EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2018:275:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 275, 6 ta' Novembru 2018


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
6 ta' Novembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1648 tad-29 ta' Ottubru 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1649 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta' ċerti sustanzi aromatizzanti ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1650 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Kanada, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ( 1 )

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1651 tal-31 ta' Ottubru 2018 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018

14

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1648

tad-29 ta' Ottubru 2018

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li fis-suq fl-Unjoni jista' jitqiegħed biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni jeħtieġ tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Fl-4 ta' Mejju 2016, il-kumpanija Longlive Europe Food Division Ltd. (“l-Applikant”) talbet lill-awtorità kompetenti tal-Ungerija biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ksilo-oligosakkaridi, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikant jitlob li l-ksilo-oligosakkaridi jintużaw f'għadd ta' kategoriji tal-ikel, jiġifieri, prodotti tal-forn u tal-ħalib, taħlitiet li jiddelku tal-frott, prodotti taċ-ċikkulata u xarbiet tas-sojja għall-pubbliku ġenerali.

(5)

Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni mressqa lil Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(6)

Filwaqt li t-talba għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ingredjent tal-ikel ġdid tressqet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fit-18 ta' Lulju 2016, l-awtorità kompetenti tal-Ungerija ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport ikkonkludiet li l-ksilo-oligosakkaridi jissodisfaw il-kriterji għal ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Fit-12 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Kien hemm oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet, l-istabbiltà, id-doża antiċipata ta' kuljum u l-istudji tossikoloġiċi.

(9)

Fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li għamlu l-Istati Membri l-oħra, fis-6 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbitha twettaq valutazzjoni oħra għall-ksilo-oligosakkaridi bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(10)

Fis-27 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità adottat “Scientific Opinion on the safety of xylo-oligosaccharides as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283) (4). Din l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

Dik l-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-ksilo-oligosakkaridi fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti meta użati bħala ingredjent fil-prodotti tal-forn u tal-ħalib, fit-taħlitiet li jiddelku tal-frott, fiċ-ċikkulati u fix-xarbiet tas-sojja, jikkonformaw mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li japplikaw għall-ksilo-oligosakkaridi meta jintużaw bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib. Skont il-punt 2 tal-Parti III tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament, il-ksilo-oligosakkaridi ma jistgħux jintużaw fil-prodotti tal-ħalib biex jissostitwixxu kwalunkwe kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid fil-prodotti tal-ħalib jiġi limitat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-ksilo-oligosakkaridi, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2018;16(7): 5361

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

“Ksilo-oligosakkaridi

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi (**)

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “Ksilo-oligosakkaridi””

 

Ħobż abjad

14 g/kg

Ħobż integrali

14 g/kg

Ċereali tal-kolazzjon

14 g/kg

Gallettini

14 g/kg

Xarba tas-sojja

3,5 g/kg

Jogurt (*)

3,5 g/kg

Taħlitiet li jiddelku tal-frott

30 g/kg

prodotti taċ-ċikkulata

30 g/kg

(*)

Meta jintużaw fil-prodotti tal-ħalib, il-ksilo-oligosakkaridi ma għandhom jissostitwixxu l-ebda kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment

(**)

Il-livelli massimi kkalkulati abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet għall-Forma ta' trab 1.

(2)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:

L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

“Ksilo-oligosakkaridi

Deskrizzjoni:

L-ikel ġdid huwa taħlita ta' ksilo-oligosakkaridi (XOS) li jinkisbu miċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum (Zea mays sottospeċi mays) permezz tal-idroliżi bi ksilanażi mit-Trichoderma reesei, segwita minn proċess ta' purifikazzjoni.

Karatteristiċi/Kompożizzjoni

Parametru

Forma ta' trab 1

Forma ta' trab 2

Forma ta' ġulepp

Ndewwa (%)

≤ 5,0

≤ 5,0

70-75

Proteina (g/100 g)

< 0,2

Rmied (%)

≤ 0,3

pH

3,5-5,0

Total tal-kontenut ta' karboidrati (g/100 g)

≥ 97

≥ 95

≥ 70

Kontenut ta' XOS (bażi niexfa) (g/100 g)

≥ 95

≥ 70

≥ 70

Karboidrati oħra (g/100 g) (a)

2,5-7,5

2-16

1,5-31,5

Total ta' monosakkaridi (g/100 g)

0-4,5

0-13

0-29

Glukożju (g/100 g)

0-2

0-5

0-4

Arabinożju (g/100 g)

0-1,5

0-3

0-10

Ksilożju (g/100 g)

0-1,0

0-5

0-15

Total ta' disakkaridi (g/100 g)

27,5-48

25-43

26,5-42,5

Ksilobijożju (XOS DP2) (g/100 g)

25-45

23-40

25-40

Ċellobijożju (g/100 g)

2,5-3

2-3

1,5-2,5

Total ta' oligosakkaridi (g/100 g)

41-77

36-72

32-71

Ksilotri,ożju (XOS DP3) (g/100 g)

27-35

18-30

18-30

Ksilotetraożju (XOS DP4) (g/100 g)

10-20

10-20

8-20

Ksilopentaożju (XOS DP5) (g/100 g)

3-10

5-10

3-10

Ksiloeżaożju (XOS DP6) (g/100 g)

1-5

1-5

1-5

Ksiloettaożju (XOS DP7) (g/100 g)

0-7

2-7

2-6

Maltodestrina (g/100 g) (b)

0

20-25

0

Ram (mg/kg)

< 5,0

Ċomb (mg/kg)

< 0,5

Arseniku (mg/kg)

< 0,3

Salmonella (CFU (c)/25 g)

Negattiv

E. coli (MPN (d)/100 g)

Negattiv

Ħmira (CFU/g)

< 10

Moffa (CFU/g)

< 10

DP: Degree of polymerization (Grad ta' polimerizzazzjoni)

(a)

Karboidrati oħra jinkludu l-monosakkaridi (glukożju, ksilożju u arabinożju) u ċ-ċellobijożju.

(b)

Il-kontenut ta' maltodestrina huwa kkalkulat skont l-ammont miżjud fil-proċess.

(c)

CFU: Colony Forming Units (Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji)

(d)

MPN: Most Probable Number (Numru l-Iktar Probabbli)”


6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1649

tal-5 ta' Novembru 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u materjali tas-sors tinkludi għadd ta' sustanzi li dwarhom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) talbet li tingħata data xjentifika addizzjonali biex titlesta l-evalwazzjoni qabel xi skadenzi speċifiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(5)

Fil-każ tat-tliet sustanzi li ġejjin: p-menta-1,4(8)-dien-3-on (FL Nru 07.127), 2-amminoaċetofenon (FL no. 11.008), u 4-aċetil-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on (FL Nru 13.175), il-persuni responsabbli biex iqiegħduhom fis-suq irtiraw l-applikazzjoni.

(6)

Għalhekk, is-sustanzi p-menta-1,4(8)-dien-3-on (FL Nru 07.127), 2-amminoaċetofenon (FL no. 11.008), u 4-aċetil-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on (FL Nru 13.175), jenħtieġ li jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(7)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(8)

Minħabba raġunijiet tekniċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi tranżitorji biex ikopru l-ikel li miegħu tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn it-tliet sustanzi aromatizzanti, li jkun tqiegħed fis-suq jew intbagħat minn pajjiżi terzi għall-Unjoni, qabel id-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija b'dan emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Ikel li miegħu tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi aromatizzanti u tqiegħed b'mod legali fis-suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta' skadenza tiegħu.

2.   Ikel impurtat fl-Unjoni li għalih tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi aromatizzanti elenkati f'dan l-Anness jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta' skadenza tiegħu meta l-importatur tat-tali ikel ikun jista' juri li ntbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u kien fit-triq għall-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-perjodi tranżitorji previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għat-taħlitiet tal-aromatizzanti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru dawn l-entrati:

“07.127

p-Menta-1,4(8)-dien-3-on

491-09-8

757

11189

 

 

2

EFSA

11.008

2-Amminoaċetofenon

551-93-9

 

2041

 

 

4

EFSA

13.175

4-aċetil-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on

 

 

 

 

 

1

EFSA”


6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1650

tal-5 ta' Novembru 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Kanada, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (il-prodotti). Dan jistipula li dawk il-prodotti biss jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula li kunsinni tal-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss jekk jikkonformaw ma' ċerti kundizzjonijiet, inklużi l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu, u fejn xieraq, id-“data tal-għeluq” u d-“data tal-ftuħ” stabbiliti fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella. Id-data tal-għeluq tindika d-data minn meta l-kunsinni tal-prodotti manifatturati f'pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li ma għadux awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha, filwaqt li d-data tal-ftuħ tindika d-data minn meta kunsinni ta' prodotti manifatturati f'pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għal darba oħra huma awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(3)

L-entrati fil-kolonni 6 A u 6B jinżammu fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex ma jitħallewx l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-kunsinni tal-prodotti manifatturati f'żoni ristretti barra l-Unjoni matul il-perjodu meta l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' kunsinni bħal dawn ma kinux awtorizzati skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(4)

L-entrata għall-Kanada fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tinkludi żoni ta' dak il-pajjiż terz li, wara l-konferma tal-HPAI, applikaw l-eliminazzjoni, it-tindif u d-diżinfettar, u ġew awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur b'data tal-ftuħ ta' aktar minn sentejn ilu. Għalhekk, l-entrata għall-Kanada jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)

L-entrata għall-Istati Uniti fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tinkludi żoni ta' dak il-pajjiż terz li, wara l-konferma tal-HPAI, applikaw l-eliminazzjoni, it-tindif u d-diżinfettar, u ġew awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur b'data tal-ftuħ ta' aktar minn sentejn ilu. Għalhekk, l-entrata għall-Istati Uniti jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikun jista' jitqies ħieles mill-HPAI.

(7)

Ir-Russja hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għal importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti tat-tjur.

(8)

Fis-17 ta' Novembru 2016, ir-Russja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tagħha. Minn Novembru 2016, ir-Russja kkonfermat diversi tifqigħat tal-HPAI f'azjendi tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba dawk it-tifqigħat li ġew ikkonfermati minn Novembru 2016, ir-Russja ma tistax titqies bħala ħielsa minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tar-Russja mhumiex f'pożizzjoni li jiċċertifikaw kunsinni ta' laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(9)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Russja bagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni preliminari dwar it-tifqigħat tal-HPAI u kkonfermaw li mis-17 ta' Novembru 2016, huma kienu ssospendew il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(10)

Għalhekk, ebda kunsinna ta' dawn il-prodotti oriġinarji mir-Russja ma ġiet introdotta fl-Unjoni minn dik id-data 'l hawn. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi ddokumentata din is-sitwazzjoni u tiġi introdotta d-data tal-għeluq rilevanti fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Dan jiżgura wkoll li meta r-Russja terġa' teħles mill-HPAI u tiġi stabbilita data tal-ftuħ, il-kunsinni ta' dawn il-prodotti manifatturati wara d-data tal-għeluq u qabel dik id-data tal-ftuħ ma jkunux eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għar-Russja fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika f'dak il-pajjiż terz sa minn Novembru 2016 u tindika d-data tal-għeluq li minnha dak il-pajjiż terz ma jistax jitqies bħala ħieles mill-HPAI.

(12)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Kanada hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew tkumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Stejtus ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tal-kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

CA-1

Il-pajjiż kollu tal-Kanada minbarra ż-żona CA-2

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

S1, ST1”

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CA-2

It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal: ebda

 

 

 

 

 

 

 

 

(2)

l-entrata għar-Russja hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew tkumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Stejtus ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tal-kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4”

POU

 

P2

17.11.2016

 

 

 

(3)

l-entrata għall-Istati Uniti hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew tkumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Stejtus ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tal-kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US – L-Istati Uniti tal-Amerka

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

Il-pajjiż kollu tal-Istati Uniti, minbarra ż-żona US-2

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

 

 

A

 

S3, ST1

US-2

It-territorju tal-Istati Uniti li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2.1

L-Istat ta' Tennessee:

 

Il-Kontea ta' Lincoln

 

Il-Kontea ta' Franklin

 

Il-Kontea ta' Moore

WGM

VIII

P2

4.3.2017

11.8.2017

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.2

L-Istat ta' Alabama:

 

Il-Kontea ta' Madison

 

Il-Kontea ta' Jackson

WGM

VIII

P2

4.3.2017

11.8.2017

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1”


DEĊIŻJONIJIET

6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1651

tal-31 ta' Ottubru 2018

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2018

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta sal-10 ta' Ottubru 2018 li tispeċifika: (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2018 u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2018, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti ġestiti minnu.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għalhekk, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont il-11-il FEŻ għall-fondi imsejħa mill-Kummissjoni.

(4)

Fid-9 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d- Deċiżjoni (UE) 2018/965 (3) li tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2018 għal EUR 4 250 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 250 000 000 għall-BEI.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill- BEI bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2018 huma previsti fit-tabella li tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/965 tas-6 ta' Lulju 2018 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni pagament parzjali u ammont annwali rivedut għall-2018 (ĠU L 172, 9.7.2018, p. 4).


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ %

Skema tal-11-il FEŻ %

It-tielet ħlas parzjali tal-2018 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

L-10 FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

29 243 430,00

0,00

29 243 430,00

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

1 966 770,00

0,00

1 966 770,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

0,79745

7 177 050,00

0,00

7 177 050,00

ID-DANIMARKA

2,00

1,98045

17 824 050,00

0,00

17 824 050,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20,57980

185 218 200,00

0,00

185 218 200,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

777 150,00

0,00

777 150,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

8 460 540,00

0,00

8 460 540,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

13 566 150,00

0,00

13 566 150,00

SPANJA

7,85

7,93248

71 392 320,00

0,00

71 392 320,00

FRANZA

19,55

17,81269

160 314 210,00

0,00

160 314 210,00

IL-KROAZJA

0,00

0,22518

2 026 620,00

0,00

2 026 620,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

112 770 810,00

0,00

112 770 810,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

1 004 580,00

0,00

1 004 580,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

1 045 080,00

0,00

1 045 080,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

1 626 930,00

0,00

1 626 930,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

2 295 810,00

0,00

2 295 810,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

5 531 040,00

0,00

5 531 040,00

MALTA

0,03

0,03801

342 090,00

0,00

342 090,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

42 991 020,00

0,00

42 991 020,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

21 578 130,00

0,00

21 578 130,00

IL-POLONJA

1,30

2,00734

18 066 060,00

0,00

18 066 060,00

IL-PORTUGALL

1,15

1,19679

10 771 110,00

0,00

10 771 110,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

6 463 350,00

0,00

6 463 350,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

2 020 680,00

0,00

2 020 680,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

3 385 440,00

0,00

3 385 440,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

13 581 810,00

0,00

13 581 810,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

26 451 990,00

0,00

26 451 990,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

132 107 580,00

0,00

132 107 580,00

TOTAL TAL-EU-28

100,00

100,00

900 000 000,00

0,00

900 000 000,00


Top