This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2009:042:FULL
Official Journal of the European Union, C 42, 20 February 2009
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 42, 20 ta' Frar 2009
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 42, 20 ta' Frar 2009
|
ISSN 1725-5198 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2009/C 042/01 |
||
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 042/02 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE — Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2009/C 042/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.4835 — Hexion/Huntsman) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kunsill |
|
|
2009/C 042/04 |
Lista ta' ħatriet imwettqin mill-Kunsill — Diċembru 2008 (Qasam soċjali) |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 042/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2009/C 042/06 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
2009/C 042/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5451 — CNP Assurances/CNP Unicredit Life) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2009/C 042/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5474 — Lagardère/Sumitomo/HFG) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
Rettifikazzjonijiet |
|
|
2009/C 042/09 |
||
|
2009/C 042/10 |
||
|
|
||
|
2009/C 042/11 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) b'applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/…/ĠAI
(2009/C 42/01)
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni b'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mibgħuta lill-KEPD fis-27 ta' Mejju 2008.
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. OSSERVAZZJONIJIET PRELIMINARI
|
1. |
Fis-27 ta' Mejju 2008 l-Kummissjoni adottat Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/…/ĠAI (minn hawn 'il quddiem: “il-proposta”) (1). B'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-proposta ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għal konsultazzjoni. |
|
2. |
Il-proposta timmira li timplimenta l-Artikolu 11 tad-deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta' informazzjoni meħuda mir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri (2), (minn hawn 'il quddiem: id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill) sabiex tinbena u tkun żviluppata sistema kompjuterizzata ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri (3). Kif imniżżel fl-Artikolu 1 tagħha, hi tistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) u tistabbilixxi wkoll l-elementi ta' format standardizzat għal-iskambju elettroniku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti implimentattivi ġenerali u tekniċi oħra sabiex ikunu organzizati u ffaċilitati l-iskambji tal-informazzjoni. |
|
3. |
Il-KEPD jilqa' li hu jiġi kkonsultat u jirrakkomanda li ssir referenza għal din il-konsultazzjoni fil-premessi tal-proposta, b'mod simili għal numru ta' testi leġislattivi oħra li l-KEPD kien ikkonsultat dwarhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
II. SFOND U KUNTEST
|
4. |
Il-KEPD ifakkar li hu ta opinjoni dwar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill fid-29 ta' Mejju 2006. Xi elementi ta' din l-opinjoni li ta' min ifakkar huma:
|
|
5. |
Dawn l-elementi tal-opinjoni tal-2006 għadhom illustrattivi għall-kuntest li fih ser tkun analizzata l-proposta preżenti. B'mod partikolari, id-diverġenza tal-liġi nazzjonali dwar ir-rekords kriminali hi determinanti għall-kuntest. Din id-diverġenza titlob miżuri addizzjonali biex is-sistema tal-iskambju tkun tista' taħdem. Bħala tali, il-proposta għall-ECRIS hi miżura addizzjonali. Madankollu, il-kuntest qed jiżviluppa wkoll. |
|
6. |
L-ewwel nett, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tagħha fil-proposta għall-ECRIS jikkostitwixxu sett wieħed ta' numru ta' strumenti legali ġodda mmirati biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-infurzar tal-liġi. Huma kollha jissostanzjaw il-prinċipju ta' disponibbiltà, kif introdott mill-Programm tal-Aja tal-2004 (4). Fejn il-biċċa l-kbira ta' dawn l-istrumenti jiffokaw fuq il-kooperazzjoni tal-pulizija, dan l-istrument hu mezz ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali fis-sens tal-Artikolu 31 TUE (5). Madankollu, hu għandu l-istess objettiv: l-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni għall-fini ta' infurzar tal-liġi. F'bosta każijiet, strumenti bħal dawn jinkludu jew huma appoġġjati minn sistemi tal-IT u/jew mill-istandardizzazzjoni tal-prattiki tal-iskambju. Il-proposta għall-ECRIS f'dan ir-rigward mhijiex unika. Fil-valutazzjoni ta' din il-proposta l-KEPD jibbenefika minn esperjenzi preċedenti bi strumenti komparabbli. |
|
7. |
It-tieni nett, il-qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tad-data qed jiżviluppa. L-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (“FDDP”), imsemmija fil-Premessa 14 bħala l-qafas ġenerali li japplika fil-kuntest tal-iskambju kompjuterizzat tar-rekords kriminali, hi mistennija li tispiċċa sal-aħħar tal-2008. Din id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill ser tipprevedi għal salvagwardji minimi għall-protezzjoni tad-data, fil-każ li data personali kienet jew ser tkun trasmessa jew issir disponibbli bejn l-Istati Membri (6). Dan ser iwassal għal aktar konverġenza tal-liġi nazzjonali dwar il-kondizzjonijiet għall-użu tad-data personali (fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kusnill dwar l-iskambju ta' informazzjoni minn rekords kriminali). |
|
8. |
F'dan il-kuntest, għandu jkun sottolinjat li n-negozjati dwar il-FDDP wasslu għal xi bidliet, li xi wħud minnhom għandhom jaffettwaw speċifikament il-qafas legali li fih iseħħ l-iskambju tar-rekords kriminali:
|
|
9. |
F'dan l-isfond, l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Qafas dwar l-iskambju tar-rekords kriminali — li jistabbilixxi xi “kondizzjonijiet għall-użu tad-data personali” — għandu jidher bħala lex specialis dwar il-protezzjoni tad-data, li jipprovdi garanziji addizzjonali għal dawk stabbiliti fil-lex generalis, l-FDDP. Dan l-Artikolu — b'mod partikolari l-paragrafi 2 u 4 tiegħu — jispeċifika l-prinċipju li jillimita l-fini rigward l-iskambju ta' rekords kriminali. Hu jippermetti biss eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju fiċ-ċirkostanzi msemmija espliċitament f'dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
10. |
It-tielet nett, b'relazzjoni mill-qrib mal-proposta preżenti, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika (7). B'din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li tikkontribwixxi għar-rinfurzar u l-iżvilupp ta' għodod għall-ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew. Il-Komunikazzjoni tinkludi numru ta' inizjattivi b'impatt sinfikanti fuq il-protezzjoni tad-data personali, bħal ngħidu aħna l-ħolqien ta' netwerk ta' skambji sikuri biex tkun kondiviża l-informazzjoni fost l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ħolqien ta' bażi tad-data Ewropea għat-tradutturi u l-interpreti legali. Il-KEPD bi ħsiebu jirreaġixxi għal din il-Komunikazzjoni f'dokument separat. |
III. L-ISKAMBJU TA' INFORMAZZJONI PREVIST FID-DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL
|
11. |
L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill jiddeskrivi liema informazzjoni għandha jew tista' tkun trasmessa (fil-paragrafu 1 tiegħu); hi tipprevedi wkoll fil-paragrafu (3) tagħha għal bażi legali tal-proposta preżenti. L-Anness II tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill jistabbilixxi formola li għandha tintuża għall-iskambju. Hi tinkludi informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istat Membru rikjedenti u l-informazzjoni li għandha tingħata bħala risposta għat-talba. Il-formola tista' tinbidel b'Deċiżjoni tal-Kunsill, kif proposta issa mill-Kummissjoni. |
|
12. |
L-Artikolu 11(1) jiddistingwi bejn informazzjoni obbligatorja, informazzjoni fakultattiva, informazzjoni addizzjonali u kwalunkwe informazzjoni oħra. Il-formola fl-Anness II ma tirriflettix dawn id-distinzjonijiet. Pereżempju, l-informazzjoni dwar l-ismijiet tal-ġenituri tal-persuna kundannata hi kkwalifikata fl-Artikolu 11 bħala informazzjoni fakultattiva li għandha tkun trasmessa biss jekk imdaħħla fir-rekords kriminali. L-Anness II ma jirriflettix in-natura fakultattiva ta' din it-trasmissjoni. |
|
13. |
Il-KEPD jissuġġerixxi l-użu ta' din l-okkażjoni biex il-formula tkun adattata għal kollox f'konformità mal-Artikolu 11. Dan jimminimizza t-trasmissjoni tad-data pesonali għal dik li hi realment meħtieġa għall-fini tal-iskambju. Fl-eżempju msemmi fuq, ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li l-ismijiet tal-ġenituri tal-persuni kundannati jkunu awtomatikament trasmessi. Dan jista' jikkawża ħsara mhux meħtieġa lill-persuni kkonċernati, jiġifieri lill-ġenituri. |
IV. IS-SISTEMA ECRIS
Rimarki ġenerali
|
14. |
L-Artikolu 3 jikkostitwixxi l-qalba tal-proposta. Hu jistabbilixxi l-ECRIS abbażi ta' arkitettura deċentralizzata ta' teknoloġija ta' informazzjoni u li tikkonsisti fi tliet elementi: bażijiet tad-data ta' rekords kriminali fl-Istati Membri, struttura għall-komunikazzjoni komuni u softwer għall-interkonnessjoni. |
|
15. |
Il-KEPD jappoġġja l-proposta preżenti biex tkun stabbilita ECRIS, previst li l-osservazzjonijiet magħmula f'din l-opinjoni jkunu kkunsidrati. |
|
16. |
F'dan il-kuntest, hu jissottolinja li fuq naħa l-ebda bażi tad-data ċentrali Ewropea ma hi stabbilita u l-ebda aċċess dirett għal bażijiet tad-data ta' rekords kriminali ta' Stati Membri oħra ma hija prevista, waqt li fuq l-oħra fil-livell nazzjonali r-responsabbiltajiet huma ċentralizzati mal-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri, innominati skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill. Dan il-mekkaniżmu jillimita l-ħżin u l-iskambju ta' data personali għall-minimu, waqt li b'mod ċar jistabbilixxi wkoll ir-responsabbiltajiet għall-awtoritajiet ċentrali. F'dan dan il-mekkaniżmu, l-Istati Membri huma responsabbli għall-operat tal-bażijiet tad-data tar-rekords kriminali u għall-prestazzjoni effikaċi tal-iskambji. Huma ugwalment responsabbli għas-softwer għall-interkonnessjoni (l-Artikolu 3(2) tal-proposta). |
|
17. |
Ser ikun hemm infrastruttura komuni. Fil-bidu din ser tkun in-netwerk S-TESTA (8), li jista' jiġi sostitwit b'netwerk sikur ieħor operat mill-Kummissjoni (Artikolu 3(4) tal-proposta). Il-KEPD jifhem li l-Kummissjoni hi responsabbli għall-infrastruttura komuni, għalkemm dan mhuwiex speċifikat fl-Artikolu 3. Il-KEPD jissuġġerixxi li tkun iċċarata din ir-responsabbiltà fit-test innifsu, għal raġunijiet ta' ċertezza legali. |
L-ewwel element: bażijiet tad-data ta' rekords kriminali fl-Istati Membri
|
18. |
Fl-opinjoni tiegħu tad-29 ta' Mejju 2006, il-KEPD esprima l-appoġġ tiegħu għal arkitettura deċentralizzata. Fost l-oħrajn, din tevita duplikazzjoni addizzjonali ta' data personali f'bażi tad-data ċentrali. L-għażla għal arkitettura deċentralizzata bħal din awtomatikament tinvolvi li l-Istati Membri huma responabbli għall-bażijiet tad-daat tar-rekords kriminali u għall-ipproċessar tad-data personali f'dawn il-bażijiet tad-data. B'mod aktar speċifiku, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri huma l-kontrolluri ta' dawk il-bażijiet tad-data. Bħala kontrolluri huma responsabbli għall-kontenut tal-bażijiet tad-data u għall-kontenut tal-informazzjoni li hi skambjata. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tistabbilixxi l-obbligi tal-Istat Membru li jikkundanna u tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna. |
|
19. |
F'dan il-qafas, l-ECRIS hu netwerk bejn il-pari għall-iskambju ta' informazzjoni bejn dawn il-bażijiet tad-data nazzjonali. Netwerk bejn il-pari bħall-ECRIS jippreżenta ċerti riskji li għandhom ikunu indirizzati:
|
|
20. |
L-armonizzazzjoni tal-użu tan-netwerk innifsu, u l-proċeduri madwar l-użu tiegħu, hi għalhekk ta' importanza primarja. Il-KEPD jinnota speċifikament l-importanza li l-użu kollu tan-netwerk isir b'mod armonizzat, bi standards għolja għall-protezzjoni tad-data. Il-miżuri implimentattivi li għandhom ikunu adottati taħt l-Artikolu 6 tal-proposta huma għalhekk tal-akbar importanza. Il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikolu 6 ssir referenza għal livell għoli ta' protezzjoni tad-data bħala prekondizzjoni għall-miżuri implimentattivi kollha li ser ikunu adottati. |
|
21. |
L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jista' jkolhom rwol f'dan il-kuntest, previst li huma joperaw b'mod armonizzat. Il-KEPD jissuġġerixxi li tkun inkluża premessa li tenfasizza l-irwol tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, bl-istess mod bħalma l-Premessa (11) u l-Artikolu 3(5) jinnotaw li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri. Il-premessa l-ġdida għandha tinkoraġġixxi wkoll lill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data biex jikkooperaw. |
|
22. |
Finalment, il-KEPD jilqa' d-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) biex ikun promoss l-użu tal-Aħjar Tekniki Disponibbli sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data tar-rekords kriminali mibgħuta lil Stati Membri oħra. Madankollu, ikun desiderabbli li l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data jkunu involuti wkoll — flimkien mal-(awtoritajiet ċentrali tal-) Istati Membri u l-Kummissjoni — fl-identifikazzjoni ta' dawn it-tekniki. |
It-tieni element: infrastruttura għall-komunikazzjoni komuni
|
23. |
Ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-infrastruttura komuni tal-komunikazzjoni titlob li hi tidher bħala l-fornitur tan-netwerk. Għall-finijiet tal-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tista' tkun ikkwalifikata bħala kontrollur fis-sens tal-Artikolu 2(i) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-data personali, għalkemm għal kompitu limitat: tipprovdi n-netwerk u tiżgura s-sigurtà tiegħu. Meta d-data personali hi proċessata f'konnesjoni mal-provvista tan-netwerk jew jekk ikun hemm kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data f'relazzjoni mas-sigurtà tan-netwerk, il-Kummissjoni ser tkun responsabbli bħala kontrollur. Dan l-irwol tal-Kummissjoni hu komparabbli mal-irwol tagħha fis-sistemi SIS, VIS u Eurodac, jiġifieri dak tar-responsabbli għall-ġestjoni operattiva (u mhux għall-kontenut tad-data personali). Dan l-irwol kien ikkwalifikat bħala “kontrollur sui generis” (9). |
|
24. |
L-infrastruttura komuni għall-komunikazzjoni ser tkun ibbażata fuq l-S-TESTA, tal-inqas għall-perijodu fil-qosor. L-S-TESTA jimmira lejn interkonnessjoni tal-korpi tal-UE mal-awtoritajiet nazzjonali, bħall-amministrazzjonijiet u l-aġenziji mifruxa mal-Ewropa. Hu netwerk tat-telekomunikazzjoni ddedikat. Iċ-Ċentru għall-Operazzjoni tas-Servizz jinsab fi Bratislava. Hu jifforma wkoll is-sinsla ta' sistemi oħra ta' informazzjoni fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, bħas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen. Il-KEPD jappoġġja l-għażla tal-S-TESTA li ntwera li hi sistema affidabbli għall-iskambju. |
|
25. |
Ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni bħala kontrollur “sui generis” għandha wkoll konsegwenzi għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u għas-superviżjoni. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jistabbilixxi li dan ir-regolament “għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet kollha u l-korpi tal-Komunità sal-limitu li dak l-ipproċessar isir fl-eżerċizzju tal-attivitajiet kollha jew parti minnhom li jaqgħu fil-kamp ta' l-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità”. |
|
26. |
Jekk l-attivitajiet ta' pproċessar kollha jew parti minnhom tal-Kummissjoni jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'mod partikolari, l-Artikolu 1 ta' dan ir-regolament jipprevedi li l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji għandhom jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza rigward l-ipproċessar tad-data personali. Skont l-Artikolu 22 ta' dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha “timplimenta miżuri adattati, tekniċi u ta' organizzazzjoni biex jiżgura livell ta' sigurtà adattat għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li għandha tiġi protetta.” Dawn l-attivitajiet isiru taħt is-superviżjoni tal-KEPD. |
|
27. |
Madankollu, rigward il-każ preżenti u għall-kuntrarju tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (10) għandu jkun innotat li l-bażi legali tal-attivitajiet ta' ipproċessar tinsab fit-Titolu VI tat-Trattat UE (it-tielet pilastru). Dan ifisser li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 ma japplikax awtomatikament, u l-anqas ma japplika kwalunkwe qafas legali ieħor dwar il-protezzjoni tad-data u s-superviżjoni għall-attivitajiet ta' pproċessar tal-Kummissjoni. Dan hu ta' sfortuna għar-raġuni ovvja ta' nuqqas ta' protezzjoni għas-suġġett tad-data, b'mod partikolari għaliex l-ipproċessar tad-data personali rigward il-kundanni kriminali hu ta' natura sensittiva, kif muri fl-Artikolu 10.5 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 li jikkwalifika l-ipproċessar relatat mal-kundanni kriminali bħala operazzjonijiet ta' pproċessar li x'aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi. Hu aktar minhekk ta' sfortuna għaliex il-KEPD hu — abbażi ta' strumenti legali oħra — involut fis-superviżjoni tal-S-TESTA. Hu għal din ir-raġuni li l-KEPD jipproponi li tiżdied dispożizzjoni għad-deċiżjoni (11) li tiddikjara li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. |
It-tielet element: softwer għall-interkonnessjoni
|
28. |
Il-proposta tiddistingwi l-infrastruttura teknika komuni biex ikunu konnessi l-bażijiet tad-data u s-softwer għall-interkonnessjoni. Kif intqal qabel, l-Istati Membri huma responsabbli għas-softwer għall-interkonnessjoni. Skont il-Premessa (11), il-Kummissjoni tista' tipprovdi dan is-softwer iżda l-Istati Membri jidhru liberi li japplikaw jew le dak is-softwer minflok is-softwer għall-interkonnessjoni proprju tagħhom. |
|
29. |
Tfiġġ il-mistoqsija għaliex ir-responsabbiltajiet għall-infrastruttura teknika u għall-konnessjoni tas-softwer għandhom ikunu separati u għaliex il-Kummissjoni m'għandhiex tkun responsabbli għat-tnejn li huma. Fil-fatt, iż-żewġ każijiet jittrattaw in-netwerk bejn l-Awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri (il-punt nazzjonali ta' aċċess għan-netwerk) u mhux mal-iskambju tal-informazzjoni fl-Istati Membri. |
|
30. |
L-għoti ta' din ir-responsabbiltà addizzjonali lill-Kummissjoni ma jaffettwax in-natura deċentralizzata tal-arkitettura tat-teknoloġija tal-informatika, waqt li min-naħa l-oħra l-effiċjenza tal-iskambju għandha tkun mill-aħjar. It-titjib tal-effiċjenza hu importanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data għal raġunijiet tal-kwalità tad-data: għandha tiġi skambjata biss id-data essenzjali u mhemmx ħtieġa għal informazzjoni addizzjonali minħabba l-imperfezzjonijiet fis-sistema. Barra minn hekk hu jippermetti superviżjoni aħjar tas-sistema, jekk ir-responsabbiltajiet għall-infrastruttura komuni għall-komunikazzjoni u s-softwer għall-interkonnessjoni jkunu f'par wieħed ta' idejn. |
|
31. |
Dan hu aktar importanti fid-dawl tal-funzjoni tas-softwer bħala għodda għall-iskambju. Karatteristiċi importanti tas-softwer għall-konnessjoni huma li hu għandu jkun kapaċi jikkontrolla l-identità tal-mittent, kif ukoll il-kompatibbiltà u l-integrità tat-talbiet, u bħala konsegwenza jippermetti l-validazzjoni tat-talbiet. L-interoperabbiltà tas-softwer użat mill-Istati Membri hu għalhekk prerekwiżit. Mhux l-Istati Membri kollha għandhom neċessarjament jużaw l-istess softwer (għalkemm din tkun l-iktar għażla prattika), iżda s-softwer għandu jkun interoperabbli għal kollox. |
|
32. |
Il-proposta tirrikonoxxi l-ħtieġa għal armonizzazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mas-softwer għall-interkonnessjoni. Il-miżuri implimentattivi elenkati fl-Artikolu 6 — li għandhom jiġu adottati bi proċedura ta' Komitoloġija — jinkludu pereżempju “proċeduri li jivverifikaw il-konformità tal-applikazzjonijiet tas-softwer mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi”. L-Artikolu 6 jsemmi wkoll sett komuni ta' protokolli. Madankollu, sett komuni ta' protokolli bħal dan mhuwiex preskritt għas-softwer għall-interkonnessjoni. L-Artikolu 6 l-anqas ma jipprevedi l-identifikazzjoni ta' sistema ta' softwer. |
|
33. |
Għar-raġunijiet ta' hawn fuq il-KEPD jirrakkomanda, sabiex tittejjeb l-effiċjenza u s-sigurtà tal-iskambji, kif ġej:
|
V. KWISTJONIJIET OĦRA
Il-manwal
|
34. |
L-Artikolu 6.b jistabbilixxi li manwal li għandu jkun adottat permezz tal-proċedura ta' Komitoloġija ser jistabbilixxi l-proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni, “li jindirizza b'mod partikolari l-modalitajiet ta' identifikazzjoni tal-ħatja”. Il-KEPD jistaqsi preċiżament x'ser jinkludi dan il-manwal u jekk pereżempju jipprevedix identifikazzjoni permezz tal-bijometrika. |
|
35. |
Il-KEPD jenfasizza li l-identifikazzjoni tal-ħatja m'għandhiex twassal għall-iskambju ta' data personali li mhijiex espliċitament stabbilita fid-deċiżjoni qafas. Barra minn hekk, il-manwal għandu jistabbilixxi garanziji adatti għall-ipproċessar u t-trasmissjoni ta' kategoriji speċjali ta' data, bħal data bijometrika. |
Ġbir ta' data statistika
|
36. |
L-Artikolu 6.c u l-Artikolu 8 jirrefru għall-ġabra ta' data statistika, li tirrappreżenta element prinċipali mhux biss fl-ivvalutar tal-effiċjenza tas-sistema tal-iskambju tad-data iżda wkoll fis-superviżjoni rigward il-garanziji tal-protezzjoni tad-data. F'dan l-isfond, il-KEPD jirrakkomanda li, f'konformità ma' strumenti legali oħra relatati mal-iskambju tad-data personali (12), l-elementi statistiċi li għandhom jinġabru għandhom ikunu ddefiniti f'aktar dettall u jieħdu kont debitu tal-ħtieġa li tkun żgurata superviżjoni tal-protezzjoni tad-data. Pereżempju, id-data statistika tista' espliċitament tinkludi elementi bħan-numru ta' talbiet għal aċċess jew rettifika tad-data personali, it-tul u l-kompletezza tal-proċess tal-aġġornament, il-kwalità tal-persuni li għandhom aċċess għal din id-data kif ukoll il-każijiet ta' ksur tas-sigurtà. Barra minn hekk, id-data statistika u r-rapporti bbażati fuqha għandhom jingħamlu disponibbli għal kollox għall-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data. |
Koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-data
|
37. |
Il-KEPD diġà ssottolinja li, fl-opinjoni tiegħu tad-29 ta' Mejju 2006 dwar id-Deċiżjoni Qafas dwar l-iskambju tar-rekords kriminali, li l-proposta mhux biss għandha tindirizza l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali iżda wkoll il-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data. Din il-ħtieġa saret aktar importanti għaliex in-negozjati dwar il-FDDP wasslu għat-tħassir tad-dispożizzjoni li tistabbilixxi grupp ta' ħidma li jerġa' jgħaqqad l-awtoritajiet tal-UE għall-protezzjoni tad-data u jikkoordina l-attivitajiet tagħhom rigward l-ipproċessar ta' data fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. |
|
38. |
Għalhekk, bil-ħsieb li tkun żgurata superviżjoni effettiva kif ukoll kwalità tajba taċ-ċirkolazzjoni transkonfini tad-data estratta mir-rekords kriminali, ikun meħtieġ li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont ukoll tal-kompetenza ta' superviżjoni tal-KEPD rigward l-infrastruttura tal-S-TESTA. Dawn il-mekkaniżmi jistgħu jiġu inklużi jew f'dispożizzjoni speċifika jew miżjuda mal-miżuri implimentattivi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 6 tal-proposta. |
Traduzzjonijiet
|
39. |
Il-premessi 6 u 8, kif ukoll il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni jirreferu għall-użu estensiv tat-traduzzjoni awtomatika. Waqt li l-KEPD jilqa' kwalunkwe miżura mmirata biex ittejjeb l-intendiment reċiproku tal-informazzjoni trasmessa, hu jinnota wkoll li hu importanti li jkun iddefinit u ċirkonskritt b'mod ċar l-użu tat-traduzzjoni awtomatika. Fil-fatt, ladarba jsiru pre-traduzzjonijiet eżatti tal-kategoriji ta' reati mniżżla fl-Anness għad-deċiżjoni, l-użu ta' kodiċijiet komuni jkun jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali li jaqraw it-traduzzjoni awtomatika ta' dawn il-kategoriji fil-lingwi nazzjonali atgħhom. Dan l-użu ta' traduzzjoni awtomatika hu strument utli u x'aktarx jiffavorixxi l-intendiment reċiproku tar-reati kriminali in kwistjoni. |
|
40. |
Madankollu, l-użu tat-traduzzjoni awtomatika għat-trasmissjoni ta' informazzjoni li ma kinitx pre-tradotta akkuratament, bħal kummenti jew speċifikazzjonijiet addizzjonali miżjuda f'każijiet individwali, x'aktarx jaffettwa l-kwalità tal-informazzjoni trasmessa — u għalhekk tad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tagħha — u fil-prinċipju għandu jkun eskluż. Il-KEPD jirrakkomanda li din il-kwistjoni tkun speċifikata fil-Premessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill. |
VI. KONKLUŻJONIJIET
|
41. |
Il-KEPD jirrakkomanda li ssir referenza għal din il-konsultazzjoni fil-premessi tal-proposta. |
|
42. |
Hu ssuġġerit li din l-okkażjoni tintuża biex tkun modulata għal kollox il-formola f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar ir-rekords kriminali li jiddistingwi bejn informazzjoni obbligatorja, informazzjoni fakultattiva, informazzjoni addizzjonali u kwalunkwe informazzjoni oħra. |
|
43. |
Il-KEPD jappoġġja l-proposta preżenti biex tkun stabbilita ECRIS, previst li l-osservazzjonijiet magħmula f'din l-opinjoni jkunu kkunsidrati, li jinkludu:
|
|
44. |
L-elementi statistiċi li għandhom jinġabru għandhom ikunu definiti f'aktar dettall u jikkunsidraw debitament il-ħtieġa li tkun żgurata s-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data. |
|
45. |
Għandhom ikunu stabbiliti mekkaniżmi adatti ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data, b'kont meħud tal-kompetenza ta' superviżjoni tal-KEPD rigward l-infrastruttura tal-S-TESTA. |
|
46. |
Fil-Premessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għandu jkun speċifikat li l-użu tat-traduzzjoni awtomatika m'għandux jestendi għat-trasmissjoni ta' informazzjoni li ma kinitx pre-tradotta akkuratament. |
Magħmul fi Brussell, 16 ta' Settembru 2008.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2008) 332 Finali.
(2) Għadha mhux adottata; l-aħħar test tal-proposta, kif riformulata mill-Kunsill, hu disponibbli fir-Reġistru Pubbliku tal-Kunsill (Dok. Nru 5968/08).
(3) Premessa 6 tal-proposta.
(5) L-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-Eurojust hu eżempju ieħor. Il-qafas legali għal dan l-iskambju ser ikun modifikat, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI (ara l-Inizjattiva ppubblikata fil-ĠU C 54, 27.2.2008, p. 4).
(6) Ara l-Artikolu 1 tal-proposta għal din id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (l-aħħar test disponibbli fuq ir-Reġistru tal-Kunsill, 24 ta' Ġunju 2008, doc.9260/08).
(7) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Lejn Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika, COM/2008/ 0329 finali.
(8) Servizzi Trans Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet.
(9) Ara l-Opinjoni tad-19 ta' Ottubru 2005 dwar tliet Proposti rigward is-Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), (ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38, par. 5.1).
(10) U l-VIS u l-Eurodac li huma sistemi kompleti fl-ambitu tal-liġi Komunitarja.
(11) Ara fl-istess sens fit-tielet pilastru l-Artikolu 39(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), li jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għall-ipproċessar tad-data personali relatata mal-persunal tal-Europol (test tal-24 ta' Ġunju 2008, Dok. tal-Kunsill 8706/08).
(12) Ara, pereżempju, l-Artikoli 3.3 u 3.4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/7 |
Awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 42/02)
|
Id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
26.11.2008 |
|||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 631/07 |
|||
|
L-Istat Membru |
Il-Ġermanja |
|||
|
Ir-reġjun |
— |
|||
|
Titlu |
Durchführungsbeihilfe |
|||
|
Il-bażi ġuridika |
Gesetz zur Finanzierung der Beendigung des subventionierten Steinkohlenbergbaus zum Jahr 2018 (Steinkohlefinanzierungsgesetz) vom 20. Dezember 2007, Bundesgesetzblatt Jahrgang 2007 Teil I Nr. 68 S. 3086-3088, ausgegeben zu Bonn am 27. Dezember 2007 |
|||
|
It-tip ta' miżura |
Għajnuna għall-produzzjoni |
|||
|
L-għan |
L-iżvilupp settorjali |
|||
|
It-tip ta' għajnuna |
Sussidji diretti |
|||
|
Il-baġit |
EUR 2 378 miljun |
|||
|
L-intensità |
Mhux disponibbli |
|||
|
Tul ta' żmien |
2008 |
|||
|
Is-setturi ekonomiċi |
Il-faħam iebes |
|||
|
L-isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna |
|
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.4835 — Hexion/Huntsman)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 42/03)
Fit-30 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:
|
— |
fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali, |
|
— |
f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M4835. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu). |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Kunsill
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/9 |
Lista ta' ħatriet imwettqin mill-Kunsill
Diċembru 2008 (Qasam soċjali)
(2009/C 42/04)
|
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja/Ħatra |
Membru/Membru Supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna Maħtura |
Appartenenza |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
|
Kumitat Konsultattiv għal-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sur Stefan HOEHL |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Min iħaddem |
Ġermanja |
Is-Sinjura Anna ROBRA |
Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitgeberverbände |
19.12.2008 |
|
|
Kumitat Konsultattiv għal-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura Åsa CARLANDER |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Svezja |
Is-Sinjura Helen LINDQUIST |
Justitiedepartementet |
19.12.2008 |
|
|
Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2010 |
Is-Sur Gerry DUFFY |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Min iħaddem |
Renju Unit |
Is-Sur Robert CUMMINGS |
CBI |
19.12.2008 |
|
|
Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
7.11.2010 |
Is-Sur Thomas HOLTMANN |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Ġermanja |
Is-Sur Eckhard METZE |
KAN |
19.12.2008 |
|
|
Bord Amministrattiv tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi |
31.5.2010 |
Is-Sinjura Bianca BECCALLI |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Italja |
Is-Sinjura Isabella RAUTI |
Presidenza del Consiglio dei Ministri |
19.12.2008 |
|
|
Bord Amministrattiv tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi |
31.5.2010 |
Is-Sinjura Alfonsina RINALDI |
Riżenja |
Membru Supplenti |
Gvern |
Italja |
Is-Sinjura Antonella GRAZIADEI |
Presidenza del Consiglio dei Ministri |
19.12.2008 |
Kummissjoni
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/11 |
Rata tal-kambju ta' l-euro (1)
Id-19 ta' Frar 2009
(2009/C 42/05)
1 euro=
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2705 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,99 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4504 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88230 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,8987 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4922 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,6790 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
28,587 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
300,39 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7068 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6749 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2733 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1361 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,9597 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5868 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,8521 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
2,4653 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9389 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 874,24 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,6859 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,6844 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4745 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 347,64 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6437 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,870 |
|
RUB |
Rouble Russu |
45,6970 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
45,179 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,9520 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,4667 |
|
INR |
Rupi Indjan |
63,1248 |
Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/12 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 42/06)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Elba Marina di Campo-Firenze u bil-maqlub, u Elba Marina di Campo-Pisa u bil-maqlub |
|||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku |
180 jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż |
|||||||
|
Indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta' servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5451 — CNP Assurances/CNP Unicredit Life)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 42/07)
|
1. |
Fil-11 ta' Frar 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CNP Assurances S.A. (“CNP Assurances”, Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ tal-impriża CNP Unicredit Life, Ltd (“CNP Unicredit Life”, l-Irlanda) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5451 — CNP Assurances/CNP Unicredit Life, fl-indirizz li ġej:
|
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5474 — Lagardère/Sumitomo/HFG)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 42/08)
|
1. |
Fit-13 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lagardère SCA (“Lagardère”), permezz is-sussidjarja tagħha Hachette Filippacchi Press (“HFP”, it-tnejn li huma fi Franza) u Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun), jakkwistaw skond it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Hachette FujinGaho (“HFG”, il-Ġappun) permezz ta' xiri ta' ishma. L-HFG bħalissa hi kkontrollata kollha kemm hi mill-HFP. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5474 — Lagardère/Sumitomo/HFG, fl-indirizz li ġej:
|
Rettifikazzjonijiet
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/15 |
Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għat-tressiq tal-offerti rigward l-operat tas-servizzi tal-ajru skedati f'konformità ma' obbligi ta' servizz pubbliku
( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 29 tal-5 ta' Frar 2009 )
(2009/C 42/09)
It-test tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 29 tal-5 ta' Frar 2009, p. 20, għandu jitqies null u bla effett.
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/15 |
Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta' servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 29 tal-5 ta' Frar 2009 )
(2009/C 42/10)
Il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 29 tal-5 ta' Frar 2009, p. 21, għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.
|
20.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.