EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 3525a286-5a22-11ed-92ed-01aa75ed71a1
Council Decision 2011/235/CFSP of 12 April 2011 concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Iran
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
02011D0235 — MT — 17.10.2022 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 (ĠU L 100 14.4.2011, p. 51) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/670/PESK tal-10 ta' Ottubru 2011 |
L 267 |
13 |
12.10.2011 |
|
L 87 |
85 |
24.3.2012 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/810/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012 |
L 352 |
49 |
21.12.2012 |
|
L 68 |
57 |
12.3.2013 |
||
L 109 |
25 |
12.4.2014 |
||
L 92 |
91 |
8.4.2015 |
||
L 96 |
41 |
12.4.2016 |
||
L 99 |
21 |
12.4.2017 |
||
L 95 |
14 |
13.4.2018 |
||
L 98 |
17 |
9.4.2019 |
||
L 113 |
22 |
8.4.2020 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/585 tat-12 ta’ April 2021 |
L 124I |
7 |
12.4.2021 |
|
L 125 |
58 |
13.4.2021 |
||
L 114 |
68 |
12.4.2022 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1956 tas-17 ta’ Ottubru 2022 |
L 269I |
9 |
17.10.2022 |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK
tat-12 ta’ April 2011
dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Artikolu 1
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċji tagħha;
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 2
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew ħlasijiet għal servizzi fiż-żamma jew manteniment ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet inkluża fl-Anness, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja mogħtija qabel dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
il-garanzija jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità elenkata fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-linji politiċi pubbliċi fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew irriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2,
dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 2a
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intenzjonati primarjament biex jintuża fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni mir-Reġim Iranjan, jew għan-nom tiegħu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi fl-Iran u l-provvediment ta' assistenza għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir jew software għandhom jiġu pprojbiti.
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu.
Artikolu 2b
Huwa wkoll ipprojbit:
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.
Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 4a
Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri mesmmija fl-Artikoli 2a u 2b għandha tiġi pprojbita.
Artikolu 5
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi sabiex jadottaw miżuri restrittivi simili.
Artikolu 6
ANNESS
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
AHMADI- MOQADDAM Esmail |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) Data tat-twelid: 1961 Sess: raġel |
Direttur tal-Università u l-Istitut tar-Riċerka tad-Difiża Nazzjonali Superjuri mill-20 ta' Settembru 2021. Eks Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta' Sigurtà tal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran mill-2005 sa kmieni fl-2015. Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkata mill-UE) minn Jannar 2011 sa kmieni fl-2015 ukoll. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fil-15 ta' Ġunju 2009. Eks kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Iran b'appoġġ għall-Poplu Jemenita. |
12.4.2011 |
2. |
ALLAHKARAM Hossein |
Post tat-twelid: Najafabad (Iran) – Data tat-twelid: 1945 Sess: raġel |
Kap tal-Kunsill tal-Koordinazzjoni tal-Ansar-e Hezbollah u eks ġeneral fl-IRGC. Huwa kofundatur tal-Ansar-e Hezbollah. Din il-forza paramilitari kienet responsabbli għal vjolenza estrema waqt repressjoni kontra studenti u universitajiet fl-1999, l-2002 u l-2009. Huwa jżomm ir-rwol għoli tiegħu f’organizzazzjoni li lesta twettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-pubbliku, fosthom bit-tħeġġiġ tal-aggressjoni fuq in-nisa għall-għażla ta’ ħwejjeġ tagħhom. |
12.4.2011 |
3. |
ARAGHI (ERAGHI) Abdollah |
Sess: raġel Titlu: Brigadier Ġenerali |
Brigadier Ġenerali fl-IRGC. Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Huwa kellu responsabbiltà diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009. |
12.4.2011 |
4. |
FAZLI Ali |
Sess: raġel Titlu: Brigadier Ġeneral |
Eks Kap tal-Kulleġġ tal-Kadetti Imam Hossein (2018-Ġunju 2020). Eks viċi Kmandant tal-Basij (2009-2018), Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran (sa Frar 2010). Il-Korp Seyyed al-Shohada huwa inkarigat mis-sigurtà fil-provinċja ta’ Tehran u kellu rwol prinċipali fir-repressjoni brutali ta’ dimostranti fl-2009. |
12.4.2011 |
▼M7 ————— |
||||
6. |
JAFARI Mohammad-Ali (magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”) |
Post tat-twelid: Yazd (Iran) – Data tat-twelid: 1.9.1957 Sess: raġel |
Direttur tal-Bażi Soċjali u Kulturali Hazrat-e Baqiatollah. Eks Kmandant tal-IRGC (Settembru 2007-April 2019). L-IRGC u l-Bażi ta’ Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Mohammad-Ali (Aziz) Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta’ attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq. |
12.4.2011 |
7. |
KHALILI Ali |
Sess: raġel |
Ġeneral tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), fi rwol għoli fil-Bażi ta’ Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta’ Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords mediċi lil persuni li ndarbu jew li ddaħħlu l-isptar matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet. |
12.4.2011 |
8. |
MOTLAGH Bahram Hosseini |
Sess: raġel |
Membru tal-persunal tal-għalliema tal-Università Imam Hossein (Gwardjani tar-Rivoluzzjoni). Eks Kap tal-Kmand tal-Armata u tal-Kulleġġ tal-Persunal Ġenerali (DAFOOS). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran. Il-Korp Seyyed al-Shohada kellu rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti fl-2009. |
12.4.2011 |
9. |
NAQDI Mohammad-Reza |
Post tat-twelid: Najaf (Iraq) – Data tat-twelid: Madwar 1952 Sess: raġel Titlu: Brigadier Ġenerali |
Viċi Koordinatur tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Eks viċi Kap tal-IRGC għall-affarijiet kulturali u soċjali. Eks Kmandant tal-Basij (2009-2016). Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta’ madwar 15-il persuna u l-arrest ta’ mijiet ta’ persuni li pprotestaw. Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f’Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta’ dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet. |
12.4.2011 |
10. |
RADAN Ahmad-Reza |
Post tat-twelid: Isfahan (Iran) – Data tat-twelid:1963 Sess: raġel |
Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi Iranjana, korp marbut mal-Pulizija Nazzjonali. Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa Ġunju 2014. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta’ dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija. Attwalment kmandant tal-IRGC responsabbli mit-taħriġ ta’ forzi Iraqini għal “kontra t-terroriżmu”. |
12.4.2011 |
11. |
RAJABZADEH Azizollah |
Sess: raġel |
Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali tal-Ordni Urbana mill-2014. Eks Kap tal-Organizzazzjoni ta’ Mitigazzjoni tad-Diżastri ta’ Tehran (2010-2013). Bħala Kap tal-Pulizija ta’ Tehran sa Jannar 2010, kien responsabbli mill-attakki vjolenti tal-pulizija fuq dimostranti u studenti. Bħala Kmandant tal-Forzi ta’ Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, kien l-akkużat bl-ogħla kariga fil-każ tal-abbużi fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak f’Diċembru 2009. |
12.4.2011 |
12. |
SAJEDI-NIA Hossein |
Sess: raġel |
Viċi Kmandant tal-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Eks Kap tal-Pulizija ta’ Tehran, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat mill-Ministeru għall-Intern bil-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ repressjoni fil-belt kapitali Iranjana. |
12.4.2011 |
13. |
TAEB Hossein |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) – Data tat-twelid: 1963 Sess: raġel |
Kap tal-organizzazzjoni tal-intelligence tal-IRGC minn Ottubru 2009. Ir-responsabbiltajiet tiegħu ġew estiżi f’Mejju 2019 bil-fużjoni tal-Uffiċċju tal-Viċi tal-Intelligence Strateġika tal-IRGC u l-Organizzazzjoni tal-Intelligence tal-IRGC. Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta’ persuni li pprotestaw b’mod paċifiku. |
12.4.2011 |
14. |
SHARIATI Seyeed Hassan |
Sess: raġel |
Konsulent u Membru tat-28 Taqsima tal-Qorti Suprema. Kap tal-Ġudikatura ta’ Mashhad sa Settembru 2014. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta’ pressjoni u tortura. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust. |
12.4.2011 |
15. |
DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali |
Post tat-twelid: Najafabad (Iran) Data tat-twelid: 3.12.1950 Sess: raġel |
Membru tal-Assemblea tal-Esperti u rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta’ Markazi (Ċentrali) u Kap tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009, kif ukoll eks Ministru għall-Intelligence matul il-Presidenza ta’ Khatami. Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b’segwitu għall-ewwel protesti ta’ wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat. |
12.4.2011 |
▼M13 ————— |
||||
17. |
SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad |
Sess: raġel |
Kap tal-Organizzazzjoni għall-Propaganda Iżlamika fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sal-2013. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust. |
12.4.2011 |
18. |
HEYDARIFAR Ali-Akbar |
Sess: raġel |
Eks imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta’ persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-ġudikatura dwar abbużi ta’ Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. |
12.4.2011 |
19. |
JAFARI- DOLATABADI Abbas |
Post tat-twelid: Yazd (Iran) Data tat-twelid: 1953 Sess: raġel |
Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari Suprema tal-Imħallfin sa mid-29 ta’ April 2019. Eks Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran (Awwissu 2009-April 2019). L-uffiċċju ta’ Dolatabadi akkuża numru kbir ta’ persuni li pprotestaw, inklużi individwi li ħadu sehem fil-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta’ Karroubi f’Settembru 2009 u l-arrest ta’ diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f’Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw bMuharebeh, jew “mibegħda kontra Alla”, li ġġorr il-piena tal-mewt, u ċaħad proċess dovut lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt. L-uffiċċju tiegħu fittex u arresta wkoll riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-media, bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika. F’Ottubru 2018 huwa ħabbar lill-media li l-erba’ attivisti ambjentali Iranjani li ġew arrestati kellhom jiġu akkużati bi “trawwim tal-korruzzjoni fid-dinja”, akkuża li ġġorr il-piena tal-mewt. |
12.4.2011 |
20. |
MOGHISSEH Mohammad (magħruf ukoll bħala NASSERIAN) |
Sess: raġel |
Imħallef fil-Qorti Suprema minn Novembru 2020. Eks kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta' membri tal-komunità Bahai. Ittratta wkoll kawżi ta' wara l-elezzjoni. Ta sentenzi ta' priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti ta’ attivisti u ġurnalisti soċjali u politiċi, u diversi pieni tal-mewt għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi. |
12.4.2011 |
21. |
MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein |
Post tat-twelid: Ejiyeh (Iran) Data tat-twelid: madwar 1956 Sess: raġel |
Prim Imħallef minn Lulju 2021. Membru tal-Kunsill ta' Espedjenza. Prosekutur Ġenerali tal-Iran minn Settembru 2009 sal-2014. Eks Viċi Kap tal-Ġudikatura (2014 sa Lulju 2021) u kelliem għall-Ġudikatura (2010-2019). Ministru tal-Intelligence mill-2005 sal-2009. Waqt li kien Ministru għall-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura ta’ u l-akkwist ta' stqarrijiet foloz taħt pressjoni mingħand, mijiet ta' attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjoni insopportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta' membri tal-familja. |
12.4.2011 |
22. |
MORTAZAVI Said (magħruf ukoll bħala MORTAZAVI Saeed) |
Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran) Data tat-twelid: 1967 Sess: raġel |
Kap tas-Sistema ta' Protezzjoni Soċjali mill-2011 sal-2013. Prosekutur Ġenerali ta' Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. F'Jannar 2010, investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta' tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie liberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta' Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta' tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Kahrizak fl-2009. Ikkundannat għall-ħabs fl-2017 u rilaxxat f'Settembru 2019. F'Awwissu 2021, il-Qorti Suprema tal-Iran ħarġet sentenza b'appoġġ sħiħ għal Said Mortazavi, fejn qalbet is-sentenza preċedenti tiegħu ta' sentejn ħabs. |
12.4.2011 |
23. |
PIR-ABASSI Abbas |
Sess: raġel |
Maġistrat ta’ Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta’ wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti. |
12.4.2011 |
24. |
MORTAZAVI Amir |
Sess: raġel |
Viċi kap tal-Unità għall-Affarijiet Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fil-ġudikatura fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Viċi Prosekutur ta’ Mashhad sa mill-inqas 2015. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust. |
12.4.2011 |
25. |
SALAVATI Abdolghassem |
Sess: raġel |
Imħallef tal-Qorti Speċjali għar-Reati Finanzjarji, fergħa 4 mill-2019. Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta' Tehran. Inkarigat mill-kawżi ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-proċessi spettaklu fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul. Fl-2018, ir-rapporti wrew li kompla jagħti sentenzi simili mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta' smigħ ġust. |
12.4.2011 |
26. |
SHARIFI Malek Adjar (magħruf ukoll bħala: SHARIFI Malek Ajdar) |
Sess: raġel |
Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-43 taqsima. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtiani. |
12.4.2011 |
▼M14 ————— |
||||
28. |
YASAGHI Ali-Akbar |
Sess: raġel |
Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-13-il taqsima. Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Setad-e Dieh. Prim Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta' Mashhad (2001-2011). Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa (sa 550 bejn is-sajf tal-2009 u s-sajf tal-2011), il-pieni tal-mewt inħarġu mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta' smigħ ġust. |
12.4.2011 |
29. |
BOZORGNIA Mostafa |
Sess: raġel |
Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta’ Evin. F’diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri. |
12.4.2011 |
30. |
ESMAILI Gholam-Hossein (magħruf ukoll bħala ESMAILI Gholam Hossein) |
Sess: raġel |
Kap tal-Persunal tal-President Iranjan Raisi minn Awwissu 2021. Kelliem għall-ġudikatura minn April 2019 sa Lulju 2021. Eks Kap tal-Ġudikatura ta' Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F'din il-kariga, huwa kien kompliċi fid-detenzjoni massiva ta' persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għall-ħabi ta' abbużi mwettqa fis-sistema ta' priġunerija. |
12.4.2011 |
31 |
SEDAQAT (magħruf ukoll bħala Sedaghat) Farajollah |
Sess: raġel |
Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabs f’Tehran. Kap tal-ħabs ta’ Evin, Tehran sa Ottubru 2010 fejn matul dan iż-żmien wettaq torturi. Huwa kien gwardjan, u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi. |
12.4.2011 |
32. |
ZANJIREI Mohammad-Ali |
Sess: raġel |
Bħala Konsulent għoli għall-Kap, u Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-priġunieri. Amministra sistema li fiha l-priġunieri batew minn abbuż, tortura u trattament inuman/degradanti u tqiegħdu f’kondizzjonijiet ta’ għajxien ħżiena ħafna. |
12.4.2011 |
33. |
ABBASZADEH- MESHKINI, Mahmoud |
Sess: raġel |
Membru tal-Parlament (minn Frar 2020) u Speaker tal-Kumitat tal-Parlament għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Affarijiet Barranin. Eks Konsulent għall-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Iran (sal-2019). Eks segretarju tal-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Eks Direttur Politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi, huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi. Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi – il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Mill-2009 'l quddiem, irrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostranti paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea. Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali. |
10.10.2011 |
34. |
AKBARSHAHI Ali-Reza |
Sess: raġel |
Eks Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħruf ukoll bħala: Kwartieri Ġenerali Kontra n-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta’ Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta’ forza extraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-pulizija ta’ Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f’dormitorji universitarji f’Tehran f’Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basiji. Sal-2018, kap tal-pulizija ferrovjarja. |
10.10.2011 |
35. |
AKHARIAN Hassan |
Sess: raġel |
Kap tas-Sala 5 u inkarigat mir-reklużjoni fil-Ħabs ta' Rajaee Shahr elenkat mill-UE mill-2015; kien Gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta' Rajaee Shahr, Karadj sa Lulju 2010. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu tiegħu ta' tortura, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Rajaee Shahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tat-trattament ħażin u l-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian. Beikvand miet f'Settembru 2010. Priġunieri oħra jiddikjaraw b'mod kredibbli li nqatel fuq struzzjonijiet ta' Hassan Akharian. |
10.10.2011 |
36. |
AVAEE Seyyed Ali-Reza (magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza, AVAIE Alireza) |
Post tat-twelid: Dezful (Iran) Data tat-twelid: 20.5.1956 Sess: raġel |
Ministru għall-Ġustizzja sal-25 ta' Awwissu 2021. Eks Direttur tal-uffiċċju ta' investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 Viċi Ministru għall-Intern u l-Kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran, kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet. |
10.10.2011 |
37. |
BANESHI Jaber |
Sess: raġel |
Kap tal-Fergħa 22 tal-Qorti tal-Appell ta’ Shiraz minn Novembru 2011. Prosekutur ta’ Shiraz sa Ottubru 2011. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta’ Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil persuni oħra bla konnessjoni. Huwa għamel akkużi li jġorru l-piena tal-mewt u pieni severi oħra fuq minoranzi, b’tali mod li jikkostitwixxu, fost l-oħrajn, ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom għal proċess ġust u l-libertà minn detenzjoni arbitrarja. |
10.10.2011 |
▼M14 ————— |
||||
39. |
GANJI Mostafa Barzegar |
Sess: raġel |
Direttur Ġenerali tas-Sorveljanza tal-Ispezzjoni u l-Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Qrati minn Ġunju 2020. Eks Prosekutur Ġenerali ta’ Qom (2008-2017), u eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-ħabsijiet. Huwa kien responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta’ bosta offensuri f’Qom. Huwa kien kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2009/2010. |
10.10.2011 |
40. |
HABIBI Mohammad Reza |
Sess: raġel |
Prim Imħallef ta’ Isfahan. Eks Avukat Ġenerali ta’ Isfahan. Eks Kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f’Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta’ Isfahan. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust – bħal Abdollah Fathi, li ngħata l-mewt f’Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema’ u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f’Marzu 2010. Għaldaqstant huwa kien kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2011. |
10.10.2011 |
▼M14 ————— |
||||
▼M6 ————— |
||||
43. |
JAVANI Yadollah |
Sess: raġel |
Viċi kmandant tal-IRGC għall-affarijiet politiċi. Għamel diversi tentattivi biex joħnoq il-libertà tal-espressjoni u d-diskors ħieles permezz tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu b’appoġġ għall-arrest u l-kastig tad-dimostranti u dawk li ma jaqblux. Wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li fl-2009 talbu għall-arrest ta’ Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa l-użu ta’ tekniki li jiksru d-drittijiet għal proċess ġust fosthom konfessjonijiet pubbliċi u ħareġ il-kontenut tal-interrogazzjonijiet qabel il-proċess. Il-provi jindikaw ukoll li approva l-użu tal-vjolenza fuq dimostranti u bħala membru integrali tal-IRGC x’aktarx li kien jaf bl-użu ta’ tekniki ħorox ta’ interrogazzjoni għal konfessjonijiet sfurzati. |
10.10.2011 |
44. |
JAZAYERI Massoud |
Sess: raġel Titlu: Brigadier Ġeneral |
Konsulent kulturali għall-Kap Konġunt tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran minn April 2018. Fi ħdan il-persunal militari konġunt tal-Forzi Armati tal-Iran, il-Brigadier Ġenerali Massaud Jazayeri kien id-Deputat Kap tal-Persunal għall-affarijiet kulturali u tal-media (magħruf wkoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat). Huwa kkollabora b’mod attiv fir-repressjoni tal-protesti tal-2009 bħala Viċi Kap tal-Persunal. Huwa wissa f’intervista f’Kayhan li ħafna dimostranti ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun. Huwa talab pubblikament għat-trażżin ta’ kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma’ sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin. |
10.10.2011 |
45. |
JOKAR Mohammad Saleh |
Post tat-twelid: Yazd (Iran) Data tat-twelid: 1957 Sess: raġel |
Membru tal-Parlament għall-Provinċja ta’ Yazd. Eks Deputat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni. Mill-2011 sal-2016 deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Yazd u Membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Eks Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta’ Basij. F’dan ir-rwol huwa kien involut b’mod attiv fit-trażżin tal-protesti u l-indottrinazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ħsieb li jkompli bit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni u ta’ min ma jaqbilx. Bħala Membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija huwa appoġġa pubblikament it-trażżin tal-oppożizzjoni għall-gvern. |
10.10.2011 |
46. |
KAMALIAN Behrouz (magħruf ukoll bħala: Hackers Brain, Behrooz_Ice) |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) Data tat-twelid: 1983 Sess: raġel |
Kap taċ-ċibergrupp "Ashiyaneh" b'rabta mar-reġim Iranjan. Is-Sigurtà Diġitali "Ashiyaneh", imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Il-ħidma tal-organizzazzjoni "Ashiyaneh" ta' Kamalian assistiet lir-reġim fir-repressjoni tal-oppożizzjoni, li kienet tinvolvi ħafna istanzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2009. Kemm Kamalian kif ukoll iċ-ċibergrupp "Ashiyaneh" komplew bl-attivitajiet tagħhom mill-inqas sa Diċembru 2021. |
10.10.2011 |
47. |
KHALILOLLAHI Moussa (magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa, ELAHI Mousa Khalil) |
Post tat-twelid: Tabriz (Iran) Data tat-twelid: 1963 Sess: raġel |
Prim Imħallef tal-provinċja tal-Azerbajġan tal-Lvant. Eks Prosekutur ta' Tabriz mill-2010 sal-2019. Huwa kien involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut. |
10.10.2011 |
48. |
MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq) |
Post tat-twelid: Oroumieh (Iran) Data tat-twelid: 1959/1960 Sess: raġel |
Viċi Segretarju Ġenerali tal-Front Paydari (Front tal-Istabbiltà Iżlamika). Eks Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad, eks membru tal-Kunsill ta’ Espedjenza u eks Viċi Kap tal-Front ta’ Perseveranza. Ministru għall-Protezzjoni Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru għall-Intern, Mahsouli kellu awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru għall-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli mill-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fl-14 ta’ Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta’ taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b’mod sever fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta’ Mahsouli. |
10.10.2011 |
49. |
MALEKI Mojtaba |
Sess: raġel |
Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta’ Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta’ Kermanshah. Kellu rwol fl-għadd kbir ta’ pieni tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta’ seba’ priġunieri misjuba ħatja ta’ traffikar ta’ drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta’ Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta’ Kermanshah. |
10.10.2011 |
50. |
OMIDI Mehrdad (magħruf ukoll bħala: Reza; OMIDI Reza) |
Sess: raġel |
Kap tat-taqsima VI tal-pulizija, dipartiment tal-investigazzjoni. Eks Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Kien responsabbli għal eluf ta’ investigazzjonijiet u akkużi ta’ riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-internet. Għaldaqstant huwa kien responsabbli għal ksur gravi ta’ drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta’ persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni matul u wara l-Moviment Aħdar tal-2009. |
10.10.2011 |
51. |
SALARKIA Mahmoud |
Sess: raġel Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta’ Tehran “Persepolis” |
Eks Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta’ Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009. Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati kienu, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f’iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta’ żmien li jvarja, spiss f’kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma ġewx avżati bl-arrest. Attwalment jaħdem bħala avukat. |
10.10.2011 |
52. |
KHODAEI SOURI Hojatollah |
Post tat-twelid: Selseleh (Iran) — Data tat-twelid: 1964 Sess: raġel |
Membru tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà. Kap tal-ħabs ta’ Evin sal-2012. It-tortura kienet prattika komuni fil-ħabs ta’ Evin meta Souri kien il-kap tiegħu. Fis-Sala 209, inżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f’oppożizzjoni għall-partit fil-gvern. |
10.10.2011 |
53. |
TALA Hossein (magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn) |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) Data tat-twelid: 1969 Sess: raġel |
Sindku ta' Eslamshahr sal-2020. Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (Farmandar) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni. |
10.10.2011 |
54. |
TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza) |
Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan (Iran) Data tat-twelid: 1959 Sess: raġel |
Eks Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta’ Tehran. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta’ repressjoni li saru mill-IRGC fil-Provinċja ta’ Tehran, inkluż ir-repressjoni ta’ protesti politiċi minn Ġunju 2009. Attwalment membru tal-bord fl-Università għat-Teknoloġija f’Khajeh Nasireddin Tusi. |
10.10.2011 |
55. |
ZEBHI Hossein |
Sess: raġel |
L-ewwel Viċi Konsulent għall-Ġudikatura u Mħallef tal-Qorti Suprema (Kap tal-Fergħa 41 tal-Qorti Suprema, li jittratta b'mod partikolari reati ta' sigurtà u drogi). Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran (2007-2015). F'dan ir-rwol, kien responsabbli mill-każijiet ġudizzjarji li tressqu wara l-protesti ta' wara l-elezzjoni fl-2009 li twettqu bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. F'dan ir-rwol ukoll, huwa appoġġa l-kastigi eċċessivi għal reati ta' drogi. |
10.10.2011 |
56. |
BAHRAMI Mohammad- Kazem |
Sess: raġel |
Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva sa April 2021. Huwa kien kompliċi fir-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi fl-2009 bħala kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati. |
10.10.2011 |
57. |
HAJMOHAM- MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi) |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) Data tat-twelid: 1948 Sess: raġel |
Imħallef fil-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta’ Tehran. Matul il-ħidma tiegħu għall-ġudikatura sa mill-1971, huwa kien involut f’diversi kawżi ta’ proċess kontra d-dimostranti, b’mod partikolari dik ta’ Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f’Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu. |
10.10.2011 |
58. |
BAGHERI Mohammad- Bagher |
Sess: raġel |
Imħallef fil-Qorti Suprema minn Diċembru 2015. Eks viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Minbarra li rrikonoxxa, f’Ġunju 2011, 140 eżekuzzjoni għal reati li jġorru l-piena tal-mewt bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, huwa rrappurtat li twettqu madwar 100 eżekuzzjoni oħra fl-istess perijodu u fl-istess provinċja ta’ Khorasan tan-Nofsinhar, mingħajr ma ġew avżati l-familji jew l-avukati. Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu, li jikkontribwixxi għal għadd kbir ta’ pieni tal-mewt. |
10.10.2011 |
59. |
BAKHTIARI Seyyed Morteza |
Post tat-twelid: Mashhad (Iran) Data tat-twelid: 1952 Sess: raġel |
President tal-Fondazzjoni għall-Għajnuna Imam Khomeini (minn Lulju 2019). Eks viċi kustodju tas-Santwarju ta’ Imam Reza. Eks Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta’ priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta’ qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta’ eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi. |
10.10.2011 |
60. |
HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid) |
Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman (Iran) Data tat-twelid: 23.7.1961 Sess: raġel |
Viċi President għall-affarijiet parlamentari taħt il-President Raisi minn Awwissu 2021. Eks konsulent tal-President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti. |
10.10.2011 |
61. |
MOSLEHI Heydar (magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar) |
Post tat-twelid: Isfahan (Iran) Data tat-twelid: 1956 Sess: raġel |
Rappreżentant tal-Bureau Ideoloġiku-Politiku tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-2018). Eks konsulent tal-Ġurisprudenza Suprema tal-IRGC. Kap tal-organizzazzjoni għal pubblikazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kleru fi gwerra. Eks Ministru tal-Intelligence (2009-2013). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru għall-Intelligence kompla l-prassi ta’ detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni estensiva ta’ dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru għall-Intelligence jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta’ Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu minħabba l-attivitajiet paċifiċi tagħhom ta’ oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru għall-Intelligence ssoġġettaw lill-priġunieri fis-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. |
10.10.2011 |
62. |
ZARGHAMI Ezzatollah |
Post tat-twelid: Dezful (Iran) Data tat-twelid: 22.7.1959 Sess: raġel |
Ministru tal-Kultura, l-Artiġjanat u t-Turiżmu mill-25 ta' Awwissu 2021. Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju u tal-Kunsill għar-Rivoluzzjoni Kulturali mill-2014. Eks Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) sa Novembru 2014. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-IRIB, kien responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. L-IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' detenuti u serje ta' proċessi spettaklu f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess legali ġust u d-dritt għal proċess dovut. |
23.3.2012 |
63. |
TAGHIPOUR Reza |
Post tat-twelid: Maragheh (Iran) Data tat-twelid: 1957 Sess: raġel |
Membru tal-11-il Parlament Iranjan (kostitwenza ta’ Tehran). Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Eks membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Tehran. Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012). Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali inkarigati miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u kif ukoll ta’ kull tip ta’ komunikazzjoni (b’mod partikolari telefowns ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta’ detenuti politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tad-detenuti. F’diversi okkażjonijiet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2009 u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefowns ċellulari u s-servizzi tal-sms ġew imblukkati, il-kanali tat-TV bis-satellita ġew iġġammjati u l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-inqas tnaqqsitlu r-rapidità. |
23.3.2012 |
64. |
KAZEMI Toraj |
Sess: raġel |
Kap tad-diviżjoni ta' Greater Tehran tal-Pulizija Ċibernetika ddeżinjata mill-UE sa Ġunju 2020. F'din il-kapaċità, nieda kampanja għar-reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-Internet u jattakka siti "perikolużi". |
23.3.2012 |
65. |
LARIJANI Sadeq |
Post tat-twelid: Najaf (Iraq) Data tat-twelid: 1960 jew Awwissu 1961 Sess: raġel |
Kap tal-Kunsill ta' Espedjenza mid-29 ta' Diċembru 2018. Eks membru tal-Kunsill tal-Gwardjani (sa Settembru 2021). Eks Kap tal-Ġudikatura (2009-2019). Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (tpattija), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reati kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjoni. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir, eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Għalhekk, huwa kkontribwixxa għal għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċidu fl-għajnejn tal-ikkundannati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust. |
23.3.2012 |
66. |
MIRHEJAZI Ali |
Sess: raġel |
Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli mit-tfassil tat-trażżin tal-protesti, li ilha tiġi implimentata mill-2009, u assoċjat ma’ dawk responsabbli sabiex joħonqu l-protesti. Huwa kien responsabbli wkoll għall-ippjanar tat-trażżin tal-inkwiet pubbliku f’Diċembru 2017/2018 u Novembru 2019. |
23.3.2012 |
67. |
SAEEDI Ali |
Sess: raġel |
Kap tal-uffiċċju tal-ideoloġija politika tal-Mexxej Suprem. Eks rappreżentant tal-Mexxej Suprem għall-Pasdaran (1995-2020) wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta’ din il-funzjoni uffiċjali huwa kien ċ-ċinga ta’ trażmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u l-apparat ta’ repressjoni tal-Pasdaran. |
23.3.2012 |
68. |
RAMIN Mohammad-Ali |
Post tat-twelid: Dezful (Iran) Data tat-twelid: 1954 Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tad-dinja tal-World Holocaust Foundation, stabbilita fil-Konferenza Internazzjonali biex Tirrevedi l-Viżjoni Globali tal-Olokawst fl-2006, li Ramin kien responsabbli biex jorganizza f’isem il-Gvern Iranjan. Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2013, direttament responsabbli mill-għeluq ta’ bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, eċċ), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni jew l-arrest tal-ġurnalisti. |
23.3.2012 |
69. |
MORTAZAVI Seyyed Solat |
Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (Nofsinhar) - (Iran) Data tat-twelid: 1967 Sess: raġel |
Mill-5 ta' Settembru 2021, Viċi President għall-Affarijiet Eżekuttivi tal-Iran u Kap tal-Uffiċċju Presidenzjali. Kap tal-fergħa tal-proprjetà immobbli tal-Fondazzjoni Mostazafan, li kienet immexxija direttament mill-Mexxej Suprem Khamenei mis-16 ta' Settembru 2019 sa Settembru 2021. Sa Novembru 2019, Direttur tal-fergħa ta' Tehran tal-Fondazzjoni Astan Qods Razavi. Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashhad, fejn regolarment jitwettqu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi, maħtur fl-2009. F'dik il-kapaċità, kien responsabbli biex imexxi r-repressjoni ta' persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013. |
23.3.2012 |
▼M6 ————— |
||||
▼M7 ————— |
||||
▼M6 ————— |
||||
73. |
FARHADI Ali |
Sess: raġel |
Viċi Kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta’ Tehran. Eks prosekutur ta’ Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn ingħatat il-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta’ Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur. |
23.3.2012 |
74. |
REZVANMA-NESH Ali |
Sess: raġel |
Viċi Prosekutur fil-provinċja ta' Karaj, reġjun ta' Alborz fil-perjodu 2010-2016. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta' persuna minorenni. |
23.3.2012 |
75. |
RAMEZANI Gholamhossein |
Sess: raġel |
Mill-2011 Kap tal-Intelligence tal-Ministeru għad-Difiża; minn Novembru 2009 sa Marzu 2011: Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn Marzu 2008 sa Novembru 2009: Viċi Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn April 2006 sa Marzu 2008: Kap tal-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Pasdaran. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż bl-assoċjazzjoni ma’ dawk responsabbli għall-arresti ta’ bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta’ protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009. |
23.3.2012 |
76. |
SADEGHI Mohamed |
Sess: raġel |
Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta’ analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta’ bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
77. |
JAFARI Reza |
Data tat-twelid: 1967 Sess: raġel |
Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2012. Membru tal-“Kumitat għad-Determinazzjoni tal-Kontenut Kriminali fuq il-Web”, korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta’ espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta’ ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust. |
23.3.2012 |
78. |
RESHTE-AHMADI Bahram |
Sess: raġel |
Imħallef ta’ qorti ordinarja tat-Tramuntana ta’ Tehran. Eks Superviżur tal-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubblika f’Tehran. Viċi Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Ħabs tal-Provinċja ta’ Tehran. Eks Viċi Prosekutur f’Tehran sal-2013. Huwa mexxa ċ-ċentru tal-prosekuzzjoni ta’ Ran Evin. Kien responsabbli miċ-ċaħda ta’ drittijiet, inkluż drittijiet ta’ żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn. |
23.3.2012 |
79. |
RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf |
Sess: raġel |
Viċi Direttur tas-Saħħa, Korrezzjoni u Edukazzjoni tal-Ħabsijiet ta' Tehran. Eks kap tal-Ħabs ta' Evin (2012-2015). Matul il-kariga tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu riferiment għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs. |
12.3.2013 |
80. |
KIASATI Morteza |
Sess: raġel |
Imħallef tal-fergħa 54 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran u tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, Fergħa 4; ikkundanna għall-mewt erba' priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tlett aħwa) u Ali Sharifi. Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Sar riferiment għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta' proċess korrett f'rapport tat-13 ta' Settembru 2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22 ta' Awwissu 2012. |
12.3.2013 |
81. |
MOUSSAVI Seyed Mohammad Bagher |
Sess: raġel |
Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha’bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta’ Marzu 2012 għal “attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali” u “mibegħda kontra Alla”. Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta’ Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett. |
12.3.2013 |
82. |
SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz) |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) Data tat-twelid: madwar 1963 Post ta’ residenza: Tehran Sess: raġel |
Eks membru tal-Kunsill Suprem taċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) (2014-2016). Eks Kap ta’ IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta’ programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu, Press TV, flimkien ma’ IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inkluż dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta’ kull ġimgħa Iran Today. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta’ Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz huwa għalhekk assoċjat mal-ksur tad-dritt ta’ proċess korrett u smigħ ġust. |
12.3.2013 |
83. |
JAFARI Asadollah |
Sess: raġel |
Bħalissa Avukat Ġenerali f'Isfahan. F'din il-pożizzjoni, ordna reazzjonijiet vjolenti kontra d-dimostranti li ħarġu fit-toroq f'Novembru 2021 biex jipprotestaw kontra l-iskarsezzi tal-ilma. Skont xi rapporti, Jafari ħabbar il-formazzjoni ta' uffiċċju speċjali biex jinvestiga d-dimostranti arrestati. Bħala l-eks Prosekutur tal-Provinċja ta' Mazandaran, Jafari rrakkomanda l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt f'kawżi mmexxija minnu, li rriżulta f'ħafna eżekuzzjonijiet fosthom eżekuzzjonijiet pubbliċi, u f'ċirkostanzi fejn l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt tmur kontra d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, fosthom billi kien sproporzjonat u l-kastig eċċessiv. Jafari kien ukoll responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta' Baha'i mill-arrest inizjali saż-żamma tagħhom f'iżolament fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Intelligence. |
12.3.2013 |
84. |
EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi) |
Post tat-twelid: Hamedan (Iran) Data tat-twelid: madwar 1973 Post tar-residenza: Tehran Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran Sess: raġel |
Direttur ta’ Press TV Newsroom. Eks Produttur Għoli ta’ Press TV. Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inkluż il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta’ drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta’ konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust. |
12.3.2013 |
85. |
HAMLBAR Rahim |
Sess: raġel |
Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta’ għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f’Awwissu 2012) li tahom kundanni ta’ ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn “kollaborazzjoni f’assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali.” |
12.3.2013 |
86. |
MUSAVI-TABAR, Seyyed Reza |
Post tat-twelid: Jahrom (Iran) Data tat-twelid: 1964 Sess: raġel |
Eks kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta’ Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta’ attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha’i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta’ Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha’i Raha Sabet għal tliet snin f’iżolament. |
12.3.2013 |
87. |
KHORAMABADI Abdolsamad |
Sess: raġel |
Viċi Direttur għas-Sorveljanza Ġudizzjarja (mit-13 ta’ Ottubru 2018). Eks Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”, organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Kummissjoni ddefiniet il-“kriminalità ċibernetika” permezz ta’ għadd ta’ kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Kien responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta’ diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta’ NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f’detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f’Novembru 2012. B’hekk il-Kummissjoni li kien qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet. |
12.3.2013; |
88. |
SOLEIMANI Gholamreza |
Post tat-twelid: Farsan (Iran) Data tat-twelid: 1343 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1964 jew 1965 (kalendarju Gregorjan) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni Basij tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) |
Gholamreza Soleimani huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni Basij. L-Organizzazzjoni Basij użat forza letali biex trażżan il-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżat imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala Kap tal-Organizzazzjoni Basij, Gholamreza Soleimani jġorr ir-responsabbiltà għat-trażżin vjolenti tal-protesti u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
12.4.2021 |
89. |
SALAMI Hossein (magħruf ukoll bħala: SALAMI Hussain) |
Post tat-twelid: Vaneshan, Golpayegan (Iran) Data tat-twelid: 1339 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1960 jew 1961 (kalendarju Gregorjan) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) Grad: Maġġur Ġeneral |
Hossein Salami ilu l-Kap Kmandant tal-IRGC minn April 2019, li jinkludi l-milizzja Basij, u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forzi regolari tal-IRGC u l-milizzja Basij użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Hossein Salami ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019. Hossein Salami għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
12.4.2021 |
90. |
KARAMI Hassan |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-forza tal-pulizija Iranjana |
Hassan Karami huwa l-Kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-forza tal-pulizija Iranjana. L-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala l-Kmandant tal-Unitajiet Speċjali li kkawżaw imwiet u korrimenti lil dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra, Hassan Karami jġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
12.4.2021 |
91. |
PAKPOUR Mohammad (magħruf ukoll bħala: PAKPUR Mohammad) |
Post tat-twelid: Arak (Iran) Data tat-twelid: 1340 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1961 (kalendarju Gregorjan) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) Grad: Brigadier Ġeneral |
Mohammad Pakpour ilu Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC minn Marzu 2010. Il-Forzi tal-Art tal-IRGC użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC, li użaw forza letali kontra dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra, Mohammad Pakpour iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
12.4.2021 |
92. |
ASHTARI Hossein |
Post tat-twelid: Isfahan (magħruf ukoll bħala: Esfahan, Ispahan) Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana |
Hossein Ashtari ilu l-Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana minn Marzu 2015 u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forza tal-pulizija tinkludi l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali. Il-forza tal-pulizija ordinarja tal-Iran, l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Hossein Ashtari ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019. Hossein Ashtari għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
12.4.2021 |
93. |
ZIAEI Gholamreza |
Sess: raġel Pożizzjoni: eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin; eks Direttur ta’ ċentri ta’ detenzjoni oħrajn |
Bejn Lulju 2019 u Ġunju 2020, Gholamreza Ziaei kien id-Direttur tal-Ħabs ta’ Evin fejn il-kundizzjonijiet diġà ħorox għad-detenuti komplew jiddeterjoraw matul il-mandat tiegħu. Priġunieri nisa kienu mċaħħda mill-kuntatt telefoniku ma’ wliedhom. Il-priġunieri politiċi kienu mċaħħda miż-żjarat ta’ kull ġimgħa minn qraba, li kienu permessi biss kull xahrejn. Matul il-protesti tal-2009, Ziaei kien responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fejn mill-inqas ħames detenuti, li kienu ġew arrestati b’konnessjoni mal-protesti tal-massa fit-toroq ta’ Tehran tal-2009, mietu wara li ġew ittorturati. Mill-2017 sal-2019, qabel ma ħa l-inkarigu tal-Ħabs ta’ Evin f’Tehran, Ziaei kien id-direttur tal-Ħabs Rajaee Shahr f’Karaj, fil-Punent ta’ Tehran, fejn kien hemm bosta protesti minn priġunieri politiċi kontra l-abbuż u l-kundizzjonijiet tal-għajxien inumani. |
12.4.2021 |
94. |
SHAHVARPOUR Hassan |
Post tat-twelid: Safi Abad, fin-nofsinhar ta’ Dezful, Khuzestan (Iran) Sess: raġel Numru tal-passaport: 2001624001 (numru tal-ID nazzjonali) Pożizzjoni: Kmandant tal-Korpi Vali Asr tal-Provinċja ta’ Khuzestan tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) Grad: Brigadier Ġeneral |
Bħala l-Kmandant tal-IRGC f’Khuzestan mill-2009, Hassan Shahvarpour huwa responsabbli għall-kmand tal-forzi, li użaw mitraljatriċijiet kontra dimostranti u persuni ċivili oħra fil-belt ta’ Mahshahr matul il-protesti ta’ Novembru 2019. Taħt il-kmand tiegħu, 148 persuna nqatlu mill-IRGC permezz ta’ mitraljatriċijiet tqal minn vetturi blindati li dawwru dimostranti li kienu qed jaħarbu, mistoħbija fi bwar fil-qrib. |
12.4.2021 |
95. |
VASEGHI Leyla (magħrufa wkoll bħala VASEQI Layla, VASEGHI Leila, VASEGHI Layla) |
Post tat-twelid: Sari, Provinċja ta' Mazandaran (Iran) Data tat-twelid: 1352 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1972 jew 1973 (kalendarju Gregorjan) Sess: mara Pożizzjoni: Eks gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt |
Bħala gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt minn Settembru 2019 sa Novembru 2021, Leyla Vaseghi ordnat lill-pulizija u lil forzi armati oħra biex jużaw forza letali matul il-protesti ta' Novembru 2019, li kkawżat imwiet u korrimenti ta' dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra. Bħala l-gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt, Leyla Vaseghi ġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
12.4.2021 |
96. |
ROSTAMI CHESHMEH GACHI Mohammed (magħruf ukoll bħala ROSTAMI, Mohammad) محمد گچی چشمه رستمی (magħruf ukoll bħala محمد رستمی) |
Post tat-twelid: Kermanshah (Iran) Data tat-twelid: 1976 jew 1977 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Numru tal-identità nazzjonali: 111936 (Iran) Nru ta’ identifikazzjoni: 13821 (Iran) Pożizzjoni: Kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran |
Mohammad Rostami Cheshmeh Gachi huwa l-kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran. Kien il-kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika ta’ Kermanshah mill-bidu tal-2014 sal-bidu tal-2019 u okkupa pożizzjonijiet għolja fil-pulizija tal-intelligence Iranjana. Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura. Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’. Bħala kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran, Rostami huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Moralità. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
97. |
RAHIMI Hossein حسین رحیمی |
Post tat-twelid: Dodhak village, Mahalat, Central province (Iran) Data tat-twelid: 1964 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Grad: Brigadier Ġeneral Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Tehran |
Il-Brigadier Ġeneral Hossein Rahimi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Tehran mis-7 ta’ Awwissu 2017. Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Tehran kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu lil dawk il-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni. Bħala kap tal-LEF f’Tehran, Rahimi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
98. |
ABDI Abbas عبدى عباس |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Grad: Kurunell Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Divandarreh |
Il-Kurunell Abbas Abdi huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fid-distrett ta’ Divandarreh. Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Divandarreh kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu lil dawk il-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni. Bħala kap tal-LEF f’Divandarreh, Abdi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
99. |
MIRZAEI Haj Ahmad (magħruf ukoll bħala MIRZAEI Hajahmad; MIRZAYI Hajj Ahmad) حاج احمد میرزایی |
Post tat-twelid: Tehran (Iran) Data tat-twelid: 9 ta’ Frar 1957 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Nru ta’ identifikazzjoni: 4268935215 (Iran) Grad: Kurunell Pożizzjoni: Kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran f’Tehran |
Il-Kurunell Haj Ahmed Mirzaei ilu l-kap tal-fergħa ta’ Tehran tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran mill-2018. Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura. Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’. Bħala kap tal-Pulizija tal-Moralità f’Tehran, Mirzaei huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Moralità f’Tehran, inkluż fil-kwartieri ġenerali tagħha fejn Amini ġiet imsawta u ttrattata ħażin. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
100. |
ZAREPOUR Issa عیسی زارع پور |
Post tat-twelid: Eslamabad-e Gharb, Kermanshah Province (Iran) Data tat-twelid: 1980 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni |
Issa Zarepour ilu l-Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Iran mill-25 ta’ Awwissu 2021. Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa kellu rwol ewlieni fid-deċiżjoni tal-gvern Iranjan li jikser b’mod sistematiku l-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni tal-persuni Iranjani billi jimponi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-Internet matul il-protesti li segwew il-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fis-16 ta’ Settembru 2022. Dik l-azzjoni kompliet tnaqqas l-ispazju diġà limitat ħafna għall-atturi tas-soċjetà ċivili fl-Iran, fosthom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, biex jiġbru informazzjoni oġġettiva u jikkomunikaw kemm bejniethom kif ukoll mad-dinja esterna. Il-blackout tal-Internet kellu konsegwenzi negattivi fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, kemm direttament (jiġifieri l-impatt fuq il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni oġġettiva), kif ukoll indirettament (jiġifieri ċ-ċans akbar li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma jiġix iddokumentat u b’hekk ikun hemm impatt negattiv fuq l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem). Bħala Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, Zarepour huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
101. |
SEPEHR Mohammad-Hossein محمدحسین سپهر |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kmandant tal-Bażi ta’ Taħriġ Ċentrali Iranjana tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati |
Mohammad-Hossein Sepehr huwa l-Kmandant tal-Bażi ta’ Taħriġ Ċentrali tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati f’Tehran. Huwa membru tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij (organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-IRGC b’fergħat madwar l-Iran). Sepehr jissorvelja t-taħriġ kontra l-protesti għall-forzi tas-sigurtà Iranjani u jappoġġa linja repressiva lejn id-dimostranti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
102. |
SAFARI Sayd Ali صفرى سید علی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Grad: Kurunell Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Saqqez |
Il-Kurunell Sayd Ali Safari huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Saqqez. Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Saqqez kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu l-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni. Bħala kap tal-LEF f’Saqqez, Safari huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
103. |
ADYANI Seyed Alireza (magħruf ukoll bħala ADIANI Hojjat al-Islam Seyyed Alireza) ادیانی سید علیرضا |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Pożizzjoni: Kap tal-uffiċċju ideoloġiku-politiku tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran |
Seyed Alireza Adyani huwa l-kap tal-uffiċċju ideoloġiku-politiku tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Adyani huwa responsabbli għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-ingaġġ għall-forzi tal-pulizija. Huwa ddikjara li l-LEF jeħtieġ li jkunu “prattiċi” u “effettivi” meta jittrattaw l-avversarji u feraħ lill-Pulizija tal-Moralità talli għamlet xogħolha “b’mod intensiv”. Il-LEF użaw brutalità enormi kontra d-dimostranti, inkluż dawk li pprotestaw wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
104. |
AZADI Ali آزادى علی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Grad: It-Tieni Brigadier Ġeneral Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-Kurdistan |
It-Tieni Brigadier Ġenerali Ali Azadi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-Kurdistan mill-2019. Matul ir-repressjoni tal-protesti ta’ Settembru 2022, il-forzi taħt il-kmand tiegħu fil-Kurdistan sparaw fuq id-dimostranti u qatlu u darbu diversi persuni. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
105. |
SHALIKAR Mohammed Zaman شالیکار محمد زمان |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Grad: Kurunell Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Babol, Mazandaran |
Il-Kurunell Mohammed Zaman Shalikar ilu l-Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Babol, Mazandaran mill-2021. Waqt dimostrazzjonijiet wara l-mewt ta’ Mahsa Amini f’Settembru 2022, il-forzi taħt il-kmand tiegħu sparaw fuq, darbu u qatlu dimostranti f’Babol, Mazandaran. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
106. |
HEIDARI Salman حیدرى سلمان |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Grad: Kurunell Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Bukan |
Il-Kurunell Salman Heidari huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Bukan. Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Bukan kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu l-protesti rriżulta fil-mewt ta’ mill-inqas persuna minorenni waħda u fid-drib ta’ diversi persuni. Bħala kap tal-LEF f’Bukan, Heidari huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Pulizija Ċibernetika |
Post: Tehran (Iran) Sit web:http://www. cyberpolice.ir |
Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana, imwaqqfa f’Jannar 2011, hija taqsima tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, immexxija minn Vahid Majid. Mill-mument tal-bidu tagħha sal-bidu tal-2015 kienet immexxija minn Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta’ protesta li użaw in-networks soċjali bbażati fuq l-Internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad. F’Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-Internet cafés, li jeżiġu li l-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b’ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali. F’Ġunju 2012, il-mezzi ta’ komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs). Fit-30 ta’ Ottubru 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti mingħajr mandat għal “azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook”. Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta’ Novembru 2012, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika. Il-Pulizija Ċibernetika hija responsabbli għal ħafna arresti ta’ Telegram Group Administrators b’rabta mal-protesti nazzjonali ta’ Novembru 2019. |
12.3.2013 |
2. |
Il-Ħabs ta’ Evin |
Indirizz: Tehran Province, Tehran, District 2, Dasht-e Behesht (Iran) |
Il-Ħabs ta’ Evin huwa ċentru ta’ detenzjoni fejn inżammu priġunieri politiċi u fejn fl-aħħar snin u deċennji saru ripetutament abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura. Id-dimostranti ta’ Novembru 2019 kienu, u għall-inqas sa ċertu punt għadhom, detenuti fil-Ħabs ta’ Evin bħala priġunieri politiċi. Il-priġunieri fil-Ħabs ta’ Evin qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet proċedurali bażiċi, xi drabi miżmuma f’iżolament jew f’ċelloli ffullati żżejjed b’kundizzjonijiet iġjeniċi ħżiena. Hemm rapporti dettaljati dwar tortura fiżika u psikoloġika. Id-detenuti huma mċaħħda mill-kuntatt mal-familja u l-avukati kif ukoll minn trattament tas-saħħa adegwat. |
12.4.2021 |
3. |
Il-Ħabs ta’ Fashafouyeh (magħruf ukoll bħala: Penitenzjarju Ċentrali ta’ Greater Tehran, Ħabs ta’ Hasanabad-e Qom, Ħabs ta’ Greater Tehran) |
Indirizz: Tehran Province, Hasanabad, Bijin Industrial Zone, Tehran, Qom Old Road (Iran) Telefon: +98 21 5625 8050 |
Il-Ħabs ta’ Fashafouyeh huwa ċentru ta’ detenzjoni magħżul oriġinarjament biex iżomm trasgressuri ta’ reati relatati mad-droga u dan l-aħħar żamm ukoll priġunieri politiċi u, f’xi każijiet, ġiegħluhom jaqsmu ċ-ċella ma’ persuni dipendenti fuq id-droga. Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tal-iġjene huma ħżiena ħafna, neqsin minn ħtiġijiet bażiċi bħall-ilma tax-xorb nadif. Matul il-protesti ta’ Novembru 2019, diversi dimostranti inżammu fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, inkluż minorenni. Ir-rapporti jindikaw li d-dimostranti ta’ Novembru 2019 kienu soġġetti għal tortura u trattament inuman fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, eż. billi korrewhom deliberatament bl-ilma jagħli u billi ċaħduhom minn trattament mediku. Skont rapport ta’ Amnesty International dwar it-trażżin tal-protesti ta’ Novembru 2019, tfal sa 15-il sena ġew detenuti flimkien ma’ adulti fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh. Tliet dimostranti ta’ Novembru 2019, li bħalissa qed jinżammu fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, ġew ikkundannati għall-mewt minn qorti f’Tehran. |
12.4.2021 |
4. |
Il-Ħabs ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala: Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, Ħabs ta’ Gorhardasht, Ħabs ta’ Gohar Dasht) |
Indirizz: Alborz Province, Karaj, Gohardasht, Moazzen Blvd (Iran) Telefon: +98 26 3448 9826 |
Il-ħabs ta’ Rajaee Shahr ilu, sa mir-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-1979, magħruf għaċ-ċaħda tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura fiżika u psikoloġika severa ta’ priġunieri politiċi u priġunieri minħabba twemmin kif ukoll eżekuzzjonijiet tal-massa mingħajr proċess ġust. Mijiet ta’ detenuti, inkluż tfal, ġew maltrattati severament fil-Ħabs ta’ Rajaee Shahr wara l-protesti ta’ Novembru 2019. Hemm rapporti kredibbli dwar bosta każijiet ta’ tortura u forom oħra ta’ kastig krudili, inkluż każijiet li jinvolvu minorenni. |
12.4.2021 |
5. |
Pulizija tal-Moralità tal-Iran (magħrufa wkoll bħala Gasht-e-Ershad;Islamic Guidance Patrol;Guidance Patrols) غشتى إرشاد |
Indirizz: Vozara Street, corner of 25th Street, District 6, Tehran (Iran) |
Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura. Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’. Il-Pulizija tal-Moralità għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
6. |
Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij (magħrufa wkoll bħala Basij-e Mostazafan) بسیج مستضعفین |
|
Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran. Ir-rispons tal-forzi tas-sigurtà għall-protesti ta’ Settembru 2022 fl-Iran kien partikolarment iebes, u rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni. Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij hija waħda mill-forzi ordnati mill-gvern biex twaqqaf dawk il-protesti. Hija darbet u qatlet diversi dimostranti. Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij għalhekk iġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
7. |
Kmand taċ-Ċiberdifiża tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (CDC) قرارگاه دفاع سایبرى |
Indirizz: Tehran (Iran) Telefon: + 98 26 3448 9826 |
Il-Kmand taċ-Ċiberdifiża tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (CDC) jissorvelja s-siti web, il-posta elettronika u l-attivitajiet online ta’ individwi meqjusa bħala avversarji politiċi. Matul il-protesti ta’ Settembru 2022 fl-Iran, is-CDC ħa rwol attiv fil-politiki repressivi tal-gvern Iranjan, inkluż bl-identifikazzjoni u l-arrest tad-dimostranti. Is-CDC hija għaldaqstant direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |
8. |
Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA) فرماندهی انتظامی جمهورى اسلامی ایران |
Indirizz: Tehran (Iran) |
Il-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) huma forza tal-pulizija bl-uniformi. Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mil-LEF, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi, fosthom tfal, ġie ddokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet indarbu serjament, fosthom tfal. Sa mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet, il-forzi tal-pulizija ddetenew ukoll b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti. Il-LEF għalhekk huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
17.10.2022 |