This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2008:314:FULL
Official Journal of the European Union, L 314, 25 November 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 314, 25 ta' Novembru 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 314, 25 ta' Novembru 2008
|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Parlament Ewropew u Kunsill |
|
|
|
|
2008/879/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ORJENTAZZJONIJIET |
|
|
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
|
2008/880/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
25.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1162/2008
ta' l-24 ta’ Novembru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
25,7 |
|
MA |
64,7 |
|
|
TR |
76,0 |
|
|
ZZ |
55,5 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
188,1 |
|
JO |
178,8 |
|
|
MA |
61,0 |
|
|
TR |
83,8 |
|
|
ZZ |
127,9 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
66,3 |
|
TR |
115,1 |
|
|
ZZ |
90,7 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
67,3 |
|
ZZ |
67,3 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
56,5 |
|
HR |
50,0 |
|
|
IL |
69,9 |
|
|
TR |
60,9 |
|
|
ZZ |
59,3 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
65,5 |
|
TR |
68,8 |
|
|
ZA |
71,5 |
|
|
ZZ |
68,6 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
88,7 |
|
CL |
67,1 |
|
|
MK |
37,6 |
|
|
US |
108,6 |
|
|
ZA |
109,6 |
|
|
ZZ |
82,3 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
71,0 |
|
KR |
112,1 |
|
|
TR |
106,0 |
|
|
ZZ |
96,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
25.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1163/2008
ta' l-24 ta' Novembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għal ċerti stokkijiet ta’ Norway pout, merlangu u haddock
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti [azzjonijiet] tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(5) u l-Artikolu 5(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-limiti preliminarji ta' qbid għall-istokk ta’ Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES huma stabbiliti fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(5) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi dawk il-limiti tal-qbid fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel semestru tal-2008. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel semestru tal-2008, il-limiti finali tal-qbid għan-Norway pout fiż-żoni kkonċernati għandhom jiġu ffissati. |
|
(4) |
Skont il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, jekk il-qbid fl-2008 jilħaq total ta’ 148 000 tunnellati, li jikkorrispondu għal valur tal-mortalità tal-ħut ta’ 0,6 dan għandu jwassal biex l-istokk jinżamm ogħla mil-limiti prekawzjonarji. |
|
(5) |
In-Norway pout huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta bejn iż-żewġ Partijiet. Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-konsultazzjonijiet li saru man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tal-Memorjal Maqbul tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tas-26 ta' Novembru 2007. |
|
(6) |
Konsegwentement, is-sehem tal-Komunità mill-qabdiet totali permessi (TAC) tan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandhom jiġu stabbiliti għal 75 % ta’ 148 000 tunnellata. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 40/2008, il-limiti tal-qbid għall-istokk ta’ merlangu fiż-żona IIIa tal-ICES, għall-istokk ta’ merlangu fiż-żona IV tal-ICES u tal-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES, u għall-istokkijiet ta’ haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId, u għall-istokk ta’ haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa jistgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni bħala konsegwenza tar-reviżjoni tal-limiti tal-qbid għall-istokk ta’ Norway pout f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, biex jitqies il-qbid inċidentali kollu ta’ dawk l-istokkijiet fis-sajd għan-Norway pout. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-limitazzjonijiet tas-sajd għan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tbassir ġdid ta’ qbid inċidentali ta’ haddock u merlangu minn sajd industrijali ieħor li jseħħ f’dawk iż-żoni, il-limiti tal-qbid għall-istokkijiet tal-merlangu u tal-haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE fiż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES għandhom jibqgħu l-istess għall-bqija tas-sena 2008. |
|
(9) |
Meta jitqies l-iffissar tal-limiti finali tal-qbid għan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES, il-limiti tal-qbid għall-merlangu u l-haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES għandhom jiġu riveduti. |
|
(10) |
In-Norway pout hija speċi li ma tgħix għal żmien twil. Għaldaqstant, il-limiti tal-qbid għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat dewmien li jista' jwassal għal sajd żejjed tal-istokk. |
|
(11) |
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. |
|
(12) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ merlangu fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES biss.
(2) Din il-kwota jista’ jsir sajd għaliha fid-Diviżjoni VIa, fit-Tramuntana ta’ 56°30′N.”
(3) Eskluża stima ta' 1 063 tunnellata ta' qbid inċidentali industrijali.
(4) Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-KE. Qabdiet meħuda fi ħdan din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.
(5) Eskluża stima ta' 746 tunnellata ta' qbid inċidentali industrijali.
|
25.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1164/2008
tal-24 ta' Novembru 2008
li jistipula r-regoli għall-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2009 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
|
(2) |
Skont dak ir-Regolament huwa possibbli, li f'ċerti ċirkustanzi, jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, biex jinqasmu l-kwoti f'qatgħat, jew biex jiġi riservat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi. |
|
(3) |
Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti fl-2009 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex il-kontinwità tal-kummerċ ma tiġix affettwata għalxejn. |
|
(4) |
Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1402/2007 tat-28 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli għall-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2008 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2009. |
|
(5) |
Sabiex jkunu sodisfatti l-akbar numru ta' operaturi possibbli huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir iktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jkunu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu. |
|
(6) |
Sabiex jiġi ggarantit ċertu ammont ta' kontinwità fin-negozju u amministrazzjoni effiċjenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni inizjali tagħhom għall-2009 ekwivalenti għall-kwantità li importaw fl-2008. |
|
(7) |
Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, sakemm il-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operatur jista' jipprova l-eżistenza ta' kuntratt u jista' jiċċertifika, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom madankollu jkunu awtorizzati, b'reazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2010, liċenzji li minnhom tal-anqas nofs l-ammonti jkun intuża sad-data tal-applikazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistipula r-regoli tal-amministrazzjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2009.
Artikolu 2
Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur stipulati fl-Anness I.
Il-kwantitajiet massimi m'għandhomx, madankollu, japplikaw għal operaturi li jkunu kapaċi jagħtu prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2009, li, fir-rigward ta' kategoriji partikolari u pajjiżi terzi partikolari, importaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont il-liċenzji tal-importazzjoni mogħtija lilhom għall-2008.
Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2008, minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, sakemm ikun hemm biżżejjed kapaċità tal-kwota disponibbli.
Artikolu 3
Kwalunkwe importatur li diġà uża 50 % jew aktar mill-ammont allokat għalih skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fil-konfront tal-istess kategorija u pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-massimu tal-kwantitajiet stipulati fl-Anness I.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti elenkati fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu tas-7 ta' Jannar 2009, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni.
Il-ħin stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu għandu jinftiehem bħala l-ħin ta' Brussell.
2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu ġew notifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.
Huma għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:
|
(a) |
jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll |
|
(b) |
jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:
|
3. L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu madankollu, fuq talba tal-importatur jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkunu tal-inqas 50 % użati fil-ħin tat-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2010.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Ammonti massimi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2 u 3
|
Pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
|
Il-Korea ta' Fuq |
1 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
2 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
3 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
4 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
5 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
6 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
7 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
8 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
9 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
12 |
Pari |
10 000 |
|
|
13 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
14 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
15 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
16 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
17 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
18 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
19 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
20 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
21 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
24 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
26 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
27 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
28 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
29 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
31 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
36 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
37 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
39 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
59 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
61 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
68 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
69 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
70 |
Pari |
10 000 |
|
|
73 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
74 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
75 |
Biċċiet |
10 000 |
|
|
76 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
77 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
|
78 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
|
83 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
87 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
109 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
117 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
118 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
142 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
151A |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
151B |
Kilogrammi |
10 000 |
|
|
161 |
Kilogrammi |
10 000 |
ANNESS II
Lista tal-uffiċċji tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 4
|
1. |
L-Awstrija
|
|
2. |
Il-Belġju
|
|
3. |
Il-Bulgarija
|
|
4. |
Ċipru
|
|
5. |
Ir-Repubblika Ċeka
|
|
6. |
Id-Danimarka
|
|
7. |
L-Estonja
|
|
8. |
Il-Finlandja
|
|
9. |
Franza
|
|
10. |
Il-Ġermanja
|
|
11. |
Il-Greċja
|
|
12. |
L-Ungerija
|
|
13. |
L-Irlanda
|
|
14. |
L-Italja
|
|
15. |
Il-Latvja
|
|
16. |
Il-Litwanja
|
|
17. |
Il-Lussemburgu
|
|
18. |
Malta
|
|
19. |
L-Olanda
|
|
20. |
Il-Polonja
|
|
21. |
Il-Portugall
|
|
22. |
Ir-Rumanija
|
|
23. |
Is-Slovakkja
|
|
24. |
Is-Slovenja
|
|
25. |
Spanja
|
|
26. |
L-Iżvezja
|
|
27. |
Ir-Renju Unit
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Parlament Ewropew u Kunsill
|
25.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/13 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ottubru 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2008/879/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 26 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri. |
|
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ biljun Ewro. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat. |
|
(4) |
Franza ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta’ diżastru kkawżat mill-uragan “Dean” f’Awwissu 2007, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EWR 12 780 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
ORJENTAZZJONIJIET
Bank Ċentrali Ewropew
|
25.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/14 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-21 ta’ Novembru 2008
dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji
(BĊE/2008/18)
(2008/880/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20,
Billi:
|
(1) |
Biex jittejjeb, temporanjament, l-għoti ta’ likwidità lill-kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, għandhom jitwessgħu l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji li l-kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema jipprovdu lill-Ewrosistema biex jakkwistaw likwidità. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji huma stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċedura tal-politika monetarja tal-Ewrosistema (1). |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) 6) ddeċieda li jwessa’ temporanjament ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji għall-operazzjonijiet tal-Ewrosistema. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tiegħu, kif ukoll kull miżura oħra dwar dawn il-kriterji mwessgħa tal-eliġibbiltà jiġu kkomunikati minnufih, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Twessigħ ta’ ċerti kriterji tal-eliġibbiltà għall-garanziji
1. Il-kriterji tal-eliġibbilità għall-garanziji stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 (minn issa ’l quddiem id-“Dokumentazzjoni Ġenerali”) għandhom jitwessgħu skond l-Artikoli 2 sa 7.
2. Fil-każ ta’ xi diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u d-Dokumentazzjoni Ġenerali, kif implimentata fuq livell nazzjonali mill-BĊNi, tal-ewwel għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumentazzjoni Ġenerali mingħajr tibdil sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f’din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Aċċettazzjoni ta’ garanziji ddenominati f’dollari Amerikani, liri sterlini jew yen Ġappuniżi bħala garanziji eliġibbli
1. Strumenti ta’ dejn negozzjabbli kif deskritti fil-Kapitolu 6.2.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, jekk iddenominati f’dollari Amerikani, liri sterlini jew yen Ġappuniżi, għandhom jikkostitwixxu garanziji eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, bil-kundizzjoni li: (i) dawn jinħarġu u jinżammu/jitħallsu (settled) fiż-żona tal-ewro; u (ii) min joħroġhom ikun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
2. Haircut addizzjonali ta’ 8 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq dawn l-istrumenti kollha ta’ dejn negozjabbli.
Artikolu 3
Aċċettazzjoni ta’ self sindakat bħala garanzija eliġibbli
1. Self sindakat għandu jikkostitwixxi biss garanzija eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema jekk dan is-self ikun konformi mal-Kapitoli 6.2.2 u 6.3.3 u l-Appendiċi 7 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, self sindakat irregolat bil-liġijiet tal-Ingilterra u Wales, li jkun ġie aċċettat sat-30 ta’ Novembru 2008 skond l-obbligi stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2008/15 tal-14 ta’ Novembru 2008 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament BĊE/2008/11 tat-23 t’Ottubru 2008 dwar bidliet temporanji tar-regoli relatati mal-eliġibbilta' tal-garanziji (2) għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, għandu jibqa’ garanzija eliġibbli għat-tul ta’ żmien tal-operazzjoni tal-politika monetarja tal-Ewrosistema li għaliha jkun ġie aċċettat bħala garanzija eliġibbli.
Artikolu 4
Aċċettazzjoni ta’ strumenti ta’ dejn maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma nnegozjati f’ċerti swieq mhux irregolati bħala garanziji eliġibbli
1. Strumenti ta’ dejn maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma nnegozjati f’ċerti swieq mhux irregolati kif speċifikat mill-BĊE, għandhom jikkostitwixxu garanziji eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema.
2. Haircut addizzjonali ta’ 5 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq dawn l-istrumenti kollha ta’ dejn.
Artikolu 5
Aċċettazzjoni ta’ garanziji b’valutazzjoni ta’ kreditu “BBB-” u ogħla, bħala garanziji eliġibbli
1. L-obbligu minimu tal-Ewrosistema għall-valutazzjoni tal-istandard ta’ kreditu ta’ assi eliġibbli bħala garanziji għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema għandu jkun valutazzjoni ta’ kreditu ekwivalenti għal “BBB-”. Din il-bidla fl-obbligu tal-valutazzjoni ta’ kreditu għandha tapplika kemm għal assi negozjabbli u dawk mhux negozjabbli, bl-eċċezzjoni ta’ titoli bbażati fuq assi (asset-backed securities) kif deskritt fil-Kapitolu 6.3 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, li għalihom l-obbligu għal standards ta’ kreditu għoljin m’għandux jinbidel.
2. Haircut addizzjonali ta’ 5 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq l-assi kollha eliġibbli b’valutazzjoni ta’ kreditu ta’ anqas minn “A-”.
Artikolu 6
Aċċettazzjoni ta’ assi subordinati b’garanziji adegwati bħala garanziji eliġibbli
1. L-obbligu li ma jkunx hemm subordinazzjoni fir-rigward tal-eliġibbilità ta’ assi negozjabbli bħala garanziji għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema, kif deskritt fil-Kapitolu 6.2.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, m’għandux japplika meta garanti li huwa sod finanzjarjament jipprovdi garanzija bla ebda kundizzjoni u irrevokabbli pagabbli mal-ewwel talba għal dawn l-assi, kif iddefinit aktar fil-Kapitolu 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali.
2. Haircut addizzjonali ta’ 10 % għandha tiġi imposta mill-Ewrosistema fuq dawn l-assi kollha, b’5 % oħra ta’ żvalutazzjoni fil-każ li jkun hemm valutazzjoni teoretika.
Artikolu 7
Aċċettazzjoni ta’ depożiti b’terminu fiss bħala garanziji eliġibbli
Depożiti b’terminu fiss kif deskritti fil-Kapitolu 3.5 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali minn kontropartijiet eliġibbli għandhom ikunu eliġibbli bħala garanziji għall-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Ewrosistema.
Artikolu 8
Miżuri oħra ta’ implimentazzjoni
Il-Kunsill Governattiv iddelega l-kompetenza biex jieħu kwalunkwe deċiżjonijiet oħra li jkunu meħtieġa biex jimplimenta d-deċiżjoni tiegħu tal-15 t’Ottubru 2008 lill-Bord Eżekuttiv.
Artikolu 9
Verifika
Il-BĊNi għandhom jibagħtu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li bihom huma fi ħsiebhom jaderixxu ma’ din il-Linja Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet finali
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2008.
2. Din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 11
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula a fi Frankfurt am Main, 21 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
|
25.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 314/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.