This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2013_308_R_NS0015
2013/549/EU: Decision of the European Parliament of 17 April 2013 on discharge in respect of the implementation of the European Union general budget for the financial year 2011, Section VIII — European Ombudsman#Resolution of the European Parliament of 17 April 2013 with observations forming an integral part of the Decision on discharge for implementation of the European Union general budget for the financial year 2011, Section VIII — European Ombudsman
2013/549/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

ĠU L 308, 16.11.2013, pp. 133–135
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 308, 16.11.2013, p. 15–15
(HR)
|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/133 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
(2013/549/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0231/2012) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0094/2013), |
1.
Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2011;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0231/2012) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0094/2013), |
1.
Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-2011, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Ombudsman Ewropew (“l-Ombudsman”);
2.
Jilqa’ l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;
3.
Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Ombudsman hu wieħed purament amministrattiv u, fl-2011, kien jammonta għal EUR 9 427 395, b’EUR 7 318 795 allokati għat-Titolu 1 (infiq relatat ma’ persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni), EUR 1 469 200 attribwiti għat-Titolu 2 (bini, għamara, tagħmir u nfiq għal operat ieħor) u EUR 639 400 għat-Titolu 3 (infiq riżultat minn funzjonijiet ġenerali mħarrġa mill-istituzzjoni);
4.
Jieħu nota tal-fatt li mill-approprjazzjonijiet totali, ġew impenjati 92,54 % (89,65 % fl-2010) u tħallsu 85,62 % (84,03 % fl-2010) u jilqa’ dan it-titjib tar-rata ta’ utilizzazzjoni; jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex tittejjeb ir-rata ta’ utilizzazzjoni u li jsir monitoraġġ tat-tibdil li jsir;
5.
Jitlob li jiġi onorat l-obbligu biex jittejjeb l-ippjanar finanzjarju mingħajr dewmien biex tiġi żgurata implimentazzjoni baġitarja aktar effiċjenti;
6.
Ifaħħar il-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tal-Ombudsman għall-2011 fejn huma inklużi indikaturi ta’ prestazzjoni fundamentali biex titkejjel il-prestazzjoni tal-uffiċċju fil-ksib tal-objettivi tiegħu;
7.
Jistieden lill-Ombudsman jinkludi r-rata tas-servizzi ta’ interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati matul dik is-sena fir-rapport annwali tal-attività li jmiss;
8.
Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-awditur intern li l-Ombudsman implimenta tnejn mit-tliet rakkomandazzjonijiet bħala għajnuna għall-uffiċċju tal-Ombudsman biex itejjeb il-proċeduri interni tiegħu għall-ġestjoni u l-kontroll fl-ipproċessar tat-talbiet għal ħlas; jindika li għad hemm bżonn ta’ titjib fir-rigward ta’ tagħrif f’waqtu dwar il-ħlasijiet effettivi; jitlob li t-tielet rakkomandazzjoni, li tkopri tagħrif ulterjuri f’waqtu rigward il-pagamenti nnifishom, tiġi implimentata mingħajr dewmien;
9.
Jitlob li jkun hemm żieda sostanzjali tal-perċentwal tad-deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità li jittieħdu fi żmien xahar minn meta jasal ilment, li, fl-2011, laħaq ċifra ta’ 70 %; jemmen li r-ristrutturazzjoni tal-uffiċċju tal-Ombudsman, implimentata fil-bidu tal-2012, flimkien ma’ proċedura aktar semplifikata għar-Reġistru, tista’ tikkontribwixxi biex, fis-snin li ġejjin, l-Unità għall-Ilmenti jkollha rendiment aħjar;
10.
Jinnota bi tħassib li t-tul medju tal-inkjesti kompla jiżdied fl-2011, b’66 % biss tal-każijiet magħluqa fi żmien 12-il xahar u 80 % tal-każijiet magħluqa fi żmien 18-il xahar; jitlob li din ir-rata tittejjeb sostanzjalment; jistieden lill-Ombudsman jiċċara liema perċentwal ta’ każijiet jinvolvi aktar minn ċiklu wieħed ta’ inkjesti u meta jkun hemm bżonn għal tieni ċiklu ta’ inkjesti;
11.
Jistieden lill-Ombudsman jinkludi, bil-ħsieb li jitnaqqas it-tul tal-proċeduri, indikazzjoni tal-perċentwal tar-riżorsi li jaffettwa l-ipproċessar tal-ilmenti mressqa mill-pubbliku, u l-miżuri li jikkunsidra li hemm bżonn sabiex is-servizzi jsiru aktar rapidi u effikaċi, b’mod partikolari permezz tar-riallokazzjoni tar-riżorsi, fir-rapport annwali tiegħu;
12.
Jistieden lill-Ombudsman jistipula l-modi kif jindirizza liċ-ċittadini tal-Unjoni u l-ammont ta’ fondi li jislet mill-baġit għal dan il-għan fir-rapport annwali tiegħu;
13.
Jistieden lill-uffiċċju tal-Ombudsman jinkludi tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Ombudsman, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali u n-nazzjonalità fir-rapport annwali tal-attività li jmiss u jipprovdi s-sett sħiħ ta’ dokumenti meħtieġ għas-snin preċedenti;
14.
Jindika li r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman fl-2011 ġie adottat mill-plenarja f’Ottubru 2012 u jinsab sodisfatt bil-kummenti li saru fih.
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.