ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-persuna li tipprovdi dak it-tagħrif għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni jew minn dan ir-Regolament u, fejn l-oġġetti esportati jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja ta' esportazzjoni mogħtija. Dawn l-elementi addizzjonali jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew bil-miktub jew bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali, skont kif ikun xieraq.

Artikolu 5

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta', li huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi II u III jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jsir disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II u III.
3.  
Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, b'mod dirett jew b'mod indirett, li jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati fis-16 ta' Settembru 2011 mill-entitajiet elenkati fl-Anness VI u li jinsabu barra mil-Libja f'dik id-data, jibqgħu ffriżati.

Artikolu 6

▼M25

1.  
L-Anness II għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 19, 22 jew 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015), il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2362(2017) jew il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2441 (2018).

▼B

2.  

L-Anness III jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi, mhux koperti mill-Anness II li:

(a) 

huma involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, inkluż il-bombardamenti mill-ajru, bi ksur tal-liġi internazzjonali, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili;

(b) 

kisru jew assistew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011), tal-UNSCR 1973 (2011) jew ta' dan ir-Regolament;

(c) 

ġew identifikati bħala li kienu involuti fil-politika repressiva tar-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, jew b'xi mod ieħor preċedentement assoċjati ma' dak ir-reġim, u li jippreżentaw riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja;

▼M35

(d) 

huma impenjati fi jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja, inkluż:

(i) 

billi jippjanaw, jidderieġu jew iwettqu atti fil-Libja li jiksru d-dritt internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii) 

b’attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;

(iii) 

billi jagħtu appoġġ lil gruppi armati jew networks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta’ żejt mhux maħdum jew kull riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv) 

billi jheddu jew iġiegħlu lill-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew billi jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe azzjoni li tista’ twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v) 

billi jiksru, jew jassistu fl-evażjoni ta’, id-dispożizzjonijiet tal-embargo tal-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament;

(vi) 

billi jostakolaw jew jimminaw l-elezzjonijiet ippjanati fil-pjan direzzjonali tal-Forum tad-Djalogu Politiku Libjan;

(vii) 

billi huma persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu għal jew f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn ta’ hawn fuq, jew billi huma entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew III; jew

▼B

(e) 

għandhom fil-pussess tagħhom jew jikkontrollaw fondi tal-Istat Libjan miżapproprijati matul dak li qabel kien ir-reġim ta' Muammar Qadhafi fil-Libja li jistgħu jintużaw biex jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha.

3.  
L-Annessi II u III jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni, entitajiet u korpi elenkati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II.
4.  
L-Annessi II u III jinkludu wkoll, fejn ikun disponibbli, informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati, kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness II għandu jinkludi wkoll id-data tan-nomina mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
5.  
L-Anness VI għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar għall-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament, kif ikun ipprodvut mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

Fir-rigward ta' persuni, entitajiet u korpi mhux innominati fl-Anness II jew III, li fihom ikollhom sehem persuna, entità jew korp innominati f'dawk l-Annessi, l-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuna, l-entità jew il-korp innominati ma għandux jipprevjeni tali persuni, entitajiet jew korpi mhux innominati milli jwettqu negozju leġittimu sakemm dan in-negozju ma jinvolvix li jsiru disponibbli xi fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuna, entità jew korp innominati.

Artikolu 8

1.  

B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a) 

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni elenkati fl-Anness II jew III jew imsemmija fl-Artikolu 5(4), u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' imposti professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

bil-kundizzjoni li, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew imsemmija fl-Artikolu 5(4), l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta' azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.

2.  

B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ffriżati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew imsemmija fl-Artikolu 5(4), il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat dwar dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat; u

(b) 

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness III, l-awtorità kompetenti nnotifikat ir-raġunijiet għala tikkunsidra li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 9

1.  

B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II u l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(4), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi in kwistjoni huma soġġetti għal garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali li tkun ingħat;

(i) 

qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ikunu ġew inklużi fl-Anness II; jew

(ii) 

qabel id-data li fiha l-entità msemmija fl-Artikolu 5(4) ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness I jew III;

(d) 

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e) 

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

2.  

B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 5 ġew inklużi fl-Anness III, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew III; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

3.  
L-Istati Membri rilevanti jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu.

Artikolu 10

B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, jew li jsiru disponibbi ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, meta huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ għal finijiet umanitarji, bħall-forniment u l-iffaċilitar tal-forniment ta' għajnuna umanitarja, il-forniment ta' materjali u provvisti meħtieġa għal ħtiġijiet ċivili essenzjali, inkluż ikel u materjali agrikoli għall-produzzjoni tiegħu, prodotti medikali u l-forniment tal-elettriku, jew għall-evakwazzjonijiet mil-Libja. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 11

1.  

B'deroga mill-Artikolui 5(4), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal wieħed jew aktar skopijiet li ġejjin:

(i) 

ħtiġijiet umanitarji;

(ii) 

karburant, elettriku u ilma għall-użu strettament taċ-ċittadini;

(iii) 

l-issoktar mil-Libja tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' idrokarburi;

(iv) 

l-istabbiliment, l-operat jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew

(v) 

l-iffaċilitar tal-issoktar tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;

(b) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-ħsieb tiegħu li jawtorizza aċċess għal fondi jew riżorsi ekonomiċi, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika;

(c) 

l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li dawk il-fondi, jew riżorsi ekonomiċi mhumiex sejrin isiru disponibbli lil jew għal benefiċċju ta' kull persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II jew III;

(d) 

l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta bil-quddiem mal-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi; u

(e) 

l-Istat Membru kkonċernat ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifiki mressqa skont il-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u l-awtoritajiet Libjani ma oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mir-rilaxx ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi.

2.  

B'deroga mill-Artikolu 5(4) u sakemm ikun hemm ħlas dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li tqajjem għal persuna, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, entità jew korp ġew innominati mill-Kunsill tas-Sigurtà u mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw, skont tali kundizzjonijiet kif iqisu xieraq, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) 

l-awtorità kompetenti kkonċernata stipulat li l-pagament ma jmurx kontra l-Artikolu 5(2) u lanqas mhuwa għall-benefiċċju ta' entità msemmija fl-Artikolu 5(4);

(b) 

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni, għaxart ijiem ta' xogħol bil-quddiem.

Artikolu 12

1.  

L-Artikolu 5(2) ma japplikax għaż-żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li okkorrew qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 5 jkun/tkun ġie/ġiet innominat(a) mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill;

(c) 

ħlasijiet dovuti skont sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1); jew

(d) 

ħlasijiet dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni, jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2),

dment li kull imgħax, qligħ u pagamenti tali oħra jkunu ffriżati skont l-Artikolu 5(1).

2.  
L-Artikolu 5(2) ma jipprekludix lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kull żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kull tranżazzjoni bħal din, mingħajr dewmien.

Artikolu 13

B'deroga mill-Artikolu 5 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III jkun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li okkorra għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat(a), qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kien/kienet innominat/innominata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(i) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III;

(ii) 

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2);

(b) 

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni għaxart ijiem qabel;

(c) 

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness III, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

Artikolu 14

B'deroga mill-Artikolu 5(2), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli lill-awtoritajiet portwali elenkati fl-Anness III fir-rigward tal-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Lulju 2011, ta' kuntratti konklużi qabel is-7 ta' Ġunju 2011, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti marbuta maż-żejt, il-gass u prodotti taż-żejt raffinat. L-Istat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 15

▼M10

1.  
Għandu jiġi pprojbiti t-tagħbija, it-trasport jew ir-rimi ta' żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi raffinati mil-Libja fuq bastimenti indikati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru sakemm mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru wara konsultazzjoni mal-punt fokali tal-Gvern tal-Libja.

▼B

2.  
Għandu jiġi pprojbit li jiġi aċċettat jew li jingħata aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni lil bastimenti nominati, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
3.  
Il-miżura stabbilita fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika fejn id-dħul għal xi port fit-territorju tal-Unjoni jkun meħtieġ għal xi ispezzjoni, f'każ ta' emerġenza jew fejn il-bastiment ikun qiegħed jirritorna lejn il-Libja.
4.  
L-għoti minn ċittadini tal-Istati Membri jew minn territorji tal-Istati Membri ta' servizzi ta' proviżjonament jew ta' forniment ta' bastimenti, jew kull servizz ieħor ta' bastimenti, lil bastimenti nominati, inkluż il-forniment ta' karburant jew provvisti, għandu, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ikun ipprojbit.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri identifikati fl-Anness IV jistgħu jagħtu eżenzjonijiet għall-miżura imposta mill-paragrafu 4 fejn dawn ikunu meħtieġa għal għanijiet umanitarji jew ta' sikurezza, jew meta l-bastiment jirritorna lejn il-Libja. Kull awtorizzazzjoni bħal din għandha tiġi notifikata bil-miktub lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u lill-Kummissjoni.

▼M10

6.  
It-tranżazzjonijiet finanzjarji inkluż il-bejgħ, l-użu bħala kreditu u l-ħruġ ta' assigurazzjoni tat-trasport, fir-rigward taż-żejt mhux maħdum, inkluż iż-żejt mhux raffinat u l-prodotti petrolifiċi raffinati abbord ta' bastimenti indikati, għandhom ikunu pprojbiti, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Tali projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-aċċettazzjoni ta' taxxi portwali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 16

1.  
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta' kull tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.
2.  
Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx iwasslu għal ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri li jinsabu f' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

1.  

L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kull kuntratt jew transazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjali, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dak it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, partikolarment garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a) 

persuni, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness II jew III;

(b) 

kull persuna, entità jew korp ieħor Libjan, inkluż il-gvern Libjan;

(c) 

kull persuna, entità jew korp li jaġixxi permezz ta', jew f'isem, waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew (b).

2.  
F'kull proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tat-talba mhux projbit mill-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna li titlob l-infurzar ta' dik il-pretensjoni.
3.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 18

1.  

Mingħajr preġudizju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi:

(a) 

jipprovdu minnufih kull informazzjoni li tista' tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness IV, u jittrasmettu din l-informazzjoni direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

(b) 

jikkooperaw ma' dik l-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  
Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skont dan l-Artikolu tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet milqugħa.
3.  
Il-paragrafu 2 ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jikkondividu dak it-tagħrif, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Libja u ma' Stati Membri oħrajn fejn meħtieġ bl-iskop tal-għajnuna fl-irkupru ta' assi miżapproprjati.

Artikolu 19

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom ifornu lil xulxin b'kull informazzjoni oħra rilevanti, b'rabta ma' dan ir-Regolament, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 20

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li:

(a) 

temenda l-Anness IV abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri;

(b) 

temenda l-Anness V skont l-emendi fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafi 11 u 12 tal-UNSCR 2146 (2014).

▼M9

(c) 

temenda l-Anness VII jiġi tirfina jew tadatta l-lista ta' prodotti inklużi li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin jew sabiex taġġorna l-kodiċijiet tan-nomenklatura min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

▼M7

Artikolu 21

1.  
Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi lil dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness II jew VI.
2.  
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissuġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(2), huwa għandu jemenda l-Anness III kif meħtieġ.
3.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, filwaqt li lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp tingħatalhom l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
4.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif meħtieġ.
5.  
Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddeċiedi li jneħħi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, mil-lista jew li jemenda d-data ta' indentifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness II jew VI kif meħtieġ.
6.  
Il-lista fl-Anness III għandha tiġi eżaminata mill-ġdid f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

▼B

Artikolu 22

1.  
L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.

Artikolu 23

F'dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li jsir xi tip ieħor ta' komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness IV.

Artikolu 24

Dan ir-Regolament japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) 

għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d) 

għal kull persuna legali, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tal-Istat Membru;

(e) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 25

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LISTA TA' TAGĦMIR LI JISTA' JINTUŻA GĦAL REPRESSJONI INTERNA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 2, 3 U 4

1. Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej:

1.1 

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 4 ) (il-Lista Militari Komuni);

1.2 

Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

1.3 

Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

3. Vetturi kif ġej:

3.1 

Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma iddisinjat jew immodifikat speċifikament bl-iskop tal-kontroll ta' rvellijiet;

3.2 

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw l-attakkanti;

3.3 

Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta' bini bi protezzjoni ballistika;

3.4 

Vetturi ddiżinjati speċjalment għat-trasport u t-trasferiment ta' priġunieri u/jew persuni arrestati;

3.5 

Vetturi ddiżinjati speċjalment biex jiskjeraw barrieri mobbli;

3.6 

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1: Dan il-punt ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament iddisinjati għall-finijiet ta' tifi tan-nar.

Nota 2: Għall-finijiet tal-element 3.5, it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4. Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1 

Apparat u strumenti ddisinnjati b'mod speċjali biex jagħtu bidu għall-isplużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inkluż settijiet ta' l-isparar, detonaturi, apparat li jqabbad, busters u korda tad-detonaturi, u komponenti ddisinnjati b'mod speċjali għal dak l-iskop; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operar b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2 

Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

4.3 

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

(a) 

amatol;

(b) 

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c) 

nitroglikol;

(d) 

tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);

(e) 

klorur tal-pikril;

(f) 

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mil-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

5.1 

Korazzi tal-persuna li jipprovdi protezzjoni ballistika u/jew ta' feriment;

5.2 

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi.

Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

— 
tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;
— 
tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer iddisinjat speċifikament għalihom.

7. Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

8. Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta'.

9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

10. Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat apposta għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

▼M8




ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1)

A.   Persuni

▼M28

6.    Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451

▼M8

7.    Isem: 1: ABU 2: BAKR 3: YUNIS 4: JABIR

Titlu: Maġġur Ġeneral Deżinjazzjoni: Ministru għad-Difiża. Data tat-twelid: 1952 Post tat-Twelid: Jalo, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/ search/un/5525775

8.    Isem: 1: MATUQ 2: MOHAMMED 3: MATUQ 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet Data tat-Twelid: 1956 Post tat-Twelid: Khoms, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525795

▼M28

9.    Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815

▼M8

10.    Isem: 1: HANNIBAL 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:20 ta' Settembru 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B/002210 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Lebanon (F'kustodja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525835

11.    Isem: 1: KHAMIS 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525855

12.    Isem: 1: MOHAMMED 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1970 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkata fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525875

13.    Isem: 1: MUAMMAR 2: MOHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Data tat-Twelid: 1942 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525895

14.    Isem: 1: MUTASSIM 2: QADHAFI 3: na 4: na

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Konsulent Nazzjonali tas-Sigurtà Data tat-Twelid: a) 1976 b)5 ta' Frar 1974Post tat-Twelid: Tripoli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: a) Almuatesem Bellah Muammer Qadhafi b) Mutassim Billah Abuminyar Qadhafi Psewdonimu inqas affidabbli.: a) Muatasmblla b) Muatasimbllah c) Moatassam Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B/001897 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Allegatament miet f'Sirte, il-Libja, fl-20 ta' Ottubru 2011. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525915

▼M40

15.    Isem: 1: SAADI 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a)27 ta' Mejju 1973b)1 ta' Jannar 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) 014797 b) 524521 c) Numru Libjan AA862825, maħruġ fid-19 ta' Mejju 2021, maħruġ fi Tripli (jiskadi fit-18 ta' Mejju 2029) Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (detenut) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-28 ta' Jannar 2022, is-26 ta' Marzu 2015, it-2 ta' April 2012, l-14 ta' Marzu 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

▼M8

16.    Isem: 1: SAIF AL-ARAB 2: QADHAFI 3: na 4: na

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1982 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525955

17.    Isem: 1: SAIF AL-ISLAM 2: QADHAFI 3: na 4: na

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Direttur, Fondazzjoni Qadhafi Data tat-Twelid:25 ta' Ġunju 1972Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B014995 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: libertà ta' moviment ristretta f'Zintan, il-Libja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525975

18.    Isem: 1: ABDULLAH 2: AL-SENUSSI 3: na 4: na

Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari Data tat-Twelid: 1949 Post tat-Twelid: Is-Sudan Psewdonimu affidabbli: a) Abdoullah Ould Ahmed (Nru tal-Passaport: B0515260; Data tat-twelid: 1948; Post tat-Twelid: Anefif (Kidal), il-Mali; Data tal-ħruġ: 10 ta' Jannar 2012; Post tal-ħruġ: Bamako, il-Mali; Data ta' skadenza: 10 ta' Jannar 2017.) b) Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-identifikazzjoni tal-Mali 073/SPICRE; Post tat-Twelid: Anefif, il-Mali; Data tal-ħruġ: 6 ta' Diċembru 2011; Post tal-ħruġ: Essouck, il-Mali) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: f'kustodja fil-Libja.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, 21 ta' Marzu 2013) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525995

19.    Isem: 1: SAFIA 2: FARKASH 3: AL-BARASSI 4: na

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239, data tal-ħruġ 4 ta' Mejju 2014, skadenza 3 ta' Mejju 2024.) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 98606491 Indirizz: a) is-Saltna tal-Oman b) (Post preżunt — l-Eġittu) Elenkata fi:24 ta' Ġunju 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016, 26 ta' Marzu 2015, 26 ta' Settembru 2014, 4 ta' Settembru 2012) Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526015

20.    Isem: 1: ABDELHAFIZ 2: ZLITNI 3: na 4: na

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja Elenkat fi:24 ta' Ġunju 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014) Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526035

▼M23

21.    Isem: 1: ERMIAS 2: ALEM 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Madwar l-1980 Post tat-Twelid: Eritrea Psewdonimu affidabbli: Ermias Ghermay, Guro Psewdonimu inqas affidabbli: a) Ermies Ghermay b) Ermias Ghirmay Nazzjonalità:: Eritrea Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: (Indirizz magħruf: Tripoli, Tarig sure nru. 51, probabbilment telaq lejn Sabratha fl-2015.) Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Teżisti dokumentazzjoni estensiva minn diversi sorsi affidabbli dwar Ermias Alem, inkluż investigazzjonijiet kriminali, li jidentifikawh bħala wieħed mill-aktar atturi importanti tal-Afrika sub-Saħarjana involut fit-traffikar ta' migranti fil-Libja. Ermias Alem huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika għall-kosta tal-Libja u lil hinn lejn il-pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn hu rappurtat li qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-migranti. Huwa jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' netwerks Libjani ta' faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali bħal dak ta' Mustafa, u huwa meqjus bħala “il-katina tal-provvista tal-Lvant” tagħhom. In-netwerk tiegħu jibda mis-Sudan u jasal sal-kosta tal-Libja u l-Ewropa (l-Italja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit) u l-Istati Uniti. Alem jikkontrolla kampijiet ta' detenzjoni privati fl-inħawi tal-kosta tal-majjistral tal-Libja fejn jinżammu l-migranti taħt detenzjoni, u fejn seħħew abbużi gravi fuq il-migranti. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn Sabratha jew Zawiya. F'dawn l-aħħar snin, Alem organizza bosta vjaġġi perikolużi fuq il-baħar, fejn espona lill-migranti (inkluż għadd kbir ta' minorenni) għar-riskju tal-mewt. Il-Qorti ta' Palermo (l-Italja) ħarġet mandati ta' arrest fl-2015 kontra Ermias Alem b'rabta mal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali ta' eluf ta' migranti f'ċirkostanzi inumana, fosthom l-inkaljar tal-bastimenti fit-13 ta' Ottubru 2013 qrib Lampedusa fejn mietu 266 persuna.

22.    Isem: 1: FITIWI 2: ABDELRAZAK 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30-35 sena) Post tat-Twelid: Massaua, Eritrea Psewdonimu affidabbli: Abdurezak, Abdelrazaq, Abdulrazak, Abdrazzak Psewdonimu inqas affidabbli: Fitwi Esmail Abdelrazak Nazzjonalità: Eritreaa Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Fitiwi Abdelrazak huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika lejn il-kosta tal-Libja u minn hemm lejn pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Fitiwi Abdelrazak ġie identifikat minn sorsi miftuħa u f'diversi investigazzjonijiet kriminali bħala wieħed mill-ogħla atturi responsabbli għall-esplojtazzjoni u l-abbuż ta' għadd kbir ta' migranti fil-Libja. Abdelrazak għandu kuntatti estensivi fi ħdan in-netwerks ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fil-Libja u kiseb ġid enormi permezz tat-traffikar illeċitu tal-migranti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. In-netwerk tiegħu huwa magħmul minn ċelloli li jilħqu mis-Sudan sal-Libja, l-Italja u lejn pajjiżi ta' destinazzjoni għall-migranti. Il-migranti fil-kampijiet tiegħu jinxtraw ukoll minn partijiet oħrajn, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni oħra lokali. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn il-kosta Libjana. Abdelrazak organizza għadd kbir ta' vjaġġi marittimi perikolużi, li jesponu lill-migranti (inkluż minorenni) għar-riskju tal-mewt. Abdelrazak huwa marbut ma' tal-anqas żewġ nawfraġji b'konsegwenzi fatali bejn April 2014 u Lulju 2014.

▼M28

23.    Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/

Informazzjoni addizzjonali

Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.

Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-“kaliff” ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.

▼C4

24.    Isem: 1: MUS'AB 2: MUSTAFA 3: ABU AL QASSIM 4: OMAR

▼M23

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:19 ta' Jannar 1983Post tat-twelid: Sabratha, Libja Psewdonimu affidabbli: Mus'ab Abu Qarin Psewdonimu inqas affidabbli: a) ABU-AL QASSIM OMAR Musab Boukrin b) The Doctor c) Al-Grein Nazzjonalità: Libja Numru tal-passaport: a) 782633, maħruġ fil-31 ta' Mejju 2005b) 540794, maħruġ fit-12 ta' Jannar 2008Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/

Informazzjoni addizzjonali

Mus'ab Mustafa huwa meqjus bħala attur ċentrali fit-traffikar tal-bnedmin u fl-attivitajiet ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fiż-żona ta' Sabratha, iżda jopera wkoll minn Zawiya u Garibulli. In-netwerk transnazzjonali tiegħu jkopri il-Libja, destinazzjonijiet Ewropej, pajjiżi sub-Saħarjani għar-reklutaġġ ta' migranti u pajjiżi Għarab għas-settur finanzjarju. Sorsi affidabbli ddokumentaw il-kollużjoni li kellu fir-rigward tat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali ma' Ermias Alem, li jieħu ħsieb “il-katina tal-provvista tal-Lvant” f'isem Mustafa. Hemm evidenza li Mustafa żamm relazzjonijiet ma' atturi oħra fin-negozju tat-traffikar, b'mod partikolari Mohammed al-Hadi (kuġinuh u kap tal-brigata al-Nasr, ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) f'Zawiya. Dak li qabel kien kompliċi ta' Mustafa, li issa qed jikkoopera mal-awtoritajiet Libjani, isostni li Mustafa organizza vjaġġi bil-baħar għal 45 000 ruħ fl-2015 biss, u b'hekk espona l-migranti (fosthom minorenni) għar-riskju tal-mewt. Mustafa huwa l-organizzatur ta' vjaġġ fit-18 ta' April 2015 fejn bastiment spiċċa f'nawfraġju fil-Kanal ta' Sqallija u ħalla 800 persuna mejta. Evidenza, inkluż minn Bord ta' Esperti tan-NU, tiddokumenta li huwa responsabbli għad-detenzjoni ta' migranti f'kundizzjonijiet brutali, inkluż fi Tripli qrib iż-żona ta' Al-Wadi u lokalitajiet mal-baħar qrib Sabratha fejn jinżammu l-migranti. Ġie rappurtat li Mustafa kien qrib tal-klann ta' al-Dabbashi f'Sabratha, sakemm inqalgħet ġlieda fuq “taxxa tal-protezzjoni”. Sorsi rrappurtaw li Mustafa ħallas persuni qrib ta' estremisti vjolenti fiż-żona ta' Sabratha, bi skambju għall-approvazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni illegali f'isem gruppi ta' estremisti vjolenti, li jibbenefikaw finanzjarjament mill-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali. Mustafa għandu konnessjonijiet ma' netwerk ta' faċilitaturi tal-immigrazzjoni illegali magħmul minn gruppi armati Salafi fi Tripli, Sebha u Kufra.

▼M28

25.    Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala “skjavi sesswali”. Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.

▼M23

26.    Isem: 1: ABD 2: AL-RAHMAN 3: AL-MILAD 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Gwardja tal-Kosta f'Zawiya Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (29 sena) Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Rahman Salim Milad b) al-Bija Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, il-Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Abd al Rahman al-Milad imexxi l-unità reġjonali tal-Gwardja tal-Kosta ta' Zawiya li tissemma' konsistentement b'rabta mal-vjolenza kontra migranti u faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali oħrajn. Il-Bord ta' Esperti tan-NU jiddikjara li Milad, u membri oħrajn tal-gwardja tal-kosta, huma direttament involuti fl-għeriq ta' dgħajjes tal-migranti bl-użu ta' armi tan-nar. Al-Milad jikkollabora ma' faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali bħal Mohammed al-Hadi (ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) li, skont ċerti sorsi, qed jipprovdilu protezzjoni li tippermettilu jwettaq operazzjonijiet illeċiti relatati mat-traffikar tal-migranti u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Bosta xhieda f'investigazzjonijiet kriminali ddikjaraw li nġabru mill-baħar minn irġiel armati fuq bastiment tal-Gwardja tal-Kosta msejjaħ Tallil (użat minn al-Milad) u ttieħdu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' al-Nasr, fejn allegatament jinżammu f'kundizzjonijiet brutali u jiġu msawwta.

▼M28

27.    Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11(b), 11(c) u 11(d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali

— 
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta’ reati.
— 
Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta’ Ġunju 2018.
— 
L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.
— 
L-attakki b’mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.
— 
Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b’mod illegali.
— 
Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun “tan-nofs qamar taż-żejt”.
— 
Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tagħha, qed taħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u tikkostitwixxi ostkolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

▼M24

28.    Isem: 1: SALAH 2: BADI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant għoli tal-front Al-Somood, grupp armat kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (GNA) magħruf ukoll bħala Fakhr jew “L-Unur tal-Libja”, u tal-brigata Al Marsa, minn Misrata, tat-Tarka Ċentrali Data tat-Twelid: mhix disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: mhix disponibbli Nru tal-Passaport:: mhux disponibbli Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux Elenkat fi: 16 ta' Novembru 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); il-paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014) u l-paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali:

— 
Salah Badi konsistentement ipprova jdgħajjef soluzzjoni politika fil-Libja permezz tal-appoġġ tiegħu għal reżistenza armata. Evidenza minn sors miftuħ tikkonferma li Salah Badi huwa kmandant għoli tal-front Al-Somood, grupp armat kontra l-GNA magħruf ukoll bħala Fakhr jew “L-Unur tal-Libja”, u tal-brigata Al Marsa, minn Misrata, tat-Tarka Ċentrali.
— 
Huwa kellu rwol ewlieni fil-ġlied reċenti fi Tripli li beda fis-27 ta' Awwissu 2018, u li fih mietu mill-inqas 115-il persuna, fil-biċċa kbira tagħhom ċivili. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu kienu msemmija b'mod speċifiku mill-UNSMIL meta appellat lill-partijiet kollha fil-ġlied biex iwaqqfu l-atti ta' vjolenza (u fakkrithom li attakki kontra ċivili u stallazzjonijiet ċivili huma projbiti mid-dritt umanitarju internazzjonali).
— 
Fi tmiem l-2016 u tul l-2017, Salah Badi mexxa l-milizzji kontra l-GNA f'attakki fi Tripli f'tentattivi ripetuti biex ineħħu mill-poter il-GNA u jirrestawraw il-“Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali” mhux rikonoxxut ta' Khalifa Ghwell. Fil-21 ta' Frar 2017, Badi deher ħdejn tankijiet tal-gwerra f'vidjo fuq Youtube li ġie rreġistrat barra l-lukanda Rixos fi Tripli, u hedded li jikkonfronta l-Gvern Mhux Rikonoxxut ta' Kunsens Nazzjonali. Fis-26 u s-27 ta' Mejju 2017, il-forzi ta' Fakhr Libja (“L-Unur tal-Libja”) immexxija minn Salah Badi attakkaw siti fi Tripli inkluż iż-żona Abu Sleem u t-triq għall-ajruport. Rapporti affidabbli mill-media, ikkorroborati mill-media soċjali, stqarrew li l-forzi ta' Badi użaw tankijiet tal-gwerra u artillerija tqila fl-attakk.

▼M37

29.    Isem: 1: OSAMA 2: AL KUNI 3: IBRAHIM 4: mhux disponibbli

Titlu: Maniġer taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Al Nasr f'Zawiyah Titlu: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976Post tat-Twelid: Tripli, Libja Kwalità tajba magħruf ukoll bħala.: a) Osama Milad b) Osama al-Milad c) Osama Zawiya d) Osama Zawiyah e) Osama al Kuni Kwalità ħażina magħruf ukoll bħala: mhux disponibbli Nazzjonalità: Nru tal-Passaport tal-Libja: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiyah, Libja Elenkat fi: 25 ta' Ottubru 2021Informazzjoni oħra: Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata tkun direttament, u/jew permezz ta' subordinati involuti fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Elenkat skont il-paragrafi 11(a), 11(f) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2441 (2018).

Informazzjoni addizzjonali

Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata tkun direttament, u/jew permezz ta' subordinati, kienet involuta fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru d-dritt internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Għal snin sħaħ, iċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr f'Zawiyah ġie identifikat fil-pubbliku u f'rapporti kunfidenzjali li jiddeskrivu s-sitwazzjoni mwiegħra tal-migranti u ta' dawk li jfittxu l-ażil fil-Libja, inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u t-traffikar tal-bnedmin. L-organizzazzjonijiet umanitarji u l-vittmi tat-traffikar identifikaw b'mod konsistenti lill-persuna kkonċernata bħala l-maniġer de facto taċ-ċentru tad-detenzjoni. Tliet individwi li kienu qed jaħdmu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr ingħataw sentenzi ta' ħabs għat-tortura tal-migranti fiċ-ċentru ta' detenzjoni.

▼B




ANNESS III

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)

A.   Persuni



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

▼M27 —————

▼B

►M27  1. ◄

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Ħaten Muammar Qadhafi.

Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

▼M21 —————

▼B

►M27  2. ◄

ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

▼M36 —————

▼B

►M27  4. ◄

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

►M27  5. ◄

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

▼M38 —————

▼B

►M27  7. ◄

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

►M27  8. ◄

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

▼M34 —————

▼B

►M27  10. ◄

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

►M27  11. ◄

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963

Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013)

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

►M27  12. ◄

MANSOUR, Abdallah

Data tat-twelid: 8.7.1954

Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013)

Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

▼M5 —————

▼M27 —————

▼B

►M27  13. ◄

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbli għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

►M27  14. ◄

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar Qadhafi. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil tad-dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

▼M42

15.

AL QADHAFI, Quren Salih Quren

magħruf ukoll bħala Akrin Akrin Saleh, Al Qadhafi Qurayn Salih Qurayn, Al Qadhafi Qu'ren Salih Qu'ren, Salah Egreen

Sess: raġel

Ex ambaxxatur Libjan għaċ-Chad. Telaq miċ-Chad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim tad-deċedut Muammar Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Membru tal-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Libja (PFLL), partit tal-milizzja u politiku leali lejn id-deċedut Muammar Qadhafi. Involut fid-dgħajfien tat-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja billi oppona lin-NU u dgħajjef il-proċess politiku ffaċilitat min-NU, inkluż il-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan (LPDF), u b’hekk ħoloq riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja.

12.4.2011

▼B

►M27  16. ◄

AL KUNI, il-Kurunell Amid Husain

Status/post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Ex Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

▼M31 —————

▼M33 —————

▼M31 —————

▼M42 —————

▼M30

21.

DIAB, Moussa

magħruf ukoll bħala DIAB, Mousa

Sess: raġel

Moussa Diab huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fosthom traffikar ta' bnedmin u l-ħtif, l‐istupru u l-qtil ta' migranti u refuġjati, u involva ruħu direttament fihom.

Huwa żamm migranti u refuġjati maqbuda f'kamp ta' detenzjoni illegali qrib Bani Walid, fejn ġew ittrattati b'mod inuman u degradanti. Diversi migranti u refuġjati nqatlu meta ppruvaw jaħarbu mill-kamp ta' detenzjoni.

21.9.2020

▼M42

22.

Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

(Евгений Викторович Пригожин

Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1961

Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa negozjant Russu b’rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-Wagner Group, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja.

B'dan il-mod, Prigozhin hu involut fl-attivitajiet u jipprovdi appoġġ lill-attivitajiet tal-Grupp Wagner fil-Libja li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż.

B'mod partikolari, il-Grupp Wagner hu involut fi ksur multiplu u ripetut tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fl-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, inkluż it-twassil ta' armi u l-iskjerament ta' merċenarji fil-Libja b'appoġġ għall-Armata Nazzjonali Libjana. Il-Grupp Wagner ipparteċipa f'operazzjonijiet militari multipli kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali approvat min-NU u kkontribwixxa biex jikkawża danni lill-istabbiltà tal-Libja u jimmina l-proċess ta' paċi.

15.10.2020

▼M39

23.

KUZNETSOV, Aleksandr (Alexander) Sergeevich

(Александр Сергеевич КУЗНЕЦОВ)

Pożizzjoni(jiet): Kmandant tal-Ewwel Kumpanija ta’ Attakk u Rikonjizzjoni tal-Grupp Wagner

Sinjal tas-sejħa: Ratibor

Data tat-twelid: 8 ta’ Ottubru 1977

Post tat-twelid: Nikolskolye, ex USSR (ex Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi) (issa l-Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

ID tal-Grupp Wagner: M-0271

Ġeneru: maskil

Aleksandr Sergeevich Kuznetsov jappartjeni għall-istruttura ta’ kmand tal-Grupp Wagner, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja. Ħa l-kmand tal-Ewwel Kumpanija ta’ Attakk u Rikonjizzjoni tal-Grupp Wagner fl-2014. Huwa ndarab f’Settembru 2019 fil-Libja waqt li kien qed jiġġieled flimkien mal-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali Libjana (NLA) bħala kmandant tal-aġenti militari tal-Grupp Wagner. Permezz tal-pożizzjoni u l-azzjonijiet tiegħu, Kuznetsov huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-Grupp Wagner li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja.

13.12.2021

▼C5

B.   Entitajiet



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Arab African Investment Company — LAAICO

(magħrufa wkoll bħala LAICO)

Sit: http://www.laaico.com Kumpannija stabbilita fl-1981, 76351 Janzour, il-Libja. 81370 Tripli, il-Libja Tel. 00 218 (21) 4890146 – 4890586 - 4892613 Fax 00 218 (21) 4893800 - 4891867 email: info@laaico.com

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

2.

Fondazzjoni Internazzjonali Qadhafi għall-Karità u l-Iżvilupp

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripli –LIBJA

PoBox: 1101 – Telefon: (+ 218) 214778301 — Fax (+ 218) 214778766; email: info@gicdf.org

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

3.

Fondazzjoni Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

4.

Libyan Jamahirya Broadcasting Corporation

Dettalji ta' kuntatt: tel. 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; email: info@ljbc.net

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Involuta f'tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' miżinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

5.

Korpi tal-Gwardji Revoluzzjonarji

 

Assoċjati mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

6.

Libyan Agricultural Bank (magħruf ukoll bħala Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae; magħruf ukoll bħala Libyan Agricultural Bank)

Fiż-żona ta' El Ghayran, Ganzor El Sharqya, P.O. Box 1100, Tripli, il-Libja; Al Jumhouria Street, East Junzour, Al Gheran, Tripli, il-Libja; Indirizz elettroniku agbank@agribankly.org; SWIFT/BIC AGRULYLT (Libja);

Nru tat-Tel. (218)214870586;

Nru tat-Tel. (218) 214870714;

Nru tat-Tel. (218) 214870745;

Nru tat-Tel. (218) 213338366;

Nru tat-Tel. (218) 213331533;

Nru tat-Tel. (218) 213333541;

Nru tat-Tel. (218) 213333544;

Nru tat-Tel. (218) 213333543;

Nru tat-Tel. (218) 213333542;

Nru tal-Fax (218) 214870747;

Nru tal-Fax (218) 214870767;

Nru tal-Fax (218) 214870777;

Nru tal-Fax (218) 213330927;

Nru tal-Fax (218) 213333545

Sussidjarju Libjan tal-Bank Ċentrali tal-Libja.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

7.

Al-Inma Holding Co. for Services Investments

 

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

8.

Al-Inma Holding Co. For Industrial Investments

 

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

9.

Al-Inma Holding Company for Tourism Investment

Hasan al-Mashay Street (qrib Zawiyah Street) Nru tat-Tel. (218) 213345187 Fax +218.21.334.5188 email: info@ethic.ly

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

10.

Al-Inma Holding Co. for Construction and Real Estate Developments

 

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

11.

LAP Green Networks (magħrufa wkoll bħala Lap GreenN, LAP Green Holding Company)

9th Floor, Ebene Tower, 52, Cybercity, Ebene, Mauritius

Sussidjarja Libjana ta' Libyan Africa Investment Portfolio.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

12.

Sabtina Ltd

530-532 Elder Gate, Elder House, Milton Keynes, ir-Renju Unit Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 01794877 (UK)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fir-Renju Unit.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

13.

Ashton Global Investments Limited (BVI)

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1510484 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority. inkorporat fil-BVI

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

14.

Capitana Seas Limited

 

Entità inkorporata fil-BVI proprjetà ta' Saadi Qadhafi.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

15.

Kinloss Property Limited (BVI)

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1534407 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-BVI.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

16.

Baroque Investments Limited

c/o ILS Fiduciaries (IOM) Ltd, First Floor, Millennium House, Victoria Road, Douglas, Isle of Man Informazzjoni oħra: Reg no 59058C (IOM)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporat fl-IOM.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

▼M30

17.

Sigma Airlines

magħrufa wkoll bħala Sigma Aviation; Air Sigma

Indirizz:

Markov Str. 11

050013, Almaty, Kazakhstan

Tel.: +77272922305

Sit web: https://airsigma.pro/

Irreġistrata bl-isem: Kenesbayev Umirbek Zharmenovich

Sigma Airlines hija kumpannija tal-ajru tal‐merkanzija kummerċjali li topera inġenji tal-ajru li nstabu li kisru l-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fil‐UNSCR 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan‐Nazzjonijiet Uniti u traspost fl-Artikolu 1 tad‐Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

In-NU identifikat lil Sigma Airlines bħala waħda mill‐fornituri kummerċjali tal‐merkanzija bl-ajru li joperaw f'nuqqas ta' konformità mal-embargo tan‐NU fuq it-trasferiment ta' materjal militari lejn il-Libja.

21.9.2020

18.

Avrasya Shipping

Indirizz:

Liman Mh. Gezi Cd. No:22/3 İlkadım, Samsun, Turkey

Tel.: +90 549 720 1748

Indirizz elettroniku: info@avrasyashipping.com

Sit web: http://www.avrasyashipping.com/iletisim

Avrasya Shipping hija kumpannija marittima li topera bastiment imsejjaħ Cirkin li nstab li kiser l‐embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fil-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl‐Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

B'mod partikolari, Cirkin instab li kien marbut mat-trasport ta' materjal militari lejn il-Libja f'Mejju u Ġunju 2020.

21.9.2020

19.

Med Wave Shipping

Indirizz:

Office 511, 5th Floor, Baraka Building, Dauwar Al-Waha, Jordan;

Adel Al-Hojrat building n°3, 1rst Floor, opposite Swefieh, Mall-Swefieh Po Box 850880 Amman, 11185 Jordan;

Ground Floor, Orient Queen Homes Building, John Kennedy, Ras Beirut, Lebanon

Tel.: +962787064121; +96265865550; +96265868550

Indirizz elettroniku: operation@medwave.co

Med Wave Shipping hija kumpannija marittima li topera bastiment imsejjaħ Bana li nstab li kiser l‐embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fil-UNSCR 1970 (2011), u traspost fl‐Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

B'mod partikolari, Bana instab li kien marbut mat‐trasport ta' materjal militari lejn il-Libja f'Jannar 2020.

21.9.2020

▼B




ANNESS IV

LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI FL-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8(1), 9(1), 13 U 18(1) U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

▼M41

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

▼M11




L-ANNESS V

LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FIL-PUNT (H) TAL-ARTIKOLU 1 U L-ARTIKOLU 15 U MIŻURI APPLIKABBLI KIF SPEĊIFIKAT MILL-KUMITAT TAS-SANZJONIJIET

▼M19 —————

▼M8




ANNESS VI

LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(4)

1.    Isem: LIBYAN INVESTMENT AUTHORITY

Psewdonimu: Libyan Foreign Investment Company (LFIC) Psewdonimu preċedenti:: mhux disponibbli Indirizz:1 Fateh Tower Office, No 99 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103, il-LibjaElenkata fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 2009. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526075

2.    Isem: LIBYAN AFRICA INVESTMENT PORTFOLIO

Psewdonimu: mhux disponibbli Psewdonimu preċedenti: mhux disponibbli Indirizz:Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-LibjaElenkata fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 2009. Web Link tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525715

▼M9




ANNESS VII

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2a

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura huma meħuda min-Nomenklatura Magħquda (NM) kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni u huma indikati fl-Anness I għalih, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat minn leġislazzjoni sussegwenti.



 

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

 

8407 21

magni outboard għall-propulsjoni fuq il-baħar (spark ignition)

Ex

8408 10

magni outboard għall-propulsjoni fuq il-baħar (compression ignition)

Ex

8501 31

Magni outboard tal-elettriku għall-propulsjoni fuq il-baħar, bi produzzjoni ta' mhux aktar minn 750 W

Ex

8501 32

Magni outboard tal-elettriku għall-propulsjoni fuq il-baħar, bi produzzjoni ta'aktar minn 750 W iżda mhux aktar minn 75 kW

Ex

8903 10

bastimenti pnewmatiċi għall-passatemp jew l-isports

Ex

8903 99

dgħajjes bil-mutur outboard



( 1 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

( 2 ) Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).

( 3 ) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 4 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

Top