This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2019:046:FULL
Official Journal of the European Union, C 46, 5 February 2019
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 46, 5 ta' Frar 2019
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 46, 5 ta' Frar 2019
ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 46/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9174 — Aunde/Brose/JV) ( 1 ) |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 46/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9273 — CVC/April) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9174 — Aunde/Brose/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 46/01)
Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) -dokument li jġib in-numru 32019M9174. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Frar 2019
(2019/C 46/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1445 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,77 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4654 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87678 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,4113 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1421 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,00 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7030 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,728 |
HUF |
Forint Ungeriż |
317,80 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2816 |
RON |
Leu Rumen |
4,7560 |
TRY |
Lira Turka |
5,9694 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5852 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5011 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,9800 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6634 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5489 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 282,53 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,3420 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7194 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4155 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 037,31 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6812 |
PHP |
Peso Filippin |
60,043 |
RUB |
Rouble Russu |
75,1351 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,846 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,2142 |
MXN |
Peso Messikan |
21,9379 |
INR |
Rupi Indjan |
82,1905 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/3 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 46/03)
Deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ awtorizzazzjoni
Referenza tad-deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem tas-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
C(2019)565 |
Id-29 ta’ Jannar 2019 |
1,2-dikloroetan Nru tal-KE 203-458-1 Numru tal-CAS 107-06-2 |
Akzo Nobel Chemicals SpA, Localita Colafonda 3/A, Cavanella Po, 45011, Adria, Rovigo, l-Italja |
REACH/19/13/0 |
L-użu ta’ 1,2-dikloroetan bħala solvent riċiklabbli fil-produzzjoni ta’ poliakrilat tensjoattiv |
fit-22 ta’ Novembru 2026. |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/4 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 46/04)
Deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ awtorizzazzjoni
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Id-data tad-deċiżjoni |
L-isem tas-sustanza |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
In-numru tal-awtorizzazzjoni |
L-użu awtorizzat |
Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Ir-raġunijiet għad-deċiżjoni |
C(2019) 569 |
29 ta’ Jannar 2019 |
1,2-dikloroetan Nru tal-KE 203-458-1 Numru tal-CAS 107-06-2 |
Microbeads AS, Vestvollvn 30A, N-2019, Skedsmokorset, in-Norveġja |
REACH/19/12/0 |
L-użu industrijali ta’ 1,2-dikloroetan bħala aġent li jneffaħ matul ir-reazzjoni tas-sulfonizzazzjoni taż-żibeġ tal-polistiren retikolat fil-manifattura tar-reżini ta’ skambju joniku għall-purifikazzjoni tal-iskart radjuattiv |
29 ta’ Jannar 2031 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa li hija teknoloġikament jew ekonomikament fattibbli. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/5 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2019/C 46/05)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
RUMANIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 77, 15.3.2014
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
I. Permessi ta’ residenza maħruġa skont format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002, kif emendat
1. PERMIS DE ȘEDERE PE TERMEN LUNG (Permess ta’ Residenza għal Żmien Twil)
Dan id-dokument sar mill-kumpanija Rumena Compania Națională Imprimeria Națională S.A. (Kumpanija tal-Istampar Nazzjonali). Il-permess ta’ residenza għal żmien twil huwa dokument tal-identità li jinħareġ lil persuni li kisbu d-dritt ta’ residenza għal żmien twil għal perjodu ta’ 10 snin (għal barranin li huma membri tal-familja ta’ ċittadini Rumeni) u għal kategoriji oħra ta’ barranin għal perjodu ta’ ħames snin.
Il-permessi ta’ residenza għal żmien twil maħruġa lil persuni bid-dritt ta’ residenza għal żmien twil, minħabba li qabel kellhom il-Karta Blu tal-UE juru li d-detentur huwa “Fost posesor de Carte albastră a UE” (ex detentur tal-Karta Blu tal-UE).
Permessi ta’ residenza għal żmien twil maħruġa lill-persuni mogħtija l-protezzjoni internazzjonali fir-Rumanija għandhom il-kumment “Protecţie internaţională acordată de RO la [data]” (Protezzjoni internazzjonali mogħtija mir-RO fi [data]).
2. PERMIS DE ȘEDERE TEMPORARĂ (Permess ta’ residenza temporanju)
Dan id-dokument sar mill-Imprimeria Naţională. Huwa validu għal bejn sena u ħames snin, skont l-iskop li għalih kien inħareġ. Dan huwa dokument tal-identità li jinħareġ lill-barranin li ngħataw id-dritt ta’ residenza jew li d-dritt ta’ residenza tagħhom ġie estiż, jew lil persuni barranin li ngħataw protezzjoni internazzjonali. Huwa validu għal tliet snin għal dawk bi status ta’ refuġjat u għal sentejn għal dawk bi status ta’ protezzjoni sussidjarja.
Taħt l-intestatura “tipul permisului” (tip ta’ permess), dawn il-permessi ta’ residenza jindikaw “Permis de ședere temporară” (Permess ta’ residenza temporanju), u taħt l-intestatura “Observaţii” (Kummenti) l-iskop tal-permanenza hija indikata hekk: “activități economice” (attivitajiet ta’ negozju), “activități profesionale” (attivitajiet professjonali), “activități comerciale” (attivitajiet kummerċjali), “studii (doctorand/elev/masterand/resident/specializare/student/student an pregătitor)” (studji (kandidat tal-PhD/student/student ta’ Master/residenza (student tal-mediċina)/speċjalizzazzjoni/student/student f’sena preparatorja)), “alte calități studii – absolvent” (status relatat ma’ studji oħra – gradwat reċenti), “reîntregirea familiei” (riunifikazzjoni tal-familja), “activități religioase” (attivitajiet reliġjużi), “activități de cercetare științifică” (attivitajiet ta’ riċerka xjentifika), “alte scopuri (tratament medical/administrator/formare profesională/voluntariat//apatrid de origine română)” (għanijiet oħra (trattament mediku/amministratur/taħriġ vokazzjonali/voluntier/persuna apolida ta’ oriġini Rumena)), segwita min-numru tal-identità personali.
L-intestatura “Kummenti” tista’ tinkludi wkoll il-kumment “drept de muncă” (id-dritt għax-xogħol) fejn id-detentur tal-permess ta’ residenza għandu d-dritt li jaħdem fit-territorju tar-Rumanija.
Fil-każ ta’ dokumenti maħruġa lil barranin li jingħataw forma ta’ protezzjoni internazzjonali fir-Rumanija, taħt l-intestatura “Observatii” (Kummenti), l-iskop tal-permanenza jista’ jkun ta’ “Refugiat” (ta’ refuġjat) – validi għal tliet snin, jew “Protecție subsidiară” (protezzjoni sussidjarja) — validi għal sentejn, segwiti min-numru tal-identità personali.
3. CARTEA ALBASTRA A UE (Karta Blu tal-UE) — skont id-Direttiva 2009/50
Dan id-dokument sar mill-Imprimeria Naţională. Huwa dokument tal-identità validu sa sentejn, maħruġ lill-barranin li d-dritt ta’ residenza temporanja tagħhom ġie estiż għall-fini ta’ xogħol bħala ħaddiema bi kwalifiki għoljin, jew li ngħataw dan id-dritt mingħajr l-obbligu li jiksbu viża. Taħt l-intestatura “tipul de permis” (tip ta’ permess) hemm il-kumment “carte albastră a UE” (Karta Blu tal-UE) u taħt “Observații” (Kummenti) il-kumment “înalt calificat” (b’ kwalifiki għoljin) u “drept de muncă” (dritt għax-xogħol). Id-dokument jistipula li l-barranin għandhom id-dritt ta’ residenza u ta’ xogħol fit-territorju tar-Rumanija bħala ħaddiema bi kwalifiki għoljin.
4. PERMIS UNIC (Permess Uniku)
Karta tal-identità maħruġa lill-barranin mill-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni, li tafferma d-dritt li jirrisjedu u li jaħdmu fit-territorju tar-Rumanija.
Għall-barranin bi dritt ta’ residenza temporanja għall-fini ta’ xogħol, taħt l-intestatura “tipul de permis” (tip ta’ permess) hemm il-kumment “permis unic” (permess uniku), u taħt l-intestatura “observații” (kummenti) hemm il-kumment “drept de muncă” (dritt tax-xogħol) (barra minn hekk, għall-ħaddiema staġjonali, il-kumment “sezonier” (staġjonali)).
5. PERMIS DE ȘEDERE ÎN SCOP DE DETAȘARE (Permess ta’ Residenza għall-fini ta’ ssekondar)
Dan id-dokument tal-identità jinħareġ mill-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni lill-barranin li d-dritt ta’ residenza temporanja tagħhom ġie estiż għall-fini ta’ ssekondar, jew li ngħataw dan id-dritt mingħajr l-obbligu li jiksbu viża. Id-dokument jistipula d-dritt ta’ residenza u tax-xogħol fit-territorju tar-Rumanija, għall-fini ta’ ssekondar.
Id-dritt ta’ residenza huwa estiż għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena fi żmien ħames snin mid-data ta’ meta titressaq applikazzjoni biex id-dritt ta’ residenza jiġi estiż.
Għal barranin bid-dritt ta’ residenza temporanja għall-fini ta’ ssekondar, taħt “tipul de permis” (tip ta’ permess) hemm il-kumment “permis de ședere în scop de detașare” (permess ta’ residenza għall-fini ta’ ssekondar) u “drept de muncă” (dritt għax-xogħol).
Dan il-permess ta’ residenza jinħareġ lill-barranin li jkunu kisbu d-dritt ta’ residenza għall-finijiet ta’ ssekondar bħala ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali (ICT, intra-corporate transferees); taħt l-intestatura “tipul de permis” (tip ta’ permess) hemm il-kumment “permis ICT” (permess għall-ICT), u taħt l-intestatura “observații” (kummenti) hemm il-kument “drept de muncă” (dritt għax-xogħol) biż-żieda ta’ “ICT”.
Fil-permessi ta’ residenza maħruġin lill-barranin bi dritt għal residenza bil-fini ta’ ssekondar bħala ICT u suġġett għall-mobbiltà għal żmien twil, taħt l-intestatura “tipul de permis” (tip ta’ permess) hemm il-kumment “permis mobile ICT” (permess ta’ mobilità għall-ICT), u taħt l-intestatura “observații” (Kummenti) hemm il-kumment “drept de muncă” (dritt għax-xogħol) biż-żieda ta’ “mobile ICT” (ICT mobbli).
II. Il-karti ta’ residenza (iċ-ċertifikati ta’ residenza/il-karti ta’ residenza) maħruġa skont id-Direttiva 2004/38 (mhux f’format uniformi)
1. CERTIFICAT DE ÎNREGISTRARE (Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni)
Dan id-dokument huwa stampat minn naħa waħda fuq karta sikura u jinħareġ lil ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, lil ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera li jkollhom id-dritt li jirrisjedu fir-Rumanija għal aktar minn tliet xhur.
Huwa validu għal ħames snin mid-data tal-ħruġ. Fuq talba, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jista’ jinħareġ għal perjodu ta’ inqas minn ħames snin, iżda mhux ta’ inqas minn sena.
2. CARTE DE REZIDENȚĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL UNIUNII (Karta ta’ residenza għal membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE)
Dan id-dokument fil-forma ta’ karta (stampat minn naħa waħda) jinħareġ għal barranin li huma membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea u li għandhom id-dritt ta’ residenza fir-Rumanija għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur.
Din il-karta ta’ residenza hija valida għal ħames snin mid-data tal-ħruġ, iżda ma taqbiżx il-perjodu ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea li miegħu d-detentur jkun relatat.
3. CARTE DE REZIDENȚĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL CONFEDERAȚIEI ELVEȚIENE (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Konfederazzjoni Żvizzera)
Dan id-dokument fil-forma ta’ karta (stampat minn naħa waħda) jinħareġ għal membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Konfederazzjoni Żvizzera u li għandhom id-dritt ta’ residenza fir-Rumanija għal aktar minn tliet xhur.
Din il-karta ta’ residenza hija valida għal ħames snin mid-data tal-ħruġ, iżda ma taqbiżx il-perjodu ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Konfederazzjoni Żvizzera li miegħu d-detentur jkun relatat.
4. CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ (Karta ta’ Residenza Permanenti)
Dan id-dokument fil-forma ta’ karta — (stampat minn naħa waħda) jinħareġ għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, u għal ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera li jkollhom id-dritt ta’ residenza permanenti fir-Rumanija.
Huwa validu għal perjodu ta’ 10 snin, ħlief dawk maħruġa lil persuni taħt l-età ta’ 14-il sena, u f’dan il-każ huma validi għal ħames snin mid-data tal-ħruġ.
5. CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL UNIUNII (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ cittadin tal-UE)
Dan id-dokument fil-forma ta’ karta (stampat minn naħa waħda) jinħareġ għall-barranin li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, li jkollhom id-dritt ta’ residenza permanenti fir-Rumanija.
Huwa validu għal perjodu ta’ 10 snin, ħlief dawk maħruġa lil persuni taħt l-età ta’ 14-il sena, u f’dan il-każ huma validi għal ħames snin mid-data tal-ħruġ.
6. CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL CONFEDERAȚIEI ELVEȚIENE (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera)
Dan id-dokument fil-forma ta’ karta (stampat minn naħa waħda) jinħareġ għall-barraninli li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera li jkollhom id-dritt ta’ residenza permanenti fir-Rumanija.
Huwa validu għal perjodu ta’ 10 snin, ħlief dawk maħruġa lil persuni taħt l-età ta’ 14-il sena, u f’dan il-każ huma validi għal ħames snin mid-data tal-ħruġ.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9273 — CVC/April)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 46/06)
1.
Fit-28 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu), |
— |
April S.A. (“April”, Franza). |
CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ April kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— CVC: CVC u s-sussidjarji tagħha jipprovdu pariri ta’ investiment lil u/jew jiġġestixxu investimenti f’isem ċerti fondi ta’ investiment li għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar reġjuni tad-dinja differenti;
— April: April hija sensar tal-assikurazzjoni bl-ingrossa u assikuratur primarjament attiva fi Franza u li l-klijenti tagħha jinkludu individwi privati, professjonisti u kumpaniji.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9273 — CVC/April
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).