This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 3dfa6478-c0fe-11ee-b164-01aa75ed71a1
Commission Implementing Decision (EU) 2023/2749 of 11 December 2023 establishing the best available techniques (BAT) conclusions, under Directive 2010/75/EU of the European Parliament and of the Council on industrial emissions, for slaughterhouses, animal by-products and/or edible co-products industries (notified under document C(2023) 8434) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2749 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industriji tal-biċċeriji, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu (notifikata bid-dokument C(2023) 8434) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2749 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industriji tal-biċċeriji, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu (notifikata bid-dokument C(2023) 8434) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02023D2749 — MT — 18.12.2023 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2749 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industriji tal-biċċeriji, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu (notifikata bid-dokument C(2023) 8434) (ĠU L 18.12.2023, p. 1) |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2749
tal-11 ta’ Diċembru 2023
li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-industriji tal-biċċeriji, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu
(notifikata bid-dokument C(2023) 8434)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-biċċeriji, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT) GĦALL-INDUSTRIJI TAL-BIĊĊERIJI, TAL-PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U/JEW TAL-KOPRODOTTI LI JITTIEKLU
AMBITU
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet li ġejjin speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:
(a) It-tħaddim ta’ biċċeriji b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ karkassi ta’ aktar minn 50 tunnellata metrika fil-ġurnata.
Ir-rimi jew ir-riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali jew ta’ skart tal-annimali b’kapaċità ta’ trattament li taqbeż l-10 tunnellati metriċi fil-ġurnata.
It-trattament imħaddem b’mod indipendenti tal-ilma mormi mhux kopert mid-Direttiva 91/271/KEE ( 1 ), dment li t-tagħbija prinċipali ta’ sustanzi niġġiesa toriġina mill-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ikopru wkoll dawn li ġejjin:
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT ma jkoprux dawn li ġejjin:
Konklużjonijiet oħrajn dwar il-BAT u dokumenti ta’ referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jinkludu dawn li ġejjin:
Dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra, pereżempju dwar l-iġjene, is-sikurezza tal-ikel/tal-għalf, it-trattament xieraq tal-annimali, il-bijosigurtà, l-effiċjenza enerġetika (il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”).
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Termini ġenerali |
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
Prodotti sekondarji tal-annimali |
Kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1). |
Emissjonijiet inkanalati |
Emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja minn kwalunkwe tip ta’ kanal, pajp, ċumnija, eċċ. Dan jinkludi l-emissjonijiet minn bijofiltri bis-saqaf miftuħ. |
Skariku dirett |
Skariku lejn korp tal-ilma riċeventi mingħajr trattament ulterjuri tal-ilma mormi downstream. |
Koprodotti li jittieklu |
Prodotti ta’ grad alimentari maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
Impjant eżistenti |
Impjant li ma huwiex impjant ġdid. |
Attivitajiet tal-FDM |
Attivitajiet koperti mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib. |
Prodotti tal-FDM |
Prodotti assoċjati ma’ attivitajiet koperti mill-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib. |
Sustanza perikoluża |
Sustanza perikoluża kif definita fl-Artikolu 3(18) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
Skariku indirett |
Skariku li ma jkunx skariku dirett. |
Impjant ġdid |
Impjant li jiġi permess għall-ewwel darba fuq is-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew is-sostituzzjoni kompleta ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT. |
Riċettur sensittiv |
Żoni li jeħtieġu protezzjoni speċjali, bħal: — żoni residenzjali; — żoni fejn jitwettqu attivitajiet tal-bniedem (eż. il-postijiet tax-xogħol, l-iskejjel, iċ-ċentri tal-kura ta’ matul il-jum, iż-żoni ta’ rikreazzjoni, l-isptarijiet jew id-djar tal-kura fil-viċinat). |
Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna |
Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 u inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta’ Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna, skont ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006 (2). |
(1)
ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2)
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1). |
Sustanzi niġġiesa u parametri |
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
AOX |
Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament, espressi bħala Cl, li jinkludu l-kloru, il-bromu u l-jodju adsorbibbli marbuta organikament. |
As, Cd, Co, Cr, Cu, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl, V |
Arseniku, kadmju, kobalt, kromu, ram, manganiż, nikil, ċomb, antimonju, tallju u vanadju. |
Domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BODn) |
L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni bijokimika tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju f’n jiem (n tipikament tkun 5 jew 7). Il-BOD hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa tal-komposti organiċi bijodegradabbli. |
Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD) |
L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni kimika totali tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju bl-użu tad-dikromat. Is-COD hija indikatur għall-konċentrazzjoni tal-massa ta’ komposti organiċi. |
CO |
Monossidu tal-karbonju. |
Ram (Cu) |
Ir-ram, espress bħala Cu, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tar-ram, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
Trab |
Materja partikolata totali (fl-arja). |
HCl |
Il-komposti inorganiċi kollha tal-kloru gassuż, espressi bħala HCl. |
HF |
Il-komposti inorganiċi kollha tal-fluworu gassuż, espressi bħala HF. |
Hg |
Is-somma tal-merkurju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Hg. |
H2S |
Sulfur tal-idroġenu. |
Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ |
L-għadd ta’ Unitajiet tar-Riħa Ewropej (ouE) f’metru kubu ta’ gass f’kundizzjonijiet standard għall-olfattometrija skont EN 13725. |
NOX |
Is-somma ta’ monossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2. |
PCDD/F |
Poliklorodibenżo-p-diossini u -furani. |
SOX |
Is-somma ta’ diossidu tal-kubrit (SO2), triossidu tal-kubrit (SO3), u aerosols tal-aċidu sulfuriku, espressa bħala SO2. |
Nitroġenu totali (N Totali) |
In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi ammonijaka ħielsa u nitroġenu tal-ammonju (NH4-N), nitroġenu tan-nitrit (NO2-N), nitroġenu tan-nitrat (NO3-N) u nitroġenu marbut organikament. |
Karbonju organiku totali (TOC) |
Il-karbonju organiku totali (fl-ilma), espress bħala C, jinkludi l-komposti organiċi kollha. |
Fosforu totali (P Totali) |
Il-fosforu totali, espress bħala P, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
Solidi sospiżi totali (TSS) |
Il-konċentrazzjoni tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-metodu gravimetriku. |
Karbonju organiku volatili totali (TVOC) |
Il-karbonju organiku volatili totali (fl-arja), espress bħala C. |
Żingu (Zn) |
Iż-żingu, espress bħala Zn, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taż-żingu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
AKRONIMI
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:
Akronimu |
Definizzjoni |
CIP |
Tindif fil-post |
CMS |
Sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi |
EMS |
Sistema ta’ ġestjoni ambjentali |
FDM |
Ikel, xorb u ħalib |
IED |
Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE) |
OTNOC |
Kundizzjonijiet operattivi għajr dawk normali |
SA |
Industriji tal-biċċeriji, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
L-Aqwa Tekniki Disponibbli
It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-anqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet dwar il-BAT huma applikabbli b’mod ġenerali.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma
Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ ilma), espressi f’mg/l.
Il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja assoċjati mal-BAT-AELs jirreferu għal kwalunkwe wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin:
Jistgħu jintużaw kampjuni aggregati proporzjonali għall-ħin, dment li jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed. Inkella, jistgħu jittieħdu kampjuni fuq il-post, dment li l-effluwent ikun imħallat u omoġenju kif xieraq.
Fil-każ tal-karbonju organiku totali (TOC), in-nitroġenu totali (TN) u d-domanda kimika ta’ ossiġenu (COD), il-kalkolu tal-effiċjenza medja tat-tnaqqis imsemmi f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT (ara t-Tabella 1.1) huwa bbażat fuq it-tagħbija tal-influwenti u tal-effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi.
Il-BAT-AELs japplikaw fil-punt minn fejn l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) u livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja
Il-BAT-AELs u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal kull volum ta’ gass ta’ skart) fil-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef f’temperatura ta’ 273,15 K (jew gass imxarrab f’temperatura ta’ 293 K fil-każ ta’ konċentrazzjoni tal-irwejjaħ) u pressjoni ta’ 101,3 kPa, mingħajr korrezzjoni għal livell ta’ ossiġenu ta’ referenza, u espress fl-unità mg/Nm3 jew ouE/m3.
Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja tal-BAT-AELs u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja, tapplika d-definizzjoni li ġejja.
Tip ta’ kejl |
Perjodu li fuqu tinħadem il-medja |
Definizzjoni |
Perjodiku |
Medja fuq il-perjodu tal-kampjunar |
Valur medju ta’ tliet kampjuni/kejlijiet konsekuttivi ta’ mill-anqas 30 minuta kull wieħed (1). |
(1)
Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet marbuta mal-kampjunar jew limitazzjonijiet analitiċi, kampjunar/kejl ta’ 30 minuta ma jkunx xieraq, tista’ tintuża proċedura ta’ kampjunar/kejl aktar rappreżentattiva (eż. għall-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ). |
Meta l-gassijiet ta’ skart ta’ żewġ sorsi jew aktar (eż. nixxiefa) jiġu skarikati minn ċumnija komuni, il-BAT-AEL u l-livell indikattiv ta’ emissjonijiet japplikaw għall-iskariku kkombinat miċ-ċumnija.
Livelli indikattivi ta’ emissjonijiet għat-telf tar-refriġerant
Il-livelli indikattivi ta’ emissjonijiet għat-telf tar-refriġerant jirreferu għal medja mobbli fuq 3 snin tat-telf annwali. It-telf annwali huwa espress bħala perċentwal (%) tal-ammont totali ta’ refriġerant li jinsab fis-sistema/i tat-tkessiħ. It-telf għal refriġerant speċifiku f’sena huwa ugwali għall-ammont ta’ dak ir-refriġerant li jintuża għall-mili mill-ġdid tas-sistema/i tat-tkessiħ.
Livelli oħrajn ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEPLs)
BAT-AEPLs għal skariku tal-ilma mormi speċifiku
Il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali relatati ma’ skariku tal-ilma mormi speċifiku jirreferu għal medji annwali u jiġu kkalkulati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
skariku tal-ilma mormi |
: |
l-ammont totali ta’ ilma mormi skarikat (skariku dirett, skariku indirett u/jew tifrix) mill-proċessi speċifiċi kkonċernati, espress f’m3/sena, eskluż kwalunkwe ilma tat-tberrid u ilma tal-iskol li jiġi skarikat separatament; |
rata ta’ attività |
: |
l-ammont totali ta’ prodotti jew ta’ materja prima pproċessata, espress fi:
—
tunnellati ta’ karkassi/sena jew annimali/sena għall-biċċeriji;
—
tunnellati ta’ materja prima/sena għall-installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu.
|
Il-piż tal-karkassa jiddependi mill-ispeċi ta’ annimali li jkunu qed jiġu kkunsidrati:
BAT-AEPLs għall-konsum nett speċifiku tal-enerġija
Il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali relatati mal-konsum nett speċifiku tal-enerġija jirreferu għall-medji annwali u jiġu kkalkulati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn:
il-konsum nett finali tal-enerġija |
: |
l-ammont totali ta’ enerġija kkunsmata (eskluża l-enerġija rkuprata) mill-installazzjoni (fil-forma ta’ sħana u elettriku), espress f’kWh/sena; |
ir-rata ta’ attività |
: |
l-ammont totali ta’ prodotti jew ta’ materja prima pproċessata, espress fi:
—
tunnellati ta’ karkassi/sena jew annimali/sena għall-biċċeriji;
—
tunnellati ta’ materja prima/sena għall-installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu.
|
Il-piż tal-karkassa jiddependi mill-ispeċijiet ta’ annimali li jkunu qed jiġu kkunsidrati (ara l-Kunsiderazzjoni ġenerali għall-BAT-AEPLs għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku).
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija tal-biċċeriji jista’ jinkludi l-enerġija kkunsmata mill-attivitajiet tal-FDM.
1.1. Konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT
1.1.1. Il-prestazzjoni ambjentali ġenerali
BAT 1. Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-elementi kollha li ġejjin:
l-impenn, it-tmexxija u r-responsabbiltà tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri, għall-implimentazzjoni ta’ EMS effettiva;
analiżi li tinkludi d-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-installazzjoni li huma assoċjati mar-riskji possibbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent;
l-iżvilupp ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;
l-istabbiliment ta’ objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, inkluża s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli;
l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u tal-azzjonijiet meħtieġa (inklużi azzjonijiet korrettivi u preventivi, meta jkunu meħtieġa), sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u jiġu evitati r-riskji ambjentali;
id-determinazzjoni tal-istrutturi, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-aspetti u l-objettivi ambjentali u l-provvista tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa;
l-iżgurar tal-kompetenza u tas-sensibilizzazzjoni meħtieġa tal-membri tal-persunal li l-ħidma tagħhom tista’ taffettwa l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni (eż. billi jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ);
il-komunikazzjoni interna u esterna;
it-trawwim tal-involviment tal-impjegati fi prattiki tajbin tal-ġestjoni ambjentali;
l-istabbiliment u ż-żamma ta’ manwal tal-ġestjoni u ta’ proċeduri bil-miktub sabiex jiġu kkontrollati l-attivitajiet b’impatt ambjentali sinifikanti, kif ukoll ir-rekords rilevanti;
ippjanar operazzjonali effettiv u kontroll tal-proċessi effettiv;
l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ manutenzjoni xierqa;
protokolli ta’ tħejjija u ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza, inkluża l-prevenzjoni u/jew il-mitigazzjoni tal-impatti (ambjentali) avversi tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;
meta titfassal (mill-ġdid) installazzjoni (ġdida) jew parti minnha, il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tagħha tul ħajjitha, inklużi l-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u d-dekummissjonar;
l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ u kejl; jekk tkun meħtieġa, l-informazzjoni tista’ tinstab fir-Rapport ta’ Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-Installazzjonijiet tal-IED;
l-applikazzjoni ta’ parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari;
l-awditjar intern indipendenti perjodiku (sa fejn ikun prattikabbli) u l-awditjar estern indipendenti perjodiku sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali u sabiex jiġi ddeterminat jekk l-EMS hijiex konformi jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk ġietx implimentata u miżmuma kif suppost;
l-evalwazzjoni tal-kawżi tan-nuqqasijiet ta’ konformità, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi bħala rispons għan-nuqqas ta’ konformità, ir-rieżami tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi, u d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistux jew jekk jistgħux iseħħu nuqqasijiet ta’ konformità simili;
ir-rieżami perjodiku, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u tal-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha;
is-segwitu u l-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ tekniki aktar nodfa.
B’mod speċifiku għall-biċċeriji kif ukoll għall-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u/jew ta’ koprodotti li jittieklu, il-BAT hija wkoll li jiġu inkorporati l-elementi li ġejjin fl-EMS:
pjan ta’ ġestjoni tal-irwejjaħ (ara l-BAT 18);
inventarju tal-inputs u tal-outputs (ara l-BAT 2);
sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi (ara l-BAT 3);
pjan tal-effiċjenza enerġetika (ara l-BAT 9 (a));
pjan ta’ ġestjoni tal-ilma (ara l-BAT 10 (a));
pjan ta’ ġestjoni tal-istorbju (ara l-BAT 16);
pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC (ara l-BAT 4).
pjan ta’ ġestjoni tar-refriġerazzjoni għall-biċċeriji (ara l-BAT 21 (a) u l-BAT 23 (a)).
Nota
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-Unjoni Ewropea, li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ din il-BAT.
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment se jkunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-medda ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.
BAT 2. Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi stabbilit, miżmum u rieżaminat regolarment (inkluż meta sseħħ bidla sinifikanti) inventarju tal-inputs u tal-outputs, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) li jinkorpora l-elementi kollha li ġejjin:
Informazzjoni dwar il-proċess(i) tal-produzzjoni, inklużi:
skedi simplifikati tal-fluss tal-proċess li juru l-oriġini tal-emissjonijiet;
deskrizzjonijiet tat-tekniki integrati fil-proċess u tat-tekniki ta’ trattament tal-ilma mormi/tal-gass ta’ skart għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluża l-prestazzjoni tagħhom (eż. l-effiċjenza tat-tnaqqis).
Informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tal-enerġija.
Informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tal-ilma (eż. dijagrammi tal-fluss u bilanċi tal-massa tal-ilma).
Informazzjoni dwar il-kwantità u l-karatteristiċi tal-flussi tal-ilma mormi, bħal:
il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss, il-pH u t-temperatura;
il-valuri medji tal-konċentrazzjoni u tal-fluss tal-massa tas-sustanzi/parametri rilevanti (eż. is-COD/it-TOC, l-ispeċi tan-nitroġenu, il-fosforu) u l-varjabbiltà tagħhom.
Informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-flussi tal-gass ta’ skart, bħal:
il-punt(i) ta’ emissjoni;
il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss u tat-temperatura;
il-valuri medji tal-konċentrazzjoni u tal-fluss tal-massa tas-sustanzi/parametri rilevanti (eż. it-trab, it-TVOC, l-NOX, l-SOX) u l-varjabbiltà tagħhom;
il-preżenza ta’ sustanzi oħra li jistgħu jaffettwaw is-sistema tat-trattament tal-gass ta’ skart jew is-sikurezza tal-impjant (eż. l-ossiġenu, il-fwar tal-ilma, it-trab).
Informazzjoni dwar il-kwantità u l-karatteristiċi tas-sustanzi kimiċi użati:
l-identità u l-karatteristiċi tas-sustanzi kimiċi użati, inklużi l-proprjetajiet b’effetti negattivi fuq l-ambjent u/jew fuq is-saħħa tal-bniedem;
il-kwantitajiet ta’ sustanzi kimiċi użati u l-post fejn jintużaw.
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-inventarju ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha.
BAT 3. Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni tas-sustanzi kimiċi (CMS) bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1) li tinkorpora l-elementi kollha li ġejjin:
Politika biex jitnaqqsu l-konsum u r-riskji assoċjati mas-sustanzi kimiċi, inkluża politika ta’ akkwist biex jintgħażlu sustanzi kimiċi anqas dannużi u l-fornituri tagħhom bil-għan li jiġu minimizzati l-użu u r-riskji assoċjati ma’ sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u biex jiġi evitat l-akkwist ta’ ammont żejjed ta’ sustanzi kimiċi. L-għażla tas-sustanzi kimiċi hija bbażata fuq:
l-analiżi komparattiva tal-bijoeliminabbiltà/bijodegradabbiltà, l-ekotossiċità u l-potenzjal tagħhom li jiġu rilaxxati fl-ambjent, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent;
il-karatterizzazzjoni tar-riskji assoċjati mas-sustanzi kimiċi, abbażi tal-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi kimiċi, il-mogħdijiet mill-impjant, ir-rilaxx potenzjali u l-livell ta’ esponiment;
l-analiżi regolari (eż. annwali) tal-potenzjal għas-sostituzzjoni biex jiġu identifikati alternattivi ġodda potenzjalment disponibbli u aktar sikuri għall-użu ta’ sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (eż. l-użu ta’ sustanzi kimiċi oħra mingħajr impatti jew b’impatti anqas fuq l-ambjent u/jew fuq is-saħħa tal-bniedem, ara l-BAT 11 (a));
il-monitoraġġ antiċipatorju tal-bidliet regolatorji relatati ma’ sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli.
L-inventarju tas-sustanzi kimiċi (ara l-BAT 2) jista’ jintuża biex jipprovdi u jżomm l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sustanzi kimiċi.
Għanijiet u pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġi evitat jew jitnaqqas l-użu ta’ sustanzi perikolużi u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u r-riskji assoċjati magħhom.
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-akkwist, il-maniġġ, il-ħżin u l-użu ta’ sustanzi kimiċi għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ambjent.
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tas-CMS ġeneralment se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-impjant.
BAT 4. Sabiex titnaqqas il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ OTNOC u jitnaqqsu l-emissjonijiet matul l-OTNOC, il-BAT hija li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC ibbażat fuq ir-riskju bħala parti mill-EMS (ara l-BAT 1) li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
l-identifikazzjoni ta’ OTNOC potenzjali (eż. ħsara f’tagħmir kritiku għall-protezzjoni tal-ambjent (“tagħmir kritiku”)), tal-kawżi ewlenin tagħhom u tal-konsegwenzi potenzjali tagħhom;
it-tfassil xieraq tat-tagħmir kritiku (eż. impjant tat-trattament tal-ilma mormi);
l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ spezzjoni u programm ta’ manutenzjoni preventiva għat-tagħmir kritiku (ara l-BAT 1 xii.);
il-monitoraġġ (jiġifieri l-istima jew, meta jkun possibbli, il-kejl) u r-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet matul l-OTNOC u taċ-ċirkostanzi assoċjati;
il-valutazzjoni perjodika tal-emissjonijiet li jseħħu waqt l-OTNOC (eż. il-frekwenza tal-avvenimenti, id-durata, l-ammont ta’ sustanzi niġġiesa emessi) u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi, jekk ikunu meħtieġa;
ir-rieżami u l-aġġornament regolari tal-lista ta’ OTNOC identifikati skont il-punt i. b’segwitu tal-valutazzjoni perjodika tal-punt v.;
l-ittestjar regolari ta’ sistemi ta’ riżerva.
Applikabbiltà
Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC ġeneralment se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-impjant, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.
1.1.2. Monitoraġġ
BAT 5. Għall-flussi tal-ilma mormi identifikati mill-inventarju tal-inputs u l-outputs (ara l-BAT 2), il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-parametri ewlenin tal-proċess (eż. monitoraġġ kontinwu tal-fluss, il-pH u t-temperatura tal-ilma mormi) f’postijiet ewlenin (eż. fil-bokka u/jew fl-iżbokk tat-trattament minn qabel tal-ilma mormi, fil-bokka tat-trattament finali tal-ilma mormi, fil-punt fejn l-emissjoni toħroġ mill-installazzjoni).
BAT 6. Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati mill-anqas darba fis-sena:
Deskrizzjoni
Il-monitoraġġ preferibbilment jinkludi kejl dirett. Jistgħu jintużaw ukoll kalkoli jew reġistrazzjoni, eż. bl-użu ta’ miters jew fatturi xierqa. Il-monitoraġġ jitwettaq fil-livell tal-installazzjoni (u jista’ jinqasam sal-livell tal-proċess l-aktar xieraq) u jqis kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi.
BAT 7. Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet fl-ilma tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Sustanza/Parametru |
Attivitajiet |
Standard(s) |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ (1) |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
|
L-attivitajiet kollha |
EN ISO 9562 |
Darba kull 3 xhur (4) |
BAT 14 |
||
Domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BODn) (5) |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN 1899-1, EN ISO 5815-1) |
Darba fix-xahar |
|||
L-ebda standard EN disponibbli |
Darba fil-ġimgħa (7) |
||||
Nitroġenu totali (TN) (5) |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN 12260, EN ISO 11905-1) |
||||
EN 1484 |
|||||
Fosforu totali (TP) (5) |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 6878, EN ISO 15681-1 u -2, EN ISO 11885) |
||||
Solidi sospiżi totali (TSS) (5) |
EN 872 |
||||
Metalli |
Biċċeriji |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11885, EN ISO 17294-2 jew EN ISO 15586) |
Darba kull sitt xhur |
||
— Biċċeriji — Tmelliħ tal-ġilda — Manifattura tal-ġelatina bl-użu tal-għadam bħala materja prima |
Hemm diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 10304-1, EN ISO 15682) |
Darba fix-xahar (4) |
- |
||
(1)
Fil-każ ta’ skariku f’lottijiet li jkun anqas frekwenti mill-frekwenza minima tal-monitoraġġ, il-monitoraġġ jitwettaq darba għal kull lott.
(2)
Fil-każ ta’ skariku indirett, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba fis-sena għas-Cu u ż-Zn u darba kull sitt xhur għall-AOX u għas-Cl- jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar b’mod xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.
(3)
Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza/parametru kkonċernat jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(4)
Il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull 6 xhur jekk il-livelli ta’ emissjonijiet jiġu ppruvati li huma stabbli biżżejjed.
(5)
Il-monitoraġġ japplika biss fil-każ ta’ skariku dirett.
(6)
Jiġi mmonitorjat is-COD jew it-TOC. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla ppreferuta minħabba li ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(7)
Il-frekwenza minima tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull xahar jekk il-livelli ta’ emissjonijiet jiġu ppruvati li huma stabbli biżżejjed. |
BAT 8. Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet inkanalati fl-arja tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Sustanza/ Parametru |
Attivitajiet/Proċessi |
Standard(s) |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ (1) |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
CO |
Kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
EN 15058 |
Darba fis-sena |
BAT 15 |
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
- |
|||
Trab |
Kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
EN 13284-1 |
BAT 15 |
|
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
- |
|||
NOX |
Kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
EN 14792 |
BAT 15 |
|
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
- |
|||
SOX |
Kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
EN 14791 |
BAT 15 |
|
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
- |
|||
H2S |
Rendering, tidwib tax-xaħam, ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix (2) |
L-ebda standard EN disponibbli |
BAT 25 |
|
NH3 |
Rendering, tidwib tax-xaħam, ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix |
EN ISO 21877 |
||
Kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
||||
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
- |
|||
TVOC |
Rendering, tidwib tax-xaħam, ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix |
EN 12619 |
BAT 25 |
|
Kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
||||
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
- |
|||
Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ |
EN 13725 |
- |
||
Inċinerazzjoni tal-karkassi (3) |
- |
|||
Manifattura tal-ġelatina (3) |
- |
|||
Produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta (3) |
BAT 25 |
|||
Rendering, tidwib tax-xaħam, ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix (3) |
||||
HCl |
Inċinerazzjoni tal-karkassi |
EN 1911 |
- |
|
HF |
L-ebda standard EN disponibbli |
|||
Hg |
EN 13211 |
|||
Metalli u metallojdi minbarra l-merkurju (As, Cd, Co, Cr, Cu, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl, V) |
EN 14385 |
|||
PCDD/F |
EN 1948-1, EN 1948-2, EN 1948-3 |
|
||
(1)
Sa fejn ikun possibbli, il-kejl isir fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet operattivi normali.
(2)
Il-monitoraġġ japplika biss meta l-H2S jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(3)
Dan jinkludi l-kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli.
(4)
Il-monitoraġġ japplika biss meta r-riħa tiġi identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2. |
1.1.3. Effiċjenza enerġetika
BAT 9. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
a |
Pjan u awditi għall-effiċjenza enerġetika |
Pjan għall-effiċjenza enerġetika huwa parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) u jinvolvi d-definizzjoni u l-kalkolu tal-konsum speċifiku tal-enerġija tal-attività (jew attivitajiet), l-istabbiliment ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fuq bażi annwali (pereżempju għall-konsum speċifiku tal-enerġija) u l-ippjanar ta’ miri perjodiċi ta’ titjib u azzjonijiet relatati. L-awditi jitwettqu mill-anqas darba fis-sena biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika u li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditi tal-enerġija jiġu segwiti u implimentati. |
Il-livell ta’ dettall tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika u tal-awditi ġeneralment se jkun relatat man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant. |
b |
Tekniki ġenerali għall-iffrankar tal-enerġija |
Dawn jinkludu tekniki bħal: — l-irkupru tas-sħana bi skambjaturi tas-sħana u/jew pompi tas-sħana; — muturi effiċjenti fl-enerġija; — konvertituri tal-frekwenza fuq il-muturi; — sistemi ta’ kontroll tal-proċess; — il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija (koġenerazzjoni); — l-iżolazzjoni tal-pajpijiet, tar-reċipjenti u ta’ tagħmir ieħor; — ir-regolamentazzjoni u l-kontroll tal-kombustjoni; — it-tisħin minn qabel tal-ilma ta’ alimentazzjoni (inkluż l-użu ta’ ekonomizzaturi); — il-minimizzazzjoni tal-blowdown tal-bojlers; — l-ottimizzazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-fwar; — it-tnaqqis tat-tnixxijiet tas-sistema tal-arja kkompressata; — sistemi ta’ ġestjoni tad-dawl; — dawl effiċjenti fl-enerġija; — l-ottimizzazzjoni tat-tfassil u t-tħaddim tas-sistema/i tat-tkessiħ. |
L-applikabbiltà tal-koġenerazzjoni għall-impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta minn domanda xierqa għall-enerġija u/jew mit-tqassim/nuqqas ta’ spazju tal-impjant. |
Fit-Taqsima 1.2.1 u fit-Taqsima 1.3.1 ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT hemm aktar tekniki speċifiċi għas-settur biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika.
1.1.4. Il-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi
BAT 10. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-ammont ta’ ilma mormi ġġenerat, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki (a) u (b), u kombinazzjoni xierqa tat-tekniki (c) sa (k) mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
Tekniki ta’ ġestjoni, disinn u tħaddim |
|||
a |
Pjan ta’ ġestjoni tal-ilma u awditi tal-ilma |
Pjan ta’ ġestjoni tal-ilma u l-awditi tal-ilma huma parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) u jinkludu: — dijagrammi tal-fluss u bilanċi tal-massa tal-ilma tal-impjant u tal-proċessi bħala parti mill-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2; — l-istabbiliment ta’ objettivi tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma; — l-implimentazzjoni ta’ tekniki ta’ ottimizzazzjoni tal-ilma (eż. il-kontroll tal-użu tal-ilma, l-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ, id-detezzjoni u t-tiswija tat-tixrid). L-awditi tal-ilma jitwettqu mill-anqas darba fis-sena biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta’ ġestjoni tal-ilma u li jiġu segwiti u implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-awditi tal-ilma. |
Il-livell ta’ dettall u n-natura tal-pjan ta’ ġestjoni tal-ilma u tal-verifiki tal-ilma ġeneralment ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-impjant. |
b |
Segregazzjoni tal-flussi tal-ilma |
Il-flussi tal-ilma li ma għandhomx bżonn trattament (eż. l-ilma tat-tberrid mhux ikkontaminat, l-ilma tal-iskol mhux ikkontaminat) jiġu segregati mill-ilma mormi li jrid jgħaddi minn trattament, u b’hekk jippermettu r-riċiklaġġ tal-ilma mhux ikkontaminat. |
L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tiġi ristretta mit-tqassim tas-sistema tal-ġbir tal-ilma u min-nuqqas ta’ spazju għat-tankijiet tal-ħżin temporanju. |
c |
Użu mill-ġdid u/jew riċiklaġġ tal-ilma |
Ir-riċiklaġġ u/jew l-użu mill-ġdid tal-flussi tal-ilma (bi trattament tal-ilma qabel jew le), eż. għat-tindif, għall-ħasil, għat-tkessiħ jew għall-proċess innifsu. |
Jista’ ma jkunx applikabbli minħabba rekwiżiti ta’ iġjene u ta’ sikurezza. |
d |
Ottimizzazzjoni tal-fluss tal-ilma |
L-użu ta’ apparati ta’ kontroll, pereżempju fotoċelloli, valvijiet tal-fluss, valvi termostatiċi, biex il-fluss tal-ilma jiġi aġġustat b’mod awtomatiku għall-ammont minimu meħtieġ. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
e |
Ottimizzazzjoni u użu xieraq taż-żennuni u tal-pajpijiet tal-ilma |
L-użu tal-għadd u tal-pożizzjoni korretti taż-żennuni; l-aġġustament tal-pressjoni tal-ilma taż-żennuni u tal-pajpijiet. |
|
Tekniki relatati mal-operazzjonijiet tat-tindif |
|||
f |
Dry cleaning |
It-tneħħija ta’ kemm jista’ jkun materjal residwu mill-materja prima u mit-tagħmir, eż. bl-użu ta’ arja kkompressata, sistemi ta’ vakwu jew catchpots b’għatu xibka. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
g |
Tindif bi pressjoni għolja |
Sprejjar tal-ilma tat-tindif bi pressjonijiet li jvarjaw minn 15-il bar sa 150 bar. |
Jista’ ma jkunx applikabbli minħabba rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza. |
h |
Ottimizzazzjoni tad-dożaġġ kimiku u tal-użu tal-ilma fit-tindif fuq il-post (CIP) |
L-ammonti ta’ ilma sħun u ta’ sustanzi kimiċi li jintużaw jiġu ottimizzati billi jitkejlu, pereżempju, it-turbidità, il-konduttività, it-temperatura u/jew il-pH. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
i |
Tindif bir-ragħwa u/jew bil-ġel bi pressjoni baxxa |
L-użu tar-ragħwa u/jew tal-ġel bi pressjoni baxxa għat-tindif tal-ħitan, tal-art u/jew tas-superfiċe tat-tagħmir. |
|
j |
Disinn u kostruzzjoni ottimizzati taż-żoni tat-tagħmir u tal-ipproċessar |
Iż-żoni tat-tagħmir u tal-ipproċessar jiġu ddisinjati u mibnija b’mod li jiffaċilita t-tindif. Meta jiġu ottimizzati d-disinn u l-kostruzzjoni, jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene. |
|
k |
Tindif fil-pront tat-tagħmir |
It-tindif jiġi applikat kemm jista’ jkun malajr wara l-użu tat-tagħmir biex jiġi evitat it-twebbis tal-materjal residwu. |
Fit-Taqsima 1.2.2 u fit-Taqsima 1.3.2 ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT hemm aktar tekniki speċifiċi għas-settur biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi li jiġi ġġenerat.
1.1.5. Sustanzi ta’ ħsara
BAT 11. Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jitnaqqas l-użu ta’ sustanzi ta’ ħsara fit-tindif u d-diżinfezzjoni, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Għażla xierqa tas-sustanzi kimiċi tat-tindif u/jew tad-diżinfettanti |
L-evitar jew il-minimizzazzjoni tal-użu ta’ sustanzi kimiċi tat-tindif u/jew ta’ diżinfettanti li huma ta’ ħsara għall-ambjent akkwatiku, b’mod partikolari dawk li fihom sustanzi ta’ prijorità kkunsidrati skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (1). Meta jintgħażlu s-sustanzi kimiċi tat-tindif u/jew id-diżinfettanti, jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tal-iġjene u tas-sikurezza tal-ikel. Din it-teknika hija parti mis-CMS (ara l-BAT 3). |
b |
Użu mill-ġdid tas-sustanzi kimiċi tat-tindif fit-tindif fil-post (CIP) |
Il-ġbir u l-użu mill-ġdid tas-sustanzi kimiċi tat-tindif fis-CIP. Meta jintużaw mill-ġdid is-sustanzi kimiċi tat-tindif, jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene u tas-sikurezza tal-ikel. |
c |
Dry cleaning |
Ara l-BAT 10 (f). |
d |
Disinn u kostruzzjoni ottimizzati taż-żoni tat-tagħmir u tal-ipproċessar |
Ara l-BAT 10 (j). |
(1)
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). |
1.1.6. L-effiċjenza fir-riżorsi
BAT 12. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki (a) u (b), jekk ikun xieraq flimkien ma’ waħda jew maż-żewġ tekniki (c) u (d) mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
a |
Minimizzazzjoni tad-degradazzjoni bijoloġika tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu |
Il-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew il-koprodotti li jittieklu jinġabru minnufih fil-biċċeriji u jinħażnu f’reċipjenti jew fi kmamar magħluqa f’installazzjonijiet SA, għall-iqsar żmien possibbli, qabel trattament ulterjuri. Il-materja prima maħsuba għall-konsum mill-bniedem (eż. ix-xaħam, id-demm), il-materjal tal-għalf jew l-ikel għall-annimali domestiċi jista’ jkollhom bżonn refriġerazzjoni. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
b |
Separazzjoni u riċiklaġġ/irkupru tar-residwi |
Ir-residwi jiġu separati, eż. bl-użu ta’ skrins, prieper, catchpots, trejs tat-taqtir u ħwat pożizzjonati b’mod akkurat, għar-riċiklaġġ u l-irkupru. |
|
c |
Diġestjoni anaerobika |
It-trattament tar-residwi bijodegradabbli permezz ta’ mikroorganiżmi fin-nuqqas ta’ ossiġenu, li jirriżulta fil-ġenerazzjoni ta’ bijogass u diġestat. Il-bijogass jintuża bħala fjuwil, eż. f’magna tal-gass jew f’bojler. Id-diġestat jista’ jintuża, pereżempju bħala sustanza li ttejjeb il-ħamrija, fuq il-post jew lil hinn mis-sit. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba l-kwantità u/jew in-natura tar-residwi. |
d |
Irkupru tal-fosforu bħala struvit |
Ara t-Taqsima 1.4.1. |
Applikabbli biss għal flussi tal-ilma mormi b’kontenut totali għoli ta’ fosforu (eż. aktar minn 50 mg/l) u fluss sinifikanti. |
1.1.7. Emissjonijiet fl-ilma
BAT 13. Sabiex jiġu evitati emissjonijiet mhux ikkontrollati fl-ilma, il-BAT hija li tiġi pprovduta kapaċità xierqa ta’ ħżin bafer għall-ilma mormi ġġenerat.
Deskrizzjoni
Il-kapaċità xierqa ta’ ħżin bafer tiġi ddeterminata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju (b’kont meħud tan-natura tas-sustanza/i niġġiesa, l-effetti ta’ dawn is-sustanzi niġġiesa fuq it-trattament ulterjuri tal-ilma mormi, l-ambjent riċeventi, l-ammont ta’ ilma mormi ġġenerat, eċċ.).
Tank bafer ikun tipikament iddisinjat biex jaħżen l-ammonti ta’ ilma mormi ġġenerat matul diversi sigħat ta’ tħaddim intensivi.
L-ilma mormi minn dan il-ħżin bafer jiġi skarikat wara li jittieħdu l-miżuri xierqa (eż. monitoraġġ, trattament, użu mill-ġdid).
Applikabbiltà
Għall-impjanti eżistenti, it-teknika tista’ ma tkunx applikabbli minħabba nuqqas ta’ spazju u/jew minħabba t-tqassim tas-sistema tal-ġbir tal-ilma mormi.
BAT 14. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (1) |
Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira |
Applikabbiltà |
Trattament preliminari, primarju u ġenerali |
|||
a |
Ekwalizzazzjoni |
Is-sustanzi niġġiesa kollha |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
b |
Newtralizzazzjoni |
L-aċidi, l-alkali |
|
c |
Separazzjoni fiżika, eż. skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, separaturi tax-xaħam, tankijiet ta’ dikantazzjoni primarja |
Solidi grossi, solidi sospiżi, żejt/grass |
|
Trattament fiżikokimiku |
|||
d |
Preċipitazzjoni |
Sustanzi niġġiesa preċipitabbli, maħlula, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
e |
Ossidazzjoni kimika (eż. bl-ożonu) |
Sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji maħlula riduċibbli, eż. AOX, batterji reżistenti għall-antimikrobiċi |
|
Trattament aerobiku u/jew anaerobiku (trattament sekondarju) |
|||
f |
Trattament aerobiku u/jew anaerobiku (trattament sekondarju), eż. proċess tal-ħama attivat, vaska aerobika, proċess ta’ kuntatt anaerobiku, bijoreattur tal-membrana |
Komposti organiċi bijodegradabbli |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
Tneħħija tan-nitroġenu |
|||
g |
Nitrifikazzjoni u/jew denitrifikazzjoni |
Nitroġenu, ammonijaka/ammonju totali |
In-nitrifikazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ta’ klorur (eż. aktar minn 10 g/l). In-nitrifikazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C). |
Tneħħija tal-fosforu |
|||
h |
Preċipitazzjoni |
Fosforu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
i |
Tneħħija bijoloġika tal-fosforu mtejba |
||
j |
Irkupru tal-fosforu bħala struvit |
Applikabbli biss għal flussi tal-ilma mormi b’kontenut totali għoli ta’ fosforu (eż. aktar minn 50 mg/l) u fluss sinifikanti. |
|
Tneħħija tas-solidi finali |
|||
k |
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Solidi sospiżi u sustanzi niġġiesa mhux bijodegradabbli jew inibitorji marbuta ma’ partikoli |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
l |
Sedimentazzjoni |
||
m |
Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni, osmosi inversa) |
||
n |
Flotazzjoni |
||
(1)
Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 1.4.1. |
Tabella 1.1
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariki diretti
Sustanza/Parametru |
Unità |
||
Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD) (3) |
mg/l |
||
Kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC) (3) |
|||
Solidi sospiżi totali (TSS) |
|||
Nitroġenu totali (N Totali) |
|||
Fosforu totali (Total P) |
0,25 –2 (5) |
||
Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) (11) |
0,02 –0,3 |
||
Metalli |
Ram (Cu) (11) |
0,01 –0,2 (12) |
|
Żingu (Zn) (11) |
0,05 –0,5 (12) |
||
(1)
Il-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja huma definiti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.
(2)
Ma japplika l-ebda BAT-AEL għad-domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BOD). Bħala indikazzjoni, il-livell BOD5 medju annwali fl-effluwent minn impjant tat-trattament tal-ilma mormi bijoloġiku ġeneralment ikun ta’ ≤ 20 mg/l.
(3)
Japplika jew il-BAT-AEL għas-COD jew il-BAT-AEL għat-TOC. Il-BAT-AEL għat-TOC huwa l-għażla ppreferuta billi l-monitoraġġ tat-TOC ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(4)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 120 mg/l għall-installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu, biss jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tas-COD tkun ta’ ≥ 95 % bħala medja annwali jew bħala medja matul il-perjodu tal-produzzjoni.
(5)
Il-medda tal-BAT-AEL ma tistax tapplika għall-iskariki tal-ilma baħar mill-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta.
(6)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 40 mg/l għall-installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu, biss jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tas-TOC tkun ta’ ≥ 95 % bħala medja annwali jew bħala medja matul il-perjodu tal-produzzjoni.
(7)
It-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL tipikament jinkiseb meta tintuża l-filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni).
(8)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 40 mg/l għall-manifattura tal-ġelatina.
(9)
Il-BAT-AEL jista’ ma japplikax meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C) għal perjodi twal.
(10)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 40 mg/l għall-installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu biss jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tal-N Totali tkun ta’ ≥ 90 % bħala medja annwali jew bħala medja matul il-perjodu tal-produzzjoni.
(11)
Il-BAT-AEL japplika biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(12)
Il-BAT-AEL japplika biss għall-biċċeriji. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 7.
Tabella 1.2
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariki indiretti
Sustanza/Parametru |
Unità |
||
Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) (3) |
mg/l |
0,02 –0,3 |
|
Metalli |
Ram (Cu) (3) |
0,01 –0,2 (4) |
|
Żingu (Zn) (3) |
0,05 –0,5 (4) |
||
(1)
Il-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja huma definiti fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali.
(2)
Il-BAT-AELs jistgħu ma japplikawx jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun iddisinjat u mgħammar kif xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati, dment li dan ma jwassalx għal livell ogħla ta’ tniġġis fl-ambjent.
(3)
Il-BAT-AEL japplika biss meta s-sustanza/il-parametru kkonċernat jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2.
(4)
Il-BAT-AEL japplika biss għall-biċċeriji. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 7.
1.1.8. Emissjonijiet fl-arja
BAT 15. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja tas-CO, tat-trab, tal-NOX u tal-SOX mill-kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli, il-BAT hija li tintuża t-teknika (a) u teknika waħda jew kombinazzjoni xierqa tat-tekniki (b) sa (d) mogħtija hawn taħt.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Komposti ewlenin fil-mira |
Applikabbiltà |
a |
Ottimizzazzjoni tal-ossidazzjoni termali jew tal-kombustjoni fil-bojlers |
Ottimizzazzjoni tad-disinn u t-tħaddim tal-bojlers jew tal-ossidaturi termali għall-promozzjoni tal-ossidazzjoni tal-komposti organiċi, kif ukoll biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa bħall-NOX u s-CO. |
CO, NOX |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
b |
Tneħħija ta’ livelli għoljin ta’ trab, prekursuri tal-NOX u tal-SOX |
It-tneħħija (jekk ikun possibbli, għall-użu mill-ġdid) ta’ livelli għoljin ta’ trab, prekursuri tal-NOX u tal-SOX qabel il-kombustjoni ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten jew ossidazzjoni termali, eż. permezz ta’ kondensazzjoni. It-tneħħija addizzjonali ta’ wara l-kombustjoni tat-trab, tal-NOX u tal-SOX tista’ ssir bl-użu ta’ purifikazzjoni niedja pereżempju. |
Trab, NOX, SOX |
|
c |
Għażla tal-fjuwil |
L-użu ta’ fjuwil (inkluż dak ta’ appoġġ/awżiljari) b’kontenut baxx ta’ komposti potenzjalment niġġiesa (eż. kontenut baxx ta’ kubrit, irmied, nitroġenu, fluworu jew kloru fil-fjuwil). |
Trab, NOX, SOX |
|
d |
Berner b’livell baxx ta’ NOX |
It-teknika hija bbażata fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tat-temperaturi massimi tal-fjamma. It-taħlit tal-arja/fjuwil inaqqas id-disponibbiltà tal-ossiġenu u jnaqqas it-temperatura massima tal-fjamma, u b’hekk jittardja l-konverżjoni tan-nitroġenu marbut mal-fjuwil għal NOX u l-formazzjoni tal-NOX termali, filwaqt li jżomm effiċjenza għolja tal-kombustjoni. Din tista’ tkun assoċjata ma’ disinn modifikat tal-kompartiment ta’ kombustjoni tal-forn. |
NOX |
L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tad-disinn u/jew operazzjonali. |
Tabella 1.3
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja tat-trab, tal-NOX u tal-SOX mill-kombustjoni f’ossidaturi termali ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli
Sustanza/Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
Trab |
mg/Nm3 |
< 1 –5 (1) |
NOX |
||
SOX |
6 –100 |
|
(1)
Il-medda tal-BAT-AEL tapplika biss meta jintuża esklussivament gass naturali bħala fjuwil.
(2)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL tista’ tkun ogħla u sa 350 mg/Nm3 għall-ossidaturi termali rekuperattivi. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 8.
Tabella 1.4
Livell indikattiv ta’ emissjonijiet għall-emissjonijiet inkanalati ta’ CO fl-arja mill-kombustjoni f’ossidaturi termali ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli
Sustanza |
Unità |
Livell indikattiv ta’ emissjonijiet (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
CO |
mg/Nm3 |
3 –30 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 8.
1.1.9. Storbju
BAT 16. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju, il-BAT hija li jiġi stabbilit, implimentat u rieżaminat b’mod regolari pjan ta’ ġestjoni tal-istorbju, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
Applikabbiltà
L-applikabbiltà hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet issostanzjata inkonvenjenza mill-istorbju f’riċetturi sensittivi.
BAT 17. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
a |
Post xieraq għat-tagħmir u għall-binjiet |
Iż-żieda fid-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur, bl-użu tal-binjiet bħala skrins tal-istorbju u bir-rilokazzjoni tat-tagħmir u/jew tal-ħruġ jew id-dħul tal-binjiet. |
Għall-impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir u tal-ħruġ jew id-dħul tal-binjiet tista’ ma tkunx applikabbli minħabba nuqqas ta’ spazju u/jew kostijiet eċċessivi. |
b |
Miżuri operazzjonali |
Dawn jinkludu tekniki bħal: i. spezzjoni u manutenzjoni tat-tagħmir; ii. għeluq tal-bibien u tat-twieqi ta’ żoni magħluqin, jekk possibbli; iii. tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza; iv. l-evitar ta’ attivitajiet storbjużi billejl, jekk possibbli; v. dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-istorbju, eż. matul l-attivitajiet tal-produzzjoni u tal-manutenzjoni; vi. limitazzjoni tal-istorbju mill-annimali fil-biċċeriji (eż. permezz ta’ trasport u maniġġ b’attenzjoni). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
ċ |
Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju |
Dan jinkludi tekniki bħal kompressuri, pompi u fannijiet li ma jagħmlux ħafna storbju. |
|
d |
Tagħmir għall-kontroll tal-istorbju |
Dan jinkludi tekniki bħal: i. mezzi li jnaqqsu l-istorbju; ii. l-iżolazzjoni akustika tat-tagħmir; iii. l-għeluq ta’ tagħmir storbjuż; iv. l-iżolazzjoni kontra l-ħsejjes (“soundproofing”) tal-bini. |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
e |
Tnaqqis tal-istorbju |
L-inseriment ta’ ostakoli bejn l-emittenti u r-riċevituri (eż. ħitan ta’ protezzjoni, imbankmenti). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
1.1.10. Irwejjaħ
BAT 18. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hija li jiġi stabbilit, implimentat u rieżaminat b’mod regolari pjan għall-ġestjoni tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
Applikabbiltà
L-applikabbiltà hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet issostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ f’riċetturi sensittivi.
BAT 19. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
a. |
Tindif regolari tal-installazzjonijiet u tat-tagħmir |
Tindif regolari (eż. kuljum) tal-installazzjonijiet u tat-tagħmir inklużi ż-żoni fejn jinħażnu u jiġu pproċessati l-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew il-koprodotti li jittieklu. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
b. |
Tindif u diżinfezzjoni tal-vetturi u tat-tagħmir użati għat-trasport u l-konsenja ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u/jew ta’ koprodotti li jittieklu |
Il-vetturi tat-trasport u t-tagħmir tal-konsenja (eż. il-kontenituri) jitnaddfu u jiġu diżinfettati wara li jitbattlu. |
|
c. |
Għeluq tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu matul it-trasport, ir-riċeviment, it-tagħbija/il-ħatt u l-ħżin |
Iż-żoni ta’ tagħbija/ħatt u ta’ riċeviment ikunu jinsabu f’bini ventilat magħluq. Jintuża tagħmir xieraq għat-trasport u l-ħżin tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu. |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
d. |
Minimizzazzjoni tad-degradazzjoni bijoloġika tal-prodotti sekondarji tal-annimali u/jew tal-koprodotti li jittieklu |
Ara l-BAT 12 (a). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
e. |
Estrazzjoni tal-arja kemm jista’ jkun qrib il-punt tal-ġenerazzjoni tal-irwejjaħ. |
L-estrazzjoni tal-arja kemm jista’ jkun qrib il-punt tal-ġenerazzjoni tal-irwejjaħ b’għeluq sħiħ jew parzjali. L-arja estratta tista’ tiġi ttrattata (ara l-BAT 25). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
BAT-AELs għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja tal-irwejjaħ: ara t-Tabella 1.10 u t-Tabella 1.11.
1.1.11. Użu ta’ refriġeranti
BAT 20. Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u ta’ sustanzi b’potenzjal għoli ta’ tisħin globali mit-tkessiħ u mill-iffriżar, il-BAT hija li jintużaw refriġeranti mingħajr il-potenzjal ta’ tnaqqis tas-saff tal-ożonu u b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali.
Deskrizzjoni
Refriġeranti xierqa jinkludu pereżempju l-ilma, id-diossidu tal-karbonju, il-propan u l-ammonijaka.
1.2. Konklużjonijiet dwar il-BAT għall-biċċeriji
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
1.2.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 21. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija fil-BAT 9 flimkien maż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
a |
Pjan ta’ ġestjoni tar-refriġerazzjoni |
Ara t-Taqsima 1.4.3. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
b |
Tekniki għas-smit effiċjenti tal-ħnieżer u/jew tat-tjur |
Dawn jinkludu tekniki bħal: — is-smit bil-fwar tal-ħnieżer; — is-smit b’immersjoni tal-ħnieżer u/jew tat-tjur b’sistemi ottimizzati tal-fluss tal-ilma. |
L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta mit-tqassim tal-impjant/in-nuqqas ta’ spazju. |
Tabella 1.5
Livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPLs) għall-konsum nett speċifiku tal-enerġija fil-biċċeriji
Annimali skarnati |
Unità (1) |
Konsum nett speċifiku tal-enerġija (medja annwali) (2) |
Bhejjem tal-Ifrat |
kWh/tunnellata ta’ karkassi |
116 –240 (3) |
kWh/annimal |
30 –80 (4) |
|
Ħnieżer |
kWh/tunnellata ta’ karkassi |
65 –370 (5) |
kWh/annimal |
4 –35 (5) |
|
Tiġieġ |
kWh/tunnellata ta’ karkassi |
170 –490 (5) |
kWh/annimal |
0,25 –0,90 (5) |
|
(1)
Japplika jew il-BAT-AEPL espress f’kWh/tunnellata ta’ karkassi jew il-BAT-AEPL espress f’kWh/annimal.
(2)
Il-BAT-AEPLs jirreferu għall-iskarnar esklużiv tal-annimali inkwistjoni.
(3)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEPL jista’ jkun ogħla u sa 415 kWh/tunnellata ta’ karkassi jekk il-konsum nett speċifiku tal-enerġija jinkludi l-enerġija kkunsmata mill-attivitajiet tal-FDM.
(4)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEPL jista’ jkun ogħla u sa 150 kWh/annimal jekk il-konsum nett speċifiku tal-enerġija jinkludi l-enerġija kkunsmata mill-attivitajiet tal-FDM.
(5)
Il-medda tal-BAT-AEPL tista’ ma tkunx applikabbli għal installazzjonijiet li jipproduċu aktar minn 50 % ta’ prodotti ta’ konvenjenza (jiġifieri prodotti tal-laħam ipproċessati aktar minn qatgħat sempliċi tal-laħam, eż. prodotti mmarinati, zalzett) bħala proporzjon mill-piż totali tal-prodotti tal-FDM. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 6.
1.2.2. Il-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi
BAT 22. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-ammont ta’ ilma mormi ġġenerat, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki (a) u (b) mogħtija fil-BAT 10, flimkien ma’ kombinazzjoni xierqa tat-tekniki (c) sa (k) mogħtija fil-BAT 10 u tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
a |
Tbattil xott tal-istonkijiet tal-bhejjem tal-ifrat/tal-ħnieżer |
L-istonkijiet tal-bhejjem tal-ifrat/tal-ħnieżer jitbattlu bl-użu ta’ magni mingħajr ilma. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
b |
Ġbir xott tal-kontenut tal-intestini ż-żgħar tal-ħnieżer |
L-intestini ż-żgħar tal-ħnieżer jitbattlu billi jinġibdu bejn par rombli. Il-kontenut tagħhom jinġabar fi trej u jiġi ppumpjat f’kontenitur. |
|
c |
Tekniki għal smit effiċjenti |
Ara l-BAT 21 (b). |
L-applikabbiltà għall-impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta mit-tqassim tal-impjant/in-nuqqas ta’ spazju. |
Tabella 1.6
Livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPLs) għal skariku tal-ilma mormi speċifiku
Annimali skarnati |
Unità (1) |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) (2) |
Bhejjem tal-Ifrat |
m3/tunnellata ta’ karkassi |
1,85 –3,90 (3) |
m3/annimal |
0,30 –1,30 (4) |
|
Ħnieżer |
m3/tunnellata ta’ karkassi |
0,70 –3,50 |
m3/annimal |
0,07 –0,30 |
|
Tiġieġ |
m3/tunnellata ta’ karkassi |
1,45 –6,30 |
m3/annimal |
0,002 –0,013 |
|
(1)
Japplika jew il-BAT-AEPL espress f’m3/tunnellata ta’ karkassi jew il-BAT-AEPL espress f’m3/annimal.
(2)
Il-BAT-AEPLs jirreferu għall-iskarnar esklużiv tal-annimali inkwistjoni.
(3)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEPL jista’ jkun ogħla u sa 5,25 m3/tunnellata ta’ karkassi f’każ li l-iskariku tal-ilma mormi speċifiku jinkludi ilma użat minn attivitajiet tal-FDM.
(4)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEPL jista’ jkun ogħla u sa 2,45 m3/annimal f’każ li l-iskariku tal-ilma mormi speċifiku jinkludi ilma użat minn attivitajiet tal-FDM. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 6.
1.2.3. Użu ta’ refriġeranti
BAT 23. Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jitnaqqas it-telf tar-refriġerant, il-BAT hija li tintuża t-teknika (a) u teknika waħda jew iż-żewġ tekniki (b) u (c) mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Pjan ta’ ġestjoni tar-refriġerazzjoni |
Ara t-Taqsima 1.4.3. |
b |
Manutenzjoni preventiva u korrettiva |
It-tħaddim korrett tat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni jiġi rieżaminat b’mod regolari u kwalunkwe devjazzjoni/ħsara tiġi kkoreġuta/irranġata fil-ħin. |
c |
Użu ta’ detetturi tat-tnixxija tar-refriġerant |
Tintuża sistema ċentralizzata ta’ allarm sabiex jiġu identifikati minnufih it-tnixxijiet tar-refriġerant. |
Tabella 1.7
Livell indikattiv ta’ emissjonijiet għat-telf tar-refriġerant
Tip ta’ refriġerant |
Unità |
Livell indikattiv ta’ emissjonijiet (medja mobbli fuq 3 snin) |
Kwalunkwe tip ta’ refriġerant |
Il-perċentwal (%) tal-ammont totali ta’ refriġerant li jinsab fis-sistema/i tat-tkessiħ |
< 1 –5 |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 6.
1.3. Konklużjonijiet dwar il-BAT għal installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu
Il-konklużjonijiet dwar il-BAT f’din it-taqsima japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.
1.3.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 24. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija fil-BAT 9, jekk ikun xieraq flimkien ma’ evaporaturi b’effett multiplu.
Deskrizzjoni
L-evaporaturi b’effett multiplu jintużaw biex jitneħħa l-ilma minn taħlitiet likwidi ġġenerati pereżempju fit-tidwib tax-xaħam, ir-rendering, u l-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta. Il-fwar jiġi introdott f’sensiela ta’ reċipjenti suċċessivi, kull wieħed juri temperatura u pressjoni aktar baxxa minn ta’ qablu.
Tabella 1.8
Livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPLs) għall-konsum nett speċifiku tal-enerġija f’installazzjonijiet li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali u/jew koprodotti li jittieklu
Tip ta’ installazzjoni/proċess(i) |
Unità |
Konsum nett speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Rendering, tidwib tax-xaħam, ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix |
kWh/tunnellata ta’ materja prima |
120 –910 |
Produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta |
420 –710 |
|
Manifattura tal-ġelatina |
1 380 –2 500 (1) |
|
(1)
Il-BAT-AEPL japplika għal installazzjonijiet li jużaw esklussivament ġilda tal-ħnieżer bħala materja prima. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 6.
1.3.2. Il-konsum tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-ilma mormi
Il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali mogħtija hawn taħt għal skariku tal-ilma mormi speċifiku huma assoċjati mal-konklużjonijiet ġenerali dwar il-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.1.4.
Tabella 1.9
Livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPLs) għal skariku tal-ilma mormi speċifiku
Tip ta’ installazzjoni/proċess(i) |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Rendering, tidwib tax-xaħam, ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix |
m3/tunnellata ta’ materja prima |
0,2 –1,55 |
Produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta |
0,20 –1,25 (1) |
|
Manifattura tal-ġelatina |
16,5 –27 (2) |
|
(1)
Il-medda tal-BAT-AEPL ma tistax tapplika għall-iskariki tal-ilma baħar mill-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta.
(2)
Il-BAT-AEPL japplika għal installazzjonijiet li jużaw esklussivament ġilda tal-ħnieżer bħala materja prima. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 6.
1.3.3. Emissjonijiet fl-arja
BAT 25. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta’ komposti organiċi u komposti li jarmu riħa tinten, inklużi l-H2S u l-NH3, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a. |
Kondensazzjoni |
Ara t-Taqsima 1.4.2. It-teknika tintuża flimkien ma’ teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki (b) sa (g) għat-trattament ta’ gassijiet mhux kondensabbli. |
b. |
Adsorbiment |
Ara t-Taqsima 1.4.2. |
c. |
Bijofiltru |
|
d. |
Kombustjoni f’bojler tal-fwar ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
|
e. |
Ossidazzjoni termika |
|
f. |
Purifikatur niedi |
|
g. |
Bijopurifikatur |
Tabella 1.10
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ rwejjaħ, komposti organiċi, NH3 u H2S mir-rendering, it-tidwib tax-xaħam, l-ipproċessar tad-demm u/jew tar-rix
Sustanza/Parametru |
Unità |
BAT-AEL |
Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ |
ouE/m3 |
|
TVOC |
mg C/Nm3 |
0,5 –16 |
NH3 |
mg/Nm3 |
0,1 –4 (3) |
H2S |
< 0,1 –1 (4) |
|
(1)
Il-medda tal-BAT-AEL tista’ ma tapplikax fil-każ tal-kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: — it-temperatura tal-kombustjoni tkun għolja biżżejjed (tipikament fil-medda ta’ 750-850 °C) b’ħin ta’ residenza suffiċjenti (tipikament bejn 1 u 2 sekondi); u — l-effiċjenza tat-tnaqqis tal-irwejjaħ tkun ta’ ≥ 99 %, jew bħala alternattiva, ir-riħa tal-proċess ma tkunx perċepibbli fil-gassijiet ta’ skart ittrattati.
(2)
Fil-każ ta’ teknika/i ta’ tnaqqis għajr il-kombustjoni ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, it-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 3 000 ouE/m3 jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ta’ ≥ 92 % jew, bħala alternattiva, ir-riħa tal-proċess ma tkunx perċepibbli fil-gassijiet ta’ skart ittrattati.
(3)
It-tarf ta’ fuq tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jkun ogħla u sa 7 mg/Nm3 fil-każ tal-kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten.
(4)
Il-medda tal-BAT-AEL tapplika biss meta l-H2S jiġi identifikat bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta’ skart abbażi tal-inventarju tal-inputs u l-outputs imsemmi fil-BAT 2. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 8.
Tabella 1.11
Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ rwejjaħ, komposti organiċi u NH3 mill-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta
Sustanza/Parametru |
Unità |
BAT-AEL |
Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ |
ouE/m3 |
400 –3 500 (1) |
TVOC (2) |
mg C/Nm3 |
1 –14 |
NH3 (2) |
mg/Nm3 |
0,1 –7 |
(1)
Il-medda tal-BAT-AEL tista’ ma tapplikax fil-każ tal-kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: — it-temperatura tal-kombustjoni tkun għolja biżżejjed (tipikament fil-medda ta’ 750-850 °C) b’ħin ta’ residenza suffiċjenti (tipikament bejn 1 u 2 sekondi) u; — l-effiċjenza tat-tnaqqis tal-irwejjaħ tkun ta’ ≥ 99 % jew, bħala alternattiva, ir-riħa tal-proċess ma tkunx perċepibbli fil-gassijiet ta’ skart ittrattati.
(2)
Il-BAT-AEL japplika biss għall-kombustjoni (eż. f’ossidaturi termali jew f’bojlers tal-fwar) ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli. |
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fil-BAT 8.
1.4. Deskrizzjoni tat-tekniki
1.4.1. Emissjonijiet fl-ilma
Teknika |
Deskrizzjoni |
Proċess tal-ħama attivat |
Proċess bijoloġiku li fih il-mikroorganiżmi jinżammu sospiżi fl-ilma mormi u t-taħlita kollha tiġi arjata mekkanikament. It-taħlita tal-ħama attivat tintbagħat f’faċilità ta’ separazzjoni fejn il-ħama jiġi rriċiklat għat-tank tal-arjazzjoni. |
Vaska aerobika |
Baċir tal-fuħħar baxx għat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi, li l-kontenut tiegħu jitħallat perjodikament biex l-ossiġenu jkun jista’ jidħol fil-likwidu permezz ta’ diffużjoni atmosferika. |
Proċess anaerobiku ta’ kuntatt |
Proċess anaerobiku li fih l-ilma mormi jitħallat mal-ħama riċiklat u mbagħad jiġi diġerit f’reattur issiġillat. It-taħlita ta’ ilma/ħama tiġi separata esternament. |
Ossidazzjoni kimika (eż. bl-ożonu) |
L-ossidazzjoni kimika hija l-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa minn aġenti kimiċi-ossidanti għajr l-ossiġenu/l-arja jew il-batterji f’komposti simili iżda anqas ta’ ħsara jew perikolużi u/jew għal komponenti organiċi b’katina qasira u aktar faċilment degradabbli jew bijodegradabbli. L-ożonu huwa eżempju wieħed ta’ aġent kimiku-ossidanti applikat. |
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jsiru fi stadji suċċessivi. Il-koagulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta’ koagulanti b’ċarġ oppost għal dak tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni ssir permezz taż-żieda ta’ polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet tal-partikoli ta’ mikroflokkuli jġegħluhom jintrabtu biex jipproduċu flokkuli akbar. |
Ekwalizzazzjoni |
L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa bl-użu ta’ tankijiet jew tekniki oħrajn ta’ ġestjoni. |
Tneħħija bijoloġika tal-fosforu mtejba |
Kombinazzjoni ta’ trattament aerobiku u anaerobiku biex jiġu arrikkiti b’mod selettiv il-mikroorganiżmi li jakkumulaw il-polifosfat fil-komunità batterika fil-ħama attivat. Dawn il-mikroorganiżmi jieħdu aktar fosforu minn dak li hu meħtieġ għat-tkabbir normali. |
Filtrazzjoni |
Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi billi dan jiġi mgħoddi minn ġo mezz poruż, eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni. |
Flotazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ partikoli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma’ bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikoli li jżommu fil-wiċċ jakkumulaw f’wiċċ l-ilma u jinġabru bi xkumaturi. |
Bijoreattur b’membrana |
Kombinazzjoni ta’ trattament bil-ħama attivat u filtrazzjoni b’membrana. Jintużaw żewġ varjanti: a) ċirkwit estern ta’ riċirkolazzjoni bejn it-tank tal-ħama attivat u l-modulu tal-membrana; u b) l-immersjoni tal-modulu tal-membrana fit-tank tal-ħama attivat arjat, fejn l-effluwent jiġi ffiltrat minn membrana b’fibri vojta minn ġewwa, bil-bijomassa tibqa’ fit-tank. |
Newtralizzazzjoni |
L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal livell newtrali (madwar 7) biż-żieda ta’ sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) ġeneralment jintużaw sabiex iżidu l-pH, filwaqt li l-aċidu sulfuriku (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) ġeneralment jintużaw sabiex jitnaqqas il-pH. Tista’ sseħħ il-preċipitazzjoni ta’ xi sustanzi matul in-newtralizzazzjoni. |
Nitrifikazzjoni u/jew denitrifikazzjoni |
Proċess f’żewġ stadji li normalment ikun inkorporat f’impjanti tat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi. L-ewwel stadju huwa n-nitrifikazzjoni aerobika fejn il-mikroorganiżmi jossidizzaw l-ammonju (NH4 +) fin-nitrit intermedju (NO2 -), li mbagħad ikompli jiġi ossidizzat f’nitrat (NO3 -). Fl-istadju sussegwenti tad-denitrifikazzjoni anossika, il-mikroorganiżmi kimikament inaqqsu n-nitrat f’gass tan-nitroġenu. |
Irkupru tal-fosforu bħala struvit |
Il-fosforu li jinsab fil-flussi tal-ilma mormi jiġi rkuprat permezz ta’ preċipitazzjoni fil-forma ta’ struvit (fosfat tal-ammonju tal-manjeżju). |
Preċipitazzjoni |
Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa maħlula f’komposti li ma jinħallux billi jiżdiedu preċipitanti kimiċi. Sussegwentement, il-preċipitati solidi ffurmati jiġu sseparati permezz ta’ sedimentazzjoni, flotazzjoni bl-arja, jew filtrazzjoni. Għall-preċipitazzjoni tal-fosforu jintużaw joni multivalenti tal-metall (eż. kalċju, aluminju, ħadid). |
Sedimentazzjoni |
Is-separazzjoni tal-partikoli sospiżi permezz tal-issettjar bi gravità. |
1.4.2. Emissjonijiet fl-arja
Teknika |
Deskrizzjoni |
Adsorbiment |
Il-komposti organiċi jitneħħew minn fluss ta’ gass ta’ skart billi jinżammu fuq wiċċ solidu (tipikament karbonju attivat). |
Filtru b’borża |
Il-filtri b’borża, spiss imsejħa filtri tad-drapp, huma magħmula minn drapp minsuġ jew tal-pannu poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikoli. L-użu ta’ filtru b’borża jirrikjedi l-għażla ta’ drapp adattat għall-karatteristiċi tal-gass ta’ skart u t-temperatura operattiva massima. |
Bijofiltru |
Il-fluss tal-gass ta’ skart jiġi mgħoddi minn sodda ta’ materjal organiku (bħal pit, ħaxixet il-mikinsa, kompost, għeruq, zokk tas-siġar, injam artab u kombinazzjonijiet differenti) jew xi materjal inerti (bħal tafal, karbonju attivat, u poliuretan), fejn jiġi ossidat bijoloġikament permezz ta’ mikroorganiżmi li jseħħu b’mod naturali fid-diossidu tal-karbonju, l-ilma, l-imluħ inorganiċi u l-bijomassa. Bijofiltru jitfassal b’kont meħud tat-tip(i) ta’ input ta’ skart. Jintgħażel materjal xieraq tas-sodda, pereżempju f’termini ta’ kapaċità ta’ żamma tal-ilma, densità tal-massa, porożità, integrità strutturali. Huwa importanti wkoll li s-sodda tal-filtru jkollha għoli u erja tas-superfiċe xierqa. Il-bijofiltru huwa mqabbad ma’ sistema xierqa ta’ ventilazzjoni u ċirkolazzjoni tal-arja sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni uniformi tal-arja madwar is-sodda u ħin ta’ residenza suffiċjenti tal-gass ta’ skart ġos-sodda. Il-bijofiltri jistgħu jinqasmu f’bijofiltri bis-saqaf miftuħ u bijofiltri magħluqa. |
Bijopurifikatur |
Filtru għoli ppakkjat b’materjal tal-imballaġġ inerti li normalment jinżamm kontinwament niedi bit-tbexxix tal-ilma. Is-sustanzi niġġiesa tal-arja jiġu assorbiti fil-fażi likwida u sussegwentement jiġu degradati minn mikroorganiżmi li joqogħdu fuq l-elementi tal-filtru. |
Kombustjoni f’bojler tal-fwar ta’ gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli |
Il-gassijiet li jarmu riħa tinten, inklużi gassijiet mhux kondensabbli, jinħarqu f’bojler tal-fwar fl-installazzjoni. |
Kondensazzjoni |
It-tneħħija tal-fwar ta’ komposti organiċi u inorganiċi minn fluss ta’ effluwent gassuż tal-proċess jew tal-gass ta’ skart billi t-temperatura tiegħu tinġieb taħt il-punt tan-nida tiegħu, bir-riżultat li l-fwar jiġi likwifikat. |
Ossidazzjoni termika |
L-ossidazzjoni ta’ gassijiet kombustibbli u ta’ odoranti fi fluss ta’ gass ta’ skart permezz tat-tisħin tat-taħlita ta’ kontaminanti mal-arja jew mal-ossiġenu sa punt ogħla mit-temperatura tal-awtofjammabbiltà tagħha f’kompartiment tal-kombustjoni u tinżamm f’temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni tagħha f’diossidu tal-karbonju u ilma. |
Purifikatur niedi |
It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa gassużi jew partikulati mill-fluss tal-gass bit-trasferiment tal-massa għal solvent likwidu, spiss ilma jew soluzzjoni milwiema. Din tista’ tinvolvi reazzjoni kimika (eż. f’purifikatur tal-aċidu jew tal-alkali). F’xi każijiet, il-komposti jistgħu jerġgħu jiġu rkuprati mis-solvent. |
1.4.3. Użu ta’ refriġeranti
Pjan ta’ ġestjoni tar-refriġerazzjoni |
Pjan ta’ ġestjoni tar-refriġerazzjoni huwa parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) u jinvolvi: — il-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija tas-sistema ta’ refriġerazzjoni (ara l-BAT 6); — miżuri operazzjonali bħall-ispezzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir, l-għeluq tal-bibien meta jkun possibbli; tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza; — il-monitoraġġ tat-telf tar-refriġerant (ara l-BAT 6). |
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
( 2 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April tal-1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).