This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 2b501776-736d-11ea-a07e-01aa75ed71a1
Directive 2002/49/EC of the European Parliament and of the Council of 25 June 2002 relating to the assessment and management of environmental noise
Consolidated text: Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali
Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali
02002L0049 — MT — 25.03.2020 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 2002/49/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189 18.7.2002, p. 12) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 |
L 311 |
1 |
21.11.2008 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/996 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-19 ta' Mejju 2015 |
L 168 |
1 |
1.7.2015 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Ġunju 2019 |
L 170 |
115 |
25.6.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/367 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-4 ta’ Marzu 2020 |
L 67 |
132 |
5.3.2020 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA 2002/49/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ġunju
li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali
Artikolu 1
Objettivi
1. L-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu li jiddeffinixxu resqien komuni intiż biex jevita, jipprevjeni jew inaqqas fuq bażi prioritizza tal-effetti ta' ħsara, inkluż id-dwejjaq, minħabba l-espożizzjoni lejn ħsejjes ambjentali. Għal dak il-għan dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu implementati progressivament:
id-determinazzjoni ta' l-espożizzjoni tal-ħsejjes ambjentali, permezz ta' mappep tal-ħsejjes, b'metodi ta' kalkoli komuni għall-Istati Membri;
jassiguraw li l-informazzjoni dwar il-ħsejjes ambjentali u l-effetti tagħhom ikunu disponibbli lejn il-pubbliku;
l-adozzjoni ta' pjanti ta' azzoni mill-Istati Membri, ibbażati fuq ir-riżultati tal-immappjar tal-ħsejjes, bil-għan tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali, meta meħtieġ, u partikolarment meta l-livelli ta' l-espożizzjoni jistgħu jinduċu effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana u biex jippreservaw il-kwalità tal-ħsejjes ambjentali meta dawn ikunu ta' ġid.
2. Din id-Direttiva għandha timmira wkoll biex tipprovdi bażi għall-iżvilupp ta' miżuri Komunitarji biex jitnaqqas il-ħoss emiss minn sorsi maġġuri, partikolarment vetturi tat-triq u ta' fuq il-linji, u l-infrastuttura, l-ajruplani, l-apparat tal-beraħ u industrijali u l-makkinarju ambulanti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2006, proposti leġislattivi xierqa. Dawk il-proposti għandhom jiehdu akkont tar-riżultati tar-rapport riferit fl-Artikolu 10(1).
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tkun tapplika għal ħsejjes ambjentali li l-bnedmin huma esposti għalihom partikolarment f'żoni mibnija u f'parkeġġi pubbliċi u żoni oħrajn kwieti f'agglomerazzjoni, f'żoni kwieti fil-kampanja miftuħa, ħdejn l-iskejjel, l-isptarijiet u bini u żoni oħrajn sensittivi għall-ħsejjes.
2. Din id-Direttiva m'għandhiex tkun tapplika għal ħsejjes maħluqa mill-persuna esposta nnifisha, ħsejjes minn attivitajiet domestiċi, ħsejjes maħluqa mill-qraba, ħsejjes fil-postijiet tax-xogħol jew ħsejjes fl-intern ta' trasport jew minħabba l-attivitajiet militari f'żoni tal-militar.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:
“ħoss ambjentali” għandu jfisser il-ħsejjes mhux mitluba jew ta' ħsara fl-apert maħluqa mill-attivitajiet umani, inklużi l-ħsejjes emissi minn meżżi tat-trasport, traffiku fit-triq, traffiku tal-ferroviji, traffiku ta' l-ajru, u minn siti ta' l-attivita industrijali bħalma huma dawk definiti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta' Settembu 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis ( 1 );
“effetti ta' ħsara” għandha tfisser l-effetti negattivi fuq is-saħħa umana;
“dwejjaq” għandha tfisser il-grad tad-dwejjaq tal-ħoss komunitarju kif iddeterminat permezz ta' studju fil-lokal;
“indikatur tal-ħoss” għandha tfisser l-iskala fiżika għad-deskrizzjoni tal-ħoss ambjentali, li jkollurelazzjoni ma l-effett ta' ħsara;
“studju” għandu jfisser il-metodu użat għall-kalkolazzjoni, t-tbassir, l-estimi jew il-kejl tal-valur ta' l-indikatur tal-ħoss jew ta' l-effetti ta' ħsara kif relattati;
“Ljal” (l-indikatur tal-ħoss tal-jum-fil-għaxija-l-lejl) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq globali, bħal ma aktar definit fl-Anness I;
“Ljum” (l-indikatur tal-ħoss tal-jum) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq ma tul il-perijodu tal-jum, bħal ma aktar definit fl-Anness I;
“Lgħaxija” (l-indikatur tal-ħoss ta' fil-għaxija) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq ma tul il-perijodu ta' fil-għaxija, bħal ma aktar definit fl-Anness I;
“Llejl” (l-indikatur tal-ħoss tal-lejl) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq waqt l-irqad, bħal ma aktar definit fl-Anness I;
“ir-relazzjoni ta' doża-effett” għandha tfisser ir-relazzjoni bejn il-valur ta' l-indikatur tal-ħoss u l-effett ta' ħsara;
“agglomerazzjoni” għandha tfisser il-parti ta' territorju, delimitat mill-Istat Membru, li jkollu popolazzjoni f'eċċess ta' 100 000 persuna u densità tal-popolazzjoni hekk li l-Istat Membru jqis li din tkun żona urbanizzata;
“agglomerazzjoni f'żona kwieta” għandu jfisser żona, delimetata mill-awtorità kompetenti, per eżempju, lima tistax tkun esposta għal valur Ljal jew xi indikatur ieħor xieraq akbar minn ċertu valur kif stabbilit mill-Istat Membru, minn xi sorsi tal-ħsejjes;
“żona kwieta fil-kampanja miftuħa” għandha tfisser żona, delimetata mill-awtorità kompetenti, li ma hixdisturbata bil-ħoss tat-traffiku, l-industrija jew l-attivitajiet rekreattivi;
“triq maġġuri” għandha tfisser triq reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, iddesinjata mill-IstatMembru, li jkollha passaġġi ta' aktar minn tlett miljun vettura fis-sena;
“ferrovija maġġuri” għandha tfisser ferrovija, iddesinjata mill-Istat Membru, li jkollha passaġġi ta' aktarminn 30,000 ferrovija fis-sena;
“ajruport maġġuri” għandu jfisser ajruport ċivili, iddisinjat mill-Istat Membru, li jkollu aktar minn 50 000 ċaqlieqa kull sena (ċaqlieqa tfisser it-tluq jew l-inżul), esklużi dawk purament għall-iskopijiet ta' taħriġ fuq ajruplani żgħar;
“l-immappjar tal-ħsejjes” għandu jfisser il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni f'sitwazzjoni ta' ħsejjeseżistenti jew imbassra fit-termini ta' l-indikatur tal-ħoss, li jindika l-ksur ta' xi limiti ta' valur eżistenti, in- numru ta' nies affettwati f'ċerta żona, jew in-numru ta' abitazzjonijiet esposti għal ċerti valuri ta' l- indikatur tal-ħsejjes f'ċerta żona;
“mappa strateġika tal-ħsejjes” għandha tfisser il-mappa ddisinjata għal studju globali ta' l-esposizzjoni tal-ħsejjes f'żona partikolari lejn sorsi differenti tal-ħoss jew għal tbassir globali għal żona bħal dik;
“valur ta' limiti” għandu jfisser il-valur Ljal jew Llejl, u meta xieraq Ljum u Lgħaxija, kif iddeterminat mill-Istat Membru, li l-eċċess tiegħu iġiegħel lill-awtoritajiet kompetenti li jikkonsidraw jew li jinforzaw miżuri ta' mitigazzjoni; valuri ta' limiti jistgħu jkunu differenti għal tipi differenti ta' ħsejjes (ħsejjes tat- triq, tal-ferrovija, tat-traffiku ta' l-ajru, ħsejjes industrijali, eċċ.), inħawi differenti u sensittività differenti tal-ħsejjes tal-popolazzjonijiet; dawn jistgħu ikunu wkoll differenti għal sitwazzjonijiet eżistenti u għal sitwazzjonijiet ġodda (meta jkun hemm tibdil fis-sitwazzjoni rigward is-sorsi tal-ħsejjes jew l-użu tal- madwar);
“pjanijiet ta' azzjoni” għandha tfisser il-pjanijiet iddissinjati għall-ġestjoni ta' suġġetti u effetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħoss meta jkun meħtieġ;
“ippjanar akustiku” għandu jfisser il-kontroll ta' ħsejjes fil-futur b'miżuri ppjanati, bħal ma huma l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art, sistemi ta' l-inġinerija tat-traffiku, ippjanar tat-traffiku, tnaqqis b'miżuri ta' l-insulazzjoni kontra l-ħoss u l-kontroll tal-ħsejjes mis-sorsi;
“il-pubbliku” għandu jfisser wieħed jew aktar persunali naturali jew legali u, bi qbil mal-leġislazzjoni jew prattika nazzjonali, l-asoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom;
“repożitorju tad-data” tfisser sistema ta’ informazzjoni, ġestita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li jkun fiha informazzjoni u data dwar il-ħsejjes ambjentali li jsiru disponibbli permezz tar-rapportar tad-data nazzjonali u permezz tan-nodi ta’ skambju fil-kontroll tal-Istati Membri.
Artikolu 4
Implementazzjoni u responsabbilitajiet
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw, fil-liveli xierqa, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi responsabbli għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi l-awtoritajiet responsabbli għal:
biex jagħmlu u, meta relevanti, japprovaw mappep tal-ħsejjes u pjanijiet ta' azzjoni għall-agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri, ferroviji maġġuri u arjuporti maġġuri;
ġabra ta' mappep tal-ħsejjes u pjanijiet ta' l-azzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni riferita fil-paragrafu 1 disponibbli lejl il-Kummissjoni u lejn il-publiku mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2005.
Artikolu 5
L-indikaturi tal-ħsejjes u l-applikazzjoni tagħhom
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-indikaturi tal-ħsejjes Ljal u Llejl kif imsemmija fl-Anness I għat-tħejjijau r-reviżjoni ta' mappep strateġiċi tal-ħsejjes bi qbil ma l-Artikolu 7.
Sakemm l-użu komuni tal-metodi tal-istudjar għad-determinazzjoni ta' Ljal u Llejl isir obligatorju, l-indikaturi nazzjonali eżistenti tal-ħoss u l-informazzjoni relatata jistgħu jkunu wżati mill-Istati Membri għal dan l-iskop u għandhom ikunu kkonvertiti fl-indikaturi msemmija hawn fuq. Din l-informazzjoni m'għandiex tkun antika aktar minn tlett snin.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-indikaturi supplementi tal-ħoss għal każi speċjali bħal ma huma dawk elenkati fl-Anness I(3).
3. Għall-ippjanar akustiku u l-aggruppar taż-żoni tal-ħsejjes, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi tal- ħsejjes l-oħrajn apparti milli Ljal u Llejl.
4. Mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2005, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lejn il- Kummissjoni dwar xi limiti ta' valuri relevanti li jkunu eżistenti fit-territorji tagħhom jew li jkunu jiġu preparati, espressi fit-termini Ljal u Llejl, u fejn xieraq, Ljum u Lgħaxija, għall-ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, ħsejjes għal traffiku bil-ferroviji, ħsejjes ta' l-ajruplanti ma dwar l-ajruporti u ħsejjes minn siti ta' attivita industrijali, flimkien ma spjegazzjonijiet rigward l-implementazzjoni tal-valuri limitanti.
Artikolu 6
Metodi ta' studji
1. Il-valuri Ljal u Llejl għandhom ikunu detterminati permezz tal-metodi tal-istudju kif definit fl-Anness II.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw l-Anness II sabiex jiġu stabbiliti metodi ta’ valutazzjoni komuni għad-determinazzjoni ta’ Lden u Lnight.
3. Effetti ta' ħsara jistgħu jkunu mkejla permezz tar-relazzjonijiet tad-doża-effett imsemmija fl-Anness III.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw l-Anness III sabiex jiġu stabbiliti metodi ta’ valutazzjoni komuni għad-determinazzjoni tal-effetti perikolużi.
Artikolu 7
Immappjar strateġiku tal-ħsejjes
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007, mappep strateġiċi tal- ħsejjes li juru s-sitwazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti jkunu ntagħmlu u, meta relevanti, approvati mill- awtoritajiet kompetenti, għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' aktar minn 250 000 abitanti u għat-toroq maġġuri kollha li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġi ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60,000 passaġġi ta' ferroviji fis-sena u ajruporti maġġuri fit-terrotorji tagħhom.
Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, u wara dak, darba kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-toroq maġġuri li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġ ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60 000 passaġġi ta' ferroviji fis-sena, ajruporti maġġuri u l- agglomerazzjonijiet b'aktar minn 250 000 abitant fi ħdan it-territorji tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2012, u wara dak, darba kull ħames snin, mappep strateġiċi tal-ħsejjes li juru s-sitwazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, jkunu saru u, meta relevanti, approvati mill-awtoritajiet kompetenti għall-aglomerazzjonijiet kollha u għat-toroq maġġuri kollha u l-ferroviji maġġuri kollħa fit-territorji tagħhom.
Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-agglomerazzjonijiet kollha, bit-toroq maġġuri kollha u bil-ferroviji maġġuri kollha fit-territorji tagħhom.
3. Il-mappep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness IV.
4. L-Istati Membri tal-qrib għandhom jikkoperaw dwar il-mappep strateġiċi tal-ħsejjes qrib il-fruntieri tagħhom.
5. Il-mappep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom jiġu riveduti, u mibdula jekk meħtieġ, mill-anqas darba kull ħames snin wara d-data tal-preparazzjoni tagħhom.
Artikolu 8
Pjanijiet ta' l-azzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2008 l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew il-pjanijiet ta' l-azzjoni li jkunu nominati biex jamministraw, fit-territorji tagħhom, il-kwistjonijiet u l-affetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħsejjes jekk meħtieġ għal:
postijiet qrib it-toroq maġġuri li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġ ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60 000 passaġġ ta' ferroviji fis-sena u ajruporti maġġuri;
agglomerazzjonijiet b'aktar minn 250 000 abitanti. Pjanijiet bħal dawn għandhom ukoll jimmiraw li jipprotieġu żoni kwieti kontra żieda fil-ħsejjes.
Il-miżuri fi ħdan il-pjanijiet huma fid-deskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, imma għandhom primarjament jindirizzaw il-prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess ta' xi valuri limitanti relevanti jew b'xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri u japplikaw partikolarment għaż-żoni l-aktar importanti kif stabbiliti bl-immappjar strateġiku tal-ħsejjes.
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew pjanijiet ta' azzjoni primarjament biex jindirizzaw prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess tal-valuri limitanti jew b'xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri għall-aglomerazzjonijiet u għal toroq maġġuri kif ukoll għal ferroviji maġġuri fit-territorji tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kriterja relevanti l-oħra riferita fil-paragrafi 1 u 2.
4. Il-pjanijiet ta' l-azzjoni għandhom jilħqu l-ħtiġiet minimi ta' l-Anness V.
5. Il-pjanijiet tal-azzjoni għandhom jiġu rieżaminati, u riveduti jekk neċessarju, kull meta jseħħ żvilupp maġġuri li jaffettwa s-sitwazzjoni eżistenti tal-ħsejjes, u mill-anqas kull ħames snin wara d-data tal-approvazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet.
Ir-rieżamijiet u r-reviżjonijiet li skont l-ewwel subparagrafu jsiru fl-2023, għandhom jiġu posposti biex isiru mhux aktar tard mit-18 ta’ Lulju 2024.
6. L-Istati Membri tal-qrib għandhom jikkoperaw dwar il-pjanijiet ta' l-azzjoni qrib il-fruntieri tagħhom.
7. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pubbliku jkun ikkonsultat rigward il-proposti għall-pjanijiet ta' l- azzjoni, li jkunu mogħtija opportunitajiet effettivi kmieni biex jipparteċipaw fit-tħejjija tagħhom u fir- reviżjoni tal-pjanijiet ta' l-azzjoni, li jirriżultaw minn dik il-parteċipazzjoni tkun kunsidrata u li l-pubbliku jkun infurmat bid-deċiżjoni meħudha. Qafas ta' żmien raġjonevoli għandhom ikunu provduti li jippermettu żmien suffiċċjenti għal kull stadju tal-parteċipazzjoni pubblika.
Jekk l-obligazzjoni għat-twettieq tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika toriġina simultanjament minn din id-Direttiva u minn xi leġislazzjoni oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri konġunti sabiex jevitaw duplikazzjoni.
Artikolu 9
Informazzjoni lejn il-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mapep strateġiċi tal-ħsejjes li huma jkunu għamlu, u meta xieraq adottaw, u l-pjanijiet ta’azzjoni li huma jkunu fasslu, isiru disponibbli u jitqassmu lill-pubbliku f’konformità mal-atti leġislattivi relevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi 2003/4/KE ( 2 ) u 2007/2/KE ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u f’konformità mal-Annessi IV u V għal din id-Direttiva, inkluż permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni li jkunu disponibbli.
2. Din l-informazzjoni għandha tkun ċara, komprensibbli u aċċesibbli. Sommarju li juri il-punti l-aktar importanti għandu jkun ipprovdut.
Artikolu 10
Il-ġbir u l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni
1. Mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2004, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lejn il-ParlamentEwropew u lejn il-Kunsill li jkun fih rivista tal-miżuri eżistenti tal-Komunità li jirrigwardjaw is-sorsi tal- ħsejjes ambjentali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw biss l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi lil repożitorju tad-data obbligatorju li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Fl-eventwalità li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi database ta' l-informazzjoni dwar il-mappep strateġiċi tal-ħsejjessabiex tiffaċilita t-tħejjija tar-rapport riferit fl-Artikolu 11 u x-xogħol tekniku u informattiv l-ieħor.
4. Darba kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippublika rapport sommarju mill-informazzjoni tal- mappep strateġiċi tal-ħsejjes u mill-pjanijiet ta' l-azzjoni. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sat-18 ta' Lulju 2009.
Artikolu 11
Reviżjoni u rappurtaġġ
1. Mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill rapport dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.
2. Dan ir-rapport għandu partikolarment jassessja l-ħtieġa għal aktar azzjonijiet mill-Komunità dwar il-ħsejjes ambjentali u, jekk xieraq, jipproponi strateġiji ta' l-implementazzjoni dwar aspetti bħal ma huma:
miri ta' termini fit-tul u termini medji għat-tnaqqis tan-numru ta' persuni li jkunu affetwati ħażin mill- ħsejjes ambjentali, billi partikolarment jittieħed akkont tal-klimi differenti u tal-kulturi differenti;
miżuri addizzjonali għat-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali li jkunu emissi minn sorsi speċifiċi, partikolarment fit-tgħamir tal-beraħ, il-meżżi u l-infrastruttura tat-trasport u ċerti kategoriji ta' attività industrijali, jkomplu jibnu fuq dawk il-miżuri diġa implementati jew waqt id-diskussjoni għall-adottazzjoni;
il-protezzjoni ta' żoni kwieti fil-kampanja miftuħa.
3. Ir-rapport għandu jinkludi reviżjoni tal-kwalità akustika ambjentali fil-Komunità li tkun ibbażata fuq l- informazzjoni riferita fl-Artikolu 10 u għandu jieħu akkont tal-progress xjentifiku u tekniku u ta' xi informazzjoni relevanti oħra. It-tnaqqis ta' l-effetti ta' ħsara u r-relattività ta' l-effettività ta' l-ispiża għandhom ikunu l-kriterja ewlenija fil-għażla ta' l-istrateġija u l-miżuri proposti.
4. Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet l-ewwel sett ta' mappep strateġiċi tal-ħsejjes, din għandha tikkunsidra:
5. Ir-rapport għandu jkun rivedut darba kull ħames snin jew aktar ta' spiss jekk ikun xieraq. Dan għandu jkun fih studju dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.
6. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għall-emendi ta' din id-Direttiva.
Artikolu 12
Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw il-punt 3 tal-Anness I u l-Annessi II u III sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 12a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 12 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) u fl-Artikolu 12 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 4 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 13
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament 2000/14/KE.
2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) ta' Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
▼M4 —————
Artikolu 14
Transposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mit-18 ta' Lulju 2004. Għandhom jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. Il- metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 16
Indirizzati
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
INDIKATURI TAL-ĦSEJJES
imsemmija fl-Artikolu 5
1. Definizzjoni tal-livell jum(day)-fil-għaxija(evening)-lejl(night) Ljal(Lden)
Il-livell jum(day)-fil-għaxija(evening)-lejl(night) Ljal(Lden) f’deċibali (dB) huwa definit b’din il-formula li ġejja:
li fiha:
li fiha:
u li fiha:
Il-għoli tal-punt assessjat Ljal għandu jiddependi mill-applikazzjoni:
2. Definizzjoni ta’ l-idikatur tal-ħsejjes ta’ matul il-lejl
L-indikatur tal-ħsejjes ta’ ma tul il-lejl Llejl hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mgħobbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata matul il-perjodi kollha ta’ lejn ta’ sena;
li fiha:
3. Indikaturi supplementari tal-ħsejjes
F’uħud mill-każi, b’żieda ma Ljal u Llejl, u meta xieraq Ljum u Lgħaxija, jista jkun vantaġġuż li jintużaw indikaturi speċjali tal-ħoss u valuri limitanti relatati. Xi eżempji huma mogħtija hawn taħt:
L-ANNESS II
METODI TA' VALUTAZZJONI GĦALL-INDIKATURI TAL-ISTORBJU
(Imsemmijin fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/49/KE)
1. INTRODUZZJONI
Il-valuri ta' Lden u Lnight għandhom jiġu stabbiliti fil-pożizzjonijiet ta' valutazzjoni permezz ta' kalkolu, skont il-metodu stipulat fil-kapitlu 2 u d-dejta deskritta fil-kapitlu 3. Il-kejl jista' jsir skont il-kapitlu 4.
2. METODI KOMUNI TA' VALUTAZZJONI TAL-ISTORBJU
2.1. Dispożizzjonijiet ġenerali — Storbju mit-traffiku fit-toroq, storbju mill-ferroviji u storbju industrijali
2.1.1. Indikaturi, firxa tal-frekwenza u definizzjonijiet tal-banda
Il-kalkoli tal-istorbju għandhom jiġu ddefiniti ►C1 fil-firxa tal-frekwenza minn 63 Hz sa 8 kHz f'baned ta' ottava ◄ . Ir-riżultati tal-banda ta' frekwenzi għandhom jiġu pprovduti fl-intervall ta' frekwenza korrispondenti.
Il-kalkoli jsiru f'baned ta' ottavi għal storbju mit-traffiku fit-toroq, storbju mill-ferroviji u storbju industrijali, ħlief għall-potenza akustika tas-sors tal-istorbju tal-ferroviji, li tuża baned ta' terz ta' ottava. Għal storbju mit-traffiku fit-toroq, storbju mill-ferroviji u storbju industrijali, fuq il-bażi ta' dawn ir-riżultati ta' baned ta' ottava, il-livell medju ta' pressjoni tal-ħoss fit-tul ponderat A għall-perjodu ta' matul il-jum, filgħaxija u billejl, kif iddefinit fl-Anness I u msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/49/KE, huwa kkalkolat bl-għadd tal-frekwenzi kollha:
|
(2.1.1) |
fejn
Parametri tal-istorbju:
Lp |
Livell istantanju ta' pressjoni tal-ħoss |
[dB] (re. 2 10–5 Pa) |
LAeq,LT |
Livell ta' pressjoni tal-ħoss globali fit-tul L Aeq minħabba s-sorsi u s-sorsi immaġni kollha fil-punt R |
[dB] (re. 2 10–5 Pa) |
LW |
Livell tal-potenza akustika “in situ” ta' sors puntiformi (jiċċaqlaq jew wieqaf) |
[dB] (re. 10–12 W) |
LW,i,dir |
Livell direzzjonali tal-potenza akustika “in situ” għall-banda ta' frekwenzi numru i |
[dB] (re. 10–12 W) |
LW′ |
Livell medju tal-potenza akustika “in situ” għal kull metru tal-linja ta' sorsi |
[dB/m] (re. 10–12 W) |
Parametri fiżiċi oħrajn:
p |
r.m.s. tal-pressjoni tal-ħoss istantanja |
[Pa] |
p 0 |
Pressjoni tal-ħoss ta' referenza = 2 10– 5 Pa |
[Pa] |
W 0 |
Potenza akustika ta' referenza = 10– 12 W |
[watt] |
2.1.2. Qafas tal-kwalità
Il-valuri kollha mdaħħlin li jaffettwaw il-livell ta' emissjonijiet ta' sors għandhom jiġu stabbiliti b'tal-inqas il-preċiżjoni li tikkorrispondi għal inċertezza ta' ± 2dB(A) fil-livell ta' emissjonijiet tas-sors (filwaqt li l-parametri kollha l-oħrajn jibqgħu l-istess).
Fl-applikazzjoni tal-metodu, id-dejta mdaħħla għandha tirrifletti l-użu attwali. B'mod ġenerali ma għandu jkun hemm ebda dipendenza fuq valuri mdaħħlin prestabbiliti jew suppożizzjonijiet. Il-valuri prestabbiliti mdaħħlin u s-suppożizzjonijiet jiġu aċċettati jekk il-ġbir tad-dejta reali jkun marbut ma' spejjeż għoljin b'mod sproporzjonat.
Is-softwer użat biex isiru l-kalkoli għandu juri li huwa konformi mal-metodi deskritti hawnhekk permezz ta' ċertifikazzjoni tar-riżultati minn każijiet eżaminati.
2.2. Storbju tat-traffiku fit-toroq
2.2.1. Deskrizzjoni tas-sors
Is-sors ta storbju tat-traffiku fit-toroq għandu jiġi stabbilit billi jingħaddu l-emissjonijiet ta' storbju ta' kull vettura individwali li ssawwar il-fluss tat-traffiku. Dawn il-vetturi jitqassmu fi gruppi ta' ħames kategoriji separati fir-rigward tal-karatteristiċi tagħhom ta' emissjoni ta' storbju:
Kategorija 1 |
: |
Vetturi ħfief |
Kategorija 2 |
: |
Vetturi tqal medji |
Kategorija 3 |
: |
Vetturi tqal |
Kategorija 4 |
: |
Vetturi motorizzati b'żewġ roti |
Kategorija 5 |
: |
Kategorija miftuħa |
Fil-każ ta' vetturi motorizzati b'żewġ roti, huma stabbiliti żewġ subklassijiet separati għal mopeds u muturi iktar b'saħħithom, peress li joperaw b'modi ta' sewqan ferm differenti u normalment in-numri tagħhom ivarjaw ħafna.
Għandhom jintużaw l-ewwel erba' kategoriji, filwaqt li l-ħames kategorija hija fakultattiva. Din hija prevista għal vetturi ġodda li jistgħu jiġu żviluppati fil-ġejjieni u li jistgħu jkunu differenti biżżejjed fl-emissjoni ta' storbju tagħhom sabiex ikunu jeħtieġu d-definizzjoni ta' kategorija oħra. Din il-kategorija tista' tkopri, pereżempju, vetturi elettriċi jew ibridi jew kwalunkwe vettura żviluppata fil-ġejjieni li tkun sostanzjalment differenti minn dawk fil-kategoriji 1 sa 4.
Id-dettalji tal-klassijiet ta' vetturi differenti jinsabu fit-tabella [2.2.a].
Tabella [2.2.a]
Klassijiet ta' vetturi
Kategorija |
Isem |
Deskrizzjoni |
Kategorija tal-vettura fil-KE Approvazzjoni tat-Tip ta' Vettura Sħiħa (1) |
|
1 |
Vetturi ħfief |
Karozzi tal-passiġġieri, vannijiet tal-kunsinna ≤ 3,5 tunnellati, SUVs (2), MPVs (3) inklużi karrijiet u karavans |
M1 u N1 |
|
2 |
Vetturi tqal medji |
Vetturi tqal medji, vannijiet tal-kunsinna > 3,5 tunnellati, karozzi tal-linja, djar fuq ir-roti, eċċ. b'żewġ fusien u muntatura b'roti doppji fuq il-fus ta' wara |
M2, M3 u N2, N3 |
|
3 |
Vetturi tqal |
Vetturi tqal kbar, karozzi tat-turiżmu, karozzi tal-linja, bi tliet fusien jew iktar |
M2 u N2 bil-karru, M3 u N3 |
|
4 |
Vetturi motorizzati b'żewġ roti |
4a |
Mopeds b'żewġ, tliet u erba' roti |
L1, L2, L6 |
4b |
Muturi b'sidecars jew mingħajr, Triċikli u Kwadriċikli |
L3, L4, L5, L7 |
||
5 |
Kategorija miftuħa |
Trid tiġi ddefinita skont il-ħtiġijiet tal-ġejjieni |
M/A |
|
(1) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1) li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi. (2) Vetturi Utilitarji Sportivi. (3) Vetturi b'Bosta Skopijiet. |
F'dan il-metodu, kull vettura (kategorija 1, 2, 3, 4 u 5) hija rrappreżentata minn sors puntiformi wieħed li jinfirex b'mod uniformi fin-nofs spazju 2-π fuq l-art. L-ewwel riflessjoni fuq is-superfiċje tat-triq hija ttrattata b'mod impliċitu. Kif muri fil-Figura [2.2.a], dan is-sors puntiformi jitqiegħed 0,05 m fuq is-superfiċje tat-triq.
Figura [2.2.a]
Post tas-sors puntiformi ekwivalenti fuq vetturi ħfief (kategorija 1), vetturi tqal (kategoriji 2 u 3) u vetturi b'żewġ roti (kategorija 4)
Il-fluss tat-traffiku huwa rrappreżentat minn linja ta' sorsi. Fl-immudellar ta' triq b'bosta korsiji, idealment kull korsija trid tkun irrappreżentata minn linja ta' sors imqiegħda f'nofs kull korsija. Madankollu, huwa aċċettabbli wkoll li tiġi mmudellata linja ta' sors f'nofs triq bidirezzjonali jew linja ta' sors għal kull karreġġata fil-korsija esterna ta' toroq b'bosta korsiji.
Il-potenza akustika tas-sors hija ddefinita fil-'kamp semiliberu', b'hekk, il-potenza akustika tinkludi l-effett tar-riflessjoni tal-art eżatt taħt is-sors immudellat fejn ma hemm ebda oġġett li jfixkel fil-madwar ħlief ir-riflessjoni fuq is-superfiċje tat-triq mhux użata taħt is-sors immudellat.
L-emissjoni ta' storbju ta' fluss tat-traffiku hija rrappreżentata minn linja ta' sors ikkaratterizzat mill-potenza akustika direzzjonali tagħha għal kull metru għal kull frekwenza. Din tikkorrispondi għas-somma tal-emissjoni ta' ħoss tal-vetturi individwali fil-fluss tat-traffiku, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-ħin imqatta' mill-vetturi fis-sezzjoni tat-triq ikkonċernata. L-implimentazzjoni tal-vettura individwali fil-fluss teħtieġ l-applikazzjoni ta' mudell ta' fluss tat-traffiku.
Jekk jiġi supponut fluss kostanti tat-traffiku ta' Qm vetturi tal-kategorija m fis-siegħa, b'veloċità medja vm (f'km/h), il-potenza akustika direzzjonali għal kull metru f'banda ta' frekwenzi i tal-linja ta' sorsi LW′, eq,line,i,m hija ddefinita hekk:
|
(2.2.1) |
fejn LW,i,m hija l-potenza akustika direzzjonali ta' vettura waħda. LW′,m hija espressa f'dB (re. 10– 12 W/m). Dawn il-livelli ta' potenza akustika huma kkalkolati għal ►C1 kull banda ta' ottava i minn 63 Hz sa 8 kHz ◄ .
Id-dejta dwar il-fluss tat-traffiku Qm għandha tingħata bħala medja annwali fis-siegħa, għal kull perjodu ta' żmien (matul il-jum-filgħaxija-billejl), għal kull klassi ta' vettura u għal kull linja ta' sors. Għall-kategoriji kollha, għandha tintuża d-dejta mdaħħla dwar il-fluss tat-traffiku miksuba bl-għadd tat-traffiku jew bil-mudelli tat-traffiku.
Il-veloċità vm hija waħda rappreżentattiva għal kull kategorija ta' vetturi: f'ħafna każijiet, il-veloċità inferjuri mill-veloċità legali massima għas-sezzjoni tat-triq u l-veloċità legali massima għall-kategorija ta' vetturi. Jekk ma jkunx hemm disponibbli dejta lokali ta' kejl, għandha tintuża l-veloċità legali massima għall-kategorija ta' vetturi.
Fil-fluss tat-traffiku, huwa supponut li l-vetturi kollha tal-kategorija m isuqu bl-istess veloċità, jiġifieri vm , il-veloċità medja tal-fluss tal-vetturi tal-kategorija.
Vettura tat-triq hija mmudellata minn sett ta' ekwazzjonijiet matematiċi li jirrappreżentaw iż-żewġ sorsi ewlenin ta' storbju:
Storbju tat-tidwir minħabba l-interazzjoni bejn ir-rota u t-triq;
Storbju tal-propulsjoni prodott mid-driveline (magna, egżost, eċċ.) tal-vettura.
Storbju ajrudinamiku huwa inkorporat fis-sors ta' storbju tat-tidwir.
Għal vetturi ħfief, medji u tqal (kategoriji 1, 2 u 3), il-potenza akustika totali tikkorrispondi għas-somma enerġetika tat-tidwir u l-istorbju tal-propulsjoni. B'hekk, il-livell totali ta' potenza akustika tal-linji tas-sors m = 1, 2 jew 3 huwa ddefinit hekk:
|
(2.2.2) |
fejn LWR,i,m huwa l-livell ta' potenza akustika għal storbju tat-tidwir u LWP,i,m huwa l-livell ta' potenza akustika għall-istorbju tal-propulsjoni. Dan huwa validu fuq il-meded ta' veloċità kollha. Għal veloċitajiet inqas minn 20km/h, għandu jintuża l-istess livell ta' potenza akustika kif stipulat fil-formula għal vm = 20km/h.
Għal vetturi b'żewġ roti (kategorija 4), l-istorbju tal-propulsjoni biss jitqies għas-sors:
LW,i,m = 4 (vm = 4 ) = LWP,i,m = 4 (vm = 4 ) |
(2.2.3) |
Dan huwa validu fuq il-meded ta' veloċità kollha. Għal veloċitajiet inqas minn 20 km/h, għandu jintuża l-istess livell ta' potenza akustika kif stipulat fil-formula għal vm = 20 km/h.
2.2.2. Kundizzjonijiet ta' referenza
L-ekwazzjonijiet u l-koeffiċjenti tas-sors huma validi għall-kundizzjonijiet ta' referenza li ġejjin:
2.2.3. Storbju tat-tidwir
Il-livell tal-potenza akustika tal-storbju tat-tidwir fil-banda ta' frekwenzi i għal vettura tal-klassi m = 1,2 jew 3 huwa ddefinit bħala:
|
(2.2.4) |
Il-koeffiċjenti AR,i,m u BR,i,m jingħataw f'baned ta' ottava għal kull kategorija ta' vetturi u għal veloċità ta' referenza vref = 70 km/h. ΔLWR,i,m tikkorrispondi għas-somma tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li jridu jiġu applikati għall-emissjoni ta' storbju tat-tidwir għal kundizzjonijiet speċifiċi tat-triq jew tal-vettura li jiddevjaw mill-kundizzjonijiet ta' referenza:
ΔLWR,i,m = ΔLWR,road,i,m + ΔLstuddedtyres,i,m + ΔLWR,acc,i,m + ΔLW,temp |
(2.2.5) |
ΔLWR,road,i,m tirrappreżenta l-effett fuq l-istorbju tat-tidwir ta' superfiċje tat-triq bi proprjetajiet akustiċi differenti minn dawk tas-superfiċje ta' referenza virtwali kif iddefiniti fil-kapitlu 2.2.2. Tinkludi kemm l-effett fuq il-propagazzjoni kif ukoll fuq il-ġenerazzjoni.
ΔLstudded tyres,i,m huwa koeffiċjent ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-istorbju tat-tidwir ikbar tal-vetturi ħfief mgħammrin b'tajers bit-tappini.
ΔLWR,acc,i,m tirrappreżenta l-effett fuq l-istorbju tat-tidwir ta' qsim ta' triq bi dwal tat-traffiku jew roundabout. Jintegra l-effett tal-varjazzjoni fil-veloċità fuq l-istorbju.
ΔLW,temp huwa terminu ta' korrezzjoni għal temperatura medja τ differenti mit-temperatura ta' referenza τref = 20 °C.
F'sitwazzjonijiet li fihom għadd kbir ta' vetturi ħfief fil-fluss tat-traffiku jużaw tajers bit-tappini tul bosta xhur kull sena, għandu jiġi kkunsidrat l-effett indott fuq l-istorbju tat-tidwir. Għal kull vettura tal-kategorija m = 1 mgħammra b'tajers bit-tappini, żieda li tiddependi fuq il-veloċità fl-emissjoni tal-istorbju tat-tidwir hija evalwata hekk:għal
|
ai + bi × lg(50/70) għal v < 50 km/h |
(2.2.6) |
||
ai + bi × lg(v/70) għal 50 ≤ v ≤ 90 km/h |
||||
ai + bi × lg(90/70) għal v > 90 km/h |
fejn il-koeffiċjenti ai u bi jingħataw għal kull banda ta' ottava.
Iż-żieda fl-emissjoni ta' storbju tat-tidwir għandha tiġi attribwita biss skont is-sehem ta' vetturi ħfief b'tajers bit-tappini u tul perjodu limitat Ts (f'xhur) tul is-sena. Jekk Qstud,ratio hija l-proporzjon medju tal-volum totali ta' vetturi ħfief fis-siegħa mgħammrin b'tajers bit-tappini tul il-perjodu Ts (f'xhur), f'dak il-każ il-proporzjon medju annwali ta' vetturi mgħammrin b'tajers bit-tappini ps jinkiseb permezz ta':
|
(2.2.7) |
Il-korrezzjoni riżultanti li trid tiġi applikata għall-emissjoni ta' potenza akustika tat-tidwir minħabba l-użu ta' tajers bit-tappini għal vetturi tal-kategorija m = 1 f'banda ta' frekwenzi i għandha tkun:
|
(2.2.8) |
Għall-vetturi tal-kategoriji l-oħrajn kollha ma għandha tiġi applikata ebda korrezzjoni:
ΔLstuddedtyres,i,m ≠ 1 = 0 |
(2.2.9) |
It-temperatura tal-arja taffettwa l-emissjoni ta' storbju tat-tidwir; il-livell tal-potenza akustika tat-tidwir jonqos meta tiżdied it-temperatura tal-arja. Dan l-effett jiddaħħal fil-korrezzjoni tas-superfiċje tat-triq. Is-soltu, il-korrezzjonijiet tas-superfiċje tat-triq jiġu evalwati f'temperatura tal-arja ta' τref = 20 °C. Fil-każ ta' temperatura annwali medja differenti tal-arja °C, l-istorbju tas-superfiċje tat-triq għandu jiġi kkoreġut hekk:
ΔLW,temp,m (τ) = Km × (τref – τ) |
(2.2.10) |
It-terminu ta' korrezzjoni huwa pożittiv (jiġifieri żidiet fl-istorbju) għal temperaturi inqas minn 20 °C u negattiv (jiġifieri tnaqqis fl-istorbju) għal temperaturi ogħla. Il-koeffiċjent K jiddependi mis-superfiċje tat-triq u l-karatteristiċi tat-tajers u b'mod ġenerali juri xi dipendenza fuq il-frekwenza. Għandu jiġi applikat koeffiċjent ġeneriku Km = 1 = 0,08 dB/°C għal vetturi ħfief (kategorija 1) u Km = 2 = Km = 3 = 0,04 dB/°C għal vetturi tqal (kategoriji 2 u 3) għas-superfiċji kollha tat-triq. Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għandu jiġi applikat bl-istess mod fuq il-baned ta' ottava kollha bejn 63 u 8 000 Hz.
2.2.4. Storbju tal-propulsjoni
L-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni tinkludi l-kontribuzzjonijiet kollha mill-magna, l-egżost, il-gerijiet, id-dħul tal-arja, eċċ. Il-livell ta' potenza akustika tal-istorbju tal-propulsjoni fil-banda ta' frekwenzi i għal vettura tal-klassi m huwa ddefinit bħala:
|
(2.2.11) |
Il-koeffiċjenti AAP,i,m u BP,i,m jingħataw f'baned ta' ottava għal kull kategorija ta' vetturi u għal veloċità ta' referenza vref = 70 km/h.
ΔLWP,i,m jikkorrispondi għas-somma tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li jridu jiġu applikati għall-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni għal kundizzjonijiet speċifiċi tas-sewqan jew kundizzjonijiet reġjonali li jiddevjaw mill-kundizzjonijiet ta' referenza:
ΔLWP,i,m = ΔLWP,road,i,m + ΔLWP,grad,i,m + ΔLWP,acc,i,m |
(2.2.12) |
ΔLWP,road,i,m tirrappreżenta l-effett tas-superfiċje tat-triq fuq l-istorbju tal-propulsjoni permezz tal-assorbiment. Il-kalkolu għandu jsir skont il-kapitlu 2.2.6.
ΔLWP,acc,i,m u ΔLWP,grad,i,m jirrappreżentaw l-effett tal-gradjent tat-triq u tal-aċċelerazzjoni u d-deċelerazzjoni tal-vetturi fl-intersezzjonijiet. Għandhom jiġu kkalkolati skont il-kapitli 2.2.4 u 2.2.5 rispettivament.
Il-gradjent tat-triq għandu żewġ effetti fuq l-emissjoni ta' storbju tal-vettura: l-ewwel nett, jaffettwa l-veloċità tal-vettura u b'hekk l-emissjoni ta' storbju tat-tidwir u tal-propulsjoni tal-vettura; it-tieni, jaffettwa kemm it-tagħbija tal-magna kif ukoll il-veloċità tal-magna bl-għażla ta' ger u b'hekk anki l-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni tal-vettura. Huwa biss l-effett fuq l-istorbju tal-propulsjoni li jiġi kkunsidrat f'din is-sezzjoni, li fiha tiġi supponuta veloċità kostanti.
L-effett tal-gradjent tat-triq fuq l-istorbju tal-propulsjoni jiġi kkunsidrat permezz ta' terminu ta' korrezzjoni ΔLWP,grad , m li huwa funzjoni tal-inklinazzjoni s (in %), il-veloċità tal-vettura vm (f'km/h) u l-klassi tal-vettura m. Fil-każ ta' fluss tat-traffiku bidirezzjonali, hemm bżonn li l-fluss jinqasam f'żewġ komponenti u li jiġi kkoreġut nofs għal inklinazzjoni 'l fuq u nofs għal dik 'l isfel. It-terminu ta' korrezzjoni huwa attribwit għall-baned ta' ottava kollha bl-istess mod:
|
|
għal s < – 6 % |
(2.2.13) |
||
0 |
għal – 6 % ≤ s ≤ 2 % |
||||
|
għal s > 2 % |
|
|
għal s < – 4 % |
(2.2.14) |
||
0 |
għal – 4 % ≤ s ≤ 0 % |
||||
|
għal s > 0 % |
|
|
għal s < – 4 % |
(2.2.15) |
||
0 |
għal – 4 % ≤ s ≤ 0 % |
||||
|
għal s > 0 % |
ΔLWP,grad,i,m = 4 = 0 |
(2.2.16) |
Il-korrezzjoni ΔLWP,grad,m tinkludi b'mod impliċitu l-effett tal-inklinazzjoni fuq il-veloċità.
2.2.5. Effett tal-aċċelerazzjoni u d-deċelerazzjoni tal-vetturi
Qabel u wara l-qsim tat-triq bid-dwal tat-traffiku u r-roundabouts, għandha tiġi applikata korrezzjoni għall-effett ta' aċċelerazzjoni u deċelerazzjoni kif deskritt hawn taħt.
It-termini ta' korrezzjoni għal storbju tat-tidwir, ΔLWR,acc,m,k , u għal storbju tal-propulsjoni, ΔLWP,acc,m,k , huma funzjonijiet lineari tad-distanza x (f'm) tas-sors puntiformi għall-eqreb intersezzjoni tal-linja ta' sors rispettiva ma' linja ta' sors oħra. Huma attribwiti għall-baned ta' ottava kollha bl-istess mod:
|
(2.2.17) |
|
(2.2.18) |
Il-koeffiċjenti CR,m,k u CP,m,k jiddependu mit-tip ta' salib it-toroq k (k = 1 għal qsim bid-dwal tat-traffiku; k = 2 għal roundabout) u jingħataw għal kull kategorija ta' vetturi. Il-korrezzjoni tinkludi l-effett tal-bidla fil-veloċità meta wieħed joqrob jew jitbiegħed minn qsim jew roundabout.
Kun af li f'distanza |x| ≥ 100 m, ΔLWR,acc,m,k = ΔLWP,acc,m,k = 0.
2.2.6. L-effett tat-tip ta' superfiċje tat-triq
Għal superfiċji tat-triq bi proprjetajiet akustiċi differenti minn dawk tas-superfiċje ta' referenza, għandu jiġi applikat terminu ta' korrezzjoni spettrali kemm għal storbju tat-tidwir kif ukoll għal storbju tal-propulsjoni.
It-terminu ta' korrezzjoni tas-superfiċje tat-triq għall-emissjoni ta' storbju tat-tidwir jinkiseb hekk:
|
(2.2.19) |
fejn
It-terminu ta' korrezzjoni tas-superfiċje tat-triq għall-emissjoni ta' storbju tal-propulsjoni jinkiseb hekk:
ΔLWP,road,i,m = min{αi,m ;0} |
(2.2.20) |
Superfiċji assorbenti jnaqqsu l-istorbju tal-propulsjoni, filwaqt li superfiċji mhux assorbenti ma jżiduhx.
Il-karatteristiċi tal-istorbju tas-superfiċji tat-triq ivarjaw maż-żmien u skont il-livell ta' manutenzjoni, b'tendenza li jsiru iktar storbjużi maż-żmien. F'dan il-metodu, il-parametri tas-superfiċje tat-triq jitqiesu rappreżentattivi għall-prestazzjoni akustika tat-tip ta' superfiċje tat-triq wara li tittieħed medja matul il-ħajja rappreżentattiva tiegħu u bis-suppożizzjoni ta' manutenzjoni xierqa.
2.3. Storbju tal-ferroviji
2.3.1. Deskrizzjoni tas-sors
Għall-finijiet ta' dan il-metodu ta' kalkolu tal-istorbju, vettura hija ddefinita bħala kwalunkwe subunità ferrovjarja waħda ta' ferrovija (normalment lokomotiva, kowċ awtopropulsiva, kowċ miġbud jew vagun tal-merkanzija) li tista' titmexxa b'mod indipendenti u tista' tinqala' mill-bqija tal-ferrovija. Jistgħu jseħħu ċerti ċirkustanzi speċifiċi għal subunitajiet ta' ferrovija li huma parti minn sett li ma jinqalax, eż. li jaqsmu bogie bejniethom. Għall-fini ta' dan il-metodu ta' kalkolu, dawn is-subunitajiet kollha ddaħħlu fi grupp wieħed ta' vetturi.
Għall-fini ta' dan il-metodu ta' kalkolu, ferrovija tikkonsisti f'sensiela ta' vetturi abbinati.
It-Tabella [2.3.a] tiddefinixxi lingwa komuni biex tiddeskrivi t-tipi ta' vetturi inklużi fid-database tas-sorsi. Tippreżenta d-deskritturi rilevanti li jridu jintużaw sabiex il-vetturi jiġu kklassifikati bis-sħiħ. Dawn id-deskritturi jikkorrispondu għall-proprjetajiet tal-vettura, li jaffettwaw il-potenza akustika direzzjonali għal kull metru tal-linja ta' sors ekwivalenti mmudellata.
In-numru ta' vetturi għal kull tip għandu jiġi stabbilit fuq kull waħda mis-sezzjonijiet tal-binarji għal kull wieħed mill-perjodi ta' żmien li jridu jintużaw fil-kalkolu tal-istorbju. Għandu jingħata bħala numru medju ta' vetturi fis-siegħa, li jrid jinkiseb billi jinqasam in-numru totali ta' vetturi li jivjaġġaw f'perjodu ta' żmien partikolari bid-durata f'sigħat ta' dan il-perjodu ta' żmien (eż. 24 vettura f'4 sigħat ifissru 6 vetturi fis-siegħa). Għandhom jintużaw it-tipi kollha ta' vetturi li jivvjaġġaw fuq kull sezzjoni tal-binarji.
Tabella [2.3.a]
Klassifikazzjoni u deskritturi għal vetturi ferrovjarji
Numru |
1 |
2 |
3 |
4 |
Deskrittur |
Tip ta' vettura |
Numru ta' fusien għal kull vettura |
Tip ta' brejk |
Kejl tar-rota |
Spjegazzjoni tad-deskrittur |
Ittra li tiddeskrivi t-tip |
In-numru proprju ta' fusien |
Ittra li tiddeskrivi t-tip ta' brejk |
Ittra li tiddeskrivi t-tip ta' miżura ta' tnaqqis tal-istorbju |
Deskritturi possibbli |
h vettura b'veloċità għolja (> 200 km/h) |
1 |
c blokka tal-ħadid fondut |
n ebda miżura |
m kowċijiet tal-passiġġiera awtopropulsivi |
2 |
k blokka tal-metall kompost jew sinter |
d smorzaturi |
|
p kowċijiet tal-passiġġiera miġbuda |
3 |
n brejkijiet mhux ta' fuq wiċċ ir-rota, bħal disk, tanbur, manjetiċi |
s skrins |
|
c tram tal-ibliet jew metrokowċ ħafifa awtopropulsiva u mhux awtopropulsiva |
4 |
|
o oħrajn |
|
d loko bid-diżil |
eċċ. |
|
|
|
e loko elettrika |
|
|
|
|
a kwalunkwe vettura ġenerika tal-merkanzija |
|
|
|
|
o oħrajn (jiġifieri vetturi tal-manutenzjoni eċċ.) |
|
|
|
Il-binarji eżistenti jistgħu jvarjaw għaliex hemm bosta elementi li jikkontribwixxu għall-proprjetajiet akustiċi tagħhom u li jikkaratterizzawhom. It-tipi ta' binarji użati f'dan il-metodu huma elenkati fit-Tabella [2.3.b] hawn taħt. Uħud mill-elementi għandhom influwenza kbira fuq il-proprjetajiet akustiċi, filwaqt li oħrajn għandhom effetti sekondarji biss. B'mod ġenerali, l-iktar elementi rilevanti li jinfluwenzaw l-emissjoni ta' storbju tal-ferroviji huma: kemm hija ħarxa l-parti tal-binarju li tmiss mar-roti, ir-riġidità tas-suletta, il-bażi tal-binarji, il-ġonot tal-ferrovija u r-raġġ tal-kurvatura tal-binarju. Inkella, jistgħu jiġu ddefiniti l-proprjetajiet ġenerali tal-binarju u, f'dan il-każ, il-ħruxija tal-parti tal-binarju li tmiss mar-roti u r-rata ta' tnaqqis tal-binarju skont ISO 3095 huma ż-żewġ parametri akustikament essenzjali, flimkien mar-raġġ tal-kurvatura tal-binarju.
Sezzjoni tal-binarju hija ddefinita bħala parti minn binarju wieħed, fuq linja ferrovjarja jew stazzjon jew depot, li fuqha ma jinbidlux il-proprjetajiet fiżiċi u l-komponenti bażiċi tal-binarju.
It-Tabella [2.3.b] tiddefinixxi lingwa komuni biex jiġu deskritti t-tipi ta' binarji inklużi fid-database tas-sors.
It-Tabella [2.3.b]
Numru |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Deskrittur |
Bażi tal-binarju |
Ħruxija tal-parti li tmiss mal-binarju |
Tip ta' suletta |
Miżuri addizzjonali |
Ġonot tal-ferroviji |
Kurvatura |
Spjegazzjoni tad-deskrittur |
Tip ta' bażi tal-binarju |
Indikatur tal-ħruxija |
Tirrappreżenta indikazzjoni tar-riġidità 'akustika' |
Ittra li tiddeskrivi l-apparat akustiku |
Il-preżenza ta' ġonot u spazjar |
Indika r-raġġ tal-kurvatura f'm |
Kodiċijiet awtorizzati |
B Ballast |
E Miżmuma tajjeb u lixxa ħafna |
S Ratba (150-250 MN/m) |
N Xejn |
N Xejn |
N Binarji dritti |
S Binarji bla ballast |
M Manutenzjoni normali |
M Medja (250 sa 800 MN/m) |
D Smorzatur ferrovjarju |
S Devjatur jew ġonta |
L Ħafifa (1 000 -500 m) |
|
L Pont bil-ballast |
N Mhux miżmuma tajjeb |
H Riġida (800-1 000 MN/m) |
B Ilqugħ batut |
D Żewġ ġonot jew devjaturi kull 100 m |
M Medja (Inqas minn 500 m u iktar minn 300 m) |
|
N Pont bla ballast |
B Mhux miżmuma u f'kundizzjoni ħażina |
|
A Pjanċa assorbenti fuq binarju bla ballast |
M Iktar minn żewġ ġonot jew devjaturi kull 100 m |
H Għolja (Inqas minn 300 m) |
|
T Binarju inkorporat |
|
|
E Ferrovija inkorporata |
|
|
|
O Oħrajn |
|
|
O Oħrajn |
|
|
Figura [2.3.a]
Pożizzjoni tas-sorsi ta' storbju ekwivalenti
Is-sorsi lineari ta' storbju ekwivalenti differenti jitqiegħdu f'għoli differenti u fiċ-ċentru tal-binarju. Kull għoli huwa rriferit għat-tanġent pjan għaż-żewġ superfiċji superjuri taż-żewġ binarji ferrovjarji.
Is-sorsi ekwivalenti jinkludu sorsi fiżiċi differenti (indiċi p). Dawn is-sorsi fiżiċi jinqasmu f'kategoriji differenti skont il-mekkaniżmu ta' ġenerazzjoni, u huma: 1) storbju tat-tidwir (inklużi mhux biss il-vibrazzjoni tal-ferrovija u tal-bażi tal-binarju u l-vibrazzjoni tar-rota, iżda anki, meta preżenti, l-istorbju tas-superstruttura tal-vetturi tal-merkanzija); 2) storbju ta' trazzjoni; 3) storbju ajrudinamiku; 4) storbju tal-impatt (minn qasmiet, devjaturi u ġonot); 5) storbju ta' żaqżiq u 6) storbju minħabba effetti addizzjonali bħal pontijiet u vijadotti.
Il-ħruxija tar-roti u l-partijiet tal-binarju li jmissu mar-roti, permezz ta' tliet mogħdijiet ta' trasmissjoni għas-superfiċji radjanti (ferroviji, roti u superstruttura), tikkostitwixxi l-istorbju tat-tidwir. Din hija allokata għal h = 0,5 m (superfiċji radjanti A) sabiex tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-binarju, inklużi l-effetti tas-superfiċje tal-binarji, speċjalment binarji bla ballast (skont il-parti ta' propagazzjoni), sabiex tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tar-roti u tirrappreżenta l-kontribuzzjoni tas-superstruttura tal-vettura għall-istorbju (f'ferroviji tal-merkanzija).
L-għoli tas-sors ekwivalenti għall-istorbju ta' trazzjoni jvarja bejn 0,5 m (sors A) u 4,0 m (sors B), skont il-pożizzjoni fiżika tal-komponent ikkonċernat. Sorsi bħat-trażmissjonijiet tal-gerijiet u muturi elettriċi spiss ser ikunu f'għoli tal-fus ta' 0,5 m (sors A). Luvers u żbokkijiet għat-tkessiħ jistgħu jkunu f'għoli differenti; l-egżosts tal-magna għal vetturi li jaħdmu bid-diżil spiss ikunu f'għoli tas-saqaf ta' 4,0 m (sors B). Sorsi oħrajn ta' trazzjoni bħal fannijiet jew blokok ta' magni diżil jistgħu jkunu f'għoli ta' 0,5 m (sors A) jew 4,0 m (sors B). Jekk l-għoli eżatt tas-sors huwa bejn l-ammonti ta' għoli tal-mudell, l-enerġija akustika tiġi ddistribwita b'mod proporzjonali fuq l-eqreb punti ta' għoli tas-sors li huma maġenb xulxin.
Għal din ir-raġuni, il-metodu jipprevedi żewġ punti ta' għoli tas-sors f'0,5 m (sors A), 4,0 m (sors B), u l-potenza akustika ekwivalenti marbuta ma' kull wieħed hija distribwita bejn it-tnejn skont il-konfigurazzjoni speċifika tas-sorsi fuq it-tip ta' unità.
L-effetti tal-istorbju ajrudinamiku huma assoċjati mas-sors f'0,5 m (li jirrappreżentaw l-għata u l-paraventi, sors A), u s-sors f'4,0 m (immudellar ta' kollox fuq l-apparat tas-saqaf u l-pantografu, sors B). L-għażla ta' 4,0 m għall-effetti tal-pantografu hija magħrufa bħala mudell sempliċi, u trid tiġi kkunsidrata bir-reqqa jekk l-għan huwa li jinkiseb għoli xieraq għall-ilqugħ mill-istorbju.
L-istorbju tal-impatt huwa marbut mas-sors f'0,5 m (sors A).
L-istorbju taż-żaqżiq huwa marbut mas-sorsi f'0,5 m (sors A).
L-istorbju tal-pont huwa marbut mas-sors f'0,5 m (sors A).
2.3.2. Emissjoni ta' potenza akustika
Il-mudell għall-istorbju mit-traffiku ferrovjarju, b'mod analogu għall-istorbju mit-traffiku fit-toroq, jiddeskrivi l-emissjoni tal-potenza akustika ta' storbju ta' taħlita speċifika ta' tip ta' vettura u tip ta' binarju li tissodisfa serje ta' rekwiżiti deskritti fil-klassifikazzjoni tal-vettura u l-binarju, f'termini ta' sett ta' potenza akustika għal kull vettura (LW,0).
L-emissjoni ta' storbju ta' fluss tat-traffiku fuq kull binarju għandha tkun rappreżentata minn sett ta' 2 linji ta' sorsi kkaratterizzati mill-potenza akustika direzzjonali tagħha għal kull metru għal kull banda ta' frekwenzi. Dan jikkorrispondi għas-somma tal-emissjonijiet ta' ħoss meta l-vetturi individwali jgħaddu mill-fluss tat-traffiku u, fil-każ speċifiku ta' vetturi weqfin, jiġi kkunsidrat il-ħin imqatta' mill- vetturi fis-sezzjoni ferrovjarja inkwistjoni.
Il-potenza akustika direzzjonali għal kull metru għal kull banda ta' frekwenzi, dovuta għall-vetturi kollha li jgħaddu minn kull sezzjoni tal-binarju fuq it-tip ta' binarju (j), hija ddefinita:
u hija s-somma tal-enerġija tal-kontribuzzjonijiet kollha mill-vetturi kollha li jgħaddu mis-sezzjoni tal-binarju speċifika numru j. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma:
Biex tiġi kkalkolata l-potenza akustika direzzjonali għal kull metru (tidħil fil-parti ta' propagazzjoni) minħabba t-taħlita medja ta' traffiku fis-sezzjoni tal-binarju numru j, tintuża din l-ekwazzjoni li ġejja:
|
(2.3.1) |
fejn
Tref |
= |
il-perjodu ta' żmien ta' referenza li għalih jiġi kkunsidrat it-traffiku medju |
X |
= |
in-numru totali ta' kumbinazzjonijiet eżistenti ta' i, t, s, c, p għal kull sezzjoni tal-binarju numru j |
t |
= |
l-indiċi għat-tipi ta' vetturi fis-sezzjoni tal-binarju numru j |
s |
= |
l-indiċi għall-veloċità tal-ferrovija: hemm indiċijiet daqs in-numru ta' veloċitajiet medji differenti tal-ferroviji fis-sezzjoni tal-binarju numru j |
c |
= |
l-indiċi għall-kundizzjonijiet operattivi: 1 (għal veloċità kostanti), 2 (diżingranaġġ) |
p |
= |
l-indiċi għat-tipi ta' sors fiżiku: 1 (għal storbju tat-tidwir u tal-impatt), 2 (żaqżiq tad-dawran), 3 (storbju ta' trazzjoni), 4 (storbju ajrudinamiku), 5 (effetti addizzjonali) |
LW′,eq,line,x |
= |
x-th il-potenza akustika direzzjonali numru x għal kull metru għal linja ta' sorsi ta' taħlita waħda ta' t, s, c, p f'kull sezzjoni tal-binarju numru j |
Jekk jiġi supponut fluss kostanti ta' vetturi Q fis-siegħa, b'veloċità medja v, bħala medja f'kull waqt ser ikun hemm numru ekwivalenti ta' vetturi Q/v għal kull tul ta' unità tas-sezzjoni ferrovjarja. L-emissjoni tal-istorbju tal-fluss ta' vetturi f'termini ta' potenza akustika direzzjonali għal kull metru LW′,eq,line (mogħtija f'dB/m (re. 10– 12 W)) hija integrata hekk:
(għal c = 1) |
(2.3.2) |
fejn
Fil-każ ta' sors wieqaf, bħal meta ma jkunx ingranat, jiġi supponut li l-vettura ser tibqa' għal ħin ġenerali T idle f'post f'sezzjoni ta' binarju b'tul L. Għalhekk, b'Tref bħala perjodu ta' ħin ta' referenza għall-valutazzjoni tal-istorbju (eż. 12-il siegħa, 4 sigħat, 8 sigħat), il-potenza akustika direzzjonali għal kull tul ta' unità fuq dik is-sezzjoni ta' binarji hija ddefinita hekk:
(għal c = 2) |
(2.3.4) |
B'mod ġenerali, il-potenza akustika direzzjonali tinkiseb minn kull sors speċifiku bħala:
LW,0,dir,i (ψ,φ) = LW,0,i + ΔLW,dir,vert,i + ΔLW,dir,hor,i |
(2.3.5) |
fejn
U fejn LW,0,dir,i (ψ,φ) wara li tiġi derivata f'baned ta' terz ta' ottava, għandha, tingħata f'baned ta' ottava permezz ta' żieda enerġetika f'daqqa ta' kull banda ta' terz ta' ottava rilevanti fil-banda ta' ottava korrispondenti.
Figura [2.3.b]:
Definizzjoni ġeometrika
Għall-fini tal-kalkoli, is-saħħa tas-sors imbagħad tiġi espressa speċifikament f'termini ta' potenza akustika direzzjonali għal kull metru tal-binarju LW′,tot,dir,i sabiex jingħata kont lid-direttività tas-sorsi fid-direzzjoni vertikali u orizzontali tagħhom, permezz tal-korrezzjonijiet addizzjonali.
Ħafna LW,0,dir,i (ψ,φ) jiġu kkunsidrati għal kull kombinazzjoni ta' vettura-binarju-veloċità-kundizzjoni operattiva:
Sett ta' LW,0,dir,i (ψ,φ) jiġi kkunsidrat għal kull taħlita ta' vettura-binarju-veloċità-kundizzjoni operattiva, kull sezzjoni tal-binarju, kull għoli li jikkorrispondi għal h = 1 u h = 2 u d-direttività.
Il-kontribuzzjoni tal-vettura u l-kontribuzzjoni tal-binarju għall-istorbju tat-tidwir huma separati f'erba' elementi essenzjali: ħruxija tar-roti, ħruxija tal-binarji, funzjoni ta' trasferiment tal-vettura għar-roti u għas-superstruttura (“vessels”) u l-funzjoni ta' trasferiment tal-binarji. Il-ħruxija tar-roti u tal-binarji jirrappreżentaw il-kawża tal-eċitazzjoni tal-vibrazzjoni fil-punt fejn jiltaqgħu l-binarju u r-rota, u l-funzjonijiet ta' trasferiment huma żewġ funzjonijiet empiriċi jew immudellati li jirrappreżentaw il-fenomeni kumplessi sħaħ tal-vibrazzjoni mekkanika u l-ġenerazzjoni ta' ħoss fuq is-superfiċji tar-rota, il-binarju, il-qsim u s-substruttura tal-binarju. Din is-separazzjoni tirrifletti l-evidenza fiżika li l-ħruxija preżenti fuq binarju tista' teċita l-vibrazzjoni tal-binarju, iżda ser teċita wkoll il-vibrazzjoni tar-rota u viċe versa. Nuqqas ta' inklużjoni ta' wieħed minn dawn l-erba' parametri jipprevjeni d-diżakkoppjar tal-klassifikazzjoni tal-binarji u l-ferroviji.
L-istorbju tat-tidwir huwa primarjament eċitat mill-ħruxija tal-binarji u tar-roti fil-medda tat-tul tal-mewġa minn 5-500 mm.
Il-livell ta' ħruxija Lr
huwa ddefinit bħala 10 darbiet il-logaritma għall-bażi 10 tal-kwadru tal-valur kwadru medju r2
tal-ħruxija tas-superfiċje operattiva ta' binarju jew rota fid-direzzjoni taċ-ċaqliq (livell lonġitudinali) imkejla f'μm tul ċertu tul tal-binarju jew id-dijametru sħiħ tar-rota, maqsum bil-kwadru tal-valur ta' referenza
:
dB |
(2.3.6) |
fejn
r 0 |
= |
1 μm |
r |
= |
r.m.s. tad-differenza ta' spostament vertikali tas-superfiċje ta' kuntatt għal-livell medju |
Normalment, il-livell ta' ħruxija Lr jinkiseb bħala spettru tat-tul tal-mewġa λ u għandu jiġi kkonvertit għal spettru ta' frekwenza f = v/λ, fejn f hija l-frekwenza taċ-ċentru tal-banda ta' banda ta' terz ta' ottava partikolari f'Hz, λ hija t-tul tal-mewġa f'm, ►C1 u v hija l-veloċità tal-ferrovija f'm/s ◄ . L-ispettru tal-ħruxija bħala funzjoni jinbidel fil-frekwenza tul l-assi tal-frekwenza għal veloċitajiet differenti. F'każijiet ġenerali, wara konverżjoni għall-ispettru ta' frekwenza permezz tal-veloċità, hemm bżonn li jinkisbu valuri spettrali ġodda tal-banda ta' terz ta' ottava b'medji bejn iż-żewġ baned ta' terz ta' ottava korrispondenti fid-dominju tat-tul tal-mewġa. Biex jiġi stmat l-ispettru effettiv totali tal-frekwenza tal-ħruxija li jikkorrispondi għall-veloċità xierqa tal-ferrovija, għandha tinstab medja enerġetika u proprozjonali taż-żewġ baned ta' terz ta' ottava korrispondenti ddefiniti fid-dominju tat-tul tal-mewġa.
Il-livell ta' ħruxija tal-binarju (il-ħruxija fuq l-art) għall-banda tan-numru tal-mewġa i huwa ddefinit bħala Lr,TR,i
B'analoġija, il-livell ta' ħruxija tar-rota (il-ħruxija mal-ġenb tal-vettura) għall-banda tan-numru tal-mewġa i huwa ddefinit bħala L r,VEH,i
Il-livell totali u effettiv tal-ħruxija għall-banda tan-numru tal-mewġa i (LR,tot,i ) huwa ddefinit bħala s-somma tal-enerġija tal-livelli ta' ħruxija tal-binarju u dik tar-rota flimkien mal-filtru ta' kuntatt ►C1 A3 (λ) ◄ sabiex jingħata kont lill-effett ta' filtru tal-medda ta' kuntatt bejn il-binarju u r-rota, u jingħata f'dB:
|
(2.3.7) |
fejn jiġi espress bħala funzjoni tal-banda tan-numru tal-mewġa i li tikkorrispondi għat-tul tal-mewġa λ.
Il-filtru ta' kuntatt jiddependi mit-tip ta' binarju u rota u t-tagħbija.
Fil-metodu għandha tintuża l-ħruxija effettiva totali għas-sezzjoni tal-binarju numru j u kull tip ta' vettura numru t bil-veloċità korrispondenti tiegħu v.
Tliet funzjonijiet ta' trasferiment indipendenti mill-veloċità, LH,TR,i LH,VEH,i u LH,VEH,SUP,i , huma definiti: l-ewwel waħda għal kull sezzjoni tal-binarju numru j u t-tieni tnejn għal kull tip ta' vettura numru t. Dawn jorbtu l-livell effettiv totali ta' ħruxija mal-potenza akustika tal-binarju, ir-roti u s-superstruttura rispettivament.
Il-kontribuzzjoni tas-superstruttura titqies biss għal vaguni tal-merkanzija, u għaldaqstant għat-tip ta' vettura “a” biss.
Għaldaqstant, għall-istorbju tat-tidwir, il-kontribuzzjonijiet mill-binarju u mill-vettura huma deskritti bis-sħiħ minn dawn il-funzjonijiet ta' trasferiment u mil-livell effettiv totali ta' ħruxija. Meta ferrovija ma tkunx ingranata, l-istorbju tat-tidwir għandu jiġi eskluż.
Għall-potenza akustika għal kull vettura, l-istorbju tat-tidwir huwa kkalkolat fl-għoli tal-fus, u bħala input għandu l-livell effettiv totali ta' ħruxija LR,TOT,i bħala funzjoni tal-veloċità tal-vettura v, il-funzjonijiet ta' trasferiment tal-binarju, il-vettura u s-superstruttura LH,TR,i , LH,VEH,i u LH,VEH,SUP,i , u n-numru totali ta' fusien Na :
għal h = 1:
LW,0,TR,i = LR,TOT,i + LH,TR,i + 10 × lg(Na ) |
dB |
(2.3.8) |
LW,0,VEH,i = LR,TOT,i + LH,VEH,i + 10 × lg(Na ) |
dB |
(2.3.9) |
LW,0,VEHSUP,i = LR,TOT,i + LH,VEHSUP,i + 10 × lg(Na ) |
dB |
(2.3.10) |
fejn Na hija n-numru ta' fusien għal kull vettura għat-tip ta' vettura numru t.
Figura [2.3.c]
Skema tal-użu tad-definizzjonijiet differenti ta' ħruxija u tal-funzjonijiet ta' trasferiment
Għandha tintuża veloċità minima ta' 50 km/h (30 km/h biss għal trams u metro ħfief) biex tinstab il-ħruxija effettiva totali u, għaldaqstant, il-potenza akustika tal-vetturi (din il-veloċità ma taffettwax il-kalkolu tal-fluss tal-vettura) biex tikkumpensa għall-iżball potenzjali mġarrab minħabba s-simplifikazzjoni tad-definizzjoni ta' storbju tat-tidwir, id-definizzjoni tal-storbju tal-brejkijiet u d-definizzjoni tal-istorbju tal-impatt minn qasmiet u devjaturi.
L-istorbju tal-impatt jista' jiġi kkaġunat minn qasmiet, devjaturi u ġonot jew punti ferrovjarji. Jista' jvarja fid-daqs u jista' jiddomina l-istorbju tat-tidwir. L-istorbju tal-impatt għandu jiġi kkunsidrat għal binarji bil-ġonot. Għal storbju tal-impatt dovut għal devjaturi, qasmiet u ġonot f'sezzjonijiet tal-binarji b'veloċità ta' inqas minn 50 km/h (30 km/h biss għal trams u metro ħfief), peress li l-veloċità minima ta' 50 km/h (30 km/h biss għal trams u metro ħfief) tintuża biex tinkludi iktar effetti skont id-deskrizzjoni tal-kapitlu dwar l-istorbju tat-tidwir, għandu jiġi evitat immudellar. L-immudellar tal-istorbju tal-impatt għandu jiġi evitat ukoll fil-kundizzjoni operattiva c = 2 (diżingranaġġ).
L-istorbju tal-impatt huwa inkluż mat-terminu storbju tat-tidwir billi jiżdied (enerġetikament) livell supplimentari fittizju tal-ħruxija tal-impatt mal-livell effettiv totali ta' ħruxija fuq kull sezzjoni speċifika tal-binarju numru j, meta preżenti. F'dan il-każ għandu jintuża LR,TOT + IMPACT,i ġdid minflok LR,TOT,i biex imbagħad l-ekwazzjoni ssir:
|
dB |
(2.3.11) |
LR,IMPACT,i huwa spettru ta' banda ta' terz ta' ottava (bħala funzjoni tal-frekwenza). Biex jinkiseb dan l-ispettru tal-frekwenza, spettru jingħata bħala funzjoni tat-tul tal-mewġa λ u għandu jiġi kkonvertit għall-ispettru meħtieġ bħala funzjoni tal-frekwenza billi tintuża r-relazzjoni λ = v/f, fejn f hija l-frekwenza taċ-ċentru tal-banda ta' terz ta' ottava f'Hz ►C1 u v hija l-veloċità tal-vettura numru s tat-tip ta' vettura numru t f'm/s ◄ .
L-istorbju tal-impatt ser jiddependi mis-severità u n-numru ta' impatti għal kull tul ta' unità jew densità tal-ġonot, u b'hekk, f'każ li jingħataw bosta impatti, il-livell ta' ħruxija tal-impatt li jrid jintuża fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
|
dB |
(2.3.12) |
fejn LR,IMPACT–SINGLE,i hija l-livell ta' ħruxija tal-impatt kif mogħti għal impatt wieħed u nl hija d-densità tal-ġonot.
Il-livell prestabbilit ta' ħruxija tal-impatt jingħata għal densità tal-ġonot nl = 0,01 m – 1, jiġifieri ġonta waħda għal kull binarju ta' 100 m. Sitwazzjonijiet b'numri differenti ta' ġonot għandhom jiġu stmati billi tiġi aġġustata d-densità tal-ġonot nl . Ta' min jinnota li meta jiġu mmudellati t-tifsila u s-segmentazzjoni tal-binarji, id-densità tal-ġonot tal-binarju għandha tiġi kkunsidrata, jiġifieri jista' jkun hemm bżonn li jittieħed segment tas-sors separat għal medda ta' binarju b'iktar ġonot. Il-LW,0 ta' binarju, rota/bogie u l-kontribuzzjoni tas-superstruttura jiżdiedu permezz tal-LR,IMPACT,i għal +/– 50 m qabel u wara l-ġonta ferrovjarja. Fil-każ ta' serje ta' ġonot, iż-żieda tiġi estiża għal bejn – 50 m qabel l-ewwel ġonta u + 50 m wara l-aħħar ġonta.
Normalment, l-applikabbiltà ta' dawn l-ispettri tal-potenza akustika trid tiġi vverifikata fuq il-post.
Għal binarji bil-ġonot, għandha tintuża prestabbilita nl ta' 0,01.
Iż-żaqżiq tad-dawran huwa sors speċjali rilevanti biss għall-kurva u, għalhekk, huwa lokalizzat. Peress li tista' tkun sinifikanti, hemm bżonn ta' deskrizzjoni xierqa. Żaqżiq tad-dawran ġeneralment ikun jiddependi fuq il-kurvatura, il-kundizzjonijiet ta' frizzjoni, il-veloċità tal-ferrovija u l-ġeometrija u d-dinamika tal-binarju-rota. Il-livell ta' emissjoni li jrid jintuża huwa stabbilit għal kurvi b'raġġ ta' 500 m jew inqas għal kurvi iktar impenjattivi u liwjiet li jinbtu ta' punti b'raġġi ta' inqas minn 300 m. L-emissjoni tal-istorbju għandha tkun speċifika għal kull tip ta' materjal fuq ir-roti, peress li ċerti tipi ta' roti u bogies jistgħu jkunu ferm inqas suxxettibbli għal żaqżiq minn oħrajn.
Normalment, l-applikabbiltà ta' dawn l-ispettri tal-potenza akustika għandha tiġi vverifikata fuq il-post, speċjalment fil-każ tat-trams.
B'approċċ sempliċi, l-istorbju taż-żaqżiq għandu jiġi kkunsidrat billi jiżdiedu 8 dB għal R < 300 m u 5 dB għal 300 m < R < 500 m mal-ispettri tal-potenza akustika tal-istorbju tat-tidwir għall-frekwenzi kollha. Għandha tiġi applikata kontribuzzjoni speċjali fuq is-sezzjonijiet tal-binarji ferrovjarji meta r-raġġ ikun fil-meded imsemmijin iktar 'il fuq għal tul minimu tal-binarju ta' 50 m.
Għalkemm l-istorbju tat-trazzjoni ġeneralment ikun speċifiku għal kull kundizzjoni operattiva karatteristika fost il-veloċità kostanti, id-deċelerazzjoni, l-aċċelerazzjoni u d-diżingranaġġ, l-uniċi żewġ kundizzjonijiet immudellati huma l-veloċità kostanti (li hija valida wkoll meta l-ferrovija tkun qed tiddeċelera jew meta tkun qed taċċelera) u d-diżingranaġġ. Is-saħħa tas-sors immudellata tikkorrispondi biss għall-kundizzjonijiet massimi ta' tagħbija u dan jirriżulta fil-kwantitajiet LW,0,const,i = LW,0,idling,i . Barra minn hekk, LW,0,idling,i tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tas-sorsi fiżiċi kollha ta' vettura partikolari attribwibbli għal għoli speċifiku, kif spjegat fi 2.3.1.
LW,0,idling,i tingħata bħala sors statiku ta' storbju fil-pożizzjoni ta' diżingranaġġ, għad-durata tal-kundizzjoni ta' diżingranaġġ, u li trid tintuża bħala sors puntiformi fiss kif spjegat fil-kapitlu li ġej għall-istorbju industrijali. Għandha tiġi kkunsidrata biss jekk il-ferroviji jkunu diżingranati għal iktar minn nofs siegħa.
Dawn il-kwantitajiet jistgħu jew jinkisbu mill-kejl tas-sorsi kollha f'kull kundizzjoni operattiva, jew inkella s-sorsi parzjali jistgħu jiġu kkaratterizzati b'mod individwali, sabiex tiġi ddeterminata d-dipendenza tal-parametri u s-saħħa relattiva tagħhom. Dan jista' jsir permezz ta' kejl fuq vettura wieqfa, billi jiġu varjati l-veloċitajiet tax-xaft tat-tagħmir ta' trazzjoni, billi jiġi segwit l-ISO 3095:2005. Sa fejn rilevanti, bosta sorsi ta' storbju tat-trazzjoni jridu jiġu kkaratterizzati u jista' jkun li mhux kollha jkunu direttament dipendenti fuq il-veloċità tal-ferrovija:
Peress li kull wieħed minn dawn is-sorsi jista' jġib ruħu b'mod differenti f'kull kundizzjoni operattiva, l-istorbju tat-trazzjoni għandu jiġi speċifikat kif xieraq. Is-saħħa tas-sors tinkiseb minn kejl li jsir f'kundizzjonijiet ikkontrollati. B'mod ġenerali, il-lokomotivi għandhom tendenza li juru varjazzjoni ikbar fit-tagħbija peress li n-numru ta' vetturi mgħobbijin u, għalhekk, il-produzzjoni tal-enerġija, jistgħu jvarjaw b'mod notevoli, filwaqt li formazzjonijiet ferrovjarji fissi bħal unitajiet motorizzati elettriċi (EMUs), unitajiet motorizzati diżil (DMUs) u ferroviji b'veloċità għolja għandhom tagħbija definita aħjar.
Ma hemm ebda attribuzzjoni a priori tal-potenza akustika tas-sors għall-għoli tas-sors, u din l-għażla għandha tkun tiddependi mill-istorbju speċifiku u l-vettura vvalutata. Għandha tiġi mmudellata fis-sors A (h = 1) u fis-sors B (h = 2).
L-istorbju ajrudinamiku huwa rilevanti biss f'veloċitajiet għoljin ta' iktar minn 200 km/h u, għaldaqstant, l-ewwel għandu jiġi vverifikat jekk fil-fatt huwiex meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni. Jekk il-funzjonijiet ta' trasferiment u l-ħruxija tal-istorbju tat-tidwir ikunu magħrufin, jista' jiġi estrapolat għal veloċitajiet ikbar u jkun jista' jsir paragun mad-dejta eżistenti dwar il-veloċità għolja sabiex jiġi vverifikat jekk l-istorbju ajrudinamiku huwiex qiegħed jipproduċi livelli ogħla. Jekk il-veloċitajiet tal-ferrovija fuq netwerk huma ogħla minn 200 km/h iżda limitati għal 250 km/h, f'ċerti każijiet jaf ma jkunx hemm bżonn li jiġi inkluż l-istorbju ajrudinamiku, skont id-disinn tal-vettura.
Il-kontribuzzjoni tal-istorbju ajrudinamiku tingħata bħala funzjoni tal-veloċità:
|
dB |
Għal h=1 |
(2.3.13) |
|
dB |
Għal h=2 |
(2.3.14) |
fejn
W,dir,hor,i f'dB tingħata fil-pjan orizzontali u b'mod prestabbilit jista' jiġi supponut li hija bipol għall-effetti tat-tidwir, l-impatt (ġonot ferrovjarji eċċ.), iż-żaqżiq, l-ibbrejkjar, il-fannijiet u l-effetti ajrudinamiċi, miksubin għal kull banda ta' frekwenza numru ΔLi permezz ta':
ΔLW,dir,hor,i = 10 × lg(0,01 + 0,99 · sin2 φ) |
(2.3.15) |
W,dir,ver,i f'dB tingħata fil-pjan vertikali għas-sors A (h = 1), bħala funzjoni tal-frekwenza taċ-ċentru tal-banda ΔLfc,i ta' kull banda ta' frekwenzi numru i, u għal – π/2 < ψ < π/2 kif ġej:
|
(2.3.16) |
Għas-sors B (h = 2) għall-effett ajrudinamiku:
ΔLW,dir,ver,i = 10 × lg(cos2 ψ) |
għal ψ < 0 |
(2.3.17) |
ΔLW,dir,ver,i = 0 jew imkien ieħor
Id-direttività ΔLdir,ver,i ma tiġix ikkunsidrata għas-sors B (h = 2) għal effetti oħrajn, peress li f'din il-pożizzjoni tiġi preżunta omnidirezzjonalità għal dawn is-sorsi.
2.3.3. Effetti addizzjonali
F'każ li s-sezzjoni tal-binarju hija fuq pont, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat l-istorbju addizzjonali ġġenerat mill-vibrazzjoni tal-pont bħala riżultat tal-eċitazzjoni kkaġunata mill-preżenza tal-ferrovija. Peress li mhuwiex sempliċi li l-emissjoni tal-pont tiġi mmudellata bħala sors addizzjonali minħabba l-forom kumplessi tal-pontijiet, tintuża żieda fl-istorbju tat-tidwir biex tagħti kont lill-istorbju tal-pont. Iż-żieda għandha tiġi mmudellata b'mod esklussiv billi tiżdied żieda fissa fil-potenza akustika tal-istorbju għal kull banda ta' terz ta' ottava. Il-potenza akustika tal-istorbju tat-tidwir biss hija mmodifikata meta tiġi kkunsidrata l-korrezzjoni u għandu jintuża LW,0,rolling–and–bridge,i l-ġdid minflok il-LW,0,rolling-only,i :
LW,0,rolling–and–bridge,i = LW,0,rolling–only,i + Cbridge |
dB |
(2.3.18) |
fejn Cbridge huwa kostanti li jiddependi mit-tip ta' pont, u LW,0,rolling–only,i huwa l-potenza akustika tal-istorbju tat-tidwir fuq il-pont partikolari li tiddependi biss mill-proprjetajiet tal-vettura u tal-binarju.
Bosta sorsi bħal depots, żoni għat-tagħbija/għall-ħatt, stazzjonijiet, qniepen, loudspeakers tal-istazzjon, eċċ. jistgħu jkunu preżenti u huma assoċjati mal-istorbju tal-ferrovija. Dawn is-sorsi jridu jiġu ttrattati bħala sorsi ta' storbju industrijali (sorsi ta' storbju fissi) u, jekk huma rilevanti, għandhom jiġu mmudellati skont il-kapitlu li ġej għall-istorbju industrijali.
2.4. Storbju industrijali
2.4.1. Deskrizzjoni tas-sors
Is-sorsi industrijali huma ta' dimensjonijiet ferm varjabbli. Jistgħu jkunu impjanti industrijali kbar kif ukoll sorsi kkonċentrati żgħar bħal għodod żgħar jew magni operattivi użati fil-fabbriki. Għaldaqstant, hemm bżonn li tintuża teknika xierqa ta' mmudellar għas-sors speċifiku vvalutat. Skont id-dimensjonijiet u l-mod li bih bosta sorsi uniċi huma mifruxa fuq żona, b'kull waħda tappartjeni għall-istess sit industrijali, dawn jistgħu jiġu mmudellati bħala sorsi puntiformi, linji ta' sorsi jew sorsi taż-żona. Fil-prattika, il-kalkoli tal-effett tal-istorbju dejjem ikunu bbażati fuq is-sorsi puntiformi, iżda bosta sorsi puntiformi jistgħu jintużaw sabiex jirrappreżentaw sors kumpless reali, li fil-parti l-kbira jestendi fuq linja jew żona.
Is-sorsi akustiċi reali huma mmudellati permezz ta' sorsi akustiċi ekwivalenti rrappreżentati minn sors puntiformi wieħed jew iktar sabiex il-potenza akustika totali tas-sors reali tikkorrispondi għas-somma tal-potenzi akustiċi uniċi attribwiti għas-sorsi puntiformi differenti.
Ir-regoli ġenerali li jridu jiġu applikati fid-definizzjoni tan-numru ta' sorsi puntiformi li jridu jintużaw huma:
Il-pożizzjoni tas-sorsi akustiċi ekwivalenti ma tistax tkun fissa, minħabba n-numru kbir ta' konfigurazzjonijiet li jista' jkollu sit industrijali. Normalment japplikaw l-aħjar prattiki.
L-informazzjoni li ġejja tikkostitwixxi s-sett sħiħ ta' dejta li trid tiddaħħal għal kalkoli ta' propagazzjoni ta' ħoss bil-metodi li jridu jintużaw għall-immappjar tal-istorbju:
Il-potenzi akustiċi tas-sors tal-punt, il-linja u ż-żona jridu jiġu ddefiniti bħala:
|
(2.4.1) |
V |
Veloċità tal-vettura [km/h]; |
n |
Numru ta' passaġġi tal-vetturi għal kull perjodu [-]; |
l |
Tul totali tas-sors [m]; |
Importanti li jiddaħħlu s-sigħat tax-xogħol għall-kalkolu tal-livelli ta' storbju. Is-sigħat tax-xogħol għandhom jingħataw għal kull perjodu matul il-jum, filgħaxija u billejl u, jekk il-propagazzjoni qed tuża klassijiet meteoroloġiċi differenti matul kull perjodu matul il-jum, filgħaxija u billejl, f'dak il-każ għandha tingħata distribuzzjoni iktar raffinata tas-sigħat tax-xogħol fis-subperjodi li jaqblu mad-distribuzzjoni tal-klassijiet meteoroloġiċi. Din l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq medja annwali.
Il-korrezzjoni għas-sigħat tax-xogħol, li trid tiżdied mal-potenza akustika tas-sors sabiex tiġi ddefinita l-potenza akustika kkoreġuta li għandha tintuża għall-kalkoli tul kull perjodu ta' żmien, CW f'dB hija kkalkolata kif ġej:
|
(2.4.2) |
fejn
Għas-sorsi iktar dominanti, il-korrezzjoni tas-sigħat tax-xogħol annwali medji għandha tiġi stmata tal-inqas f'tolleranza ta' 0,5 dB sabiex tinkiseb preċiżjoni aċċettabbli (din hija ekwivalenti għal inċertezza ta' inqas minn 10 % fid-definizzjoni tal-perjodu attiv tas-sors).
Id-direttività tas-sors hija marbuta mill-qrib mal-pożizzjoni tas-sors akustiku ekwivalenti ħdejn is-superfiċji fil-qrib. Peress li l-metodu ta' propagazzjoni jqis ir-riflessjoni tas-superfiċje fil-qrib kif ukoll l-assorbiment tal-ħoss tiegħu, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat bir-reqqa fejn jinsabu s-superfiċji fil-qrib. B'mod ġenerali, dejjem ser issir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ każijiet:
Id-direttività għandha tingħata fil-kalkolu bħala fattur ΔLW,dir,xyz
(x, y, z) li jrid jiżdied mal-potenza akustika bl-għan li tinkiseb il-potenza akustika direzzjonali t-tajba ta' sors akustiku ta' referenza li jidher bil-propagazzjoni ta' ħoss fid-direzzjoni mogħtija. Il-fattur jista' jingħata bħala funzjoni tal-vettur tad-direzzjoni ddefinit minn (x,y,z) b'
Din id-direttività tista' tiġi espressa wkoll permezz ta' sistemi oħrajn ta' koordinati bħal sistemi ta' koordinati angolari.
2.5. Kalkolu tal-propagazzjoni ta' ħoss għal sorsi minn toroq, ferroviji u sorsi industrijali.
2.5.1. Kamp ta' applikazzjoni u applikabbiltà tal-metodu
Dan id-dokument jispeċifika metodu għall-kalkolu tal-attenwazzjoni tal-istorbju matul il-propagazzjoni fuq barra tiegħu. Peress li jkunu magħrufin il-karatteristiċi tas-sors, dan il-metodu jipprevedi l-livell ekwivalenti ta' ħoss kontinwu f'punt riċeventi li jikkorrispondi għal żewġ tipi partikolari ta' kundizzjonijiet atmosferiċi:
Il-metodu ta' kalkolu deskritt f'dan id-dokument japplika għal infrastrutturi industrijali u infrastrutturi tat-trasport fuq l-art. Għaldaqstant, japplika b'mod partikolari għal infrastrutturi tat-triq u ferrovjarji. It-trasport b'inġenji tal-ajru huwa inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu biss għall-istorbju prodott matul operazzjonijiet fuq l-art u jeskludi l-qtugħ u l-landjar.
Infrastrutturi industrijali li jagħmlu storbju impulsiv jew tonali qawwi kif spjegat fl-ISO 1996-2:2007 ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-metodu.
Il-metodu ta' kalkolu ma jipprovdix riżultati f'kundizzjonijiet ta' propagazzjoni ta' rifrazzjoni 'l fuq (gradjent vertikali negattiv b'veloċità effettiva tal-ħoss) iżda dawn il-kundizzjonijiet huma approssimati minn kundizzjonijiet omoġeni għall-kalkolu ta' Lden.
Biex tiġi kkalkolata l-attenwazzjoni minħabba assorbiment atmosferiku fil-każ ta' infrastruttura tat-trasport, il-kundizzjonijiet ta' temperatura u umdità huma kkalkolati skont l-ISO 9613-1:1996.
Il-metodu jipprovdi riżultati għal kull banda ta' ottava, minn 63 Hz sa 8 000 Hz. Il-kalkoli jsiru għal kull waħda mill-frekwenzi ċentrali.
Ostakoli u għata parzjali b'inklinazzjoni, meta mmudellati, ta' iktar minn 15° b'rabta mal-vertikali jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-metodu ta' kalkolu.
Għata wieħed huwa kkalkolat bħala kalkolu ta' diffrazzjoni wieħed, żewġ għotjien jew iktar f'passaġġ wieħed jitqiesu sett sussegwenti ta' diffrazzjonijiet uniċi billi tiġi applikata l-proċedura deskritta iktar 'il quddiem.
2.5.2. Definizzjonijiet użati
Id-distanzi, l-għoli, id-dimensjonijiet u l-altitudnijiet kollha użati f'dan id-dokument jingħataw f'metri (m).
In-notazzjoni MN tfisser distanza fi 3 dimensjonijiet (3D) bejn il-punti M u N, imkejla skont linja dritta li tgħaqqad dawn il-punti.
In-notazzjoni ^MN tfisser it-tul tal-passaġġ milwi bejn il-punti M u N, f'kundizzjonijiet favorevoli.
Huwa normali li l-għoli reali jitkejjel vertikalment f'direzzjoni perpendikolari għall-pjan orizzontali. L-għoli tal-punti 'l fuq mill-art lokali huwa rrappreżentat minn h, l-għoli assolut tal-punti u l-għoli assolut tal-art huma rrappreżentati bl-ittra H.
Sabiex jingħata kont lir-riżalt proprju tal-art tul passaġġ ta' propagazzjoni, iddaħħal il-kunċett ta' “għoli ekwivalenti”, li jrid ikun irrappreżentat mill-ittra z. Dan jissostitwixxi l-għoli reali fl-ekwazzjonijiet tal-effett tal-art.
Il-livelli ta' ħoss, irrappreżentati mill-ittra kapitali L, jingħataw f'deċibel (dB) għal kull banda ta' frekwenza meta ma jintużax l-indiċi A. Il-livelli ta' ħoss f'deċibel dB(A) jingħataw l-indiċi A.
Is-somma tal-livelli ta' ħoss minħabba sorsi inkoerenti b'mod reċiproku hija rrappreżentata mis-sinjal skont id-definizzjoni li ġejja:
|
(2.5.1) |
2.5.3. Kunsiderazzjonijiet ġeometriċi
Is-sorsi reali huma deskritti minn sett ta' sorsi puntiformi jew, fil-każ ta' traffiku ferrovjarju jew traffiku fit-triq, minn linji ta' sorsi inkoerenti. Il-metodu ta' propagazzjoni jassumi li fl-imgħoddi s-sorsi lineari jew areali nqasmu sabiex ikunu rrappreżentati minn sensiela ta' sorsi puntiformi ekwivalenti. Dan seta' seħħ bħala prepproċessar tad-dejta sors, jew jista' jseħħ fi ħdan il-komponent ta' sejbien tal-passaġġ tas-softwer ta' kalkolu. Il-mezzi li bihom seħħ hekk jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-metodoloġija attwali.
Il-metodu jopera fuq mudell ġeometriku li jikkonsisti f'sett ta' superfiċji ta' ostakoli u fuq l-art konnessi. Passaġġ ta' propagazzjoni vertikali huwa skjerat fuq pjan vertikali wieħed jew iktar fir-rigward tal-pjan orizzontali. Għal trajjettorji li jinkludu riflessjonijiet fuq superfiċji vertikali mhux ortogonali għall-pjan tal-inċident, imbagħad jiġi kkunsidrat pjan vertikali ieħor inkluża l-parti riflessa tal-passaġġ ta' propagazzjoni. F'dawn il-każijiet, fejn jintużaw iktar pjanijiet vertikali sabiex tiġi deskritta t-trajjettorja sħiħa mis-sors sar-riċevitur, il-pjani vertikali jiġu ċċattjati, bħal paraventu li jinfetaħ.
L-għoli ekwivalenti jinkiseb mill-pjan medju tal-art bejn is-sors u r-riċevitur. Dan jieħu post l-art proprja bi pjan fittizju li jirrappreżenta l-profil medju tal-art.
Figura 2.5.a
Għoli ekwivalenti b'rabta mal-art
1 |
: |
Riżalt attwali |
2 |
: |
Pjan medju |
L-għoli ekwivalenti ta' punt huwa l-għoli ortogonali tiegħu b'rabta mal-pjan medju tal-art. Għaldaqstant, jistgħu jiġu ddefiniti l-għoli ekwivalenti tas-sors zs u l-għoli ekwivalenti tar-riċevitur zr. Id-distanza bejn is-sors u r-riċevitur fi projjezzjoni fuq il-pjan medju tal-art hija rrappreżentata minn d p.
Jekk l-għoli ekwivalenti ta' punt isir negattiv, jiġifieri jekk il-punt jinsab taħt il-pjan medju tal-art, jinżamm għoli null, u mbagħad il-punt ekwivalenti jkun identiku għall-immaġni possibbli tiegħu.
Fil-pjan tal-passaġġ, it-topografija (inklużi art, braġ, imbankmenti u ostakoli oħrajn magħmulin mill-bniedem, bini,…) tista' tiġi deskritta minn sett ordnat ta' punti diskreti (xk, Hk ); k є {1,…,n}. Dan is-sett ta' punti jiddefinixxi polilinja, jew b'mod ekwivalenti, sekwenza ta' segmenti dritti Hk = akx + bk , x є [xk , xk + 1 ]; k є {1,…n}, fejn:
|
ak = (Hk + 1 – Hk )/(xk + 1 – xk ) |
(2.5.2) |
|
bk = (Hk · xk + 1 – Hk + 1 · xk )/(xk + 1 – xk ) |
Il-pjan medju huwa rrappreżentat mil-linja dritta Z = ax + b; x є [x 1, xn ], li hija aġġustata għall-polilinja permezz ta' approssimazzjoni tal-inqas kwadru. L-ekwazzjoni tal-linja medja tista' tinħadem b'mod analitiku.
Billi tintuża:
|
|
(2.5.3) |
|
|
Il-koeffiċjenti tal-linja dritta jinkisbu permezz ta':
|
|
(2.5.4) |
|
|
Fejn is-segmenti xk + 1 = xk għandhom jiġu injorati meta tiġi evalwata l-ek. 2.5.3.
Il-kontribuzzjonijiet minn riflessjonijiet jingħataw kont permezz tal-introduzzjoni ta' sorsi immaġni kif deskritti iktar 'il quddiem.
2.5.4. Mudell ta' propagazzjoni ta' ħoss
Għal riċevitur R, il-kalkoli jsiru skont l-istadji li ġejjin:
fuq kull passaġġ ta' propagazzjoni:
akkumulazzjoni tal-livelli ta' ħoss fit-tul għall-passaġġi kollha li jaffettwaw riċevitur speċifiku, biex b'hekk ikun jista' jiġi kkalkolat il-livell ta' pressjoni tal-ħoss totali fil-punt riċeventi.
Ta' min jinnota li huma biss l-attenwazzjonijiet dovuti għall-effett tal-art (Aground ) u d-diffrazzjoni (Adif ) li huma affettwati minn kundizzjonijiet meteoroloġiċi.
2.5.5. Proċess tal-kalkolu
Għal sors puntiformi S tal-potenza akustika direzzjonali Lw,0,dir u għal banda ta' frekwenzi partikolari, il-livell ekwivalenti kontinwu ta' pressjoni tal-ħoss f'punt riċeventi R f'kundizzjonijiet atmosferiċi partikolari jinkiseb skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin hawn taħt.
LF = LW,0,dir – AF |
(2.5.5) |
It-terminu AF jirrappreżenta l-attenwazzjoni totali tul l-attenwazzjoni tal-ħoss f'kundizzjonijiet favorevoli, u huwa disaggregat kif ġej:
LF = Adiv + Aatm + Aboundary,F |
(2.5.6) |
fejn
Għal mogħdija u banda ta' frekwenzi partikolari, huma possibbli ż-żewġ xenarji li ġejjin:
Il-proċedura hija strettament l-istess bħall-każ ta' kundizzjonijiet favorevoli ppreżentat fit-taqsima ta' qabel.
LH = LW,0,dir – AH |
(2.5.7) |
It-terminu AH jirrappreżenta l-attenwazzjoni totali tul l-attenwazzjoni tal-ħoss f'kundizzjonijiet omoġeni, u huwa disaggregat kif ġej:
AH = Adiv + Aatm + Aboundary,H |
(2.5.8) |
fejn
Għal mogħdija u banda ta' frekwenzi partikolari, huma possibbli ż-żewġ xenarji li ġejjin:
F'żoni urbani, approċċ statistiku għall-kalkolu tal-propagazzjoni ta' ħoss wara l-ewwel linja ta' bini huwa permess ukoll, diment li t-tali metodu jkun iddokumentat kif xieraq, u jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-kwalità tal-metodu. Dan il-metodu jista' jieħu post il-kalkolu ta' Aboundary,H and Aboundary,F permezz ta' approssimazzjoni tal-attenwazzjoni totali għall-passaġġ dirett u r-riflessjonijiet kollha. Il-kalkolu ser ikun imsejjes fuq id-densità medja ta' bini u l-għoli medju tal-bini kollu fiż-żona.
Il-livell tal-ħoss “fit-tul” matul passaġġ li jibda minn sors puntiformi partikolari jinkiseb mis-somma logaritmika tal-enerġija tal-ħoss ponderata f'kundizzjonijiet omoġeni u l-enerġija tal-ħoss f'kundizzjonijiet favorevoli.
Dawn il-livelli ta' ħoss huma ponderati bl-okkorrenza medja p tal-kundizzjonijiet favorevoli fid-direzzjoni tal-passaġġ (S,R):
|
(2.5.9) |
NB: Il-valuri tal-okkorrenza għal p huma espressi f'perċentwali. B'hekk, pereżempju, jekk il-valur tal-okkorrenza huwa 82 %, l-Ekwazzjoni (2.5.9) ikollha p = 0,82.
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss totali fit-tul fir-riċevitur għal banda ta' frekwenzi jinkiseb bl-għadd tal-kontribuzzjonijiet enerġetiċi mill-passaġġi N kollha, it-tipi kollha inklużi:
|
(2.5.10) |
fejn
n huwa l-indiċi tal-passaġġi bejn S u R.
Il-kunsiderazzjoni tar-riflessjonijiet permezz ta' sorsi immaġni hija deskritta iktar 'il quddiem. Il-perċentwal ta' okkorrenzi tal-kundizzjonijiet favorevoli fil-każ ta' passaġġ rifless fuq ostakolu vertikali jitqies li huwa identiku għall-okkorrenza tal-passaġġ dirett.
Jekk S′ hija s-sors immaġni ta' S, f'dak il-każ l-okkorrenza p′ tal-passaġġ (S′,R) titqies li hija daqs l-okkorrenza p tal-passaġġ (Si , R).
Il-livell totali ta' ħoss f'deċibel A (dBA) jinkiseb billi jingħaddu l-livelli f'kull banda ta' frekwenzi:
|
(2.5.11) |
fejn i hija l-indiċi tal-banda ta' frekwenzi. AWC hija l-korrezzjoni ponderata A skont l-istandard internazzjonali IEC 61672-1:2003.
Dan il-livell LAeq,LT jikkostitwixxi r-riżultat finali, jiġifieri l-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A fit-tul fil-punt riċeventi fuq intervall ta' ħin ta' referenza speċifiku (eż. tul il-jum jew filgħaxija, jew billejl jew ħin iqsar tul il-jum, filgħaxija jew billejl).
2.5.6. Kalkolu tal-propagazzjoni ta' ħoss għal sorsi minn toroq, ferroviji u sorsi industrijali.
L-attenwazzjoni dovuta għal diverġenza ġeometrika, Adiv, tikkorrispondi għal tnaqqis fil-livell ta' ħoss dovut għad-distanza tal-propagazzjoni. Għal sors akustiku ta' punt f'kamp liberu, l-attenwazzjoni f'dB tinkiseb hekk:
Adiv = 20 × lg(d) + 11 |
(2.5.12) |
fejn d hija d-distanza 3D diretta tal-inklinazzjoni bejn is-sors u r-riċevitur.
L-attenwazzjoni dovuta għal assorbiment atmosferiku A atm matul il-propagazzjoni fuq distanza d tingħata f'dB permezz tal-ekwazzjoni:
Aatm = αatm · d/1 000 |
(2.5.13) |
fejn
Il-valuri tal-koeffiċjent αatm jingħataw għal temperatura ta' 15 °C, umdità relattiva ta' 70 % u pressjoni atmosferika ta' 101 325 Pa. Huma kkalkolati bil-frekwenzi ċentrali eżatti tal-banda ta' frekwenzi. Dawn il-valuri jikkonformaw mal-ISO 9613-1. Għandha tintuża l-medja meteoroloġika fit-tul jekk hemm dejta meteoroloġika disponibbli.
L-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art hija fil-parti l-kbira r-riżultat tal-interferenza bejn il-ħoss rifless u l-ħoss li huwa propagat direttament mis-sors għar-riċevitur. Hija fiżikament marbuta mal-assorbiment akustiku tal-art li fuqha tiġi propagata l-mewġa tal-ħoss. Madankollu, hija tiddependi ferm fuq il-kundizzjonijiet atmosferiċi matul il-propagazzjoni, peress li t-tgħawwiġ tar-raġġi jimmodifika l-għoli tal-passaġġ fuq l-art u jagħmel l-effetti tal-art u l-art li tinsab qrib is-sors iktar jew inqas sinifikanti.
F'każ li l-propagazzjoni bejn is-sors u r-riċevitur tkun affettwata minn xi ostakolu fil-pjan ta' propagazzjoni, l-effett tal-art huwa kkalkolat għalih min-naħa tas-sors u r-riċevitur. F'dan il-każ, zs u zr jirreferu għas-sors ekwivalenti u/jew il-pożizzjoni tar-riċevitur kif indikat iktar 'il quddiem fejn huwa ppreżentat il-kalkolu tad-diffrazzjoni Adif .
Il-proprjetajiet tal-assorbiment akustiku tal-art huma fil-parti l-kbira marbutin mal-porosità tagħha. Art kompatta ġeneralment tkun riflettiva u art poruża hija assorbenti.
Għal rekwiżiti ta' kalkolu operattiv, l-assorbiment akustiku ta' art huwa rrappreżentat minn koeffiċjent mingħajr dimensjoni G, bejn 0 u 1. G huwa indipendenti mill-frekwenza. It-Tabella 2.5.a tagħti l-valuri ta' G għall-art fuq barra. B'mod ġenerali, il-medja tal-koeffiċjent G fuq passaġġ tieħu valuri ta' bejn 0 u 1.
Tabella 2.5.a
Valuri G għal tipi differenti ta' art
Deskrizzjoni |
Tip |
(kPa · s/m2) |
Valur G |
Ferm ratba (borra jew speċi ta' ħażiż) |
A |
12,5 |
1 |
Art ratba tal-foresti (bħal qisu xagħri baxx u dens jew ħażiż folt) |
B |
31,5 |
1 |
Art mhux kompatta u laxka (tuba bil-ħaxix, ħaxix, ħamrija laxka) |
C |
80 |
1 |
Art normali mhux kompatta (artijiet tal-foresta, għalqa tar-ragħa) |
D |
200 |
1 |
Għalqa kompatta u żrar (lawns kompatti, żona ta' ġonna) |
E |
500 |
0,7 |
Art densa kompatta (triq taż-żrar, żona ta' parkeġġ) |
F |
2 000 |
0,3 |
Superfiċji ibsin (ħafna mill-asfalt normali, konkrit) |
G |
20 000 |
0 |
Superfiċji ibsin ħafna u densi (asfalt dens, konkrit, ilma) |
H |
200 000 |
0 |
Gpath hija ddefinita bħala l-frazzjoni tal-art assorbenti preżenti tul il-passaġġ sħiħ kopert.
Meta s-sors u r-riċevitur tant ikunu qrib li dp ≤ 30(zs + zr ), id-distinzjoni bejn it-tip ta' art li tinsab qrib is-sors u t-tip ta' art li tinsab ħdejn ir-riċevitur hija negliġibbli. Sabiex jitqies dan il-kumment, il-fattur tal-art Gpath huwa finalment ikkoreġut kif ġej:
|
|
jekk dp ≤ 30(zs + zr ) |
(2.5.14) |
||
Gpath |
inkella |
fejn Gs hija l-fattur tal-art taż-żona tas-sorsi. Gs = 0 għal pjattaformi tat-triq ( 5 ), binarji bla ballast. Gs = 1 għal binarji ferrovjarji bil-ballast. Ma hemm ebda tweġiba ġenerali fil-każ ta' sorsi u impjanti industrijali.
G tista' tkun marbuta mar-reżistività tal-fluss.
Figura 2.5.b
Determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-art Gpath fuq passaġġ ta' propagazzjoni
Iż-żewġ subsezzjonijiet li ġejjin dwar il-kalkoli f'kundizzjonijiet omoġeni u favorevoli jintroduċu n-notazzjonijiet ġeneriċi Gw u Gm għall-assorbiment tal-art. It-Tabella 2.5.b tagħti l-korrispondenza bejn dawn in-notazzjonijiet u l-varjabbli ta' Gpath u G′path .
Tabella 2.5.b:
Korrispondenza bejn Gw u Gm u (Gpath, G′path)
|
Kundizzjonijiet omoġeni |
Kundizzjonijiet favorevoli |
||||
Aground |
Δground(S,O) |
Δground(O,R) |
Ag round |
Δground(S,O) |
Δground(O,R) |
|
Gw |
G′path |
Gpath |
||||
Gm |
G′path |
Gpath |
G′path |
Gpath |
L-attenwazzjoni dovuta għall-effett tal-art f'kundizzjonijiet omoġeni hija kkalkolata skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin:
jekk Gpath ≠ 0
|
(2.5.15) |
fejn
fm hija l-frekwenza ċentrali nominali tal-banda ta' frekwenzi kkunsidrata, f'Hz, c hija l-veloċità akustika fl-arja, meqjusa bħala 340 m/s, u Cf hija ddefinita hekk:
|
(2.5.16) |
fejn il-valuri ta' w jinkisbu bl-ekwazzjoni ta' hawn taħt:
|
(2.5.17) |
Gw tista' tkun daqs Gpath jew G′path skont jekk l-effett tal-art huwiex ikkalkolat b'diffrazzjoni jew mingħajr, u skont l-għamla tal-art taħt is-sors (sors reali jew diffrattat). Dan huwa speċifikat fis-subsezzjonijiet li jmiss u huwa miġbur fil-qosor fit-tabella 2.5.b.
|
(2.5.18) |
hija l-livell inferjuri ta' Aground,H .
Għal passaġġ (S i,R) f'kundizzjonijiet omoġeni bla diffrazzjoni:
B'diffrazzjoni, irreferi għas-sezzjoni dwar id-diffrazzjoni għad-definizzjonijiet ta' Gw u Gm.
jekk Gpath = 0: Aground,H = – 3 dB
It-terminu – 3(1 – Gm) iqis il-fatt li meta s-sors u r-riċevitur ikunu 'l bogħod minn xulxin, l-ewwel naħa tas-sors ta' riflessjoni ma tibqax fuq il-pjattaforma iżda fuq l-art naturali.
L-effett tal-art f'kundizzjonijiet favorevoli huwa kkalkolat bl-ekwazzjoni ta' Aground,H , diment li jsiru l-modifiki li ġejjin:
Fl-ekwazzjoni ta' Aground,H , l-għoli z s and z r huwa sostitwit minn z s + δ z s + δ z T and z r + δ z r + δ z T rispettivament fejn
|
|
(2.5.19) |
|
|
a o = 2 × 10– 4 m– 1 hija l-kontra tar-raġġ tal-kurvatura
Il-korrezzjonijiet tal-għoli δ z s u δ z r jagħtu kont lill-effett tat-tgħawwiġ tar-raġġi akustiċi. δ z T tagħti kont lill-effett tat-turbolenza.
Gm tista' wkoll tkun daqs Gpath jew G′path skont jekk l-effett tal-art huwiex ikkalkolat b'diffrazzjoni jew mingħajr, u skont l-għamla tal-art taħt is-sors (sors reali jew diffrattat). Dan huwa speċifikat fis-subsezzjonijiet li ġejjin.
Għal passaġġ (S i,R) f'kundizzjonijiet favorevoli bla diffrazzjoni:
Bid-diffrazzjoni, irreferi għat-taqsima li jmiss għad-definizzjonijiet ta' Gw u Gm.
Bħala regola ġenerali, id-diffrazzjoni għandha tiġi studjata fil-quċċata ta' kull ostakolu li jinsab fil-passaġġ ta' propagazzjoni. Jekk il-passaġġ jgħaddi “għoli biżżejjed” fuq l-intopp ta' diffrazzjoni, tista' tiġi stabbilita Adif = 0 u tiġi kkalkolata dehra diretta, b'mod partikolari billi tiġi kkalkolata Aground .
Fil-prattika, għal kull frekwenza taċ-ċentru tal-banda ta' frekwenzi, id-differenza fil-passaġġ δ hija mqabbla mal-kwantità – λ/20. Jekk ostakolu ma jipproduċix diffrazzjoni, għaliex din pereżempju tiġi stabbilita skont il-kriterju ta' Rayleigh, ma hemm ebda bżonn li tiġi kkalkolata Adif għall-banda ta' frekwenzi kkunsidrata. Fi kliem ieħor, Adif = 0 f'dan il-każ. Inkella, Adif tiġi kkalkolata ki spjegat fil-bqija ta' din il-parti. Din ir-regola tapplika kemm f'kundizzjonijiet omoġeni kif ukoll favorevoli, kemm għal diffrazzjoni waħda kif ukoll iktar.
Meta, għal banda ta' frekwenzi partikolari jsir kalkolu skont il-proċedura deskritta f'din it-taqsima, Aground tiġi stabbilita 0 dB meta tiġi kkalkolata l-attenwazzjoni totali. L-effett tal-art jitqies direttament fl-ekwazzjoni ta' kalkolu tad-diffrazzjoni ġenerali.
L-ekwazzjonijiet proposti hawnhekk jintużaw biex tiġi pproċessata d-diffrazzjoni fuq għata rqaq, għata ħoxnin, bini, mogħdijiet tal-ħaxix (naturali jew artifiċjali), u mat-truf tal-imbankmenti, biċċiet ta' pjanti u vijadotti.
Meta jkun hemm diversi ostakoli b'diffrazzjoni fuq passaġġ ta' propagazzjoni, jiġu ttrattati bħala diffrazzjoni multipla billi tiġi applikata l-proċedura deskritta fis-sezzjoni li ġejja dwar il-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ.
Il-proċeduri ppreżentati hawn jintużaw biex jiġu kkalkolati attenwazzjonijiet kemm f'kundizzjonijiet omoġeni kif ukoll f'kundizzjonijiet favorevoli. It-tgħawwiġ tar-raġġi jittieħed f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ u sabiex jiġu kkalkolati l-effetti tal-art qabel u wara d-diffrazzjoni.
Il-Figura 2.5.c turi l-metodu ġenerali ta' kalkolu tal-attenwazzjoni dovuta għad-diffrazzjoni. Dan il-metodu huwa msejjes fuq id-disaggregazzjoni tal-passaġġ ta' propagazzjoni f'żewġ partijiet: il-passaġġ tan-“naħa tas-sors”, li jinsab bejn is-sors u l-punt ta' diffrazzjoni, u l-passaġġ tan-'naħa tar-riċevitur', li jinsab bejn il-punt ta' diffrazzjoni u r-riċevitur.
Huma kkalkolati dawn li ġejjin:
Figura 2.5.c
Ġeometrija ta' kalkolu tal-attenwazzjoni minħabba diffrazzjoni
1 |
: |
Naħa tas-sors |
2 |
: |
Naħa tar-riċevitur |
fejn
L-irregolarità tal-art bejn is-sors u l-punt ta' diffrazzjoni, u bejn il-punt ta' diffrazzjoni u r-riċevitur, tittieħed f'kunsiderazzjoni permezz tal-għoli ekwivalenti kkalkolat b'rabta mal-pjan medju tal-art, in-naħa tas-sors l-ewwel u n-naħa tar-riċevitur it-tieni (żewġ pjani medji tal-art), skont il-metodu deskritt fis-subsezzjoni fuq għoli sinifikanti mill-art.
Għal diffrazzjoni pura, b'ebda effetti tal-art, l-attenwazzjoni tinkiseb hekk:
|
|
jekk |
(2.5.21) |
||
0 |
inkella |
fejn
Ch = 1 |
(2.5.22) |
λ huwa t-tul tal-mewġa bil-frekwenza ċentrali nominali tal-banda ta' frekwenzi kkunsidrata;
δ hija d-differenza tal-passaġġ bejn il-passaġġ diffrattat u l-passaġġ dirett (ara s-subsezzjoni li jmiss dwar il-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ);
C″ huwa koeffiċjent użat biex jingħata kont lil diffrazzjonijiet multipli:
C″ = 1 għal diffrazzjoni waħda.
Għal diffrazzjoni multipla, jekk e hija d-distanza totali tul il-passaġġ, O1 sa O2 + O2 sa O3 + O3 sa O4 mill-“metodu tar-rubber band”, (ara l-Figuri 2.5.d u 2.5.f) u jekk e taqbeż iż-0.3 m (jew inkella C″ = 1), dan il-koeffiċjent huwa ddefinit hekk:
|
(2.5.23) |
Il-valuri ta' Δdif għandhom ikunu limitati:
Id-differenza tal-passaġġ δ hija kkalkolata fi pjan vertikali li fih is-sors u r-riċevitur. Din hija approssimazzjoni marbuta mal-prinċipju Fermat. L-approssimazzjoni tibqa' applikabbli hawnhekk (linji ta' sors). Id-differenza tal-passaġġ δ hija kkalkolata bħal fil-Figuri li ġejjin, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet li wieħed jiltaqa' magħhom.
Figura 2.5.d
Kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet omoġeni. O, O1 u O2 huma l-punti ta' diffrazzjoni
Nota: Għal kull konfigurazzjoni, tingħata l-espressjoni ta' δ.
Figura 2.5.e
Kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet favorevoli (diffrazzjoni waħda)
F'kundizzjonijiet favorevoli, huwa meqjus li t-tliet raġġi akustiċi milwijin ►C1 , u ◄ għandhom raġġ identiku tal-kurvatura Γ iddefinita permezz ta':
Γ = max(1 000,8 d) |
(2.5.24) |
It-tul ta' kurva ta' raġġ akustiku MN huwa rrappreżentat ^MN minn f'kundizzjonijiet favorevoli. Dan it-tul huwa ekwivalenti għal:
|
(2.5.25) |
Fil-prinċipju, għandhom jiġu kkunsidrati tliet xenarji fil-kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet favorevoli δF (ara l-Figura 2.5.e). Fil-prattika, żewġ ekwazzjonijiet huma biżżejjed:
|
(2.5.26) |
|
(2.5.27) |
fejn A hija l-intersezzjoni tar-raġġ dritt tal-ħoss SR u l-estensjoni tal-ostakolu f'diffrazzjoni.
Għad-diffrazzjonijiet multipli f'kundizzjonijiet favorevoli:
|
(2.5.28) |
Figura 2.5.f
Eżempju ta' kalkolu tad-differenza tal-passaġġ f'kundizzjonijiet favorevoli, fil-każ ta' diffrazzjonijiet multipli
Fix-xenarju ppreżentat fil-Figura 2.5.f, id-differenza tal-passaġġ hija:
|
(2.5.29) |
L-attenwazzjoni dovuta għal diffrazzjoni, filwaqt li jingħata kont lill-effetti tal-art min-naħa tas-sors u min-naħa tar-riċevitur, hija kkalkolata skont l-ekwazzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
(2.5.30) |
fejn
|
(2.5.31) |
fejn
|
(2.5.32) |
fejn
Il-korrezzjoni G′path ma tridx tittieħed f'kunsiderazzjoni hawnhekk peress li s-sors ikkunsidrat huwa l-punt ta' diffrazzjoni. Għaldaqstant, Gpath tabilħaqq għandu jintuża fil-kalkolu tal-effetti tal-art, inkluż għat-terminu tal-livell inferjuri tal-ekwazzjoni li jsir – 3(1 – Gpath ).
L-Ekwazzjoni (2.5.21) tista' tintuża biex jiġu kkalkolati d-diffrazzjonijiet fuq truf vertikali (diffrazzjonijiet laterali) fil-każ ta' storbju industrijali. Jekk dan huwa l-każ, tittieħed Adif = Δ dif(S,R) u jinżamm it-terminu Aground . Barra minn hekk, Aatm u Aground għandhom jiġu kkalkolati mit-tul totali tal-passaġġ ta' propagazzjoni. Adiv xorta waħda tiġi kkalkolata mid-distanza diretta d. L-Ekwazzjonijiet (2.5.8) u (2.5.6) isiru rispettivament:
|
(2.5.33) |
|
(2.5.34) |
Δ dif tabilħaqq tintuża f'kundizzjonijiet omoġeni fl-Ekwazzjoni (2.5.34).
Ir-riflessjonijiet fuq ostakoli vertikali huma indirizzati permezz ta' sorsi immaġni. B'hekk, riflessjonijiet fuq faċċati ta' bini u ostakoli tal-istorbju huma ttrattati b'dan il-mod.
Ostakolu jitqies vertikali jekk l-inklinazzjoni tiegħu fir-rigward tal-vertikali hija inqas min 15°.
Meta wieħed jittratta riflessjonijiet fuq oġġetti b'inklinazzjoni fir-rigward tal-vertikali ta' 15° jew iktar, l-oġġett ma jiġix ikkunsidrat.
L-ostakoli b'tal-inqas dimensjoni waħda inqas minn 0,5 m għandhom jiġu injorati fil-kalkolu tar-riflessjoni, ħlief għal konfigurazzjonijiet speċjali. ( 6 )
Kun af li r-riflessjonijiet fuq l-art mhumiex ikkonċernati hawnhekk. Dawn jingħataw kont fil-kalkoli tal-attenwazzjoni dovuta għal-limitu (art, diffrazzjoni).
Jekk LWS huwa l-livell ta' potenza tas-sors S u αr il-koeffiċjent ta' assorbiment tas-superfiċje tal-osatkoli kif iddefinit mill-EN 1793-1:2013, f'dak il-każ il-livell tal-potenza tas-sors immaġni S' huwa kkalkolat hekk:
LWS′ = LWS + 10 · lg(1 – αr ) = LWS + Arefl |
(2.5.35) |
fejn 0 ≤ αr < 1
Imbagħad jiġu applikati l-attenwazzjonijiet ta' propagazzjoni deskritti hawn fuq għal dan il-passaġġ (sors immaġni, riċevitur), bl-istess mod bħal passaġġ dirett.
Figura 2.5.g
Riflessjoni spekulari fuq ostakolu ttrattata bil-metodu tas-sors immaġni (S: sors, S′: sors immaġni, R: riċevitur)
Fir-riċerka ġeometrika tal-passaġġi tal-ħoss, matul ir-riflessjoni fuq ostakolu vertikali (ħajt ta' lqugħ, bini), il-pożizzjoni tal-impatt tar-raġġ b'rabta mat-tarf ta' fuq ta' dan l-ostakolu tiddetermina s-sehem ftit jew wisq sinifikanti tal-enerġija riflessa b'mod effettiv. Dan it-telf ta' enerġija akustika meta r-raġġ jgħaddi minn riflessjoni jissejjaħ attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni.
Fil-każ ta' riflessjonijiet multipli potenzjali bejn żewġ ħitan vertikali, tal-inqas għandha tiġi kkunsidrata l-ewwel riflessjoni.
Fil-każ ta' trinka (ara, pereżempju, l-Figura 2.5.h), l-attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni għandha tiġi applikata għal kull riflessjoni fuq il-ħitan ta' lqugħ.
Figura 2.5.h
Raġġ akustiku rifless fl-ordni ta' 4 f'binarju fi trinka: sezzjoni trażversali proprja (fuq), sezzjoni trażversali mhux mitnija (isfel)
F'din ir-rappreżentazzjoni, ir-raġġ akustiku jasal fir-riċevitur “billi jgħaddi suċċessivament minn ġewwa” l-ħitan ta' lqugħ tat-trinka, li għalhekk jistgħu jitqabblu ma' fetħiet.
Meta tiġi kkalkolata l-propagazzjoni ġewwa fetħa, il-kamp akustiku fir-riċevitur huwa s-somma tal-kamp dirett u l-kamp diffrattat ħdejn it-truf tal-fetħa. Dan il-kamp diffrattat jiżgura l-kontinwità tat-tranżizzjoni bejn iż-żona libera u ż-żona dellija. Meta r-raġġ joqrob lejn tarf il-fetħa, il-kamp dirett jiġi attenwat. Il-kalkolu huwa l-istess bħal dak tal-attenwazzjoni bi lqugħ fiż-żona libera.
Id-differenza tal-passaġġ δ′ assoċjata ma' kull retrodiffrazzjoni hija l-kontra tad-differenza tal-passaġġ bejn S u R relattivament f'kull tarf superjuri O, u dan f'dehra skont sezzjoni trażversali skjerata (ara l-Figura 2.5.i).
δ′ = – (SO + OR – SR) |
(2.5.36) |
Figura 2.5.i
Id-differenza tal-passaġġ għat-tieni riflessjoni
Is-sinjal ta' “tnaqqis” tal-Ekwazzjoni (2.5.36) ifisser li hawnhekk ir-riċevitur huwa meqjus li qiegħed fiż-żona libera.
L-attenwazzjoni permezz ta' retrodiffrazzjoni Δr etrodif tinkiseb bl-Ekwazzjoni (2.5.37), li hija simili għall-Ekwazzjoni (2.5.21) b'notazzjonijiet maħdumin mill-ġdid.
|
|
jekka |
(2.5.37) |
||
0 |
inkella |
Din l-attenwazzjoni hija applikata għar-raġġ dirett kull darba li “tgħaddi minn” (tirrifletti fuq) ħajt jew bini. Għalhekk, il-livell ta' potenza tas-sors immaġni S′ isir:
LW′ = LW + 10 × lg(1 – αr ) – Δretrodif |
(2.5.38) |
F'konfigurazzjonijiet kumplessi ta' propagazzjoni, jistgħu jkunu jeżistu diffrazzjonijiet bejn riflessjonijiet, jew bejn ir-riċevitur u r-riflessjonijiet. F'dan il-każ, ir-retrodiffrazzjoni mill-ħitan hija stmata billi jiġi kkunsidrat il-passaġġ bejn is-sors u l-ewwel punt ta' diffrazzjoni R′ (li għalhekk jitqies bħala r-riċevitur fl-Ekwazzjoni (2.5.36)). Dan il-prinċipju huwa muri fil-Figura 2.5.j.
Figura 2.5.j
Id-differenza tal-passaġġ fil-preżenza ta' diffrazzjoni: sezzjoni trażversali proprja (fuq), sezzjoni trażversali mhux mitnija (isfel)
Fil-każ ta' riflessjonijiet multipli, jiżdiedu r-riflessjonijiet dovuti għal kull riflessjoni unika.
2.6. Dispożizzjonijiet ġenerali — Storbju minn inġenji tal-ajru
2.6.1. Definizzjonijiet u simboli
Hawnhekk huma deskritti ċerti termini importanti skont it-tifsiriet ġenerali attribwiti lilhom f'dan id-dokument. Il-lista mhijiex eżawrjenti; huma inklużi biss espressjonijiet u akronomi użati spiss. L-oħrajn huma deskritti meta jissemmew l-ewwel darba.
Is-simboli matematiċi (elenkati wara t-termini) huma l-iktar użati fl-ekwazzjonijiet fit-test ewlieni. Simboli oħrajn użati lokalment kemm fit-test kif ukoll fl-appendiċijiet huma ddefiniti meta jintużaw.
Kultant il-qarrej jitfakkar dwar l-interkambjabbiltà tal-kliem ħoss u storbju f'dan id-dokument. Għad li l-kelma storbju għandha konnotazzjonijiet soġġettivi — normalment hija ddefinita mill-akustiċi bħala “ħoss mhux mixtieq” — fil-kamp tal-kontroll tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru spiss titqies li tfisser sempliċiment ħoss — enerġija fl-ajru trażmessa b'ċaqliqa ta' mewġa akustika. Is-simbolu → jirrappreżenta kontroreferenzi għal termini oħrajn inklużi fil-lista.
AIP |
Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika |
Konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru |
Il-pożizzjonijiet tal-islats, il-flaps u l-attrezzatura għal-landjar. |
Moviment tal-inġenju tal-ajru |
Wasla, tluq jew azzjoni oħra tal-inġenju tal-ajru li taffettwa l-esponiment għall-istorbju madwar ajrudrom. |
Dejta dwar l-istorbju u l-prestazzjoni ta' inġenju tal-ajru |
Dejta li tiddeskrivi l-karatteristiċi akustiċi u tal-prestazzjoni ta' tipi differenti ta' ajruplani li huma meħtieġa mill-proċess ta' mmudellar. Tinkludi → relazzjonijiet tal-NPD u informazzjoni li tippermetti l-kalkolu tal-forza propulsiva/potenza tal-magna bħala funzjoni ta' → konfigurazzjoni tat-titjira. Normalment id-dejta tkun fornuta mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru għad li meta dak ma jkunx possibbli kultant tinkiseb minn sorsi oħrajn. Meta ma jkun hemm ebda dejta disponibbli, huwa normali li l-inġenju tal-ajru kkonċernat jiġi rrappreżentat billi tiġi adattata dejta għal inġenju tal-ajru simili kif xieraq — dan jissejjaħ sostituzzjoni. |
Altitudni |
Għoli fuq il-livell medju tal-baħar. |
Database tal-ANP |
Id-database dwar l-Istorbju u l-Prestazzjoni ta' Inġenji tal-Ajru inkluża fl-Appendiċi I. |
Livell tal-ħoss ponderat, LA |
Il-livell bażiku ta' ħoss/storbju użat għall-kejl tal-istorbju ambjentali inkluż dak minn inġenji tal-ajru u li fuqu hija msejsa ħafna mill-metrija tal-kontorn tal-istorbju. |
Trajjettorja taċ-ċentru |
Trajjettorja rappreżentattiva jew nominali fuq l-art li tiddefinixxi ċ-ċentru ta' medda ta' trajjettorji. |
Livell bażi ta' event ta' storbju |
Il-livell ta' event ta' storbju meħud minn database tal-NPD. |
Ħlus tal-brejkijiet |
→ Bidu tat-tidwir |
Forza propulsiva netta kkoreġuta |
F'parametru tal-potenza partikolari (eż. EPR jew N 1) il-forza propulsiva netta tonqos mad-densità tal-arja u b'hekk anki meta tiżdied l-altitudni tal-inġenju tal-ajru; il-forza propulsiva netta kkoreġuta hija l-valur fil-livell tal-baħar. |
Livell kumulattiv ta' ħoss/storbju |
Kejl f'deċibel tal-istorbju riċevut tul perjodu speċifikat ta' żmien, f'punt qrib ajruport, minn traffiku tal-ajruplani li jużaw kundizzjonijiet operattivi u passaġġi tat-titjira normali. Huwa kkalkolat billi b'xi mod jinġabru l-livelli ta' ħoss/storbju ta' event li jseħħ f'dak il-punt. |
Somma jew medja ta' deċibel |
F'postijiet oħra kultant tissejjaħ valuri tal-“enerġija” jew “logaritmiċi” (għall-kuntrarju ta' aritmetiċi). Tintuża meta jkun xieraq li jingħaddu jew tinstab il-medja tal-kwantitajiet sottostanti li qishom enerġija; eż.
|
Frazzjoni ta' enerġija, F |
Frazzjoni ta' enerġija, F Proporzjon ta' enerġija tal-ħoss riċevuta minn segment meta mqabbla ma' enerġija riċevuta minn rotta tat-titjira infinita. |
Parametru tal-potenza tal-magna |
Valur → tal-parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju użat għad-determinazzjoni tal-emissjoni ta' storbju mid-database tal-NPD. |
Livell ekwivalenti (kontinwu) ta' ħoss, Leq |
Kejl tal-ħoss fit-tul. Il-livell ta' ħoss kostanti ipotetiku, li tul perjodu ta' żmien speċifikat, fih l-istess enerġija totali bħall-ħoss varjabbli proprju. |
Livell ta' ħoss/storbju ta' event |
Kejl f'deċibel tal-kwantità finita ta' ħoss (jew storbju) riċevut minn ajruplan li għaddej → livell ta' espożizzjoni akustika |
Konfigurazzjoni tat-titjira |
= → Konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru + → Parametri tat-titjira |
Parametri tat-titjira |
Parametru tal-potenza tal-inġenju tal-ajru, il-veloċità, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u l-piż. |
Rotta tat-titjira |
Il-passaġġ ta' ajruplan mill-arja, iddefinit fi tliet dimensjonijiet, normalment b'referenza għal oriġini tal-bidu tat-tidwir għall-qtugħ jew fis-soll tal-landjar. |
Segment tar-rotta tat-titjira |
Parti minn rotta tat-titjira ta' inġenju tal-ajru rrappreżentata għal finijiet ta' mmudellar tal-istorbju b'linja dritta b'tul finit. |
Proċedura tat-titjira |
Is-sekwenza tal-istadji operattivi segwita mill-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru jew is-sistema ta' ġestjoni tat-titjira: mogħtija bħala bidliet fil-konfigurazzjoni tat-titjira bħala funzjoni tad-distanza tul it-trajjettorja tal-art. |
Profil tat-titjira |
Varjazzjoni tal-għoli tal-ajruplan tul it-trajjettorja tal-art (kultant tinkludi bidliet → fil-konfigurazzjoni tat-titjira wkoll) — deskritta minn sett ta' → punti ta' profil |
Pjan tal-art |
(Jew Pjan Nominali tal-Art) Superfiċje orizzontali tal-art permezz tal-punt ta' referenza tal-ajrudrom li fuqu normalment jiġu kkalkolati l-kontorni. |
Veloċità fuq l-art |
Il-veloċità tal-inġenju tal-ajru b'rabta ma' punt fiss fuq l-art. |
Trajjettorja tal-art |
Il-projjezzjoni vertikali tar-rotta tat-titjira fuq il-pjan tal-art. |
Għoli |
Id-distanza vertikali bejn l-inġenju tal-ajru u → pjan tal-art |
Livell integrat ta' pressjoni tal-ħoss |
Imsejjaħ ukoll → livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed. |
ISA |
Atmosfera Standard Internazzjonali — iddefinita mill-ICAO. Tiddefinixxi l-varjazzjoni fit-temperatura tal-arja, il-pressjoni u d-densità f'punti ogħla mil-livell medju tal-baħar. Użata biex tinnormalizza r-riżultati tal-kalkoli tad-disinn tal-inġenji tal-ajru u l-analiżi tad-dejta tat-testijiet. |
Attenwazzjoni laterali |
Attenwazzjoni żejda tal-ħoss b'distanza attribwibbli, b'mod dirett jew indirett, għall-preżenza tas-superfiċje tal-art. Sinifikanti f'angoli baxxi ta' elevazzjoni (tal-inġenju tal-ajru fuq il-pjan tal-art) |
Livell massimu ta' storbju/ħoss |
Il-livell massimu ta' ħoss milħuq tul event |
Livell Medju tal-Baħar, MSL |
L-elevazzjoni standard tal-wiċċ tal-art li għaliha hija rriferita → ISA. |
Forza propulsiva netta |
Il-forza propulsiva magħmula minn magna fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru. |
Storbju |
Storbju huwa ddefinit bħala ħoss mhux mixtieq. Iżda l-metrija bħal-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A (LA ) u l-livell effettiv ta' storbju perċepit (EPNL) tikkonverti b'mod effettiv il-livelli ta' ħoss f'livelli ta' storbju. Minkejja nuqqas konsegwenti ta' speċifiċità, it-termini ħoss u storbju kultant jintużaw minflok xulxin f'dan id-dokument, bħal f'dokumenti oħrajn — speċjalment b'rabta mal-kelma livell. |
Kontorn tal-istorbju |
Linja ta' valur kostanti ta' indiċi jew livell kumulattiv ta' storbju ta' inġenju tal-ajru madwar ajruport |
Impatt tal-istorbju |
L-effett(i) avvers(i) tal-istorbju fuq ir-riċevituri tiegħu; ta' min jgħid li huwa implikat li l-metrija tal-istorbju hija indikatur tal-impatt tal-istorbju |
Indiċi tal-istorbju |
Kejl tal-ħoss kumulattiv jew fit-tul li huwa marbut mal-effetti tiegħu fuq in-nies (jiġifieri huwa meqjus bħala predikatur ta' dawn l-effetti). Jista' jagħti kont lil fatturi oħrajn minbarra l-qawwa tal-ħoss (speċjalment il-ħin tal-ġurnata). Eżempju huwa l-livell jum-filgħaxija-lejl LDEN . |
Livell ta' storbju |
Kejl f'deċibel tal-ħoss fuq skala li tindika kemm huwa kbir jew kemm huwa storbjuż il-ħoss. Għal storbju ambjentali minn inġenji tal-ajru, ġeneralment jintużaw żewġ skali: il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A u l-Livell ta' Storbju Perċepit. Dawn l-iskali japplikaw ponderazzjonijiet differenti għall-ħoss ta' frekwenzi differenti — biex jimitaw il-perċezzjoni tal-bniedem. |
Metrija tal-ħoss |
Espressjoni użata biex tiddeskrivi kwalunkwe kejl ta' kwantità ta' ħoss f'pożizzjoni ta' riċevitur kemm jekk huwa event wieħed jew akkumulazzjoni ta' storbju tul ħin estiż. Hemm żewġ kejliet użati spiss għall-istorbju ta' event wieħed: il-livell massimu milħuq matul l-avveniment, jew il-livell ta' espożizzjoni akustika tiegħu, kejl tal-enerġija tal-ħoss totali tiegħu stabbilit bl-integrazzjoni tal-ħin. |
Relazzjonijiet/dejta dwar storbju-potenza-distanza (NPD) |
Livelli ta' event ta' storbju miġburin f'tabella bħala funzjoni tad-distanza taħt ajruplan f'titjira f'livell kostanti b'veloċità ta' referenza f'atmosfera ta' referenza, għal kull wieħed minn għadd ta' → parametri tal-potenza tal-magna. Id-dejta tagħti kont lill-effetti tal-passaġġ ta' propagazzjoni dovuti għal tifrix tal-mewġ sferiku (liġi tal-kwadrat invers) u l-assorbiment atmosferiku. Id-distanza hija ddefinita b'mod perpendikolari għar-rotta tat-titjira tal-ajruplan u l-assi tal-ġwienaħ tal-inġenju tal-ajru (jiġifieri veritkalment taħt l-inġenju tal-ajru f'titjira mingħajr inklinazzjoni laterali). |
Parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju |
Parametru li jiddeskrivi jew jindika l-isforz propulsiv iġġenerat min magna ta' inġenju tal-ajru li miegħu loġikament tista' tkun relatata emissjoni tal-potenza akustika; normalment jitqies li huwa → forza propulsiva netta kkoreġuta. Spiss informalment imsejjaħ “potenza” jew “parametru tal-potenza” fit-test. |
Sinifikanza tal-istorbju |
Il-kontribuzzjoni minn segment tar-rotta tat-titjira hija “sinifikanti għall-istorbju” jekk dan jaffettwa l-livell ta' storbju ta' event sa ċertu punt apprezzabbli. Bit-twarrib ta' segmenti li mhumiex sinifikanti għall-istorbju jiġu ffrankati sforzi enormi fl-ipproċessar tal-kompjuter |
Osservatur |
→ Riċevitur |
Stadji proċedurali |
Preskrizzjoni għat-titjira ta' profil — l-istadji jinkludu bidliet fil-veloċità u/jew l-altitudni. |
Punt ta' profil |
L-għoli ta' punt ta' tmiem ta' segment ta' rotta tat-titjira — fi pjan vertikali 'l fuq mit-trajjettorja tal-art |
Riċevitur |
Riċevitur tal-istorbju li jasal minn sors; primarjament f'punt fuq jew qrib is-superfiċje tal-art |
Atmosfera ta' referenza |
Tqegħid f'tabella tar-rati ta' assorbiment tal-ħoss użat biex tiġi standardizzata d-dejta NPD (ara l-Appendiċi D) |
Ġurnata ta' referenza |
Sett ta' kundizzjonijiet atmosferiċi li fihom tiġi standardizzata d-dejta dwar l-ANP |
Durata ta' referenza |
Intervall ta' ħin nominali użat biex jiġi standardizzat il-kejl tal-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed; ikun ta' sekonda (1) fil-każ ta' → SEL. |
Veloċità ta' referenza |
Veloċità fuq l-art tal-ajruplan li għaliha d-dejta NPD → SEL hija normalizzata |
SEL |
→ Livell ta' espożizzjoni akustika |
Il-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed |
Il-livell ta' ħoss li event ikollu li kieku l-enerġija tal-ħoss kollha tiegħu kellha tiġi kkumpressata b'mod uniformi f'intervall ta' ħin standard magħruf bħala → d-durata ta' referenza |
Art ratba |
Superfiċje tal-art li hija akustikament “ratba”, tipikament bil-ħaxix, madwar ħafna mill-ajrudromi. Superfiċji tal-art akustikament ibsin, jiġifieri ferm riflettivi, jinkludu konkrit u ilma. Il-metodoloġija dwar il-kontorn tal-istorbju deskritta hawn tapplika għal kundizzjonijiet ta' art ratba. |
Ħoss |
Enerġija trażmessa mill-arja permezz ta' ċaqliq tal-mewġ (lonġitudinali) li jinħass mill-widna |
Attenwazzjoni tal-ħoss |
It-tnaqqis fl-intensità tal-ħoss b'distanza tul attenwazzjoni tal-ħoss. Għal storbju tal-inġenju tal-ajru, il-kawżi tiegħu jinkludu tifrix tal-mewġ sferiku, assorbiment atmosferiku u → attenwazzjoni laterali |
Espożizzjoni akustika |
Kejl tal-immissjoni totali tal-enerġija tal-ħoss tul perjodu ta' żmien |
Livell ta' Espożizzjoni Akustika, LAE |
(Akronimu SEL) Metrija standardizzata fl-ISO 1996-1 jew l-ISO 3891 = Livell ta' espożizzjoni akustika ponderat A ta' event wieħed irreferenzjat għal sekonda. |
Intensità tal-ħoss |
Is-saħħa tal-immissjoni tal-ħoss f'punt — b'rabta mal-enerġija akustika (u indikata minn livelli ta' ħoss imkejlin) |
Livell ta' pressjoni tal-ħoss |
Kejl tal-enerġija tal-ħoss mogħti f'unitajiet ta' deċibel. Il-ħoss riċevut jitkejjel bil-'ponderazzjoni tal-frekwenza' jew mingħajr; livelli mkejlin b'ponderazzjoni spiss jissejħu → livelli ta' storbju |
Tul ta' titjira medja/vjaġġ |
Distanza sal-ewwel destinazzjoni tal-inġenju tal-ajru tielaq; meħuda bħala indikatur tal-piż ta' inġenju tal-ajru |
Bidu tat-Tidwir, SOR |
Il-punt fuq ir-runway li minnu l-inġenju tal-ajru jibda l-qtugħ tiegħu. Jissejjaħ ukoll “rilaxx tal-brejkijiet”. |
Veloċità ajrudinamika reali |
Veloċità proprja tal-inġenju tal-ajru b'rabta mal-arja (= veloċità fuq l-art f'ajru kalm) |
Livell ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss ponderat, Leq,W |
Verżjoni mmodifikata ta' Leq li fiha jiġu assenjati ponderazzjonijiet differenti għall-istorbju li jseħħ tul perjodu differenti tal-ġurnata (normalment tul il-jum, filgħaxija u billejl) |
d |
L-iqsar distanza minn punt ta' osservazzjoni sa segment ta' rotta tat-titjira |
dp |
Id-distanza perpendikolari minn punt ta' osservazzjoni sar-rotta tat-titjira (distanza oblika jew medda oblika) |
dλ |
Id-distanza skalata |
Fn |
Il-forza propulsiva netta proprja għal kull magna |
Fn/δ |
Il-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna |
h |
L-altitudni tal-inġenju tal-ajru (iktar mill-MSL) |
L |
Il-livell ta' storbju ta' event (skala mhux iddefinita) |
L(t) |
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss fil-ħin t (skala mhux iddefinita) |
LA, LA(t) |
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A (fil-ħin t) — imkejjel fuq l-iskala tal-metru kajmana tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss |
LAE |
(SEL) Il-livell ta' espożizzjoni akustika |
LAmax |
Il-valur massimu ta' LA(t) matul event |
LE |
Il-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed |
LE∞ |
Il-livell ta' espożizzjoni akustika ta' event wieħed stabbilit mid-database tal-NPD |
LEPN |
Il-livell effettiv ta' storbju perċepit |
Leq |
Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ekwivalenti (kontinwu) |
Lmax |
Il-valur massimu ta' L(t) matul event |
Lmax,seg |
Il-livell massimu ġġenerat minn segment |
ℓ |
Id-distanza perpendikolari minn punt ta' osservazzjoni sat-trajjettorja tal-art |
lg |
Il-logaritma għall-bażi 10 |
N |
In-numru ta' segmenti jew subsegmenti |
NAT |
In-numru ta' eventi b'Lmax li jaqbżu limitu speċifikat |
P |
Il-parametru tal-potenza fil-varjabbli tal-NPD L(P,d) |
Pseg |
Il-parametru tal-potenza rilevanti għal segment partikolari |
q |
Id-distanza mill-bidu tas-segment sal-eqreb punt ta' avviċinament |
R |
Ir-raġġ tal-liwja |
S |
Id-devjazzjoni standard |
s |
Id-distanza tul it-trajjettorja tal-art |
sRWY |
It-tul tar-runway |
t |
Il-ħin |
te |
Id-durata effettiva ta' event akustiku wieħed |
t0 |
Il-ħin ta' referenza għal livell integrat ta' pressjoni tal-ħoss |
V |
Il-veloċità fuq l-art |
Vseg |
Il-veloċità fuq l-art ekwivalenti tas-segment |
Vref |
Il-veloċità fuq l-art ta' referenza li għaliha hija ddefinita dejta NPD |
x,y,z |
Il-koordinati lokali |
x′,y′,z′ |
Il-koordinati tal-inġenju tal-ajru |
XARP,YARP,ZARP |
Il-pożizzjoni tal-punt ta' riferiment tal-ajrudrom f'koordinati ġeografiċi |
z |
L-għoli tal-inġenju tal-ajru mill-pjan tal-art/punt ta' riferiment tal-ajrudrom |
α |
Il-parametru użat għall-kalkolu tal-korrezzjoni tas-segment finit Δ F |
β |
L-angolu ta' elevazzjoni tal-inġenju tal-ajru fir-rigward tal-pjan tal-art |
ε |
L-angolu ta' inklinazzjoni laterali tal-inġenju tal-ajru |
γ |
L-angolu tat-tlugħ /tal-inżul |
φ |
L-angolu ta' dipressjoni (parametru tad-direttività laterali) |
λ |
It-tul totali tas-segment |
ψ |
L-angolu bejn id-direzzjoni tal-moviment tal-inġenju tal-ajru u d-direzzjoni lejn l-osservatur |
ξ |
Id-direzzjoni tal-inġenju tal-ajru, imkejla favur l-arloġġ mit-tramuntana manjetika |
Λ(β,) |
L-attenwazzjoni laterali mill-arja sal-art |
Λ(β) |
L-attenwazzjoni laterali mill-arja sal-art fuq distanza twila |
Γ() |
Il-fattur tad-distanza tal-attenwazzjoni laterali |
Δ |
Il-bidla fil-valur ta' kwantità, jew korrezzjoni (kif indikata fit-test) |
Δ F |
Il-korrezzjoni tas-segment finit |
Δ I |
Il-korrezzjoni tal-installazzjoni tal-magna |
Δ i |
Il-ponderazzjoni għall-perjodu tal-ħin tal-ġurnata numru i, dB |
Δ rev |
Il-forza propulsiva invertita |
Δ SOR |
Il-korrezzjoni tal-bidu tat-tidwir |
Δ V |
Il-korrezzjoni tad-durata (veloċità) |
1, 2 |
Subskritti li jiddenotaw il-valuri ta' bidu u tmiem ta' intervall jew segment |
E |
L-espożizzjoni |
i |
L-indiċi ta' għadd tat-tip/kategorija tal-inġenji tal-ajru |
j |
L-indiċi ta' għadd tas-subtrajjettorji/trajjettorja tal-art |
k |
L-indiċi ta' għadd tas-segmenti |
max |
Il-massimu |
ref |
Il-valur ta' referenza |
seg |
Il-valur tas-segment speċifiku |
SOR |
Relatat mal-bidu tat-tidwir |
TO |
Il-qtugħ |
2.6.2. Qafas tal-kwalità
Il-valuri kollha mdaħħlin li jaffettwaw il-livell ta' emissjoni ta' sors, inkluża l-pożizzjoni tas-sors, għandhom jiġu stabbiliti b'tal-inqas il-preċiżjoni li tikkorrispondi għal inċertezza ta' ± 2dB(A) fil-livell ta' emissjoni tas-sors (biex il-parametri kollha l-oħrajn jibqgħu mhux l-istess).
Fl-applikazzjoni tal-metodu, id-dejta mdaħħla għandha tirrifletti l-użu attwali. B'mod ġenerali ma għandu jkun hemm ebda dipendenza fuq valuri mdaħħlin prestabbiliti jew suppożizzjonijiet. B'mod speċifiku, ir-rotot tat-titjira derivati minn dejta mir-radar sabiex jinkisbu r-rotot tat-titjira għandhom jintużaw kull meta jkunu jeżistu u jkunu ta' kwalità suffiċjenti. Valuri u suppożizzjonijiet prestabbiliti mdaħħlin huma aċċettati, pereżempju, sabiex jintużaw rotot immudellati minflok rotot tat-titjira derivati mir-radar, jekk il-ġbir ta' dejta reali jkun marbut ma' spejjeż għoljin wisq.
Is-softwer użat biex isiru l-kalkoli għandu juri li huwa konformi mal-metodi deskritti hawnhekk permezz ta' ċertifikazzjoni tar-riżultati minn każijiet eżaminati.
2.7. Storbju tal-inġenji tal-ajru
2.7.1. Għan u kamp ta' applikazzjoni tad-dokument
Il-mapep tal-kontorni jintużaw biex jindikaw il-firxa u d-daqs tal-impatt tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru madwar l-ajruporti, u dak l-impatt jiġi indikat b'valuri ta' indiċi jew metrija tal-ħoss speċifikati. Kontorn huwa linja li matulha l-valur tal-indiċi jibqa' kostanti. Il-valur tal-indiċi jaggrega b'xi mod l-eventi ta' storbju tal-inġenji tal-ajru individwali kollha li jseħħu matul perjodu speċifikat ta' żmien, normalment imkejjel f'jiem jew xhur.
L-istorbju fil-punti fuq l-art minn inġenji tal-ajru li jtiru barra u qrib ajrudrom jiddependi minn ħafna fatturi. Primarjament, fost dawn hemm it-tipi ta' ajruplan u l-impjant tal-enerġija tagħhom; il-proċeduri ta' ġestjoni tal-potenza, il-flap u l-veloċità fl-ajru użati fuq l-ajruplani stess; id-distanza mill-punti kkonċernati sad-diversi rotot tat-titjira; u t-topografija u t-temp lokali. L-operazzjonijiet tal-ajruport ġeneralment jinkludu tipi differenti ta' ajruplani, diversi proċeduri tat-titjira u firxa ta' ponderazzjonijiet operattivi.
Il-kontorni huma ġġenerati billi jiġu kkalkolati s-superfiċji tal-valuri tal-indiċi tal-istorbju lokali b'mod matematiku. Dan id-dokument jispjega fid-dettall kif wieħed għandu jikkalkula, f'punt ta' osservatur, il-livelli ta' event ta' storbju ta' inġenju tal-ajru individwali, kull wieħed għal titjira jew tip ta' titjira speċifika tal-inġenju tal-ajru, li mbagħad trid tinstab il-medja tagħhom b'xi mod, jew jiġu akkumulati, biex jinstabu l-valuri tal-indiċi f'dak il-punt. Is-superfiċje meħtieġa tal-valuri tal-indiċi hija ġġenerata billi sempliċiment jiġu ripetuti l-kalkoli skont il-bżonn għal movimenti differenti tal-inġenju tal-ajru — filwaqt li tingħata attenzjoni sabiex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza billi jiġu esklużi eventi mhux “sinifikanti għall-istorbju” (jiġifieri li ma jikkontribwixxux wisq għat-total).
Meta l-attivitajiet li jiġġeneraw l-istorbju assoċjati ma' operazzjonijiet tal-ajruport ma jikkontribwixxux b'mod materjali għall-espożizzjoni ġenerali tal-popolazzjoni għal storbju tal-inġenju tal-ajru u l-kontorni tal-istorbju assoċjati, dawn jistgħu jiġu esklużi. Dawn l-attivitajiet jinkludu: ħelikopters, taxiing, ittestjar tal-magna u użu ta' unitajiet ta' potenza awżiljarja. Dan mhux bilfors ifisser li l-impatt tagħhom mhuwiex sinifikanti u meta jseħħu dawn iċ-ċirkustanzi tista' ssir valutazzjoni tas-sorsi kif stipulat fil-paragrafu 2.7.21 u 2.7.22.
2.7.2. Spjegazzjoni tad-dokument
Il-proċess ta' ġenerazzjoni tal-kontorni tal-istorbju jintwera fil-Figura 2.7.a. Il-kontorni huma prodotti għal bosta skopijiet u għandhom it-tendenza li jikkontrollaw ir-rekwiżiti għas-sorsi u l-ipproċessar minn qabel tad-dejta mdaħħla. Kontorni li juru l-impatt storiku tal-istorbju jistgħu jiġu ġġenerati minn rekords attwali ta' operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru — ta' movimenti, piżijiet, rotot tat-titjira mkejlin bir-radar, eċċ. Il-kontorni użati għal finijiet ta' ppjanar tal-ħtieġa fil-ġejjieni jiddependu iktar fuq previżjonijiet — tat-traffiku u trajjettorji tat-titjiriet u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni u l-istorbju tal-inġenji tal-ajru tal-ġejjieni.
Figura 2.7.a
Il-proċess ta' ġenerazzjoni tal-kontorni tal-istorbju
Ikun xi jkun is-sors tad-dejta dwar it-titjira, kull moviment differenti tal-inġenju tal-ajru, wasla jew tluq, huwa ddefinit f'termini tal-ġeometrija tar-rotta tat-titjira tiegħu u l-emissjoni ta' storbju mill-inġenju tal-ajru waqt li jsegwi dik ir-rotta (movimenti li essenzjalment huma l-istess f'termini ta' storbju u rotta tat-titjira huma inklużi b'sempliċi moltiplikazzjoni). L-emissjoni tal-istorbju tiddependi mill-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru — primarjament fuq il-potenza ġġenerata mill-magni tiegħu. Il-metodoloġija rrakkomandata tinvolvi l-qsim tar-rotta tat-titjira f'segmenti. Is-Sezzjonijiet 2.7.3 sa 2.7.6 jispjegaw l-elementi tal-metodoloġija u jispjegaw il-prinċipju ta' segmentazzjoni li hija msejsa fuqu; li l-livell ta' storbju ta' event osservat huwa aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mis-segmenti “sinifikanti għall-istorbju” kollha tar-rotta tat-titjira, b'kull kontribuzzjoni li tista' tiġi kkalkolata għaliha. Is-Sezzjonijiet 2.7.3 sa 2.7.6 jispjegaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta mdaħħla għall-produzzjoni ta' sett ta' kontorni tal-istorbju. L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għad-dejta operattiva meħtieġa huma stipulati fl-Appendiċi A.
Kif is-segmenti tar-rotta tat-titjira huma kkalkolati minn dejta mdaħħla ipproċessata minn qabel huwa spjegat fis-Sezzjonijiet 2.7.7 sa 2.7.13. Dan jinvolvi applikazzjonijiet ta' analiżi tal-prestazzjoni tat-titjira tal-inġenji tal-ajru, li l-ekwazzjonijiet tagħhom huma spjegati f'iktar dettall fl-Appendiċi B. Ir-rotot tat-titjira huma soġġetti għal varjabbiltà sinifikanti — inġenji tal-ajru li jsegwu kwalunkwe rotta huma mifruxin fuq medda minħabba l-effetti tad-differenzi f'kundizzjonijiet atmosferiċi, piżijiet tal-inġenji tal-ajru u proċeduri operattivi, restrizzjonijiet mill-kontroll tat-traffiku tal-arju, eċċ. Dan jingħata kont billi kull rotta tat-titjira tiġi deskritta statistikament — bħala passaġġ ċentrali jew “backbone” (taċ-ċentru) li huwa akkumpanjat minn sett ta' rotot mifruxin. Anki dan huwa spjegat fis-Sezzjonijiet 2.7.7 sa 2.7.13 b'referenza għal informazzjoni addizzjonali fl-Appendiċi Ċ.
Is-Sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19 jistabbilixxu l-istadji li jridu jiġu segwiti meta jiġi kkalkolat il-livell ta' storbju ta' event wieħed — l-istorbju ġġenerat f'punt fuq l-art minn moviment wieħed tal-inġenju tal-ajru. L-Appendiċi D jindirizza l-kalkolu mill-ġdid tad-dejta NPD għal kundizzjonijiet mhux ta' referenza. L-Appendiċi E jispjega s-sors bipolari akustiku użat fil-mudell sabiex tiġi ddefinita r-radjazzjoni tal-ħoss mis-segmenti ta' rotta tat-titjira b'tul finit.
Minbarra r-rotot tat-titjira rilevanti, l-applikazzjonijiet tar-relazzjonijiet ta' mmudellar fil-Kapitli 3 u 4 jeħtieġu dejta xierqa dwar l-istorbju u l-prestazzjoni għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni.
L-istabbiliment tal-livell ta' event għal moviment wieħed tal-inġenju tal-ajru f'punt wieħed ta' osservatur huwa l-kalkolu ta' qofol. Irid jiġi ripetut għal kull moviment tal-inġenju tal-ajru f'kull wieħed mis-sensiela ta' punti prestabbiliti li jkopru l-firxa mistennija tal-kontorni tal-istorbju meħtieġa. F'kull punt, il-livelli tal-event huma aggregati jew tinstab il-medja tagħhom b'xi mod sabiex jinkiseb valur ta' “livell kumulattiv” jew indiċi tal-istorbju. Din il-parti tal-proċess hija deskritta fis-sezzjonijiet 2.7.20 u 2.7.23 sa 2.7.25.
Is-Sezzjonijiet 2.7.26 sa 2.7.28 jiġbru fil-qosor l-għażliet u r-rekwiżiti għat-tqegħid tal-kontorni tal-istorbju f'meded ta' valuri ta' indiċi tal-istorbju. Jipprovdu gwida dwar il-ġenerazzjoni u l-postproċessi tal-kontorni.
2.7.3. Il-kunċett ta' segmentazzjoni
Għal kwalunkwe inġenju tal-ajru speċifiku, id-database fiha r-relazzjonijiet bażi ta' Storbju-Potenza-Distanza (NPD). Dawn jiddefinixxu, għal titjira dritta kostanti b'veloċità ta' referenza f'kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza speċifikati u f'konfigurazzjoni tat-titjira speċifikata, il-livelli tal-event ta' storbju riċevuti, kemm massimi kif ukoll integrati mal-ħin, eżatt taħt l-inġenju tal-ajru ( 7 ) bħala funzjoni tad-distanza. Għal finijiet ta' mmudellar tal-istorbju, il-potenza propulsiva tant importanti hija rrappreżentata minn parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju; il-parametru normalment użat huwa l-forza propulsiva netta kkoreġuta. Il-livelli tal-event bażi stabbiliti mid-database huma aġġustati sabiex l-ewwel nett jagħtu kont lid-differenzi bejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi proprji (jiġifieri mmudellati) u dawk ta' referenza u (fil-każ ta' livelli ta' espożizzjoni akustika) il-veloċità tal-inġenju tal-ajru u, it-tieni, għal punti riċeventi li mhumiex eżatt taħt l-inġenju tal-ajru, id-differenzi bejn l-istorbju radjat 'l isfel u lateralment. Din l-aħħar differenza hija dovuta għad-direttività laterali (effetti tal-installazzjoni tal-magna) u l-attenwazzjoni laterali. Iżda l-livelli tal-event aġġustati hekk għadhom japplikaw biss għall-istorbju totali mill-inġenju tal-ajru f'titjira f'livell kostanti.
Is-segmentazzjoni hija l-proċess li bih il-mudell irrakkomandat tal-kontorni tal-istorbju jadatta d-dejta laterali u d-dejta NPD tar-rotta infinita sabiex jiġi kkalkolat l-istorbju li jasal għand riċevitur minn rotta tat-titjira mhux uniformi, jiġifieri waħda li matulha tvarja l-konfigurazzjoni tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Għall-finijiet ta' kalkolu tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss ta' event ta' moviment tal-inġenju tal-ajru, ir-rotta tat-titjira hija rrappreżentata minn sett ta' segmenti f'linja dritta biswit xulxin, b'kull wieħed minnhom li jista' jitqies bħala parti finita ta' rotta infinita li għaliha huma magħrufin l-NPD u l-aġġustamenti laterali. Il-livell massimu tal-event huwa sempliċiment l-ikbar wieħed minn fost il-valuri tas-segmenti individwali. Il-livell integrat għall-ħin tal-event ta' storbju sħiħ huwa kkalkolat billi jingħadd l-istorbju riċevut minn numru suffiċjenti ta' segmenti, jiġifieri dawk li jagħmlu kontribuzzjoni sinifikanti għall-istorbju tal-event sħiħ.
Il-metodu biex jiġi stmat kemm jikkontribwixxi storbju segment finit wieħed għal-livell ta' event integrat huwa wieħed purament empiriku. Il-frazzjoni ta' enerġija F — l-istorbju ta' segment mogħti bħala sehem mill-istorbju totali tar-rotta infinita — hija deskritta b'espressjoni relattivament sempliċi li tippermetti d-direttività lonġitudinali tal-istorbju ta' inġenju tal-ajru u d-'dehra' tas-segment għar-riċevitur. Raġuni minnhom għaliex metodu empiriku sempliċi ġeneralment ikun adegwat hija li, bħala regola, ħafna mill-istorbju jiġi mill-eqreb segment, normalment dak biswit — li għalih l-eqreb punt ta' avviċinament (CPA) għar-riċevitur jaqa' fis-segment (mhux f'wieħed mit-truf tiegħu). Dan ifisser li l-istimi tal-istorbju minn segmenti mhux biswit jistgħu jibqgħu jiġu stmati iktar ma tikber id-distanza mir-riċevitur mingħajr ma tkun affettwata wisq il-preċiżjoni.
2.7.4. Rotot tat-titjira: Trajjettorji u profili
Fil-kuntest ta' mmudellar, rotta tat-titjira (jew trajjettorja) hija deskrizzjoni sħiħa taċ-ċaqliqa tal-inġenju tal-ajru fl-ispazju u ż-żmien ( 8 ). Flimkien mal-forza propulsiva (jew parametru ieħor tal-potenza b'rabta mal-istorbju) din hija l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkolat l-istorbju ġġenerat. It-trajjettorja tal-art hija l-projjezzjoni vertikali tar-rotta tat-titjira fuq art ċatta. Dan jingħaqad flimkien mal-profil tat-titjira vertikali biex tissawwar ir-rotta tat-titjira 3-D. L-immudellar tas-segmentazzjoni jesiġi li r-rotta tat-titjira ta' kull moviment differenti tal-inġenju tal-ajru tiġi deskritta minn sensiela ta' segmenti dritti biswit xulxin. Il-mod li bih issir is-segmentazzjoni huwa stabbilit minn ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-preċiżjoni u l-effiċjenza — hemm bżonn li r-rotta milwija reali tat-titjira tiġi stmata b'biżżejjed eżattezza filwaqt li jittaffa l-piż komputazzjonali u r-rekwiżiti tad-dejta. Kull segment irid jiġi ddefinit mill-koordinati ġeometriċi tal-punti ta' tmiem tiegħu u l-parametri ta' veloċità u potenza tal-magna assoċjati tal-inġenji tal-ajru (li fuqhom tiddependi l-emissjoni ta' storbju). Ir-rotot tat-titjira u l-potenza tal-magna jistgħu jiġu stabbiliti b'diversi modi, u fost l-iktar metodu komuni huma (a) sinteżi minn sensiela ta' stadji proċedurali u (b) analiżi tad-dejta mkejla tal-profil tat-titjira.
Is-sinteżi tar-rotta tat-titjira (a) teħtieġ għarfien dwar (jew suppożizzjonijiet għal) trajjettorji tal-art u kif jinfirxu lateralment, il-proċeduri ta' ġestjoni tal-piż, il-veloċità, il-flaps u l-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru, l-elevazzjoni tal-ajruport, u r-riħ u t-temperatura tal-arja. L-ekwazzjonijiet għall-kalkolu tal-profil tat-titjira mill-parametri ajrudinamiċi u ta' propulsjoni meħtieġa jingħataw fl-Appendiċi B. Kull ekwazzjoni fiha koeffiċjenti (u/jew restrizzjonijiet) li huma bbażati fuq dejta empirika għal kull tip speċifiku ta' inġenju tal-ajru. L-ekwazzjonijiet tal-prestazzjoni ajrudinamika fl-Appendiċi B jippermettu li tiġi kkunsidrata kwalunkwe taħlita raġonevoli ta' piż operattiv u proċedura tat-titjira ta' inġenju tal-ajru, inklużi operazzjonijiet b'piżijiet gross tal-qtugħ differenti.
L-analiżi tad-dejta mkejla (b), eż. mir-reġistraturi tad-dejta dwar it-titjira, ir-radar jew tagħmir ieħor li jittraċċa l-inġenji tal-ajru, tinvolvi “inġinerija b'lura”, effettivament treġġigħ lura tal-proċess ta' sinteżi (a). Minflok ma jiġu stmati l-istati tal-inġenju tal-ajru u l-impjant tal-enerġija fit-tmiem tas-segmenti tat-titjira billi jiġu integrati l-effetti tal-forza propulsiva u l-forzi ajrudinamiċi li jaġixxu fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru, il-forzi jiġu stmati billi ssir differenzazzjoni tal-bidliet fl-għoli u l-veloċità tal-qafas tal-inġenju tal-ajru. Il-proċeduri għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwar ir-rotta tat-titjira huma deskritti fis-sezzjoni 2.7.12.
F'applikazzjoni finali ta' mmudellar tal-istorbju, kull titjira individwali tista' tkun, fit-teorija, irrappreżentata b'mod indipendenti; dan jiggarantixxi kunsiderazzjoni preċiża għad-dispersjoni spazjali tar-rotot tat-titjira — li tista' tkun ferm sinifikanti. Iżda biex iż-żmien għat-tħejjija u l-kompjuterizzazzjoni tad-dejta jinżammu f'limiti raġonevoli, hija prattika normali li meded ta' rotta tat-titjira jkunu rappreżentati minn għadd żgħir ta' “subtrajjettorji” spostati lateralment. (Dispersjoni vertikali normalment tkun irrappreżentata b'mod sodisfaċenti billi jingħata kont lill-effetti ta' diversi piżijiet tal-inġenju tal-ajru fuq il-profili vertikali.)
2.7.5. Storbju u prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru
Id-database tal-ANP ipprovduta fl-Appendiċi I tkopri ħafna mit-tipi eżistenti ta' inġenji tal-ajru. Għal tipi jew varjanti ta' inġenji tal-ajru li għalihom bħalissa ma hemmx dejta elenkata, dawn jistgħu jkunu rappreżentati aħjar min dejta għal inġenji tal-ajru oħrajn, spiss simili, li huma elenkati.
Id-database tal-ANP tinkludi “stadji proċedurali” prestabbiliti biex ikunu jistgħu jinbnew il-profili tat-titjira għal tal-inqas proċedura komuni waħda ta' eliminazzjoni tal-istorbju tat-tluq. Entrati iktar riċenti fid-database jkopru żewġ proċeduri differenti ta' eliminazzjoni tal-istorbju tat-tluq.
2.7.6. Operazzjonijiet tal-ajruport u tal-inġenju tal-ajru
Dejta speċifika għall-każ li minnha jiġu kkalkolati l-kontorni tal-istorbju għal xenarju ta' ajruport partikolari tinkludi din li ġejja.
Għal kull runway:
It-trajjettorji tal-art ta' inġenju tal-ajru għandhom jiġu deskritti minn sensiela ta' koordinati fil-pjan tal-art (orizzontali). Is-sors tad-dejta dwar it-trajjettorji tal-art jiddependi minn jekk hemmx disponibbli dejta rilevanti mir-radar jew le. Jekk hija disponibbli, għandhom jiġu stabbiliti trajjettorja taċ-ċentru affidabbli u subtrajjettorji xierqa assoċjati (dispersi) permezz ta' analiżi statistika tad-dejta. Jekk le, it-trajjettorji taċ-ċentru normalment jinbnew bl-informazzjoni proċedurali xierqa, eż. billi jintużaw proċeduri tat-tluq standard bl-istrumenti minn Pubblikazzjonijiet ta' Informazzjoni Ajrunawtika. Din id-deskrizzjoni konvenzjonali tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Din l-informazzjoni hija l-minimu meħtieġ biex tiġi ddefinita t-trajjettorja ewlenija (taċ-ċentru). Iżda l-livelli ta' storbju medji kkalkolati bis-suppożizzjoni li l-inġenji tal-ajru jsegwu r-rotot nominali bl-eżatt jistgħu jkunu suxxettibbli għal żbalji lokalizzati ta' diversi deċibel. B'hekk, id-dispersjoni laterali għandha tkun irrappreżentata, u l-informazzjoni addizzjonali li ġejja hija meħtieġa:
Id-dejta dwar it-traffiku tal-ajru hija
Ħafna mid-deskritturi tal-istorbju jesiġu li l-eventi (jiġifieri l-movimenti tal-inġenju tal-ajru) jiġu ddefiniti bħala valuri medji ta' kuljum tul perjodi speċifikati tal-ġurnata (eż. tul il-jum, filgħaxija u billejl) — ara s-sezzjonijiet 2.7.23 sa 2.7.25.
L-art madwar ħafna mill-ajruporti hija relattivament ċatta. Madankollu, dan mhux dejjem ikun il-każ u kultant jista' jkun hemm bżonn li jingħata kont lil varjazzjonijiet fl-elevazzjoni tal-arja b'rabta mal-elevazzjoni ta' referenza tal-ajruport. L-effett tal-elevazzjoni tal-art jista' jkun peċjalment importanti fil-viċinanza tat-trajjettorji ta' avviċinament, fejn l-inġenju tal-ajru jopera f'altitudnijiet relattivament baxxi.
Id-dejta dwar l-elevazzjoni tal-art normalment tiġi pprovduta bħala sett ta' koordinati (x,y,z) għal grilja rettangolari ta' ċertu daqs ta' xibka. Iżda l-parametri tal-grilja ta' elevazzjoni aktarx li jkunu differenti minn dawk tal-grilja użati għall-kalkolu tal-istorbju. Jekk dan huwa minnu, tista' tintuża l-interpolazzjoni lineari biex jiġu stmati l-koordinati-z xierqa f'dan tal-aħħar.
Analiżi komprensiva tal-effetti ta' art evidentement mhux ċatta fuq il-propagazzjoni ta' ħoss hija kumplessa u taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-metodu. Art pjuttost illivellata tista' tingħata kont billi tiġi supponuta art “psewdolivell”; jiġifieri kemm sempliċiment jitgħolla jew jitniżżel il-pjan tal-art ta' livell sal-elevazzjoni tal-art lokali (fir-rigward tal-pjan tal-art ta' referenza) f'kull punt riċeventi (ara s-sezzjoni 2.7.4).
Id-dejta internazzjonali dwar il-prestazzjoni u l-istorbju tal-inġenji tal-ajru (ANP) tiġi nnormalizzata għal kundizzjonijiet standard ta' referenza li jintużaw b'mod komuni għal studji dwar l-istorbju tal-ajruporti (ara l-Appendiċi D).
1) |
Il-pressjoni atmosferika : 101,325 kPa (1 013,25 mb) |
2) |
L-assorbiment atmosferiku : Ir-rati ta' attenwazzjoni elenkati fit-Tabella D-1 tal-Appendiċi D |
3) |
Preċipitazzjoni : Xejn |
4) |
Veloċità tar-Riħ : Inqas minn 8 m/s (15-il knot) |
5) |
Veloċità fuq l-art : 160 knot |
6) |
L-art lokali : Art ċatta u ratba ħielsa minn strutturi kbar jew oġġetti riflessivi oħrajn tul diversi kilometri ta' trajjettorji tal-art għall-inġenji tal-ajru. |
Il-kejl standardizzat tal-ħoss tal-inġenji tal-ajru jsir 1,2m 'il fuq mis-superfiċje tal-art. Madankollu ma huwa meħtieġ li jingħata ebda kont speċjali ta' dan peress li, għall-finijiet ta' mmudellar, jista' jiġi supponut li l-livelli tal-event huma relattivament insensittivi għall-għoli tar-riċevitur ( 10 ).
It-tqabbil tal-livelli ta' storbju stmati u mkejlin tal-ajruporti jindikaw li d-dejta NPD tista' tiġi supponuta applikabbli meta l-kundizzjonijiet medji tas-superfiċje fil-qrib jaqgħu fi ħdan il-limiti li ġejjin:
Huwa mifhum li dawn il-limiti jkopru l-kundizzjonijiet eżistenti fil-parti l-kbira tal-ajruporti ewlenin tad-dinja. L-Appendiċi D jipprovdi metodu għall-konverżjoni ta' dejta NPD f'kundizzjonijiet lokali medji li jaqgħu barra minnu, iżda, f'każijiet estremi, huwa ssuġġerit li jiġu kkonsultati l-manifatturi tal-ajruplani rilevanti.
1) |
L-Elevazzjoni tar-Runway : Il-livell medju tal-baħar |
2) |
It-temperatura tal-arja : 15 °C |
3) |
Il-piż gross tal-qtugħ : Kif iddefinit bħala funzjoni tat-tul ta' titjira medja fid-database tal-ANP |
4) |
Il-piż gross tal-landjar : 90 fil-mija tal-piż gross massimu tal-landjar |
5) |
Magni li jfornu forza propulsiva : Kollha |
Għad li d-dejta ajrudinamika u dik dwar il-magni tal-ANP hija msejsa fuq dawn il-kundizzjonijiet, tista' tintuża kif imniżżlin fit-tabella għal elevazzjonijiet tar-runway u temperaturi medji tal-arja mhux ta' referenza fi stati tal-ECAC mingħajr ma jaffettwaw wisq il-preċiżjoni tal-kontorni kkalkolati tal-livell medju kumulattiv ta' pressjoni tal-ħoss. (ara l-Appendiċi B.)
Id-database tal-ANP tiġbor f'tabella d-dejta ajrudinamika għall-piżijiet gross tal-qtugħ u l-landjar osservati fl-entrati 3 u 4 iktar 'il fuq. Għad li, għal kalkoli tal-istorbju kumulattiv, id-dejta ajrudinamika stess ma għandhiex għalfejn tiġi aġġustata għal piżijiet gross oħrajn, il-kalkolu tal-profili tat-titjira tal-qtugħ u tal-fażi tat-tlugħ, bl-użu tal-proċeduri deskritti fl-Appendiċi B, għandu jkun imsejjes fuq il-piżijiet gross operattivi xierqa tal-qtugħ.
2.7.7. Deskrizzjoni tar-rotta tat-titjira
Il-mudell tal-istorbju jeħtieġ li kull moviment differenti tal-inġenju tal-ajru jiġi deskritt mir-rotta tat-titjira tridimensjonali tiegħu u l-potenza tal-magna varjanti u l-veloċità tiegħu matulha. Bħala regola, moviment immudellat wieħed jirrappreżenta subsett tat-traffiku totali tal-ajruport, eż. numru ta' movimenti (supponuti) identiċi, bl-istess tip, piż u proċedura operattiva ta' inġenju tal-ajru fuq trajjettorja waħda tal-art. Dik it-trajjettorja stess tista' tkun waħda minn diversi “subtrajjettorji” dispersi użati biex tiġi mmudellata dik li fil-verità hija medda ta' trajjettorji li jsegwu rotta ddeżinjata waħda. Il-meded ta' trajjettorji tal-art, il-profili vertikali u l-parametri operattivi tal-inġenju tal-ajru kollha huma ddeterminati mid-dejta dwar ix-xenarju mdaħħla — b'rabta mad-dejta dwar l-inġenju tal-ajru mid-database tal-ANP.
Id-dejta dwar l-istorbju-potenza-distanza (fid-database tal-ANP) tiddefinixxi l-istorbju minn inġenju tal-ajru li jgħaddi minn rotot tat-titjira orizzontali idealizzati b'tul infinit b'veloċità u potenza kostanti. Sabiex din id-dejta tiġi adattata għar-rotot tat-titjira taż-żona tat-teriminali li huma kkaratterizzati minn bidliet frekwenti fil-potenza u l-veloċità, kull rotta tinqasam f'segmenti finiti f'linja dritta; imbagħad il-kontribuzzjonijiet għall-istorbju minn kull wieħed minn dawn jingħaddu flimkien fil-pożizzjoni tal-osservatur.
2.7.8. Relazzjonijiet bejn ir-rotta tat-titjira u l-konfigurazzjoni tat-titjira
Ir-rotta tat-titjira tridimensjonali ta' moviment tal-inġenju tal-ajru tiddetermina l-aspetti ġeografiċi tar-radjazzjoni u l-propagazzjoni tal-ħoss bejn l-inġenju tal-ajru u l-osservatur. F'piż partikolari tal-inġenju tal-ajru u f'kundizzjonijiet atmosferiċi partikolari, ir-rotta tat-titjira hija kompletament irregolata mis-sekwenza tal-bidliet fil-potenza, il-flap u l-altitudni li huma applikati mill-bdot (jew sistema awtomatika ta' ġestjoni tat-titjiriet) sabiex jiġu segwiti rotot u jinżammu għoli u veloċitajiet speċifikati mill-ATC — b'konformità mal-proċeduri operattivi standard tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. Dawn l-istruzzjonijiet u l-azzjonijiet jaqsmu r-rotta tat-titjira f'fażijiet distintivi li jsawru segmenti naturali. Fil-pjan orizzontali jinvolvu komponenti dritti, speċifikati bħala distanza sal-liwja li jmiss, u liwjiet, iddefiniti mir-raġġ u l-bidla fid-direzzjoni. Fil-fażi vertikali, is-segmenti huma ddefiniti mill-ħin u/jew id-distanza meħudin biex jinkisbu l-bidliet meħtieġa ta' veloċità 'l quddiem u/jew għoli bil-parametri speċifikati tal-potenza u l-flaps. Il-koordinati vertikali korrispondenti spiss jissejħu punti ta' profil.
Għall-immudellar tal-istorbju, l-informazzjoni dwar ir-rotta tat-titjira hija ġġenerata jew b'sinteżi minn sett ta' stadji proċedurali (jiġifieri dawk segwiti mill-bdot) jew b'analiżi tad-dejta mir-radar — kejl fiżiku tar-rotot tat-titjira li attwalment saru. Ikun xi jkun il-metodu użat, kemm il-forom orizzontali kif ukoll dawk vertikali tar-rotta tat-titjira jitnaqqsu mill-forom segmentati. Il-forma orizzontali tagħha (jiġifieri l-projjezzjoni bidimensjonali tagħha fuq l-art) hija t-trajjettorja tal-art iddefinita mit-tfassil tar-rotot li ġejjin jew sejrin. Il-forma vertikali tagħha, mogħtija mill-punti ta' profil, u l-parametri tat-titjira assoċjati li huma l-veloċità, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u l-parametru tal-potenza, flimkien jiddefinixxu l-profil tat-titjira li jiddependi mill-proċedura tat-titjira li normalment hija stabbilita mill-manifattur u/jew l-operatur tal-inġenju tal-ajru. Ir-rotta tat-titjira tinbena billi jingħaqad il-profil tat-titjira 2-D mat-trajjettorja tal-art 2-D biex tiġi fformata sekwenza ta' segmenti tar-rotta tat-titjira 3-D.
Ta' min ifakkar li, għal sett partikolari ta' stadji proċedurali, il-profil jiddependi mit-trajjettorja tal-art; eż. bl-istess forza propulsiva u veloċità, ir-rata tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru hija inqas f'liwjiet milli f'titjira dritta. Għad li din il-gwida tispjega kif din id-dipendenza għandha tiġi kkunsidrata, irid jiġi rikonoxxut li meta jsir hekk normalment ikun hemm bżonn ta' spejjeż ġenerali kbar ħafna għall-kalkoli u l-utenti jista' jkun jaqblilhom jassumu li, għal skopijiet ta' mmudellar tal-istorbju, il-profil tat-titjira u t-trajjettorja tal-art jistgħu jitqiesu bħala entitajiet indipendenti; jiġifieri li l-profil tat-tlugħ mhuwiex affettwat minn xi liwja. Madankollu, huwa importanti li jiġu stabbiliti l-bidliet fl-angolu ta' inklinazzjoni laterali meħtieġa mil-liwjiet peress li dawn ser ikollhom effett importanti fuq id-direzzjonalità tal-emissjoni tal-ħoss.
Il-ħoss riċevut minn segment tar-rotta tat-titjira jiddependi mill-ġeometrija tas-segment b'rabta mal-osservatur u l-konfigurazzjoni tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Iżda dawn huma marbutin ma' xulxin — bidla f'wieħed tikkaġuna bidla fl-oħra u hemm bżonn li jiġi żgurat li, fil-punti kollha tul ir-rotta, il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tibqa' konsistenti mal-moviment tiegħu tul ir-rotta.
F'sinteżi tar-rotta tat-titjira, jiġifieri meta tinbena rotta tat-titjira minn sett ta' “stadji proċedurali” li jiddeskrivu l-għażliet tal-bdot għall-potenza tal-magna, l-angolu tal-flap u l-veloċità ta' aċċelerazzjoni/vertikali, irid jiġi kkalkolat iċ-ċaqliq. F'analiżi tar-rotta tat-titjira, isir l-oppost: il-parametri tal-potenza tal-magna jridu jiġu stmati miċ-ċaqliq osservat tal-ajruplan — kif stabbilit mid-dejta mir-radar, jew kultant, fi studji speċjali, minn dejta tar-reġistratur tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (għad li fl-aħħar każ, il-potenza tal-magna normalment tkun parti mid-dejta). Fi kwalunkwe każ, il-koordinati u l-parametri tat-titjira f'kull punt ta' tmiem tas-segmenti jridu jiddaħħlu fil-kalkolu tal-istorbju.
L-Appendiċi B jippreżenta l-ekwazzjonijiet li jorbtu l-forzi li jaġixxu fuq inġenju tal-ajru u ċ-ċaqliq tiegħu u jispjega kif inhuma solvuti billi jiddefinixxi l-proprejtajiet tas-segmenti li jsawru r-rotot tat-titjira. It-tipi differenti ta' segmenti (u s-sezzjonijiet tal-Appendiċi B li jkopruhom) huma t-tidwir fuq l-art għall-qtugħ (B5), it-tlugħ b'veloċità kostanti (B6), it-trażżin tal-potenza (B7), it-tlugħ tal-aċċelerazzjoni u l-għeluq tal-flaps (B8), l-aċċelerazzjoni matul it-tlugħ wara għeluq tal-flaps (B9), l-inżul u d-deċelerazzjoni (B10) u l-avviċinament għal-landjar finali (B11).
Bilfors li l-immudellar prattiku jinvolvi gradi li jvarjaw ta' simplifikazzjoni — ir-rekwiżit għal dan jiddependi fuq l-għamla tal-applikazzjoni, l-importanza tar-riżultati u r-riżorsi disponibbli. Suppożizzjoni simplifikanti ġenerali, anki fl-iktar applikazzjonijiet elaborati, hija li meta jingħata kont lid-dispersjoni tat-trajjettorja tat-titjira, il-profili tat-titjira u l-konfigurazzjonijiet fis-subtrajjettorji kollha huma l-istess bħal dawk fit-trajjettorja taċ-ċentru. Tal-inqas iridu jintużaw 6 subtrajjettorji (ara s-sezzjoni 2.7.11) peress li dan inaqqas il-kalkoli bil-bosta filwaqt li jkun hemm biss telf ferm żgħir fir-reqqa.
2.7.9. Sorsi tad-dejta dwar ir-rotta tat-titjira
Għalkemm ir-reġistraturi tad-dejta tat-titjiriet tal-inġenji tal-ajru jistgħu jrendu dejta ta' kwalità għolja ħafna, dawn diffiċilment jinkisbu għal skopijiet ta' mmudellar tal-istorbju u d-dejta mir-radar għandha titqies bħala l-iktar sors ta' informazzjoni faċilment aċċessibbli fuq ir-rotot tat-titjira proprji mtajrin fl-ajruporti ( 11 ). Peress li normalment tkun disponibbli minn sistemi ta' monitoraġġ tal-istorbju u r-rotot tat-titjira tal-ajruporti, issa saret tintuża dejjem iktar għal finijiet ta' mmudellar tal-istorbju.
Ir-radar ta' sorveljanza sekondarju jippreżenta r-rotta tat-titjira ta' inġenju tal-ajru bħala sekwenza ta' koordinati pożizzjonali f'intervalli li jilħqu l-perjodu ta' rotazzjoni tal-iskanner tar-radar, normalment madwar 4 sekondi. Il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru fuq l-art hija stabbilita f'koordinati polari — medda u ażimut — mir-ritorn tar-radar rifless (għad li s-sistema ta' monitoraġġ normalment tibdilhom f'koordinati Karteżjani); l-għoli ( 12 ) tiegħu jitkejjel bl-altimetru tal-ajruplan stess u jintbagħat lill-kompjuter tal-ATC bi transponder attivat mir-radar. Iżda l-iżbalji pożizzjonali inerenti minħabba interferenza mir-raġġ u riżoluzzjoni limitata tad-dejta huma sinifikanti (għad li ma huma tal-ebda konsegwenza għall-finijiet maħsubin ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru). B'hekk, jekk hemm bżonn tar-rotta tat-titjira ta' moviment speċifiku tal-inġenju tal-ajru, huwa meħtieġ li d-dejta tiġi rfinata billi tintuża teknika xierqa ta' dħul ta' kurva. Madankollu, għall-finijiet ta' mmudellar tal-istorbju, ir-rekwiżit tipiku huwa ta' deskrizzjoni statistika ta' medda ta' rotot tat-titjira; eż. għall-movimenti kollha fuq rotta jew għal dawk ta' tip speċifiku ta' inġenju tal-ajru biss. Hawnhekk, l-iżbalji fil-kejl assoċjati mal-istatistika rilevanti jistgħu jitnaqqsu sa livell insinifikanti mill-proċessi ta' sejbien tal-medja.
F'ħafna każijiet mhuwiex possibbli li jiġu mmudellati r-rotot tat-titjira fuq il-bażi ta' dejta mir-radar — minħabba li r-riżorsi meħtieġa mhumiex disponibbli jew minħabba li x-xenarju huwa wieħed fil-ġejjieni li għalih ma hemm ebda dejta mir-radar rilevanti.
Fin-nuqqas ta' dejta mir-radar, jew meta l-użu tagħha ma jkunx xieraq, hemm bżonn li r-rotot tat-titjira jiġu stmati fuq il-bażi tal-materjal ta' gwida operattiva, pereżempju struzzjonijiet mogħtijin lill-ekwipaġġi tat-titjira permezz ta' AIPs u manwali operattivi tal-inġenji tal-ajru — hawnhekk imsejħin stadji proċedurali. Wieħed għandu jitlob parir dwar l-interpretar ta' dan il-materjal mingħand l-awtoritajiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru meta jkun hemm bżonn.
2.7.10. Sistemi ta' koordinati
Is-sistema lokali ta' koordinati (x,y,z) hija waħda Karteżjana u għandha l-oriġini tagħha (0,0,0) fil-punt ta' referenza tal-ajrudrom (XARP,YARP,ZARP ), fejn ZARP hija l-altitudni ta' referenza tal-ajruport u z = 0 tiddefinixxi l-pjan tal-art nominali li fuqu normalment jiġu kkalkolati l-kontorni. Id-direzzjoni tal-inġenju tal-ajru ξ fil-pjan xy hija mkejla favur l-arloġġ mit-tramuntana manjetika (ara l-Figura 2.7.b). Il-postijiet kollha tal-osservaturi, il-grilja ta' kalkolu bażika u l-punti ta' kontorn tal-istorbju jingħataw f'koordinati lokali ( 13 ).
Figura 2.7.b
Sistema lokali ta' koordinati (x,y,z) u koordinat s fiss tat-trajjettorji tal-art
Dan il-koordinat huwa speċifiku għal trajjettorja tal-art u jirrappreżenta d-distanza s imkejla tul it-trajjettorja fid-direzzjoni tat-titjira. Għal trajjettorji tat-tluq s titkejjel mill-bidu tat-tidwir, għal trajjettorji ta' avviċinament mis-soll tal-landjar. B'hekk s issir negattiva f'żoni
Parametri operattivi tat-titjira bħall-għoli, il-veloċità u l-parametru tal-potenza huma espressi bħala funzjonijiet ta' s.
Is-sistema ta' koordinati Karteżjani fissa fuq l-inġenji tal-ajru (x′,y′,z′) għandha l-orġini tagħha fil-post proprju tal-inġenju tal-ajru. Is-sistema tal-assi hija ddefinita mill-angolu tat-tlugħ γ, id-direzzjoni tat-titjira ξ u l-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε (ara l-Figura 2.7.c).
Figura 2.7.c
Sistema ta' koordinati fissa fuq l-inġenji tal-ajru (x′,y′,z′)
F'każijiet li fihom irid jingħata kont lit-topografija (ara s-sezzjoni 2.7.6), il-koordinat tal-għoli tal-inġenju tal-ajru z irid jiġi sostitwit ma' z′ = z – zo (fejn zo hija l-koordinat z tal-post tal-osservatur O) meta tiġi stmata d-distanza ta' propagazzjoni d. Il-ġeometrija bejn l-inġenju tal-ajru u l-osservatur tintwera fil-Figura 2.7.d. Għad-definizzjonijiet ta' d u ara s-sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19 ( 14 ).
Figura 2.7.d
Elevazzjoni tal-art tul (xellug) u laterali (lemin) għat-trajjettorja tal-art.
(Il-pjan tal-art nominali z = 0 jgħaddi mill-punt ta' referenza tal-ajrudrom. O huwa post l-osservatur.)
2.7.11. Trajjettorji tal-art
It-trajjettorja taċ-ċentru tiddefinixxi ċ-ċentru tal-medda ta' trajjettorji segwiti mill-inġenju tal-ajru billi tintuża tifsila partikolari tar-rotot. Għall-fini ta' mmudellar tal-istorbju ta' inġenju tal-ajru hija ddefinita jew (i) permezz ta' dejta operattiva preskrittiva bħall-istruzzjonijiet mogħtijin lil bdoti fl-AIPs, jew inkella (ii) permezz ta' analiżi statistika tad-dejta mir-radar kif spjegat fis-sezzjoni 2.7.9 — meta din tkun disponibbli u xierqa għall-ħtiġijiet tal-istudju ta' mmudellar. It-tiswir tat-trajjettorja mill-istruzzjonijiet operattivi normalment ikun kemxejn sempliċi peress li dawn jistabbilixxu sekwenza ta' taqsimiet li huma jew dritti — iddefiniti mit-tul u d-direzzjoni, jew arkati ċirkolari ddefiniti mir-rata tal-liwja u l-bidla fid-direzzjoni; ara l-Figura 2.7.e għal illustrazzjoni.
Figura 2.7.e
Ġeometrija tat-trajjettorja tal-art f'termini ta' liwjiet u segmenti dritti
It-tqabbil ta' trajjettorja taċ-ċentru ma' dejta mir-radar huwa iktar kumpless, l-ewwel nett għaliex il-liwjiet proprji jsiru b'rata varjabbli u t-tieni għaliex il-linja tagħha titgħatta mit-tifrix tad-dejta. Kif spjegat, għandhom ma ġewx żviluppati proċeduri formalizzati u hija prattika komuni li s-segmenti, dritti u bil-kurvi, jitqabblu mal-pożizzjonijiet medji kkalkolati minn kontrosezzjonijiet tat-trajjettorji tar-radar f'intervalli tul ir-rotta. Fil-ġejjieni aktarx li jiġu żviluppati algoritmi tal-kompjuter biex iwettqu dan il-kompitu iżda, għalissa, huwa f'idejn il-mudellatur li jiddeċiedi kif jisfrutta d-dejta disponibbli bl-aħjar mod. Fattur importanti huwa li l-veloċità tal-inġenju tal-ajru u r-raġġ tal-liwja jiddettaw l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u, kif ser jidher fis-sezzjoni 2.7.19, in-nonsimmetriji tar-radjazzjoni tal-ħoss madwar ir-rotta tat-titjira jirregolaw l-istorbju fuq l-art, kif ukoll il-pożizzjoni tar-rotta tat-titjira stess.
Fit-teorija, tranżizzjoni mingħajr intoppi minn titjira dritta għal liwja b'raġġ fiss teħtieġ applikazzjoni istantanja tal-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε, li huwa fiżikament impossibbli. Fir-realtà, hemm bżonn ta' ħin finit sabiex l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jilħaq il-valur meħtieġ biex tinżamm veloċità speċifikata u raġġ tal-liwja r, li matulha r-raġġ tal-liwja jiddejjaq minn infinità għal r. Għal skopijiet ta' mmudellar, it-transizzjoni tar-raġġ tista' tiġi injorata u jista' jiġi supponut li l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jiżdied b'mod kostanti minn żero (jew valur inizjali ieħor) għal ε fil-bidu tal-liwja u jkun il-valur li jmiss ta' ε fi tmiem il-liwja ( 15 ).
Dispersjoni tat-trajjettorja
Meta dan ikun possibbli, id-definizzjonijiet ta' dispersjoni laterali u subtrajjettorji rappreżentattivi għandhom ikunu msejsin fuq l-esperjenza rilevanti fl-imgħoddi mill-ajruport studjat; normalment permezz ta' analiżi tal-kampjuni tad-dejta mir-radar. L-ewwel stadju huwa li d-dejta tinġabar fi grupp skont ir-rotta. It-trajjettorji tat-tluq huma kkaratterizzati minn dispersjoni laterali sostanzjali li trid tiġi kkunsidrata għall-immudellar preċiż. Normalment, ir-rotot tal-wasla jinġabru f'medda ferm dejqa madwar il-passaġġ tal-avviċinament finali u normalment ikun biżżejjed li l-wasliet kollha jkunu rrappreżentati minn trajjettorja waħda. Iżda jekk il-meded ta' avviċinament ikunu wisgħin fi ħdan ir-reġjun tal-kontorni tal-istorbju, jaf ikollhom bżonn ikunu rrappreżentati minn subtrajjettorji bl-istess mod bħar-rotot tat-tluq.
Hija prattika komuni li dejta għal rotta waħda titqies bħala kampjun minn popolazzjoni waħda; jiġifieri li tkun irrappreżentata minn trajjettorja taċ-ċentru waħda u sett wieħed ta' subtrajjettorji dispersi. Madankollu, jekk spezzjoni tindika li d-dejta għal kategoriji differenti ta' inġenji tal-ajru jew operazzjonijiet tvarja sew (eż. jekk inġenji tal-ajru kbar u żgħar ikollhom raġġi tal-liwja ferm differenti), jaf ikun aħjar li d-dejta tkompli titqassam f'meded differenti. Għal kull medda, id-dispersjonijiet tat-trajjettorji laterali huma stabbiliti bħala funzjoni ta' distanza mill-oriġini; imbagħad il-movimenti jitqassmu bejn trajjettorja taċ-ċentru u numru xieraq ta' subtrajjettorji dispersi fuq il-bażi tal-istatistiki dwar id-distribuzzjoni.
Peress li normalment ma tkunx idea tajba li jiġu injorati l-effetti tad-dispersjoni tat-trajjettorji, fin-nuqqas ta' dejta dwar il-medda mkejla, firxa laterali nominali tul u perpendikolari għat-trajjettorja taċ-ċentru għandha tiġi ddefinita permezz ta' funzjoni ta' distribuzzjoni konvenzjonali. Il-valuri kkalkolati tal-indiċijiet tal-istorbju mhumiex partikolarment sensittivi għall-forma preċiża tad-distribuzzjoni laterali: id-Distribuzzjoni Normali (Gaussjana) tipprovdi deskrizzjoni adegwata ta' ħafna meded imkejlin bir-radar.
Is-soltu tintuża approssimazzjoni diskreta ta' 7 punti (jiġifieri li tirrappreżenta d-dispersjoni laterali b'6 subtrajjettorji bi spazju indaqs madwar it-trajjettorja taċ-ċentru). L-ispazjar tas-subtrajjettorji jiddependi mid-devjazzjoni standard tal-funzjoni ta' dispersjoni laterali.
Għal trajjettorji b'distribuzzjoni normali b'devjazzjoni standard S, 98,8 % tat-trajjettorji jinsabu f'kuritur b'limiti li jinsabu fi ± 2,5 × S. It-Tabella 2.7.a tagħti l-ispazjar tas-sitt subtrajjettorji u l-perċentwal tal-movimenti totali assenjati lil kull waħda. L-Appendiċi C jagħti valuri għal numri oħrajn ta' subtrajjettorji.
Tabella 2.7.a
Perċentwali ta' movimenti għal funzjoni ta' distribuzzjoni normali b'devjazzjoni standard S għal 7 subtrajjettorji (it-trajjettorja taċ-ċentru hija s-subtrajjettorja 1)
Numru tas-subtrajjettorja |
Pożizzjoni tas-subtrajjettorja |
Perċentwal tal-movimenti fuq is-subtrajjettorja |
7 |
– 2,14 · S |
3 % |
5 |
– 1,43· S |
11 % |
3 |
– 0,71 · S |
22 % |
1 |
0 |
28 % |
2 |
0,71 · S |
22 % |
4 |
1,43 · S |
11 % |
6 |
2,14 · S |
3 % |
Id-devjazzjoni standard S hija funzjoni tal-koordinat s tul it-trajjettorja taċ-ċentru. Tista' tiġi speċifikata — flimkien mad-deskrizzjoni tat-trajjettorja taċ-ċentru — fl-iskeda teknika tat-trajjettorji tat-titjira murija fl-Appendiċi A3. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikatur tad-devjazzjoni standard — eż. minn dejta mir-radar li tiddeskrivi trajjettorji tat-titjira paragunabbli — huma rrakkomandati l-valuri li ġejjin:
S(s) = 0,055 · s – 150 |
għal2 700 m ≤ s ≤ 30 000 m |
(2.7.1) |
S(s) = 1 500 |
għal s > 30 000 m |
S(s) = 0,128 · s – 420 |
għal3 300 m ≤ s ≤ 15 000 m |
(2.7.2) |
S(s) = 1 500 m |
għal s > 15 000 m |
Għal raġunijiet prattiċi, S(s) hija meqjusa żero bejn il-bidu tat-tidwir u s = 2 700 m jew = 3 300 m skont l-ammont tal-liwja. Rotot li jinvolvu iktar minn liwja waħda għandhom jiġu ttrattati skont l-ekwazzjoni (2.7.2). Għal wasliet, id-dispersjoni laterali tista' tiġi injorata fi ħdan 6 000 m mit-touchdown.
2.7.12. Profili tat-titjira
Il-profil tat-titjira huwa deskrizzjoni taċ-ċaqliq tal-inġenju tal-ajru fil-pjan vertikali fuq it-trajjettorja tal-art, f'termini tal-pożizzjoni, il-veloċità, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali u l-parametru tal-potenza tal-magna tiegħu. Wieħed mill-iktar kompiti importanti li jaffaċċja l-utent tal-mudell huwa dak ta' definizzjoni tal-profili tat-titjira tal-inġenji tal-ajru li tissodisfa b'mod adegwat ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni ta' mmudellar — b'mod effiċjenti, mingħajr konsum ta' żmien u riżorsi żejda. Naturalment, biex tinkiseb preċiżjoni kbira, il-profili jridu jirriflettu mill-qrib l-operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru li huma maħsubin li jirrappreżentaw. Dan jeħtieġ informazzjoni affidabbli fuq il-kundizzjonijiet atmosferiċi, it-tipi ta' inġenji tal-ajru u l-varjanti, il-piżijiet operattivi u l-proċeduri operattivi — il-varjazzjonijiet fil-parametru tal-forza propulsiva u tal-flaps u l-kompromessi bejn il-bidliet fl-għoli u l-veloċità — kollha b'medji xierqa tul il-perjodu/i ta' żmien ta' interess. Spiss ma tkunx disponibbli informazzjoni tant dettaljata, iżda dan mhux bilfors ikun ta' xkiel; anki jekk tkun disponibbli, il-mudellatur għandu jiġġudika biex jibbilanċja l-perċiżjoni u d-dettall tal-informazzjoni mdaħħla mal-ħtiġijiet għall-eżiti tal-kontorni u l-użu tagħhom.
Is-sinteżi tal-profili tat-titjira minn “stadji proċedurali” miksuba mid-database tal-ANP jew minn operaturi tal-inġenji tal-ajru hija deskritta fis-sezzjoni 2.7.13 u l-Appendiċi B. Dak il-proċess, normalment l-unika għażla miftuħa għall-mudellatur meta ma jkun hemm ebda dejta mir-radar disponibbli, jipprovdi kemm il-ġeometrija tar-rotta tat-titjira kif ukoll il-varjazzjonijiet assoċjati fil-veloċità u l-forza propulsiva. Normalment wieħed jissoponi li l-inġenji tal-ajru (simili) kollha f'medda, kemm jekk assenjati għat-trajjettorja taċ-ċentru jew is-subtrajjettorji dispersi, isegwu l-profil tat-trajjettorja taċ-ċentru.
Minbarra d-database tal-ANP, li tipprovdi informazzjoni prestabbilita fuq l-istadji proċedurali, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru huma l-aħjar sors ta' informazzjoni affidabbli, jiġifieri l-proċeduri li jużaw u l-piżijiet tipiċi tat-titjiriet. Għal titjiriet individwali, is-sors “prim” huwa r-reġistratur tad-dejta tat-titjiriet tal-inġenji tal-ajru (FDR) li minnu tista' tinkiseb l-informazzjoni rilevanti kollha. Iżda anki jekk it-tali dejta tkun disponibbli, il-ħidma ta' prepproċessar hija qawwija. B'hekk, u skont l-eżiġenzi ekonomiċi tal-immudellar, is-soluzzjoni prattika normali hija li jsiru suppożizzjonijiet informati dwar il-piżijiet medji u l-proċeduri operattivi.
Wieħed irid ikun kawt qabel jadotta l-istadji proċedurali prestabbiliti pprovduti fid-database tal-ANP (normalment supponuti meta l-proċeduri proprji ma jkunux magħrufin). Dawn huma proċeduri standardizzati li huma segwiti ħafna iżda li jaf jintużaw jew le mill-operaturi f'każijiet partikolari. Fattur importanti huwa d-definizzjoni tal-forza propulsiva tal-qtugħ (u kultant it-tlugħ) li tista' tiddependi sa ċertu punt fuq iċ-ċirkustanzi prevalenti. B'mod partikolari, hija prattika komuni li jitnaqqsu l-livelli tal-forza propulsiva matul it-tluq (mill-massimu disponibbli) sabiex tittawwal il-ħajja tal-magna. L-Appendiċi B tagħti gwida dwar ir-rappreżentazzjoni tal-prattika tipika; ġeneralment din ser tipproduċi kontorni iktar realistiċi meta mqabbla ma' suppożizzjoni tal-forza propulsiva sħiħa. Madankollu, jekk, pereżempju, ir-runways huma qosra u/jew it-temperaturi medji tal-arja huma għoljin, aktarx li l-forza propulsiva ser tkun suppożizzjoni iktar realistika.
Meta jiġu mmudellati xenarji reali, wieħed jista' jikseb aktar preċiżjoni billi juża dejta mir-radar sabiex din tissupplimenta jew tieħu post din l-informazzjoni nominali. Il-profili tat-titjira jistgħu jiġu stabbiliti mid-dejta mir-radar b'mod simili bħat-trajjettorji taċ-ċentru laterali — iżda biss wara s-segregazzjoni tat-traffiku skont it-tip ta' inġenju tal-ajru u l-varjant u kultant skont il-piż jew it-tul tat-titjira medja (iżda mhux skont id-dispersjoni) — sabiex għal kull subgrupp jinħareġ profil medju tal-għoli u l-veloċità kontra d-distanza vvjaġġata fuq l-art. Mill-ġdid, meta mbagħad jingħaqad mat-trajjettorji tal-art, dan il-profil uniku normalment jiġi assenjat għat-trajjettorja taċ-ċentru u s-subtrajjettorji wkoll.
Jekk ikun magħruf il-piż tal-inġenju tal-ajru, il-varjazzjoni fil-veloċità u l-forza propulsiva tista' tiġi kkalkolata permezz ta' soluzzjoni pass, pass tal-ekwazzjonijiet taċ-ċaqliq. Qabel isir hekk ikun siewi li d-dejta tiġi pproċessata minn qabel sabiex jonqsu l-effetti ta' żbalji tar-radar li jistgħu jrendu l-istimi tal-aċċelerazzjoni inaffidabbli. L-ewwel pass f'kull każ huwa li jerġa' jiġi ddefinit il-profil billi jiddaħħlu segmenti f'linja dritta sabiex jirrappreżentaw l-istadji rilevanti tat-titjira; b'kull segment li jiġi kklassifikat kif xieraq; jiġifieri bħala tidwir fuq l-art, it-tlugħ jew l-inżul b'veloċità kostanti, it-trażżin tal-forza propulsiva, jew l-aċċelerazzjoni/id-deċelerazzjoni b'bidla fil-flaps jew mingħajr. Il-piż tal-inġenju tal-ajru u l-istat tal-atmosfera jeħtieġu li jiddaħħlu wkoll.
Is-sezzjoni 2.7.11 tagħmilha ċara li jrid jiġi żgurat li jingħata kont lid-dispersjoni laterali tat-trajjettorji tat-titjira matul rotot taċ-ċentru jew nominali. Il-kampjuni tad-dejta mir-radar huma kkaratterizzati minn dispersjonijiet simili tar-rotot tat-titjira fil-pjan vertikali. Madankollu, mhijiex prattika normali li d-dispersjoni vertikali tiġi mmudellata bħala varjabbli indipendenti; normalment tirriżulta minħabba differenzi fil-piżijiet u l-proċeduri operattivi tal-inġenji tal-ajru li jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta tiġi pproċessata minn qabel id-dejta dwar it-traffiku mdaħħla.
2.7.13. Tiswir tas-segmenti tar-rotta tat-titjira
Kull rotta tat-titjira trid tiġi ddefinita minn sett ta' koordinati tas-segmenti (nodi) u parametri tat-titjira. Il-punt tal-bidu jingħata sabiex jiġu stabbiliti l-koordinati tas-segmenti tat-trajjettorja tal-art. Imbagħad jiġi kkalkolat il-profil tat-titjira, filwaqt li ta' min ifakkar li għal sett partikolari ta' stadji proċedurali, il-profil jiddependi mit-trajjettorja tal-art; eż. bl-istess forza propulsiva u veloċità, ir-rata tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru hija inqas f'liwjiet milli f'titjira dritta. Fl-aħħar is-segmenti tar-rotta tat-titjira 3-D jinbnew billi l-profil tat-titjira jingħaqad mat-trajjettorja tal-art 2-D ( 16 ).
Trajjettorja tal-art, kemm jekk trajjettorja taċ-ċentru jew subtrajjettorja dispersa, hija ddefinita minn serje ta' (x,y) koordinati fil-pjan tal-art (eż. minn informazzjoni mir-radar) jew b'sekwenza ta' kmandi tal-vetturi li jiddeskrivu s-segmenti dritti u l-arkati ċirkolari (liwjiet b'raġġ ddefinit r u bidla fid-direzzjoni Δξ).
Għall-immudellar tas-segmentazzjoni, arkata hija rrappreżentata minn sensiela ta' segmenti dritti mdaħħlin f'subarkati. Għad li ma jidhrux espliċitament fis-segmenti tat-trajjettorja tal-art, l-inklinazzjoni laterali tal-inġenju tal-ajru matul il-liwjiet jinfluwenza d-definizzjoni tagħhom. L-Appendiċi B4 jispjega kif tikkalkola l-angoli ta' inklinazzjoni laterali matul liwja iebsa iżda ovvjament dawn mhumiex applikati u lanqas ma jitneħħew f'daqqa fil-verità. Mhuwiex prestabbilit kif wieħed għandu jieħu ħsieb transizzjonijiet bejn titjira dritta u f'liwja, jew bejn liwja u oħra li tiġi eżatt warajha. Bħala regola, id-dettalji, li jitħallew f'idejn l-utent (ara s-sezzjoni 2.7.11), aktarx li jkollhom effett negliġibbli fuq il-kontorni finali; ir-rekwiżit huwa li primarjament jiġu evitati inkonsistenzi kbar fi tmiem il-liwja u dan jista' jinkiseb sempliċiment billi, pereżempju, jiddaħħlu segmenti ta' transizzjoni qosra li matulhom l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jinbidel b'mod lineari mad-distanza. Huwa biss f'każ speċjali li liwja partikolari aktarx li jkollha effett dominanti fuq il-kontorni finali jekk ikun hemm bżonn hekk sabiex tiġi mmudellata d-dinamika tat-transizzjoni b'mod iktar realistiku, sabiex l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jiġi relatat ma' tipi partikolari ta' inġenji tal-ajru u sabiex jiġu adottati rati ta' tidwir xierqa. Hawnhekk huwa biżżejjed li jiġi stipulat li s-subarkati ta' tmiem Δξtrans fi kwalunkwe liwja huma indikati mir-rekwiżiti dwar il-bidla fl-angolu ta' inklinazzjoni laterali. Il-bqija tal-arkata b'bidla fil-gradi tad-direzzjoni Δξ – 2 · Δξtrans hija maqsuma f'subarkati nsub skont l-ekwazzjoni:
nsub = int(1 + (Δξ – 2 · Δξtrans )/30) |
(2.7.3) |
fejn int(x) hija funzjoni li tirritorna l-parti sħiħa ta' x. Imbagħad il-bidla fid-direzzjoni Δξ sub ta' kull subarkata tiġi kkalkolata hekk
Δξsub = (Δξ – 2 · Δξtrans )/nsub |
(2.7.4) |
fejn nsub trid tkun kbira biżżejjed biex jiġi żgurat li Δξ sub ≤ 30 grad. Is-segmentazzjoni ta' arkata (esklużi s-subsegmenti ta' transizzjoni ta' tmiem) tintwera fil-Figura 2.7.f ( 17 ).
Figura 2.7.f:
Tiswir tas-segmenti tar-rotta tat-titjira li jaqsmu liwja f'segmenti ta' tul Δs (dehra superjuri fil-pjan orizzontali, dehra inferjuri fil-pjan vertikali)
Il-parametri li jiddeskrivu kull segment tal-profil tat-titjira fil-bidu (suffiss 1) u t-tmiem (suffiss 2) tas-segment huma:
s1 , s2 |
id-distanza tul it-trajjettorja tal-art, |
z1 , z2 |
l-għoli tal-ajruplan, |
V1 , V2 |
il-veloċità fuq l-art, |
P1 , P2 |
il-parametru tal-potenza b'rabta mal-istorbju (tqabbil ta' dak li għalih huma ddefiniti l-kurvi tal-NPD), u |
ε1, ε2 |
l-angolu ta' inklinazzjoni laterali. |
Biex jinbena profil tat-titjira minn sett ta' stadji proċedurali (sinteżi tar-rotta tat-titjira), is-segmenti jinbnew f'sekwenza biex jinkisbu l-kundizzjonijiet meħtieġa fil-punti ta' tmiem. Il-parametri tal-punt ta' tmiem għal kull segment isiru l-parametri tal-punt ta' bidu għas-segment li jmiss. Fi kwalunkwe kalkolu tas-segment, il-parametri jkunu magħrufin mill-bidu; il-kundizzjonijiet meħtieġa fit-tmiem huma speċifikati mill-istadju proċedurali. L-istadji stess huma ddefiniti jew mill-elementi prestabbiliti tal-ANP jew mil-utent (eż. minn manwali tat-titjir tal-inġenju tal-ajru). Il-kundizzjonijiet ta' tmiem normalment ikunu l-għoli u l-veloċità; il-kompitu ta' bini tal-profil huwa li tiġi stabbilita d-distanza tat-trajjettorja koperta fl-ilħuq ta' dawk il-kundizzjonijiet. Il-parametri mhux iddefiniti huma stabbiliti bil-kalkoli tal-prestazzjoni tat-titjira deskritti fl-Appendiċi B.
Jekk it-trajjettorja tal-art hija dritta, il-punti ta' profil u l-parametri tat-titjira assoċjati jistgħu jiġu stabbiliti indipendentement mit-trajjettorja tal-art (l-angolu ta' inklinazzjoni laterali dejjem huwa żero). Madankollu, it-trajjettorji tal-art rari jkunu dritti; normalment jinkorporaw liwjiet u, biex jinkisbu l-aħjar riżultati, dawn iridu jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit profil tat-titjira bidimensjonali, billi meta jkun hemm bżonn jinqasmu s-segmenti tal-profil f'nodi tat-trajjettorja tal-art biex jiddaħħlu l-bidliet fl-angolu ta' inklinazzjoni laterali. Bħala regola, it-tul tas-segment li jmiss ma jkunx magħruf mill-bidu nett u jiġi kkalkolat b'mod provviżorju billi ma tiġi supponuta ebda bidla fl-angolu ta' inklinazzjoni laterali. Jekk imbagħad jinstab li s-segment jestendi tul nodu wieħed jew iktar tat-trajjettorja tal-art, bl-ewwel wieħed f's, jiġifieri s1 < s < s2 , is-segment jitwaqqaf f's, billi jiġu kkalkolati l-parametri ta' hemmhekk permezz ta' interpolazzjoni (ara iktar 'il quddiem). Dawn isiru l-parametri tal-punt ta' tmiem tas-segment attwali u l-parametri tal-punt tal-bidu ta' segment ġdid — li għad għandu l-istess kundizzjonijiet ta' tmiem fil-mira. Jekk ma hemm ebda nodu ta' intervent tat-trajjettorja tal-art, jiġi kkonfermat is-segment provviżorju.
Jekk l-effetti tal-liwjiet fuq il-profil tat-titjira jitwarrbu, tiġi adottata s-soluzzjoni ta' segment wieħed f'titjira dritta għad li l-informazzjoni dwar l-angolu ta' inklinazzjoni laterali tinżamm għal użu iktar tard.
Kemm jekk l-effetti tal-liwja huma mmudellati bis-sħiħ kif ukoll jekk le, kull rotta tat-titjira tridimensjonali tiġi ġġenerata billi l-profil tat-titjira bidimensjonali tagħha jingħaqad mat-trajjettorja tal-art bidimensjonali tagħha. Ir-riżultat huwa sekwenza ta' settijiet ta' koordinati (x,y,z), b'kull wieħed li huwa jew nodu tat-trajjettorja tal-art segmentata, nodu tal-profil tat-titjira, jew it-tnejn li huma, bil-punti ta' profil li jkunu akkumpanjati mill-valuri tal-għoli korrispondenti z, il-veloċità fuq l-art V, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε u l-potenza tal-magna P. Għal punt ta' trajjettorja (x,y) li jaqa' bejn il-punti ta' tmiem ta' segment ta' profil tat-titjira, il-parametri tat-titjira huma interpolati kif ġej:
z = z1 + f · (z2 – z1) |
(2.7.5) |
|
(2.7.6) |
ε = ε1 + f · (ε2 – ε1) |
(2.7.7) |
|
(2.7.8) |
fejn
f = (s – s1)/(s2 – s1) |
(2.7.9) |
Innota li filwaqt li huwa supponut li z u ε ivarjaw b'mod lineari mad-distanza, huwa supponut li V u P ivarjaw b'mod lineari maż-żmien (jiġifieri aċċelerazzjoni kostanti ( 18 )).
Meta s-segmenti tal-profil tat-titjira jitqabblu mad-dejta mir-radar (analiżi tar-rotta tat-titjira) id-distanzi, l-għoljiet, il-veloċitajiet u l-angoli ta' inklinazzjoni laterali tal-punt ta' tmiem jiġu stabbiliti direttament mid-dejta; huma biss il-parametri tal-potenza li jridu jiġu kkalkolati billi jintużaw ekwazzjonijiet tal-prestazzjoni. Peress li l-koordinati tat-trajjettorja tal-art u l-profil tat-titjira jistgħu jitqabblu kif xieraq ukoll, normalment dan ikun pjuttost sempliċi.
Meta jinqata', waqt li inġenju tal-ajru jaċċelera bejn il-punt ta' rilaxx tal-brejkijiet (imsejjaħ ukoll Bidu tat-Tidwir SOR) u l-punt tal-qtugħ mill-art, il-veloċità tinbidel b'mod drammatiku tul distanza ta' 1 500 sa 2 500 m, minn żero għal bejn madwar 80 u 100 m/s.
B'hekk, it-tidwir għall-qtugħ jinqasam f'segmenti b'tul varjabbli u matulhom il-veloċità tal-inġenju tal-ajru tinbidel b'żieda speċifika ΔV ta' xejn iktar minn 10 m/s (madwar 20 kt). Għad li fil-fatt tvarja matul it-tidwir għall-qtugħ, suppożizzjoni ta' aċċelerazzjoni kostanti hija adegwata għal dan il-għan. F'dan il-każ, għall-fażi tal-qtugħ, V1 hija l-veloċità inizjali, V2 hija l-veloċità tal-qtugħ, nTO hija n-numru ta' segment tal-qtugħ u sTO hija d-distanza ekwivalenti tal-qtugħ. Għad-distanza ekwivalenti tal-qtugħ sTO (ara l-Appendiċi B) il-veloċità tal-bidu V1 u l-veloċità tal-qtugħ V2 , in-numru nTO ta' segmenti għat-tidwir fuq l-art huwa ta'
nTO = int(1 + (V2 – V1 )/10) |
(2.7.10) |
u b'hekk il-bidla fil-veloċità tul segment hija
ΔV = (V2 – V1)/nTO |
(2.7.11) |
u l-ħin Δt f'kull segment huwa (b'suppożizzjoni ta' aċċelerazzjoni kostanti)
|
(2.7.12) |
Imbagħad, it-tul sTO,k ta' segment k (1 ≤ k ≤ nTO) tat-tidwir tal-qtugħ huwa:
|
(2.7.13) |
Eżempju:
Għal distanza tal-qtugħ sTO = 1 600 m, V1 = 0 m/s u V2 = 75 m/s, dan irendi nTO = 8 segmenti b'tul li jvarja minn 25 sa 375 metru (ara l-Figura 2.7.g):
Figura 2.7.g
Segmentazzjoni ta' tidwir għall-qtugħ (eżempju għal 8 segmenti)
B'mod simili għall-bidliet fil-veloċità, il-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru tinbidel f'kull segment permezz ta' żieda kostanti ΔP, ikkalkolata hekk
ΔP = (PTO – Pinit)/nTO |
(2.7.14) |
fejn PTO u P init rispettivament jindikaw il-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru fil-punt tal-qtugħ mill-art u l-forza propulsiva tal-inġenju tal-ajru fit-tidwir għall-qtugħ.
L-użu ta' din iż-żieda kostanti fil-forza propulsiva (minflok l-użu tal-ekwazzjoni tal-forma kwadratika 2.7.8) għandu l-għan li jkun konsistenti mar-relazzjoni lineari bejn il-forza propulsiva u l-veloċità fil-każ ta' inġenju tal-ajru b'magna ġett (ek. B-1).
Matul is-segment tat-tlugħ inizjali, il-ġeometrija tinbidel malajr b'mod partikolari fir-rigward tal-postijiet tal-osservatur fuq il-ġenb tat-trajjettorja tat-titjira, fejn l-angolu beta jinbidel b'ħeffa waqt li l-inġenju tal-ajru jitla' tul dan is-segment inizjali. Il-paraguni ma' kalkoli tas-segment żgħar ħafna juru li segment tat-tlugħ wieħed jirriżulta f'approssimazzjoni batuta tal-istorbju fuq il-ġenb tat-trajjettorja tat-titjira għal metrija integrata. Il-preċiżjoni tal-kalkolu titjieb permezz ta' subsegmentazzjoni tal-ewwel segment tal-qtugħ mill-art. It-tul ta' kull segment u n-numru huma ferm influwenzati mill-attenwazzjoni laterali. Meta wieħed josserva l-espressjoni tal-attenwazzjoni laterali totali għal inġenji tal-ajru b'magni mmuntati fil-fuselaġġ, jista' jintwera li għal bidla ta' limitazzjoni fl-attenwazzjoni laterali ta' 1.5 dB għal kull subsegment, is-segment tat-tlugħ inizjali għandu jiġu subsegmentat fuq il-bażi tas-sett li ġej ta' valuri tal-għoli:
z = {18,9, 41,5, 68,3, 102,1, 147,5, 214,9, 334,9, 609,6, 1 289,6 } metru, jew
z = {62, 136, 224, 335, 484, 705, 1 099 , 2 000 , 4 231 } pied
L-għoli ta' hawn fuq huwa implimentat billi jiġi identifikat liema għoli minn fost dawk stabbiliti hawn fuq huwa l-eqreb wieħed għall-punt ta' tmiem tas-segment oriġinali. Imbagħad, l-għoli proprju tas-subsegment jiġi kkalkolat billi tintuża l-ekwazzjoni:
z′i = z [zi/zN] (i = 1…N) |
(2.7.15) |
fejn z huwa l-għoli ta' tmiem tas-segment oriġinali, zi huwa l-membru numru i tas-sett ta' valuri tal-għoli u zN huwa l-eqreb limitu superjuri għall-għoli z. Dan il-proċess jirriżulta fil-bidla fl-attenwazzjoni laterali tul kull subsegment li jibqa' kostanti, biex b'hekk jiġu prodotti kontorni iktar preċiżi, iżda mingħajr l-iżvantaġġ li jintużaw segmenti qosra ħafna.
Eżempju:
Jekk l-għoli tal-punt ta' tmiem tas-segment oriġinali huwa ta' z = 304,8 m, f'dak il-każ mis-sett tal-valuri tal-għoli, 214,9 < 304,8 < 334,9 u l-eqreb limitu superjuri huwa għal z = 304,8 m huwa z7 = 334,9 m. Imbagħad, l-għoli tal-punti ta' tmiem tas-subsegmenti huma kkalkolati hekk:
zi′ = 304,8 [zi/334,9] (i = 1…N)
B'hekk, z1′ ikun 17,2 m u z2′ ikun 37,8 m, eċċ.
Il-valuri tal-veloċità u l-potenza tal-magna fuq il-punti mdaħħlin huma interpolati billi jintużaw l-ekwazzjonijiet (2.7.11) u (2.7.13) rispettivament.
Wara li tinkiseb ir-rotta tat-titjira segmentata skont il-proċedura deskritta fis-sezzjoni 2.7.13 u tiġi applikata s-subsegmentazzjoni deskritta, jaf ikun hemm bżonn ta' aġġustamenti ulterjuri fis-segmentazzjoni. Dawn jinkludu
Meta l-punti biswit ikunu fi ħdan 10 metri minn xulxin, u meta l-veloċitajiet u l-forzi propulsivi assoċjati jkunu l-istess, għandu jiġi eliminat punt minnhom.
Għal segmenti fl-ajru, meta jkun hemm bidla sinifikanti fil-veloċità matul segment, dan għandu jiġi subdiviż bħal fil-każ tat-tidwir fuq l-art, jiġifieri
|
(2.7.16) |
fejn V1 u V2 huma l-veloċitajiet tal-bidu u t-tmiem tas-segment rispettivament. Il-parametri tas-subsegmenti korrispondenti huma kkalkolati b'mod simili bħat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ, billi jintużaw l-ekwazzjonijiet 2.7.11 sa 2.7.13.
Għad li t-tidwir fuq l-art għal-landjar essenzjalment huwa bil-kontra tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ, wieħed għandu jikkunsidra b'mod speċjali
Għall-kuntrarju tad-distanza tat-tidwir tal-qtugħ, li tinkiseb mill-parametri tal-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, id-distanza tal-waqfa s stop (jiġifieri d-distanza mit-touchdown sal-punt li fih l-inġenju tal-ajru jitlaq mir-runway) mhijiex purament speċifika għall-inġenji tal-ajru. Għad li tista' tiġi stmata distanza minima tal-waqfa mill-massa u l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru (u l-forza propulsiva invertita disponibbli), id-distanza proprja tal-waqfa tiddependi wkoll mill-post tat-taxiways, is-sitwazzjoni tat-traffiku, u r-regolamenti speċifiċi tal-ajruporti dwar l-użu tal-forza propulsiva invertita.
L-użu tal-forza propulsiva invertita mhuwiex proċedura standard — huwa applikat biss jekk id-deċelerazzjoni meħtieġa ma tistax tinkiseb bl-użu tal-brejkijiet tar-roti. (Il-forza propulsiva invertita tista' tkun ta' xkiel eċċezzjonali peress li bidla rapida fil-potenza tal-magna minn diżingranaġġ għal parametru ta' forza b'lura tipproduċi tfaqqiegħa f'daqqa ta' storbju.)
Madankollu, ħafna mir-runways jintużaw għat-tluq kif ukoll għal-landjar b'tali mod li l-forza propulsiva invertita jkollha effett żgħir fuq il-kontorni tal-istorbju peress li l-enerġija tal-ħoss totali fil-viċinanza tar-runway hija ddominata mill-istorbju prodott mill-operazzjonijiet tal-qtugħ. Il-kontribuzzjonijiet tal-forza propulsiva invertita għall-kontorni jistgħu jkunu sinifikanti biss meta l-użu tar-runway ikun limitat għal operazzjonijiet ta' llandjar.
Fiżikament, l-istorbju mill-forza propulsiva invertita huwa proċess ferm kumpless iżda minħabba s-sinifikanza relattivament żgħira tiegħu għall-kontorni tal-istorbju tal-arja, jista' jiġi mmudellat b'mod issimplifikat — bil-bidla rapida fil-potenza tal-magna li tittieħed f'kunsiderazzjoni permezz ta' segmentazzjoni xierqa.
Huwa ċar li l-immudellar tat-tidwir fuq l-art għal-landjar huwa inqas sempliċi meta mqabbel ma' storbju tat-tidwir għall-qtugħ. Is-suppożizzjonijiet issimplifikati li ġejjin għall-immudellar huma rrakkomandati għal użu ġenerali, meta ma tkun disponibbli ebda informazzjoni dettaljata (ara l-Figura 2.7.h).
Figura 2.7.h
Immudellar tat-tidwir fuq l-art għal-landjar
L-ajruplan jinżel 300 metru barra s-soll tal-landjar (li għandu l-koordinat s = 0 tul it-trajjettorja tal-art ta' avviċinament). Imbagħad l-inġenju tal-ajru jiddeċelera tul distanza ta' waqfien sstop — li l-valuri speċifiċi tagħha għall-inġenju tal-ajru jingħataw fid-database tal-ANP — mill-veloċità tal-avviċinament finali Vfinal għal 15 m/s. Minħabba l-bidliet rapidi fil-veloċità tul dan is-segment, dan għandu jiġi subsegmentat bl-istess mod bħat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ (jew is-segmenti fl-ajru b'bidliet rapidi fil-veloċità), billi jintużaw l-ekwazzjonijiet 2.7.10 sa 2.7.13.
Il-bidliet fil-potenza tal-magna mill-potenza tal-avviċinament finali fit-touchdown għal parametru tal-potenza tal-forza propulsiva invertita Prev tul distanza 0,1×sstop , imbagħad tonqos għal 10 % tal-potenza disponibbli massima tul id-90 fil-mija li jifdal tad-distanza tal-waqfien. Sa tmiem ir-runway (f's = -s RWY) il-veloċità tal-inġenju tal-ajru tibqa' kostanti.
Bħalissa l-kurvi tal-NPD għall-forza propulsiva invertita mhumiex inklużi fid-database tal-ANP, u għaldaqstant hemm bżonn li jintużaw il-kurvi konvenzjonali għall-immudellar ta' dan l-effett. Tipikament, il-potenza tal-forza propulsiva invertita Prev hija madwar 20 % tal-parametru tal-potenza sħiħa u dan huwa rrakkomandat meta ma jkun hemm ebda informazzjoni operattiva disponibbli. Madankollu, f'parametru tal-potenza partikolari, il-forza propulsiva invertita għandha t-tendenza li tiġġenera ħafna iktar storbju milli forza propulsiva 'l quddiem u għandha tiġi applikata żieda ΔL fil-livell ta' event derivat mill-NPD, b'żieda minn żero għal valur ΔLrev (5dB huwa rrakkomandat b'mod provviżorju ( 19 )) tul 0,1 × sstop u mbagħad tnaqqis lineari għal żero tul il-bqija tad-distanza tal-waqfien.
2.7.14. Kalkolu tal-istorbju għal event wieħed
Il-qofol tal-proċess ta' mmudellar, deskritt hawnhekk bis-sħiħ, huwa l-kalkolu tal-livell ta' storbju ta' event mill-informazzjoni tar-rotta tat-titjira deskritta fis-sezzjonijiet 2.7.7 sa 2.7.13.
2.7.15. Metrija ta' event wieħed
Il-ħoss iġġenerat minn moviment tal-inġenju tal-ajru fil-post tal-osservatur jingħata bħala “livell ta' ħoss (jew storbju) ta' event wieħed”, kwantità li hija indikatur tal-impatt tiegħu fuq in-nies. Il-ħoss riċevut jitkejjel f'termini ta' storbju billi tintuża skala bażika ta' deċibel L(t) li tapplika ponderazzjoni tal-frekwenza (jew filtru) biex timita l-karatteristika ta' smigħ tal-bniedem. L-iskala tal-ikbar importanza fl-immudellar tal-kontorni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru hija l-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A, LA .
L-iktar metrija li spiss tintuża biex jiġu koperti eventi sħaħ hija l-'livelli ta' espożizzjoni akustika (jew għall-istorbju) ta' event wieħed', LE , li tkopri l-enerġija tal-ħoss kollha (jew ħafna minnha) fl-eventi. Il-kunsiderazzjoni tal-integrazzjoni tal-ħin li dan jinvolvi toħloq il-kumplikazzjonijiet tal-immudellar tas-segmentazzjoni (jew simulazzjoni). Huwa iktar sempliċi li tiġi mmudellata metrija alternattiva Lmax li hija l-livell istantanju massimu li jseħħ matul l-event; madankollu huwa LE li huwa l-blokka bażika għall-bini ta' ħafna mill-iktar indiċijiet moderni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru u fil-ġejjieni l-mudelli prattiċi jistgħu jkunu mistennijin jinkorporaw kemm Lmax kif ukoll LE . Kwalunkwe metrija minnhom tista' titkejjel fuq skali differenti tal-istorbju; f'dan id-dokument huwa kkunsidrat biss il-livell ta' pressjoni tal-ħoss ponderat A. Simbolikament, l-iskala normalment tiġi indikata billi jiġi estiż is-suffiss tal-metrija, jiġifieri LAE , LAmax .
Il-livell ta' espożizzjoni akustika (jew storbju) ta' event wieħed huwa espress eżatt bħala
|
(2.7.17) |
fejn t 0 tirrappreżenta ħin ta' referenza. L-intervall ta' integrazzjoni [t1,t2] jintgħażel biex jiġi żgurat li huwa kopert (kważi) il-ħoss sinifikanti kollu fl-event. Spiss, il-limiti t1 u t2 jintgħażlu biex ikopru l-perjodu li fih il-livell L(t) jaqa' fi ħdan 10 dB tal-Lmax . Dan il-perjodu huwa magħruf bħala l-ħin ta' “inqas minn 10-dB”. Il-livelli ta' espożizzjoni akustika (storbju) miġburin f'tabella fid-database tal-ANP huma valuri inqas minn 10-dB ( 20 ).
Għal immudellar tal-kontorni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru, l-applikazzjoni ewlenija tal-ekwazzjoni 2.7.17 hija l-metrija standard Livell ta' Espożizzjoni Akustika LAE (akronimu SEL):
b' t 0 = 1 sekonda |
(2.7.18) |
L-ekwazzjonijiet tal-livell ta' espożizzjoni ta' hawn fuq jistgħu jintużaw biex jiġu stabbiliti l-livelli tal-event meta tkun magħrufa l-istorja sħiħa tal-ħin ta' L(t). Fil-metodoloġija rrakkomandata għall-immudellar tal-istorbju, mhumiex iddefiniti tali rekords ta' ħin; il-livelli ta' espożizzjoni tal-event huma kkalkolati billi jingħaddu l-valuri tas-segment, il-livelli tal-event parzjali li kull wieħed minnhom jiddefinixxi l-kontribuzzjoni minn segment uniku finit tar-rotta tat-titjira.
2.7.16. Stabbiliment tal-livelli tal-event mid-dejta NPD
Is-sors ewlieni tad-dejta dwar l-istorbju tal-inġenji tal-ajru huwa d-database internazzjonali dwar il-Prestazzjoni u l-Istorbju tal-Inġenji tal-Ajru (ANP). Din tiġbor f'tabella Lmax u LE bħala funzjonijiet tad-distanza ta' propagazzjoni d — għal tipi speċifiċi ta' inġenji tal-ajru, varjanti, konfigurazzjonijiet tat-titjira (avviċinament, tluq, parametri tal-flaps), u l-parametri tal-potenza P. Huma relatati ma' titjir dritt b'veloċitajiet speċifiċi ta' referenza Vref tul rotta tat-titjira dritta nozzjonalment infinita ( 21 ).
Kif jiġu speċifikati l-valuri tal-varjabbli indipendenti P u d huwa deskritt iktar tard. F'look-up waħda, b'valuri mdaħħlin P u d, il-valuri tal-output meħtieġa huma l-livelli bażi Lmax(P,d) u/jew LE∞(P,d) (applikabbli għal rotta tat-titjira infinita). Sakemm il-valuri ma jinzertawx imdaħħlin fit-tabella għal P u/jew d bl-eżatt, ġeneralment ser ikun hemm bżonn li jiġi stmat il-livell(i) ta' storbju meħtieġa tal-event permezz ta' interpolazzjoni. Tintuża interpolazzjoni lineari bejn parametri tal-potenza mdaħħlin f'tabella, filwaqt li tintuża interpolazzjoni logaritmika bejn id-distanzi fit-tabella (ara l-Figura 2.7.i).
Figura 2.7.i
Interpolazzjoni fil-kurvi ta' storbju-potenza-distanza
Jekk Pi u Pi + 1 huma valuri tal-potenza tal-magna li għalihom id-dejta dwar il-livell ta' storbju versus id-distanza hija miġbura f'tabella, il-livell ta' storbju L(P) f'distanza partikolari għal potenza intermedja P, bejn Pi u Pi + 1 ,tinkiseb permezz ta':
|
(2.7.19) |
Jekk, b'xi parametru tal-potenza, di u di + 1 huma distanzi li għalihom hija miġbura f'tabella d-dejta dwar l-istorbju, il-livell ta' storbju L(d) għal distanza intermedja d, bejn di u di + 1 jinkiseb permezz ta'
|
(2.7.20) |
Billi jintużaw l-ekwazzjonijiet (2.7.19) u (2.7.20), jista' jinkiseb livell ta' storbju L(P,d) għal kwalunkwe parametru tal-potenza P u kwalunkwe distanza d li taqa' fi ħdan il-limitu tad-database tal-NPD.
Għal distanzi d li jaqgħu barra l-limitu tal-NPD, tintuża l-ekwazzjoni 2.7.20 biex issir estrapolazzjoni mill-aħħar żewġ valuri, jiġifieri 'l ġewwa minn L(d1) u L(d2) jew 'il barra minn L(dI - 1) u L(dI) fejn I huwa n-numru totali ta' punti tal-NPD fuq il-kurva. B'hekk
'Il ġewwa: |
|
(2.7.21) |
'Il barra: |
|
(2.7.22) |
Peress li, fuq distanzi qosra d, il-livelli ta' storbju jiżdiedu malajr ħafna filwaqt li tonqos id-distanza ta' propagazzjoni, huwa rrakkomandat li jiġi impost limitu inferjuri ta' 30 m fuq d, jiġifieri d = max(d, 30 m).
Id-dejta NPD ipprovduta fid-database tal-ANP hija normalizzata għall-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifiċi (temperatura ta' 25 °C u pressjoni ta' 101,325 kPa). Qabel ma jiġi applikat il-metodu ta' interpolazzjoni/estrapolazzjoni deskritt qabel, għandu jiġi applikat aġġustament tal-impedenza akustika għal din id-dejta NPD standard.
L-impedenza akustika hija relatata mal-propagazzjoni tal-mewġ tal-ħoss f'midjum akustiku, u hija definita bħala l-prodott tad-densità tal-arja u l-veloċità akustika. Għal intensità tal-ħoss partikolari (potenza għal kull żona tal-unità) perċepita f'distanza speċifika mis-sors, il-pressjoni tal-ħoss assoċjata (użata biex tiġi definita l-metrija ta' SEL LAmax) tiddependi mill-impedenza akustika tal-arja fil-post tal-kejl. Hija funzjoni tat-temperatura, il-pressjoni atmosferika (u indirettament l-altitudni). Għaldaqstant hemm bżonn li tiġi aġġustata d-dejta NPD standard tad-database tal-ANP sabiex jingħata kont lit-temperatura u l-kundizzjonijiet tal-pressjoni proprji fil-punt riċeventi, li ġeneralment ikunu differenti mill-kundizzjonijiet normalizzati tad-dejta tal-ANP.
L-aġġustament tal-impedenza li jrid jiġi applikat għal-livelli standard tal-NPD jinkiseb kif ġej:
|
(2.7.23) |
fejn:
Δ Impedance |
Aġġustament tal-impedenza għall-kundizzjonijiet atmosferiċi attwali fil-punt riċeventi (dB) |
ρ · c |
Impedenza akustika (sekondi newton/m3) tal-arja fil-punt riċeventi (409,81 li hija l-impedenza tal-arja assoċjata mal-kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza tad-dejta NPD fid-database tal-ANP). |
L-impedenza ρ·c hija kkalkolata kif ġej:
|
(2.7.24) |
δ |
p/po , il-proporzjon tal-pressjoni tal-arja ambjentali fl-altitudni tal-osservatur għall-pressjoni tal-arja standard fil-livell medju tal-baħar: po = 101,325 kPa (or 1 013,25 mb) |
θ |
(T + 273,15)/(T0 + 273,15) il-proporzjon tat-temperatura tal-arja fl-altitudni tal-osservatur għat-temperatura tal-arja standard fil-livell medju tal-baħar: T0 = 15,0 °C |
L-aġġustament tal-impedenza akustika normalment ikun inqas minn ftit partijiet minn għaxra ta' dB. B'mod partikolari, ta' min jinnota li fil-kundizzjonijiet atmosferiċi standard (po = 101,325 kPa u T0 = 15,0 °C), l-aġġustament tal-impedenza huwa inqas minn 0,1 dB (0,074 dB). Madankollu, meta jkun hemm varjazzjoni importanti fit-temperatura u l-pressjoni atmosferika fir-rigward tal-kundizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza tad-dejta NPD, l-aġġustament jista' jkun iktar sostanzjali.
2.7.17. Espressjonijiet ġenerali
Il-valuri tas-segment huma stabbiliti billi jiġu applikati aġġustamenti għall-valuri bażi (passaġġ infinit) miksubin mid-dejta NPD. Il-livell ta' storbju massimu minn segment wieħed tar-rotta tat-titjira Lmax,seg jista' jinkiseb b'mod ġenerali b'dan il-mod
|
(2.7.25) |
u l-kontribuzzjoni minn segment wieħed tar-rotta tat-titjira għal LE b'dan il-mod
|
(2.7.26) |
It-'termini ta' korrezzjoni' fl-ekwazzjonijiet 2.7.25 u 2.7.26 — li huma deskritti f'dettall fis-sezzjoni 2.7.19 — jagħtu kont lill-effetti li ġejjin:
Δ V |
Korrezzjoni tad-durata: id-dejta NPD hija relatata ma' veloċità tat-titjira ta' referenza. Din taġġusta l-livelli ta' espożizzjoni għal veloċitajiet mhux ta' referenza. (Mhijiex applikata għal Lmax,seg .) |
Δ I (φ) |
Effett tal-installazzjoni: jiddeskrivi varjazzjoni fid-direttività laterali dovuta għall-ilqugħ, ir-refrazzjoni u r-riflessjoni kkaġunati mill-qafas u l-magni tal-inġenju tal-ajru u l-kampijiet tal-fluss tal-madwar. |
Λ(β,) |
Attenwazzjoni laterali: sinifikanti għall-propagazzjoni tal-ħoss f'angoli baxxi għall-art, din tirrappreżenta l-interazzjoni bejn il-mewġ tal-ħoss dirett u rifless (effett tal-art) u għall-effetti ta' nuqqas ta' uniformitajiet atmosferiċi (primarjament ikkaġunati mill-art) li jirrifrattaw il-mewġ tal-ħoss hekk kif jivjaġġaw lejn l-osservatur maġenb ir-rotta tat-titjira. |
Δ F |
Korrezzjoni tas-segment finit (frazzjoni tal-ħoss): tirrappreżenta t-tul finit tas-segment li ovvjament jikkontribwixxi inqas esponiment għall-istorbju minn dak infinit. Hija applikata biss għal metrija tal-esponiment. |
Jekk is-segment huwa parti mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ jew il-landjar u l-osservatur jinsab wara s-segment ikkonċernat, jittieħdu passi speċjali biex tiġi rrappreżentata d-direzzjonalità evidenti tal-istorbju tal-magna ġett li hija osservata wara inġenju tal-ajru lest għall-qtugħ. Dawn il-passi speċjali jirriżultaw b'mod partikolari fl-użu ta' forma partikolari tal-istorbju għal-livell ta' esponiment:
|
(2.7.27) |
|
(2.7.28) |
Δ′ F |
Forma partikolari tal-Korrezzjoni tas-segment |
Δ SOR |
Korrezzjoni tad-direttività: tagħti kont lid-direzzjonalità evidenti tal-istorbju tal-magna ġett wara s-segment tat-tidwir fuq l-art |
It-trattament speċifiku tas-segmenti ta' tidwir fuq l-art huwa deskritt fis-sezzjoni 2.7.19.
Is-sezzjonijiet ta' hawn taħt jiddeskrivu l-kalkolu tal-livelli ta' storbju tas-segment.
Il-livell massimu Lmax huwa sempliċiment l-ikbar wieħed mill-valuri tas-segment Lmax,seg (ara l-ekwazzjonijiet 2.7.25 u 2.7.27)
Lmax = max(Lmax,seg ) |
(2.7.29) |
fejn kull valur tas-segment huwa stabbilit mid-dejta NPD tal-inġenju tal-ajru għall-potenza P u d-distanza d. Dawn il-parametri u t-termini tal-modifikatur ΔI (φ) u Λ(β,) huma spjegati hawn taħt.
Il-livell ta' espożizzjoni LE huwa kkalkolat bħala s-somma f'deċibel tal-kontribuzzjonijiet LE,seg minn kull segment sinifikanti għall-istorbju tar-rotta tat-titjira tiegħu; jiġifieri
|
(2.7.30) |
Is-somma tipproċedi pass, pass tul is-segmenti tar-rotta tat-titjira.
Il-bqija ta' dan il-kapitlu jirrigwarda l-istabbiliment tal-livelli ta' storbju tas-segment Lmax,seg u LE,seg .
2.7.18. Parametri tas-segment tar-rotta tat-titjira
Il-potenza P, u d-distanza d, li għalihom il-livelli bażi Lmax,seg(P,d) u LE∞(P,d) huma interpolati mit-tabelli NPD, huma stabbiliti mill-parametri ġeometriċi u operattivi li jiddefinixxu s-segment. Kif isir dan huwa spjegat hawn taħt bl-għajnuna tal-illustrazzjonijiet tal-pjan li jinkludi s-segment u l-osservatur.
Il-Figuri 2.7.j sa 2.7.l juru l-ġeometriji tas-sors-riċevitur meta l-osservatur O jkun (a) wara, (b) maġenb u (c) quddiem is-segment S1S2 fejn id-direzzjoni tat-titjira hija minn S1 sa S2 . F'dawn id-dijagrammi
O |
huwa l-pożizzjoni tal-osservatur |
S1 , S2 |
huma l-bidu u t-tmiem tas-segment |
Sp |
huwa l-punt tal-eqreb avviċinament perpendikolari għall-osservatur fuq is-segment jew l-estensjoni tiegħu |
d 1, d 2 |
huma d-distanzi bejn il-bidu, it-tmiem tas-segment u l-osservatur |
ds |
hija l-iqsar distanza bejn l-osservatur u s-segment |
dp |
hija d-distanza perpendikolari bejn l-osservatur u s-segment estiż (distanza oblika minima) |
λ |
huwa t-tul tas-segment tar-rotta tat-titjira |
q |
hija d-distanza minn S1 sa Sp (negattiva jekk il-pożizzjoni tal-osservatur hija wara s-segment) |
Figura 2.7.j
Ġeometrija tas-segment tar-rotta tat-titjira għall-osservatur wara s-segment
Figura 2.7.k
Ġeometrija tas-segment tar-rotta tat-titjira għall-osservatur maġenb is-segment
Figura 2.7.l
Ġeometrija tas-segment tar-rotta tat-titjira għall-osservatur quddiem is-segment
Is-segment tar-rotta tat-titjira huwa rrappreżentat minn linja skurata u solida. Il-linja ttikkjata tirrappreżenta l-estensjoni tar-rotta tat-titjira li tibqa' sejra għall-infinit fiż-żewġ direzzjonijiet. Għal segmenti fl-ajru, meta l-metrija tal-avveniment tkun livell ta' espożizzjoni LE , il-parametru tad-distanza tal-NPD d huwa d-disanza dp bejn Sp u l-osservatur, imsejħa d-distanza oblika minima (jiġifieri d-distanza perpendikolari mill-osservatur sas-segment jew l-estensjoni tiegħu, fi kliem ieħor sar-rotta tat-titjira infinita (ipotetika) li s-segment jitqies parti minnha).
Madankollu, għal metrija tal-livell ta' espożizzjoni fejn il-pożizzjonijiet tal-osservaturi jkunu wara s-segmenti tal-art tul it-tidwir għall-qtugħ u l-pożizzjonijiet quddiem is-segmenti fuq l-art matul it-tidwir għal-landjar, il-parametru tad-distanza tal-NPD d isir id-distanza ds , l-iqsar distanza mill-osservatur sas-segment (jiġifieri l-istess bħal għal metrija tal-livell massimu).
Għal metrija tal-livell massimu, il-parametru tad-distanza tal-NPD d huwa ds , l-iqsar distanza mill-osservatur sas-segment.
Id-dejta NPD miġbura f'tabella tiddeskrivi l-istorbju ta' inġenju tal-ajru f'titjira dritta kostanti fuq rotta infinita tat-titjira, jiġifieri b'potenza tal-magna kostanti P. Il-metodoloġija rrakkomandata taqsam ir-rotot tat-titjira proprji, li matulhom ivarjaw il-veloċità u d-direzzjoni, f'għadd ta' segmenti finiti, b'kull wieħed li mbagħad jittieħed biex ikun parti minn rotta tat-titjira uniformi u infinita li għaliha hija valida d-dejta NPD. Iżda l-metodoloġija tipprovdi għal bidliet fil-potenza tul segment; din titqies li tinbidel b'mod lineari mad-distanza minn P1 fil-bidu sa P2 fit-tmiem tagħha. Għalhekk hemm bżonn li jiġi definit valur kostanti ekwivalenti tas-segment P. Dan jitqies li huwa l-valur fil-punt tul is-segment li huwa l-eqreb għall-osservatur. Jekk l-osservatur huwa maġenb is-segment (Figura 2.7.k), dan jinkiseb b'interpolazzjoni kif miksuba mill-ekwazzjoni 2.7.8 bejn il-valuri ta' tmiem, jiġifieri
|
(2.7.31) |
Jekk l-osservatur qiegħed wara jew quddiem is-segment, dan huwa dak fl-eqreb punt ta' tmiem, P1 jew P2 .
2.7.19. Termini ta' korrezzjoni tal-livell ta' Event tas-segment
Id-dejta NPD tiddefinixxi livelli ta' event ta' storbju bħala funzjoni tad-distanza perpendikolarment taħt rotta f'livell dritt idealizzata ta' tul infinit li matulha l-inġenju tal-ajru jtir b'potenza kostanti b'veloċità ta' referenza fissa ( 22 ). B'hekk, il-livell ta' event interpolat mit-tabella tal-NPD għal parametru speċifiku tal-potenza u distanza oblika speċifika huwa deskritt bħala livell bażi. Japplika għal rotta tat-titjira infinita u jrid jiġi kkoreġut sabiex jagħti kont lill-effetti ta' (1) veloċità mhux ta' referenza, (2) installazzjoni tal-magna (direttività laterali), (3) attenwazzjoni laterali, (4) tul tas-segment finit u (5) direttività lonġitudinali wara l-bidu tat-tidwir mal-qtugħ — ara l-ekwazzjonijiet 2.7.25 u 2.7.26.
Din il-korrezzjoni ( 23 ) tagħti kont lil bidla fil-livelli ta' espożizzjoni jekk il-veloċità attwali fuq l-art tas-segment hija differenti mill-veloċità ta' referenza Vref tal-inġenju tal-ajru li magħha hija relatata d-dejta NPD bażika. Bħall-potenza tal-magna, il-veloċità tvarja tul is-segment (veloċità tal-art tvarja minn V1 sa V2) u hemm bżonn li tiġi ddefinita veloċità tas-segmenti ekwivalenti Vseg filwaqt li jitfakkar li s-segment huwa inklinat lejn l-art; jiġifieri
Vseg = V/cosγ |
(2.7.32) |
fejn hawnhekk V hija veloċità fuq l-art ekwivalenti tas-segment (għal informazzjoni, ara l-Ekwazzjoni B-22 li tesprimi V f'termini ta' veloċità fl-ajru kkalibrata, Vc u
|
(2.7.33) |
Għal segmenti fl-ajru, V titqies li hija l-veloċità fuq l-art fl-eqreb punt ta' avviċinament S — interpolata bejn il-valuri tal-punt ta' tmiem tas-segment filwaqt li jiġi supponut li tvarja b'mod lineari mal-ħin; jiġifieri jekk l-osservatur huwa maġenb is-segment:
|
(2.7.34) |
Jekk l-osservatur qiegħed wara jew quddiem is-segment, dan huwa dak fl-eqreb punt ta' tmiem, V1 jew V2 .
Għas-segmenti tar-runway (partijiet mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ jew il-landjar li għalihom γ = 0) Vseg titqies li hija sempliċiment il-medja tal-veloċitajiet tal-bidu u tat-tmiem tas-segment; jiġifieri
V seg = (V 1 + V 2)/2 |
(2.7.35) |
Fi kwalunkwe każ, il-korrezzjoni tad-durata addittiva tiġi kkalkolata hekk
ΔV = 10 · lg(Vref/Vseg ) |
(2.7.36) |
Il-Figura 2.7.l turi l-ġeometrija bażika fil-pjan normali għar-rotta tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Il-linja tal-art hija l-intersezzjoni tal-pjan normali u l-pjan livell tal-art. (Jekk ir-rotta tat-titjira hija f'livell, il-linja tal-art hija dehra ta' tmiem tal-pjan tal-art.) L-inġenju tal-ajru jxaqleb 'il ġewwa f'angolu ε imkejjel kontra l-arloġġ fuq l-assi tat-tidwir tiegħu (jiġifieri l-ġewnaħ tal-lemin 'il fuq). Għaldaqstant huwa pożittiv għal dawriet fuq ix-xellug u negattiv għal dawriet fuq il-lemin.
Figura 2.7.m
L-angoli tal-osservatur tal-inġenju tal-ajru fil-pjan normali għar-rotta tat-titjira
Inġenju tal-ajru f'titjira huwa sors ta' storbju kumpless. Mhux talli s-sorsi tal-magni (u l-qafas tal-inġenju tal-ajru) huma kumplessi fl-oriġini, iżda anki l-konfigurazzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru, b'mod partikolari l-pożizzjoni tal-magni, jinfluwenzaw il-mudelli tar-radjazzjoni tal-istorbju tul il-proċessi ta' riflessjoni, rifrazzjoni u tifrix mis-superfiċji solidi u l-kampijiet tal-flussi ajrudinamiċi. Dan jirriżulta f'direzzjonalità mhux uniformi tal-ħoss radjat lateralment fuq l-assi tat-tidwir tal-inġenju tal-ajru, hawnhekk imsejħa direttività laterali.
Hemm differenzi sinifikanti fid-direttività laterali bejn inġenji tal-ajru b'magni mmuntati fil-fuselaġġ u dawk immuntati taħt il-ġwienaħ u dawn huma rrappreżentati fl-espressjoni li ġejja:
|
dB |
(2.7.37) |
fejn Δ I (φ) hija l-korrezzjoni, f'dB, fl-angolu ta' dipressjoni φ (ara l-Figura 2.7.m) u
a = 0,00384, |
b = 0,0621, |
c = 0,8786 |
għal magni mmuntati taħt il-ġwienaħ u |
a = 0,1225, |
b = 0,3290, |
c = 1 |
għal magni mmuntati fil-fuselaġġ. |
Għal inġenji tal-ajru bl-iskrun, il-varjazzjonijiet fid-direttività huma negliġibbli u għal dawn jista' jiġi supponut li
Δ I (φ) = 0 |
(2.7.38) |
Il-Figura 2.7.n turi l-varjazzjoni ta' Δ I (φ) fuq l-assi tat-tidwir tal-inġenju tal-ajru għat-tliet installazzjonijiet tal-magni. Dawn ir-relazzjonijiet empiriċi ġew derivati mill-SAE minn kejliet sperimentali li jsiru primarjament taħt il-ġewnaħ. Sakemm tiġi analizzata d-dejta ta' fuq il-ġewnaħ, huwa rrakkomandat li għal φ negattiv, ΔI(φ) = ΔI(0) għall-installazzjonijiet kollha.
Figura 2.7.n
Direttività laterali tal-effetti tal-installazzjoni
Huwa supponut li Δ I (φ) hija bidimensjonali; jiġifieri ma tiddependix minn xi parametru ieħor — u b'mod partikolari li ma tvarjax mad-distanza lonġitudinali tal-osservatur mill-inġenju tal-ajru. Dan ifisser li l-angolu ta' elevazzjoni β għal Δ I (φ) huwa definit bħala β = tan– 1(z/ ). Dan isir għall-konvenjenza tal-immudellar sakemm ikun hemm fehim aħjar tal-mekkaniżmi; fil-verità, l-effetti tal-installazzjoni jridu jkunu sostanzjalment tridimensjonali. Minkejja dan, mudell bidimensjonali huwa ġġustifikat mill-fatt li l-livelli ta' event għandhom it-tendenza li jkunu ddominati minn storbju radjat lejn il-ġenb mill-eqreb segment.
Il-livelli ta' event tal-NPD miġburin f'tabella huma relatati ma' titjiriet f'livell kostanti u ġeneralment huma bbażati fuq kejliet li jsiru 1.2m fuq art livellata ratba taħt l-inġenju tal-ajru; il-parametru tad-distanza effettivament hija l-għoli mis-superfiċje. Kwalunkwe effett tas-superfiċje fuq livelli ta' storbju ta' event taħt l-inġenju tal-ajru, li jista' jikkaġuna li l-livelli mniżżlin fit-tabella jvarjaw mill-valuri tal-kamp liberu ( 25 ), huwa supponut li huwa inerenti fid-dejta (jiġifieri fil-forma tar-relazzjonijiet tal-livell vs. id-distanza).
Fuq il-ġenb tar-rotta tat-titjira, il-parametru tad-distanza huwa d-distanza oblika minima — it-tul tan-normal mir-riċevitur sar-rotta tat-titjira. Fi kwalunkwe pożizzjoni laterali, ġeneralment il-livell ta' storbju ser ikun inqas milli fl-istess distanza eżatt taħt l-inġenju tal-ajru. Minbarra d-direttività laterali jew l-'effetti tal-installazzjoni' deskritti hawn fuq dan huwa dovut għal attenwazzjoni laterali eċċessiva li twassal sabiex il-livell ta' pressjoni tal-ħoss jinżel b'rata iktar mgħaġġla mad-distanza milli kif indikat mill-kurvi tal-NPD. Metodu preċedenti użat spiss għall-immudellar tal-propagazzjoni laterali tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru ġie żviluppat mis-Society of Automotive Engineers (SAE) fl-AIR-1751 u l-algoritmi deskritti iktar 'il quddiem huma bbażati fuq titjib li llum tirrakkomanda l-SAE, AIR-5662. L-attenwazzjoni laterali hija effett ta' riflessjoni, dovut għall-interferenza bejn ħoss radjat direttament u dak li jirrifletti mis-superfiċje. Tiddependi mill-għamla tas-superfiċje u tista' tikkaġuna tnaqqis sinifikanti fil-livelli ta' pressjoni tal-ħoss osservati f'angoli ta' elevazzjoni baxxi. Hija affettwata ħafna wkoll mir-rifrazzjoni tal-ħoss, kostanti u mhux kostanti, ikkaġunata mir-riħ u l-gradjenti tat-temperatura u t-turbolenza li huma stess huma attribwibbli għall-preżenza tas-superfiċje ( 26 ). Il-mekkaniżmu tar-riflessjoni tas-superfiċje huwa mifhum sew u, għal kundizzjonijiet atmosferiċi u tas-superfiċje uniformi, jista' jiġi deskritt teoretikament b'ċerta preċiżjoni. Madankollu, nuqqasijiet ta' uniformità atmosferiċi u tas-superfiċje — li mhumiex emendabbli għal analiżi teorika sempliċi — għandhom effett profond fuq l-effett ta' riflessjoni, b'tendenza li “jifirxuh” għal angoli ta' elevazzjoni ogħla; b'hekk, it-teorija għandha applikabbiltà limitata. Il-ħidma tal-SAE biex tiżviluppa fehim aħjar dwar l-effetti tas-superfiċje għadha għaddejja u hija mistennija twassal għal mudelli aħjar. Sakemm jiġu żviluppati, hija rrakkomandata l-metodoloġija li ġejja, deskritta fl-AIR-5662, għall-kalkolu tal-attenwazzjoni laterali. Hija limitata għall-każ ta' propagazzjoni ta' ħoss fuq art livell ratba li hija xierqa għall-maġġor parti tal-ajruporti ċivili. Għadhom qed jiġu żviluppati aġġustamenti li jqisu l-effetti ta' superfiċje iebsa tal-art (jew, akustikament ekwivalenti, l-ilma).
Il-metodoloġija hija mibnija fuq il-korp sostanzjali ta' dejta sperimentali dwar il-propagazzjoni ta' ħoss mill-inġenji tal-ajru b'magni mmuntati fil-fuselaġġ f'titjira dritta (bla dawriet), kostanti u livell oriġinarjament irrapportata fl-AIR-1751. Is-suppożizzjoni li, għal titjira f'livell, l-attenwazzjoni mill-arja għall-art tiddependi fuq (i) l-angolu ta' elevazzjoni β imkejjel fil-pjan vertikali u (ii) l-ispostament laterali mit-trajjettorja tal-art tal-inġenju tal-ajru , id-dejta ġiet analizzata biex tinkiseb funzjoni empirika għall-aġġustament laterali totali Λ T (β,) (= il-livell ta' event laterali neqes il-livell tal-istess distanza taħt l-inġenju tal-ajru).
Peress li t-terminu Λ T (β,) ta kont lid-direttività laterali kif ukoll l-attenwazzjoni laterali, din tal-aħħar tista' tiġi estratta bi tnaqqis. B'deskrizzjoni tad-direttività laterali bl-ekwazzjoni 2.7.37, bil-koeffiċjenti tal-immuntar fil-fuselaġġ u b'φ sostitwit ma' β (kif xieraq għal titjira mingħajr dawriet), l-attenwazzjoni laterali ssir:
|
(2.7.39) |
fejn β u jitkejlu kif muri fil-Figura 2.7.m fi pjan normali għar-rotta tat-titjira infinita li, għal titjira f'livell, hija vertikali wkoll.
Għalkemm Λ(β,) tista' tiġi kkalkolata direttament billi tintuża l-ekwazzjoni 2.7.39 b'Λ T (β,) meħuda mill-AIR-1751, hija rrakkomandata relazzjoni iktar effiċjenti. Din hija l-approssimazzjoni empirika li ġejja adattata mill-AIR-5662:
|
(2.7.40) |
fejn Γ() hija fattur tad-distanza miksub hekk
|
għal 0 ≤ ≤ 914 m |
(2.7.41) |
|
għal > 914 m |
(2.7.42) |
u Λ(β) hija l-attenwazzjoni laterali mill-arja għall-art fuq distanza twila miksuba hekk
Λ(β) = 1,137 – 0,0229β + 9,72 · exp(– 0,142β) |
għal 0° ≤ β ≤ 50° |
(2.7.43) |
Λ(β) = 0 |
għal 50° ≤ β ≤ 90° |
(2.7.44) |
L-espressjoni għal attenwazzjoni laterali Λ(β,), l-ekwazzjoni 2.7.40, li hija supponuta li tibqa' valida għall-inġenji tal-ajru kollha, l-inġenji tal-ajru bl-iskrun kif ukoll il-ġettijiet bl-immuntar fil-fuselaġġ u taħt il-ġwienaħ, tintwera b'mod grafiku fil-Figura 2.7.o.
F'ċerti ċirkustanzi (bl-art), huwa possibbli li β ikun inqas minn żero. F'dan il-każijiet huwa rrakkomandat li Λ(β) = 10,57.
Figura 2.7.o
Varjazzjoni tal-attenwazzjoni laterali Λ(β,) b'angolu ta' elevazzjoni u distanza
L-ekwazzjonijiet 2.7.41 sa 2.7.44 jiddeskrivu l-attenwazzjoni laterali Λ(β,) tal-ħoss li jasal għand l-osservatur minn ajruplan f'titjira kostanti tul rotta tat-titjira infinita f'livell. Meta dawn jiġu applikati għal segmenti b'passaġġi finiti li mhumiex f'livell, l-attenwazzjoni trid tiġi kkalkolata għal passaġġ f'livell ekwivalenti — peress li ġeneralment l-eqreb punt fuq estensjoni sempliċi tas-segment inklinat (li f'xi punt jgħaddi mis-superfiċje tal-art) ma jrendix angolu ta' elevazzjoni xieraq β.
Id-determinazzjoni tal-attenwazzjoni laterali għal segmenti finiti tvarja sew għall-metrija ta' Lmax u LE . Il-livelli massimi tas-segmenti Lmax huma stabbiliti mid-dejta NPD bħala funzjoni tad-distanza ta' propagazzjoni d mill-eqreb punt fuq is-segment; ma hemm bżonn ta' ebda korrezzjoni biex jingħata kont lid-dimensjonijiet tas-segment. Bl-istess mod, l-attenwazzjoni laterali ta' Lmax hija supponuta li tiddependi biss mill-angolu ta' elevazzjoni tal-istess punt u d-distanza fuq l-art għalih. B'hekk, huma meħtieġa l-koordinati ta' dak il-punt biss. Iżda għal LE , il-proċess huwa iktar ikkumplikat.
Il-livell bażi ta' event LE(P,d) li huwa stabbilit mid-dejta NPD, anki jekk għal parametri tas-segment finit, xorta waħda japplika għal rotta tat-titjira infinita. Il-livell ta' espożizzjoni tal-event minn segment, LE,seg , ovvjament huwa inqas mil-livell bażi — bl-ammont tal-korrezzjoni tas-segment finit iddefinit iktar tard fis-sezzjoni 2.7.19. Dik il-korrezzjoni, funzjoni tal-ġeometrija tat-triangoli OS1S2 fil-Figuri 2.7.j sa 2.7.l, tiddefinixxi xi proporzjon mill-enerġija tal-istorbju riċevuta mill-passaġġ infinit totali f'O jkun ġej mis-segment; l-istess korrezzjoni tapplika, irrilevanti jekk hemmx xi attenwazzjoni laterali. Iżda kwalunkwe attenwazzjoni laterali għandha tiġi kkalkolata għar-rotta tat-titjira infinita, jiġifieri bħala funzjoni tal-ispostament u l-elevazzjoni tagħha, u mhux dawk tas-segment finit.
Iż-żieda tal-korrezzjonijiet Δ V u Δ I , u t-tnaqqis tal-attenwazzjoni laterali Λ(β,) mil-livell bażi tal-NPD jipprovdi l-livell ta' storbju aġġustat tal-event għal titjira dritta ekwivalenti f'livell fuq passaġġ dritt infinit biswit. Iżda s-segmenti proprji tar-rotta tat-titjira li qed jiġu mmudellati, dawk li jaffettwaw il-kontorni tal-istorbju, rari jkunu f'livell; normalment l-inġenji tal-ajru jkunu qed jitilgħu jew jinżlu.
Il-Figura 2.7.p turi segment tat-tluq S1S2 — l-inġenju tal-ajru qed jitla' b'angolu γ — iżda l-kunsiderazzjonijiet jibqgħu ferm simili għal wasla. Ma tintweriex il-bqija tar-rotta tat-titjira “reali”; huwa biżżejjed li jiġi ddikjarat li S1S2 jirrappreżenta biss sehem mill-passaġġ sħiħ (li b'mod ġenerali ser ikollu kurvi). F'dan il-każ, l-osservatur O huwa maġenb is-segment, u fuq ix-xellug tiegħu. L-inġenju tal-ajru huwa mxaqleb 'il ġewwa (kontra l-arloġġ fuq ir-rotta tat-titjira) f'angolu ε għall-assi orizzontali laterali. L-angolu ta' dipressjoni φ mill-pjan tal-ġewnaħ, li l-effett tal-installazzjoni Δ I huwa funzjoni tiegħu (Ekwazzjoni 2.7.39), jinstab fil-pjan normali għar-rotta tat-titjira li fih huwa ddefinit ε. B'hekk φ = β – ε fejn β = tan– 1(h/) u hija d-distanza perpendikolari OR mill-osservatur għat-trajjettorja tal-art; jiġifieri l-ispostament laterali tal-osservatur; jiġifieri l-ispostament laterali tal-osservatur ( 27 ). L-eqreb punt ta' avviċinament tal-ajruplan għall-osservatur, S, huwa definit mill-OS perpendikolari, bit-tul (distanza oblika) dp . It-triangolu OS1S2 jaqbel mal-Figura 2.7.k, il-ġeometrija għall-kalkolu tal-korrezzjoni tas-segment Δ F .
Figura 2.7.p
Segment maġenb l-osservatur
Biex tiġi kkalkolata l-attenwazzjoni laterali bl-ekwazzjoni 2.7.40 (fejn β jitkejjel fi pjan vertikali), rotta tat-titjira ekwivalenti f'livell hija definita fil-pjan vertikali li tgħaddi minn S1S2 u bl-istess distanza oblika perpendikolari dp mill-osservatur. Din hija vviżwalizzata billi jiddawwar it-triangolu ORS, u r-rotta tat-titjira mehmuża miegħu fuq OR (ara l-Figura 2.7.p) permezz tal-angolu γ biex b'hekk jiġi fformat it-triangolu ORS'. L-angolu ta' elevazzjoni ta' dan il-passaġġ ekwivalenti f'livell (issa fi pjan vertikali) huwa β = tan– 1(h/) ( jibqa' l-istess). F'dan il-każ, bl-osservatur mal-ġenb, l-attenwazzjoni laterali Λ(β,) hija l-istess għall-materija ta' LE u Lmax .
Il-Figura 2.7.q turi s-sitwazzjoni li fiha l-punt ta' osservatur O jiġi wara s-segment finit, mhux mal-ġenb. Hawnhekk is-segment huwa osservat bħala parti iktar distanti ta' passaġġ infinit; perpendikolari jista' jitpinġa biss għall-punt Sp fuq l-estensjoni tiegħu. It-triangolu OS1S2 jaqbel mal-Figura 2.7.j li tiddefinixxi l-korrezzjoni tas-segment Δ F . Iżda f'dan il-każ, il-parametri għall-attenwazzjoni u d-direttività laterali huma inqas ovvji.
Figura 2.7.q
Osservatur wara s-segment
Filwaqt li jitfakkar li, kif stipulat għall-finijiet ta' mmudellar, id-direttività laterali (l-effett tal-installazzjoni) hija bidimensjonali, l-angolu ta' dipressjoni definittiv φ xorta jitkejjel lateralment mill-pjan tal-ġewnaħ tal-inġenju tal-ajru. (Il-livell bażi tal-event għadu dak iġġenerat mill-inġenju tal-ajru li jaqsam ir-rotta tat-titjira infinita rrappreżentata mis-segment estiż.) B'hekk l-angolu ta' dipressjoni huwa ddeterminat fl-eqreb punt ta' avviċinament, jiġifieri φ = βp – ε fejn βp huwa l-angolu SpOC.
Għal metrija tal-livell massimu, il-parametru tad-distanza tal-NPD jittieħed bħala l-iqsar distanza sas-segment, jiġifieri d = d 1. Għal metrija tal-livell ta' espożizzjoni, hija l-iqsar distanza dp minn O sa Sp fuq ir-rotta tat-titjira estiża; jiġifieri l-livell interpolat mit-tabella tal-NPD huwa LE∞ (P 1, dp ).
Il-parametri ġeometriċi għall-attenwazzjoni laterali jvarjaw ukoll għall-kalkoli tal-livelli massimi u ta' espożizzjoni. Għal metrija tal-livell massimu, l-aġġustament Λ(β,) jinkiseb bl-ekwazzjoni 2.7.40 b'β = β 1 = sin– 1(z1/d1) u fejn β 1 u d1 huma definiti mit-triangolu OC1S1 fil-pjan vertikali permezz ta' O u S1 .
Meta tiġi kkalkolata l-attenwazzjoni laterali għal segmenti fl-ajru biss u l-metrija tal-livell ta' espożizzjoni, jibqa' l-iqsar spostament laterali mill-estensjoni tas-segment (OC). Iżda sabiex jiġi definit valur xieraq ta' β mill-ġdid ikun meħtieġ li tiġi vviżwalizzata rotta tat-titjira ekwivalenti f'livell (infinita) li s-segment jista' jitqies parti minnha. Din titfassal minn S1′, l-għoli h mis-superfiċje, fejn h huwa tal-istess tul bħal RS1 , il-perpendikolari mit-trajjettorja tal-art sas-segment. Dan huwa ekwivalenti għar-rotazzjoni tar-rotta tat-titjira estiża proprja mill-angolu γ fuq il-punt R (ara l-Figura 2.7.q). Diment li R huwa fuq il-perpendikolari għal S1 , il-punt fuq is-segment li huwa l-eqreb għal O, it-tiswir tal-passaġġ ekwivalenti f'livell huwa l-istess bħal meta O jkun maġenb is-segment.
L-eqreb punt ta' avviċinament tal-passaġġ ekwivalenti f'livell għall-osservatur O huwa f'S′, b'distanza oblika d, b'tali mod li t-triangolu OCS′ ifformat konsegwentement fil-pjan vertikali jiddefinixxi l-angolu ta' elevazzjoni β = cos– 1(/d). Għad li din it-trasformazzjoni tista' tidher kemxejn kumplessa, ta' min jinnota li l-ġeometrija bażika tas-sors (iddefinita minn d1 , d2 u φ) tibqa' l-istess, il-veloċità li tivjaġġa mis-segment lejn l-osservatur hija sempliċiment dik li kienet tkun li kieku t-titjira sħiħa tul is-segment inklinat estiż għall-infinit (li għal finijiet ta' mmudellar is-segment jagħmel parti minnu) kienu f'veloċità V u potenza P1 kostanti. L-attenwazzjoni laterali tal-ħoss mis-segment riċevut mill-osservatur, minn naħa, mhijiex relatata ma' βp , l-angolu ta' elevazzjoni tal-passaġġ estiż, iżda ma' β, dak tal-passaġġ ekwivalenti f'livell.
Il-każ ta' osservatur quddiem is-segment mhuwiex deskritt għalih; jidher ċar li essenzjalment dan huwa l-istess bħall-każ meta l-osservatur ikun wara.
Madankollu, għall-metrija tal-livell ta' espożizzjoni fejn il-postijiet tal-osservatur ikunu wara s-segmenti tal-art matul it-tidwir tal-qtugħ u l-postijiet quddiem is-segmenti tal-art matul it-tidwir fuq l-art, il-valur ta' β isir l-istess bħal dak għall-metrija tal-livell massimu, jiġifieri β = β1 = sin– 1(z1/d1) u
Il-livell bażi aġġustat ta' espożizzjoni għall-istorbju huwa relatat ma' inġenji tal-ajru f'titjira kontinwa, dritta, kostanti f'livell (għad li b'angolu ta' inklinazzjoni laterali ε li huwa inkonsistenti ma' titjira dritta). L-applikazzjoni tal-korrezzjoni tas-segment finit (negattiva) Δ F = 10×lg(F), fejn F hija l-frazzjoni ta' enerġija, tkompli taġġusta l-livell għal dak li kien ikun li kieku l-inġenji tal-ajru qasam is-segment finit biss (jew li kieku kien kompletament sieket għall-bqija tar-rotta tat-titjira infinita).
It-terminu tal-frazzjoni ta' enerġija jagħti kont lid-direttività lonġitudinali ppronunzjata tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru u l-angolu li s-segment jiġi quddiemu fil-pożizzjoni tal-osservatur. Għad li l-proċessi li jikkaġunaw id-direzzjonalità huma ferm kumplessi, l-istudji wrew li l-kontorni li jirriżultaw huma kemmxejn insensittivi għall-karatteristiċi direzzjonali preċiżi supponuti. L-espressjoni għal Δ F hawn taħt hija bbażata fuq mudell bipolari ta' 90 grad “fourth-power” tar-radjazzjoni tal-ħoss. Huwa supponut li mhijiex affettwata mill-attenwazzjoni u d-direttività laterali. Kif tinkiseb din il-korrezzjoni huwa deskritt f'dettall fl-Appendiċi E.
Il-frazzjoni ta' enerġija F hija funzjoni tat-triangolu “dehra”OS1S2 iddefinit fil-Figuri 2.7.j sa 2.7.l b'tali mod li:
|
(2.7.45) |
b'
; |
; |
; |
. |
fejn dλ hija magħrufa bħala d-'distanza skalata' (ara l-Appendiċi E). Kun af li Lmax(P, dp) hija l-livell massimu, mid-dejta NPD, għad-distanza perpendikolari dp , MHUX is-segment Lmax .
Huwa rrakkomandat li jiġi applikat limitu inferjuri ta' – 150 dB għal Δ F .
Fil-każ partikolari tal-postijiet tal-osservatur wara kull segment tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ u kull segment ta' tidwir fuq l-art għal-landjar, tintuża forma mnaqqsa tal-frazzjoni tal-istorbju espressa fl-Ekwazzjoni 2.7.45, li tikkorrispondi għall-każ speċifiku ta' q = 0. Din hija kkalkolata hekk
|
(2.7.46) |
fejn α2 = λ/dλ u ΔSOR hija l-funzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir iddefinita bl-ekwazzjonijiet 2.7.51 u 2.7.52.
Il-ħsieb wara l-użu ta' din il-forma partikolari ta' frazzjoni tal-istorbju huwa spjegat ulterjorment fis-sezzjoni ta' hawn taħt, bħala parti mill-metodu ta' applikazzjoni tad-direttività tal-bidu tat-tidwir.
Fil-każ ta' segmenti tat-tidwir fuq l-art, kemm għall-qtugħ kif ukoll għal-landjar, huma applikati trattamenti speċifiċi, li huma deskritti hawn taħt.
L-istorbju tal-inġenji tal-ajru bil-ġett — speċjalment dawk mgħammrin b'magni ta' proporzjon ta' by-pass inqas — juri mudell ta' radjazzjoni b'lobu fl-arkata li sejra lura, li hija karatteristika tal-istorbju tal-egżost tal-ġett. Dan il-mudell jidher iktar aktar ma togħla l-veloċità tal-ġett u iktar ma tkun baxxa l-veloċità tal-inġenju tal-ajru. Dan huwa ta' importanza speċjali għal postijiet tal-osservaturi li jinsabu wara l-bidu tat-tidwir, meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet. Dan l-effett jingħata kont permezz ta' funzjoni tad-direttività Δ SOR .
Il-funzjoni Δ SOR ġiet derivata minn bosta kampanji ta' kejl tal-istorbju billi ntużaw mikrofoni mqegħdin b'mod adegwat wara u maġenb l-SOR tal-inġenju tal-ajru ġett tielaq.
Il-Figura 2.7.r turi l-ġeometrija rilevanti. L-angolu tal-ażimut ψ bejn l-assi lonġitudinali tal-inġenju tal-ajru u l-vettur għall-osservatur huwa definit minn
. |
(2.7.47) |
Id-distanza relattiva q hija negattiva (ara l-Figura 2.7.j) b'tali mod li ψ ivarja minn 0° fid-direzzjoni tad-direzzjoni 'l quddiem tal-inġenju tal-ajru sa 180° fid-direzzjoni opposta.
Figura 2.7.r
Ġeometrija tal-osservatur tal-inġenju tal-ajru fuq l-art għal stima tal-korrezzjoni tad-direttività
Il-funzjoni Δ SOR tirrappreżenta l-varjazzjoni tal-istorbju ġenerali li joħroġ mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ imkejjel wara l-bidu tat-tidwir, b'mod relattiv għall-istorbju ġenerali mit-tidwir fuq l-art għall-qtugħ imkejjel min-naħa tal-SOR, fl-istess distanza:
LTGR(dSOR,ψ) = LTGR(dSOR,90°) + ΔSOR(dSOR,ψ) |
(2.7.48) |
fejn LTGR (dSOR ,90°) huwa l-livell ta' storbju ġenerali tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ iġġenerat mis-segmenti kollha tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ fid-distanza tal-punt dSOR maġenb l-SOR. F'distanzi dSOR inqas minn distanza normalizzanti dSOR,0 , il-funzjoni tad-direttività tal-SOR tinkiseb permezz ta'
|
jekk 90° ≤ ψ < 148,4° |
(2.7.49) |
|
jekk 148,4° ≤ ψ ≤ 180° |
(2.7.50) |
Jekk id-distanza dSOR taqbeż id-distanza normalizzanti dSOR,0 , il-korrezzjoni tad-direttività tiġi mmoltiplikata b'fattur ta' korrezzjoni li jagħti kont lill-fatt li d-direttività tinħass inqas fuq distanzi ikbar mill-inġenju tal-ajru; jiġifieri
|
jekk dSOR ≤ dSOR,0 |
(2.7.51) |
|
jekk dSOR > dSOR,0 |
(2.7.52) |
Id-distanza normalizzanti dSOR,0 hija ta' 762 m (2 500 ft).
Il-funzjoni Δ SOR deskritta hawn fuq tkopri l-iktar l-effett maħsus tad-direttività tas-sehem inizjali tat-tidwir għall-qtugħ fil-postijiet li jinsabu wara l-SOR (għaliex huwa l-eqreb għar-riċevituri, bl-ikbar proporzjon ta' veloċità tal-ġett għall-veloċità tal-inġenju tal-ajru). Madankollu, l-użu tal-hekk stabbilita Δ SOR huwa “ġġeneralizzat” għal pożizzjonijiet wara kull segment tat-tidwir fuq l-art individwali — kemm għall-qtugħ kif ukoll għal-landjar –, u b'hekk mhux biss wara l-punt tal-Bidu tat-Tidwir (fil-każ tal-qtugħ).
Il-parametri dS u ψ huma kkalkolati b'rabta mal-bidu ta' kull segment tat-tidwir fuq l-art individwali.
Il-livell tal-event Lseg għal post wara segment tat-tidwir fuq l-art partikolari għall-qtugħ jew il-landjar huwa kkalkolat biex jikkonforma mal-formaliżmu tal-funzjoni Δ SOR : essenzjalment huwa kkalkolat għall-punt ta' referenza li jinsab maġenb il-punt tal-bidu tas-segment, fl-istess distanza dS bħall-punt proprju, u jkompli jiġi aġġustat b'Δ SOR biex jinkiseb il-livell tal-event fil-punt proprju.
Dan ifisser li t-termini ta' korrezzjoni differenti fl-ekwazzjonijiet ta' hawn taħt għandhom jużaw il-parametri ġeometriċi li jikkorrispondu għal dan il-punt ta' referenza li jinsab maġenb il-punt ta' bidu
Lmax,seg = Lmax(P,d = ds) + ΔI(φ) – Λ(β,l = ds) + ΔSOR |
(2.7.53) |
LE,seg = LE,∞(P,d = ds) + ΔV + ΔI(φ) – Λ(β,l = ds) + Δ′F + ΔSOR |
(2.7.54) |
fejn Δ′ F hija l-forma mnaqqsa tal-frazzjoni tal-istorbju espressa fl-ekwazzjoni (2.7.46) għall-każ ta' q = 0 (peress li l-punt ta' referenza jinsab maġenb il-punt ta' bidu) u filwaqt li jitfakkar li dλ għandha tiġi kkalkolata billi tintuża dS (u mhux dp ):
|
(2.7.55) |
2.7.20. Il-livell ta' storbju ta' event L ta' moviment ta' inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali
Il-metodu deskritt fis-sezzjoni 2.7.19 huwa applikabbli għal inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'magna bl-iskrun meta jiġu ttrattati bħala inġenji tal-ajru bl-iskrun fir-rigward tal-effetti tal-installazzjoni tal-magna.
Id-database tal-ANP tinkludi entrati għal bosta inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali. Filwaqt li spiss dawn ikunu l-iktar inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali komuni operattivi, jista' jkun hemm okkażjonijiet li fihom ikun xieraq li tintuża dejta addizzjonali.
Meta l-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali speċifiċi la ma jkunux magħrufin u lanqas ma jkunu fid-database tal-ANP, huwa rrakkomandat li tintuża d-dejta iktar ġenerika tal-inġenji tal-ajru, GASEPF u GASEPV rispettivament. Dawn is-settijiet ta' dejta jirrappreżentaw inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali żgħar b'magna żgħira li għandhom skrun b'inċidenza fissa u dawk b'inċidenza varjabbli rispettivament. It-tabelli tal-entrati huma ppreżentati fl-anness I (tabelli I-11 I-17)
2.7.21. Metodu għall-Kalkolu tal-Istorbju tal-Ħelikopter
Għall-kalkolu tal-istorbju tal-ħelikopter, jista' jintuża l-istess metodu ta' kalkolu użat għal inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi (spjegat fis-sezzjoni 2.7.14), diment li l-ħelikopters jiġu ttrattati bħala inġenji tal-ajru bl-iskrun u ma jiġux applikati l-effetti tal-installazzjoni tal-magna assoċjati ma' inġenji tal-ajru ġett. It-tabelli tal-entrati għal żewġ settijiet ta' dejta differenti huma ppreżentati fl-Anness I (tabelli I-18 I-27).
2.7.22. Storbju assoċjat ma' Operazzjonijiet ta' Ttestjar tal-Magna (Run-Up), taxiing u unitajiet ta' potenza awżiljarja
F'dawn il-każijiet li fihom jitqies li jridu jiġu mmudellati l-istorbju assoċjat mal-ittestjar tal-magna u l-unitajiet ta' potenza awżiljarja, dawn jiġu mmudellati skont il-kapitlu dwar l-istorbju industrijali. Għad li normalment dan ma jkunx il-każ, l-istorbju mit-testijiet tal-magna tal-inġenji tal-ajru (kultant imsejħin “run-ups tal-magna”) fl-ajruporti jistgħu jikkontribwixxu għall-impatti tal-istorbju. Normalment jitwettqu għal skopijiet ta' inġinerija sabiex tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-magna, filwaqt li l-inġenji tal-ajru jiġu pożizzjonati f'żona sikura lil hinn minn bini, inġenji tal-ajru, movimenti veikolari u/jew tal-persunal sabiex tiġi evitata kwalunkwe ħsara relatata mal-blast tal-ġett.
Għal raġunijiet ta' sikurezza u kontroll tal-istorbju addizzjonali, l-ajruporti, b'mod partikolari dawk b'faċilitajiet ta' manutenzjoni li jistgħu jwasslu għal testijiet spissi tal-magni, jistgħu jinstallaw l-hekk imsejħin “noise pens”, interkjużuri b'rażżani tal-ħoss bi 3 naħat iddiżinjati b'mod speċjali għad-devjazzjoni u d-dissipazzjoni tal-blast u l-istorbju tal-ġettijiet. L-investigazzjoni tal-impatt tal-istorbju tat-tali faċilitajiet, li jista' jkompli jiġi attenwat u jitnaqqas bl-użu ta' imbankmenti addizzjonali jew ċnut sostanzjali li jostakolaw storbju, titwettaq l-aħjar billi n-noise pen tiġi ttrattata bħala sors ta' storbju industrijali u jintuża mudell xieraq ta' propagazzjoni ta' storbju u ħoss.
2.7.23. Kalkolu tal-livelli kumulattivi
Is-Sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19 jiddeskrivu l-kalkolu tal-livell ta' ħoss u tal-istorbju ta' event ta' moviment wieħed tal-inġenju tal-ajru f'post wieħed tal-osservatur. L-espożizzjoni totali għall-istorbju fil-post hija kkalkolata billi jingħaddu l-livelli tal-event tal-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru li huma sinifikanti għall-istorbju, jiġifieri l-movimenti kollha, f'direzzjoni 'l ġewwa jew 'il barra, li jinfluwenzaw il-livell kumulattiv.
2.7.24. Livelli ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss ponderat
Il-livelli ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss ponderat għall-ħin, li jagħtu kont lill-enerġija sinifikanti riċevuta kollha tal-ħoss, għandhom jinkisbu b'mod ġeneriku mill-formula
|
(2.7.56) |
L-għadd isir għall-eventi ta' storbju N kollha matul il-perjodu ta' żmien T 0 li għalih japplika l-indiċi tal-istorbju. LE,i huwa l-livell ta' espożizzjoni għall-istorbju ta' event wieħed tal-event ta' storbju numru i. gi huwa l-fattur ta' ponderazzjoni dipendenti fuq il-ħin tal-ġurnata (normalment iddefinit mill-perjodi ta' jum, filgħaxija u lejl). Effettivament, gi huwa moltiplikatur għan-numru ta' titjiriet li jseħħu matul il-perjodi speċifiċi. Il-kostanti C jista' jkollu tifsiriet differenti (kostanti normalizzanti, aġġustament staġjonali, eċċ.).
L-użu tar-relazzjoni
fejn Δi hija l-ponderazzjoni f'deċibel għall-perjodu numru i, l-ekwazzjoni 2.7.56 tista' tiġi mmodifikata sabiex issir hekk
|
(2.7.57) |
jiġifieri l-ponderazzjoni tal-ħin tal-ġurnata jintwera permezz ta' kumpens tal-livell addittiv.
2.7.25. In-numru ponderat ta' operazzjonijiet
Il-livell kumulattiv ta' storbju huwa stmat billi jingħaddu l-kontribuzzjonijiet mit-tipi jew il-kategoriji differenti kollha ta' inġenji tal-ajru li jużaw ir-rotot tat-titjira differenti li jsawru x-xenarju tal-ajruport.
Biex jiġi deskritt dan il-proċess ta' għadd, huma introdotti s-sottoskritti li ġejjin:
i |
l-indiċi għat-tip jew kategoriji ta' inġenju tal-ajru |
j |
l-indiċi għat-trajjettorja jew is-subtrajjettorja tat-titjira (jekk huma ddefiniti subtrajjettorji) |
k |
l-indiċi għas-segment tat-trajjettorja tat-titjira |
Ħafna indiċijiet tal-istorbju — speċjalment il-livelli ekwivalenti ta' pressjoni tal-ħoss — jinkludu l-fatturi ta' ponderazzjoni tal-ħin tal-ġurnata gi fid-definizzjoni tagħhom (ekwazzjoni 2.7.56 u 2.7.57).
Il-proċess tal-għadd jista' jiġi ssimplifikat billi jiddaħħal “numru ponderat ta' operazzjonijiet”
Mij = (gday · Nij,day + gevening · Nij,evening + gnight · Nij,night ) |
(2.7.58) |
Il-valuri Nij jirrappreżentaw in-numri ta' operazzjonijiet tat-tip/kategorija tal-inġenji tal-ajru i fuq it-trajjettorja (jew subtrajjettorja) j matul il-perjodu tal-ġurnata, filgħaxija u billejl rispettivament ( 28 ).
Mill-ekwazzjoni (2.7.57) il-livell ta' pressjoni tal-ħoss kumulattiv ekwivalenti (ġeneriku) Leq fil-punt ta' osservazzjoni (x,y) huwa
|
(2.7.59) |
T 0 huwa l-perjodu ta' żmien ta' referenza. Minbarra l-fatturi ta' ponderazzjoni gi jiddependi wkoll fuq id-definizzjoni speċifika tal-indiċi ponderat użat (eż. LDEN ). LE,ijk hija l-kontribuzzjoni tal-livell ta' storbju ta' event wieħed mis-segment k tat-trajjettorja jew subtrajjettorja j għal operazzjoni ta' inġenju tal-ajru tal-kategorija i. L-istima ta' LE,ijk hija deskritta f'dettall fis-sezzjonijiet 2.7.14 sa 2.7.19.
2.7.26. Kalkolu standard tal-grilja u rfinar
Meta l-kontorni tal-istorbju jinkisbu permezz ta' interpolazzjoni bejn il-valuri tal-indiċi f'punti tal-grilja bi spazju rettangolari, il-preċiżjoni tagħhom tiddependi fuq l-għażla tal-ispazjar tal-grilja (jew id-daqs tax-xibka) ΔG , speċjalment fi ħdan iċ-ċelloli fejn il-gradjenti l-kbar fid-distribuzzjoni spazjali tal-indiċi jikkaġunaw kurvatura dejqa tal-kontorni (ara l-Figura 2.7.s). L-iżbalji fl-interpolazzjoni jitnaqqsu b'tidjiq tal-ispazjar tal-grilja, iżda peress li dan iżid in-numru ta' punti tal-grilja, hekk ukoll jiżdied il-ħin tal-kalkolu. L-ottimizzazzjoni tax-xibka tal-grilja regolari tinvolvi l-ibbilanċjar tal-preċiżjoni tal-immudellar u l-ħin operattiv.
Figura 2.7.s
Grilja standard u rfinar tal-grilja
Titjib ċar fl-effiċjenza tal-kalkolu li jforni riżultati iktar preċiżi huwa li tintuża grilja irregolari biex tiġi rfinata l-interpolazzjoni fiċ-ċelloli kritiċi. It-teknika, murija fil-Figura 2.7.s, hija li x-xibka tiddejjaq lokalment, biex il-parti l-kbira tal-grilja tibqa' kif inhi. Dan malajr isir u jinkiseb billi jittieħdu l-passi li ġejjin:
Definizzjoni tad-differenza tal-limitu ta' rfinar ΔLR għall-indiċi tal-istorbju.
Kalkolu tal-grilja bażika għal spazjar ΔG .
Kontroll tad-differenzi ΔL tal-valuri tal-indiċi bejn in-nodi tal-grilja biswit.
Jekk hemm xi differenzi ΔL > ΔLR, definizzjoni ta' grilja ġdida bi spazjar ΔG /2 u stima tal-livelli għan-nodi l-ġodda bil-mod li ġej:
|
ΔL ≤ ΔLR |
|
b'interpolazzjoni lineari minn dawk biswit |
||||
ΔL > ΔLR |
kompletament mill-ġdid mid-deta mdaħħla bażika |
Ripetizzjoni tal-passi 1–4 sakemm id-differenzi kollha jkunu inqas mid-differenza limitu.
Stima tal-kontorni b'interpolazzjoni lineari.
Jekk il-medda ta' valuri tal-indiċi trid tiġi aggregata ma' oħrajn (eż. meta jiġu kkalkolati indiċijiet ponderati bl-għadd ta' kontorni separati għal matul il-jum, filgħaxija u billejl), trid tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-grilji separati huma l-istess.
2.7.27. Użu ta' grilji mdawrin
F'ħafna każijiet prattiċi, il-vera forma ta' kontorn tal-istorbju għandha t-tendenza li tkun simmettrika fuq trajjettorja tal-art. Madankollu, jekk id-direzzjoni ta' din it-trajjettorja ma tkunx allinjata mal-grilja tal-kalkolu, dan jista' jirriżulta f'forma asimmetrika tal-kontorn.
Figura 2.7.t
Użu ta' grilja mdawra
Mod sempliċi biex jiġi evitat dan l-effett huwa li titnaqqas il-grilja. Madankollu dan iżid il-ħin ta' kalkolu. Soluzzjoni iktar eleganti hija r-rotazzjoni tal-grilja ta' kalkolu sabiex id-direzzjoni tagħha ssir parallela għat-trajjettorji ewlenin tal-art (jiġifieri normalment paralleli għar-runway ewlenija). Il-Figura 2.7.t turi l-effett ta' rotazzjoni tal-grilja bħal din fuq il-forma tal-kontorn.
2.7.28. Traċċar tal-kontorni
Algoritmu ferm effiċjenti fil-ħin li jelimina l-ħtieġa ta' kalkolu ta' medda sħiħa ta' grilja ta' valuri tal-indiċi askapitu ta' kumplessità ftit ikbar fil-kalkolu huwa li jiġi ttraċċat il-passaġġ tal-kontorn, punt, punt. Din l-għażla teħtieġ li jittieħdu u jiġu ripetuti żewġ passi bażiċi (ara l-Figura 2.7.u):
Figura 2.7.u
Kunċett ta' algoritmu ta' traċċar
L-ewwel pass huwa li jinstab l-ewwel punt P1 fuq il-kontorn. Dan isir billi jiġu kkalkolati l-livelli tal-indiċi tal-istorbju L fi stadji ekwidistanti tul “raġġ ta' tiftix” li huwa mistenni jaqsam il-kontorn meħtieġ tal-livell LC . Meta jinqasam il-kontorn, id-differenza δ = LC – L tibdel is-sinjal. Jekk iseħħ hekk, il-wisa' tal-istadju tul ir-raġġ tonqos bin-nofs u d-direzzjoni tat-tiftix titreġġa' lura. Dan isir sakemm δ issir inqas minn limitu ta' preċiżjoni predefinita.
It-tieni pass, li jibqa' jiġi ripetut sakemm il-kontorn jiġi definit kif suppost, huwa li jinstab il-punt li jmiss fuq il-kontorn LC — li huwa f'distanza speċifika tal-linja dritta speċifikata r mill-punt attwali. Matul l-istadji angolari konsekuttivi, il-livelli tal-indiċi u d-differenzi δ huma kkalkolati fi tmiem il-vetturi li jiddeskrivu arkata b'raġġ r. Billi b'mod simili jitnaqqsu bin-nofs u jitreġġgħu lura ż-żidiet, din id-darba fid-direzzjonijiet tal-vettur, il-punt ta' kontorn li jmiss jiġi stabbilit fi ħdan preċiżjoni predefinita.
Figura 2.7.v
Parametri ġeometriċi li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-algoritmu tat-traċċar
Għandhom jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-kontorn huwa stmat bi grad suffiċjenti ta' preċiżjoni (ara l-Figura .2.7.v):
It-tul tal-korda Δc (id-distanza bejn iż-żewġ punti ta' kontorn) għandu jkun fi ħdan intervall [Δcmin, Δcmax ], eż. [10 m, 200 m].
Il-proporzjon tat-tul bejn iż-żewġ kordi biswit xulxin ta' tul Δcn u Δcn + 1 għandu jkun limitat, eż. 0,5 < Δcn /Δcn + 1 < 2.
Jekk it-tul tal-korda joqgħod tajjeb mal-kurvatura tal-kontorn, għandha tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja:
Φn · max(Δcn – 1 , Δcn ) ≤ ε(ε≈ 15 m)
fejn f n hija d-differenza fid-direzzjonijiet tal-kordi.
L-esperjenza b'dan l-algoritmu għallmet li, bħala medja, iridu jiġu kkalkolati bejn 2 u 3 valuri tal-indiċi biex jiġi stabbilit punt ta' kontorn bi preċiżjoni ta' iktar minn 0,01 dB.
Speċjalment meta jridu jiġi kkalkolati kontorni kbar, dan l-algoritmu jħaffef il-ħin tal-kalkolu b'mod drammatiku. Madankollu, ta' min jinnota li l-implimentazzjoni tiegħu teħtieġ esperjenza, speċjalment meta kontorn jiġi disaggregat f'taqsimiet separati.
2.8. Assenjazzjoni ta' livelli ta' storbju u popolazzjoni għall-binjiet
Għall-valutazzjoni tal-esponiment għall-istorbju tal-popolazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati binjiet residenzjali biss. Ebda persuna ma għandha tiġi assenjata għal binjiet oħrajn mingaħjr użu residenzjali bħal skejjel, sptarijiet, binjiet ta' uffiċini jew fabbriki. L-assenjament tal-popolazzjoni għall-binjiet residenzjali għandu jkun imsejjes fuq l-aħħar dejta uffiċjali (skont ir-regolamenti rilevanti tal-Istati Membri).
Peress li l-kalkolu tal-inġenji tal-ajru jsir fuq grilja ta' riżoluzzjoni ta' 100 m × 100m, il-każ speċifiku ta' storbju tal-inġenji tal-ajru, il-livelli għandhom ikunu interpolati fuq il-bażi tal-eqreb livelli ta' storbju tal-grilja.
Determinazzjoni tan-numru ta' abitanti ta' bini
In-numru ta' abitanti ta' bini residenzjali huwa parametru intermedju importanti għall-istima tal-esponiment għall-istorbju. B'xorti ħażina, dejta fuq dan il-parametru mhux dejjem tkun disponibbli. Hawn taħt huwa speċifikat kif dan il-parametru jista' jinkiseb minn dejta iktar faċilment disponibbli.
Is-simboli użati f'dawn li ġejjin huma:
BA |
= |
l-erja tal-bażi tal-bini |
DFS |
= |
spazju tal-art tal-abitazzjoni |
DUFS |
= |
spazju tal-art tal-unità tal-abitazzjoni |
H |
= |
għoli tal-bini |
FSI |
= |
spazju tal-art tal-abitazzjoni għal kull abitant |
Inh |
= |
numru ta' abitanti |
NF |
= |
numru ta' sulari |
V |
= |
volum ta' binjiet residenzjali |
Għall-kalkolu tan-numru ta' abitanti, għandha tintuża l-proċedura tal-ewwel każ jew inkella l-proċedura tat-tieni każ li ġejjin, skont id-disponibbiltà tad-dejta.
1A :
In-numru ta' abitanti huwa magħruf jew ġie stmat fuq il-bażi tal-unitajiet tal-abitazzjoni. F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti ta' bini huwa s-somma tan-numru ta' abitanti tal-unitajiet tal-abitazzjoni kollha fil-bini:
|
(2.8.1) |
1 B :
In-numru ta' abitanti huwa magħruf biss għal entitajiet ikbar minn bini, eż. naħat ta' blokok, blokok, distretti jew saħansitra muniċipalità sħiħa. F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti ta' bini huwa stmat fuq il-bażi tal-volum tal-bini:
|
(2.8.2) |
L-indiċi '' hawnhekk jirreferi għall-entità rispettiva kkunsidrata. Il-volum tal-bini huwa l-moltiplikazzjoni tal-erja tal-bażi tiegħu u l-għoli tiegħu:
Vbuilding = BAbuilding × Hbuilding |
(2.8.3) |
Jekk l-għoli tal-bini mhuwiex magħruf, għandu jiġi stmat fuq il-bażi tan-numru ta' sulari NFbuilding , billi jiġi supponut għoli medju ta' 3 m għal kull sular:
Hbuilding = NFbuilding × 3 m |
(2.8.4) |
Jekk lanqas in-numru ta' sulari ma huwa magħruf, għandu jintuża valur prestabbilit għan-numru ta' sulari li jirrappreżenta d-distrett jew il-borough.
Il-volum totali ta' binjiet residenzjali fl-entità kkunsidrata Vtotal huwa kkalkolat bħala s-somma tal-volumi tal-binjiet residenzjali kollha fl-entità:
|
(2.8.5) |
F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti huwa stmat fuq il-bażi tal-ispazju tal-art tal-abitazzjoni medju għal kull abitant FSI. Jekk dan il-parametru mhuwiex magħruf, għandu jintuża valur nazzjonali prestabbilit.
2 A :
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni huwa magħruf fuq il-bażi tal-unitajiet tal-abitazzjoni. F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti ta' kull unità tal-abitazzjoni huwa stmat kif ġej:
|
(2.8.6) |
In-numru ta' abitanti tal-bini issa jista' jiġi stmat bħal fil-KAŻ 1A iktar 'il fuq.
2 B :
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni huwa magħruf għall-bini sħiħ, jiġifieri s-somma tal-ispazji tal-art tal-abitazzjoni tal-unitajiet tal-abitazzjoni kollha fil-bini huwa magħruf. F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti huwa stmat kif ġej:
|
(2.8.7) |
2C :
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni huwa magħruf biss għal entitajiet ikbar minn bini, eż. naħat ta' blokok, blokok, distretti jew saħansitra muniċipalità sħiħa.
F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti ta' bini huwa stmat fuq il-bażi tal-volum tal-bini kif deskritt fil-KAŻ 1B iktar 'il fuq bin-numru totali ta' abitanti stmat kif ġej:
|
(2.8.8) |
2D :
L-ispazju tal-art tal-abitazzjoni mhuwiex magħruf. F'dan il-każ, in-numru ta' abitanti ta' bini huwa stmat kif deskritt fil-KAŻ 2B iktar 'il fuq bl-ispazju tal-art tal-abitazzjoni stmat kif ġej:
DFSbuilding = BAbuilding × 0,8 × NFbuilding |
(2.8.9) |
Il-fattur 0.8 huwa l-fattur ta' konverżjoni erja tal-art gross → spazju tal-art tal-abitazzjoni. Jekk fattur differenti ikun magħruf li jirrappreżenta l-erja, dan għandu jintuża minflok u jiġi ddokumentat biċ-ċar.
Jekk in-numru ta' sulari tal-bini mhuwiex magħruf, għandu jkun stmat fuq il-bażi tal-għoli tal-bini, Hbuilding , li tipikament jirriżulta f'numru mhux sħiħ ta' sulari:
|
(2.8.10) |
Jekk la l-għoli tal-bini u lanqas in-numru ta' sulari ma jkun magħruf, għandu jintuża valur prestabbilit għan-numru ta' sulari li jirrappreżenta d-distrett jew il-borough.
Assenjazzjoni tal-punti riċeventi għall-faċċati tal-binjiet
Il-valutazzjoni tal-espożizzjoni tal-popolazzjoni għall-istorbju hija bbażata fuq livelli tal-punt riċeventi f'4 m 'il fuq mil-livell tal-art quddiem il-faċċati tal-bini ta' binjiet residenzjali.
Għall-kalkolu tan-numru ta' abitanti, għandha tintuża l-proċedura tal-ewwel każ jew il-proċedura tat-tieni każ li ġejjin għal sorsi ta' storbju bbażati fuq l-art. Għal storbju tal-inġenji tal-ajru kkalkolati skont 2.6, il-popolazzjoni kollha ta' bini hija assoċjata mal-eqreb punt ta' kalkolu tal-istorbju fuq il-grilja.
Figura a
Eżempju tal-pożizzjoni tar-riċevituri madwar bini skont il-proċedura tal-EWWEL KAŻ.
Is-segmenti b'tul ta' iktar minn 5 m jinqasmu f'intervalli regolari tal-itwal tul possibbli, iżda ta' 5 m jew inqas. Il-punti riċeventi jitqiegħdu f'nofs kull intervall regolari.
Is-segmenti li jifdal ta' iktar minn 2,5 m huma rrappreżentati minn punt riċeventi f'nofs kull segment.
Is-segmenti biswit li jifdal b'tul totali ta' iktar minn 5 m jitqiesu oġġetti polilinja b'mod simili għal dak deskritt f'a) u b).
In-numru ta' abitanti allokati f'punt riċeventi, għandu jiġi ponderat skont it-tul tal-faċċata rrappreżentata sabiex is-somma fuq il-punti riċeventi kollha tkun tirrappreżenta n-numru totali ta' abitanti.
Għall-binjiet b'daqsijiet tal-art li jindikaw tal-abitazzjoni waħda għal kull sular biss, il-livell ta' storbju tal-iktar faċċata esposta jintuża direttament għall-istatistika u huwa relatat man-numru ta' abitanti.
Figura b
Eżempju ta' pożizzjoni tar-riċevituri madwar bini skont il-proċedura tat-TIENI KAŻ.
Il-faċċati jiġu kkunsidrati għalihom jew jinqasmu kull 5 m mill-pożizzjoni tal-bidu 'l hemm, b'pożizzjoni tar-riċevitur imqiegħda fid-distanza tan-nofs mill-faċċata jew is-segment ta' 5m
Is-sezzjoni li jifdal għandha l-punt riċeventi tagħha fil-punt tan-nofs tagħha.
In-numru ta' abitanti allokati f'punt riċeventi, għandu jiġi ponderat skont it-tul tal-faċċata rrappreżentata sabiex is-somma fuq il-punti riċeventi kollha tkun tirrappreżenta n-numru totali ta' abitanti.
Għall-binjiet b'daqsijiet tal-art li jindikaw tal-abitazzjoni waħda għal kull sular biss, il-livell ta' storbju tal-iktar faċċata esposta jintuża direttament għall-istatistika u huwa relatat man-numru ta' abitanti.
3. DEJTA MDAĦĦLA
Id-dejta mdaħħla li trid tintuża kif xieraq b'rabta mal-metodi deskritti hawn fuq tingħata fl-Appendiċi F sal-Appendiċi I.
F'każijiet li fihom id-dejta mdaħħla pprovduta fl-Appendiċi F sal-Appendiċi I ma tkunx applikabbli jew tikkaġuna devjazzjonijiet mill-valur veru li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ippreżentati fi 2.1.2 u 2.6.2, jistgħu jintużaw valuri oħrajn, diment li l-valuri użati u l-metodoloġija użata biex jinkisbu jkunu ddokumentati biżżejjed, inkluż billi tintwera l-idoneità tagħhom. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika.
4. METODI TA' KEJL
F'każijiet li, għal xi raġuni, isir xi kejl fihom, dawn għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li jirregolaw il-kejliet medji fit-tul stipulati fl-ISO 1996-1:2003 u l-ISO 1996-2:2007 jew, għall-istorbju tal-inġenji tal-ajru, l-ISO 20906:2009.
Appendiċi A
Rekwiżiti tad-dejta
Is-Sezzjoni 2.7.6 tat-test ewlieni tiddeskrivi f'termini ġenerali r-rekwiżiti għad-dejta speċifika għall-każ li tiddeskrivi ajruport u l-operazzjonijiet tiegħu li huma meħtieġa għall-kalkoli tal-kontorn tal-istorbju. L-iskedi tekniċi li ġejjin huma mimlijin b'dejta rappreżentattiva għal ajruport ipotetiku. Ġeneralment, formati speċifiċi tad-dejta jkunu jiddependu mir-rekwiżiti u l-ħtiġijiet għas-sistema partikolari ta' mmudellar tal-istorbju kif ukoll ix-xenarju tal-istudju.
Nota:Huwa rakkomandat li l-informazzjoni ġeografika (punti ta' referenza eċċ.) tiġi speċifikata f'koordinati Karteżjani. L-għażla tas-sistema partikolari ta' koordinati normalment tiddependi mill-mapep disponibbli.
A1 DEJTA ĠENERALI DWAR L-AJRUPORT
A2 DESKRIZZJONI TAR-RUNWAY
Għal-limiti spustati, id-deskrizzjoni tar-runway tista' tiġi ripetuta jew il-limiti spustati jistgħu jiġu deskritti fis-sezzjoni ta' deskrizzjoni tat-trajjettorja tal-art.
A3 DESKRIZZJONI TAT-TRAJJETTORJA TAL-ART
Fin-nuqqas ta' dejta tar-radar, hemm bżonn tal-informazzjoni li ġejja biex jiġu deskritti trajjettorji partikolari tal-art.
A4 DESKRIZZJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
A5 SKEDA TA' DEJTA TAL-PROĊEDURA TAT-TITJIRA
Eżempju ta' inġenju tal-ajru għal Boeing 727-200 tal-Kapitlu 3 kif derivat mir-radar bl-użu tal-gwida stipulata fis-sezzjoni 2.7.9 tat-test ewlieni.
Eżempju għal profil proċedurali msejjes fuq dejta ta' A/C maħżuna f'database tal-ANP:
Appendiċi B
Kalkoli tal-prestazzjoni tat-titjira
Termini u simboli
It-termini u s-simboli użati f'dan l-appendiċi huma konsistenti ma' dawk użati b'mod konvenzjonali mill-inġiniera tal-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Ċerti termini bażiċi huma spjegati fil-qosor hawn taħt għall-benefiċċju tal-utenti li mhumiex midħla tagħhom. Biex jitnaqqas il-kunflitt mal-approċċ ewlieni tal-metodu, fil-parti l-kbira tagħhom is-simboli huma ddefiniti għalihom f'dan l-appendiċi. Il-kwantitajiet li għalihom issir referenza fl-approċċ ewlieni tal-metodu huma assenjati simboli komuni; ftit li jintużaw b'mod differenti f'dan l-appendiċi huma mmarkati b'asterisk (*). Hemm ċerta ġustapożizzjoni tal-unitajiet tal-Istati Uniti u dawk tal-SI; għal darb'oħra, dan isir sabiex jinżammu konvenzjonijiet li l-utenti minn dixxiplini differenti huma midħla tagħhom.
Termini
Punt tal-ksur |
Ara Klassifikar Fiss |
Veloċità fl-ajru kkalibrata |
(Tissejjaħ ukoll veloċità fl-ajru ekwivalenti jew indikata.) Il-veloċità tal-inġenju tal-ajru fir-rigward tal-arja kif indikat minn strument ikkalibrat fuq l-inġenju tal-ajru. Il-veloċità ajrudinamika reali, li normalment tkun ikbar, tista' tiġi kkalkolata mill-veloċità fl-ajru kkalibrata jekk tkun magħrufa d-densità tal-arja. |
Forza propulsiva netta kkoreġuta |
Il-forza propulsiva netta hija l-forza propulsiva li magna tagħmel fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru. F'parametru tal-potenza partikolari (EPR jew N 1) din tinżel mad-densità tal-arja hekk kif tiżdied l-altitudni; il-forza propulsiva netta kkoreġuta hija l-forza propulsiva f'livell tal-baħar. |
Klassifikar fiss |
Għal temperaturi massimi speċifiċi tal-komponent, il-forza propulsiva tal-magna taqa' hekk kif tiżdied it-temperatura ambjentali - u viċe versa. Dan ifisser li hemm temperatura tal-arja kritika li jekk tinqabeż ma tistax tinkiseb forza propulsiva kklassifikata. Għal ħafna mill-magni moderni, din tissejjaħ “temperatura bi klassifikazzjoni fissa” għaliex, f'temperaturi tal-arja aktar baxxi, il-forza propulsiva tiġi llimitata b'mod awtomatiku għall-forza propulsiva kklassifikata sabiex jibqgħu jaħdmu għall-itwal żmien possibbli. Il-forza propulsiva tinżel xorta waħda f'temperaturi li jaqbżu t-temperatura bi klassifikazzjoni fissa - li spiss tissejjaħ il-punt tal-ksur jew temperatura tal-ksur. |
Veloċità |
Kobor tal-vettur tal-veloċità tal-inġenju tal-ajru (relattiv għas-sistema ta' koordinati tal-ajrudrom) |
Forza propulsiva kklassifikata |
Kemm iddum tajba magna ta' inġenju tal-ajru jiddependi ħafna mit-temperaturi operattivi tal-komponenti tagħha. Iktar ma tkun għolja l-potenza jew il-forza propulsiva ġġenerata, iktar ser jogħlew it-temperaturi u inqas se ddum taħdem. Biex jiġu bbilanċjati r-rekwiżiti ta' prestazzjoni u tul tal-ħajja tal-magna, il-magni bi klassifikazzjoni fissa jiġu assenjatiklassifikazzjonijiet tal-forza propulsiva għall-qtugħ, it-tlugħ u s-sewqan b'veloċità kostanti li jiddefinixxu l-parametru tal-potenza massima normali. |
Parametru għall-parametru tal-ġibda |
Il-bdot ma jistax jagħżel forza propulsiva tal-magna partikolari; minflok, jagħżel parametru xieraq ta' dan il-parametru li jintwera fil-kokpit. Normalment dan ikun jew il-proporzjon ta' pressjoni tal-magna (EPR) jew il-veloċità rotazzjonali tar-rotor (jew fann) bi pressjoni baxxa (N 1). |
Simboli
Il-kwantitajiet huma mingħajr dimensjoni sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor. Is-simboli u l-abbrevjazzjonijiet mhux elenkati hawn taħt jintużaw biss lokalment u huma ddefiniti fit-test. Is-sottoskritti 1 u 2 jiddenotaw kundizzjonijiet fil-bidu u tmiem ta' segment rispettivament. Valuri b'sing fuqhom jirrappreżentaw valuri medji tas-segment, jiġifieri medja tal-valuri tal-bidu u tat-tmiem.
a |
Aċċelerazzjoni medja, pied/s2 |
amax |
Aċċelerazzjoni massima disponibbli, pied/s2 |
A, B, C, D |
Koeffiċjenti tal-flaps |
E, F, GA,B, H |
Koeffiċjenti tal-forza propulsiva tal-magna |
Fn |
Forza propulsiva netta għal kull magna, lbf |
Fn/δ |
Forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna, lbf |
G |
Gradjent tat-tlugħ |
G′ |
Gradjent tat-tlugħ bla użu tal-magna |
GR |
Gradjent medju tar-runway, inklinazzjoni 'l fuq pożittiva |
g |
Aċċelerazzjoni gravitazzjonali, pied/s2 |
ISA |
Atmosfera Standard Internazzjonali |
N * |
Nru ta' magni li jfornu forza propulsiva |
R |
Proporzjon portanza-reżistenza CD/CL |
ROC |
Rata tas-segment tat-tlugħ (pied/min) |
s |
Distanza fuq l-art koperta tul trajjettorja tal-art, piedi |
sTO8 |
Distanza tal-qtugħ fi 8 kt riħ in pruwa, piedi |
sTOG |
Distanza tal-qtugħ ikkoreġuta għal w u GR , piedi |
sTOw |
Distanza tal-qtugħ f'riħ in pruwa w, piedi |
T |
Temperatura tal-arja, °C |
TB |
Temperatura tal-ksur, °C |
V |
Veloċità fuq l-art, kt |
VC |
Veloċità fl-ajru kkalibrata, kt |
VT |
Veloċità ajrudinamika reali, kt |
W |
Piż tal-ajruplan, lb |
w |
Veloċità tar-riħ in pruwa, kt |
Δs |
Tul tas-segment f'ajru kalm projjettat fuq it-trajjettorja tal-art, piedi |
Δsw |
Projjezzjoni fuq l-art tat-tul tas-segment ikkorreġuta għar-riħ in pruwa, piedi |
δ |
p/po , il-proporzjon tal-pressjoni tal-arja ambjentali fl-ajruplan meta mqabbla mal-pressjoni tal-arja standard fil-livell medju tal-baħar: po = 101,325 kPa (jew 1 013,25 mb) |
ε |
Angolu ta' inklinazzjoni laterali, radjani |
γ |
Angolu tat-tlugħ/inżul, radjani |
θ |
(T + 273,15)/(T0 + 273,15) il-proporzjon tat-temperatura tal-arja fl-altitudni meta mqabbla mat-temperatura tal-arja standard fil-livell medju tal-baħar: T0 = 15,0 °C |
σ * |
ρ/ρ0 = Proporzjon tad-densità tal-arja f'altitudni meta mqabbla mal-valur tal-livell medju tal-baħar (anki σ = δ/θ) |
B1 INTRODUZZJONI
Sinteżi tar-rotta tat-titjira
Fil-parti l-kbira, dan l-appendiċi jirrakkomanda proċeduri għall-kalkolu ta' profil tat-titjira ta' ajruplan, fuq il-bażi ta' parametri ajrudinamiċi u tal-impjanti tal-enerġija speċifikati, il-piż tal-inġenju tal-ajru, il-kundizzjonijiet atmosferiċi, it-trajjettorja tal-art u l-proċedura operattiva (konfigurazzjoni tat-titjira, il-parametru tal-potenza, il-veloċità 'l quddiem, il-veloċità vertikali eċċ). Il-proċedura operattiva hija deskritta minn sett ta' stadji proċedurali li jippreskrivu kif jittajjar il-profil.
Il-profil tat-titjira, għal qtugħ jew avviċinament, huwa rrappreżentat minn sensiela ta' segmenti dritti, li tmiemhom jissejħu punti tal-profil. Huwa kkalkolat billi jintużaw ekwazzjonijiet ajrudinamiċi u tal-forza propulsiva li fihom għadd ta' koeffiċjenti u kostanti li jridu jkunu disponibbli għat-taħlita speċifika ta' magna u qafas tal-inġenju tal-ajru. Dan il-proċess ta' kalkolu huwa deskritt fit-test bħala l-proċess ta' sinteżi tar-rotta tat-titjira.
Minbarra l-parametri tal-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, li jistgħu jinkisbu mid-database tal-ANP, dawn l-ekwazzjonijiet jeħtieġu li jiġu speċifikati (1) il-piż gross tal-ajruplan, (2) in-numru ta' magni, (3) it-temperatura tal-arja, (4) l-elevazzjoni tar-runway, u (5) l-istadji proċedurali (spjegati f'termini tal-parametru tal-potenza, id-diflezzjonijiet tal-flaps, il-veloċità fl-ajru u, matul l-aċċelerazzjoni, ir-rata ta' tlugħ/inżul medja) għal kull segment matul il-qtugħ u l-avviċinament. Imbagħad, kull segment jiġi kklassifikat bħala tidwir fuq l-art, qtugħ jew illandjar, tlugħ b'veloċità kostanti, trażżin tal-potenza, tlugħ f'aċċelerazzjoni b'għeluq tal-flaps jew mingħajr, inżul b'deċelerazzjoni jew mingħajr u/jew ftuħ tal-flaps, jew avviċinament ta' nżul finali. Il-profil tat-titjira jinbena pass, pass, u l-parametri tal-bidu għal kull segment huma daqs dawk fi tmiem is-segment ta' qabel.
Il-parametri tal-prestazzjoni ajrudinamika fid-database tal-ANP huma maħsubin sabiex irendu rappreżentazzjoni preċiża b'mod raġonevoli ta' rotta tat-titjira proprja ta' ajruplan għall-kundizzjonijiet ta' referenza speċifikati (ara s-sezzjoni 2.7.6 tat-test ewlieni). Iżda ntwera li l-parametri ajrudinamiċi u l-koeffiċjenti tal-magna huma adegwati għal temperaturi tal-arja li jaslu sa 43 °C, altitudnijiet tal-ajrudrom li jaslu sa 4 000 pied u fil-medda ta' piżijiet speċifikati fid-database tal-ANP. B'hekk, l-ekwazzjonijiet jippermettu l-kalkolu tar-rotot tat-titjira għal kundizzjonijiet oħrajn; jiġifieri l-piż tal-ajruplan mhux ta' referenza, il-veloċità tar-riħ, it-temperatura tal-arja, u l-elevazzjoni tar-runway (pressjoni tal-arja), normalment bi preċiżjoni biżżejjed għall-kalkolu tal-kontorni tal-livelli medji ta' ħoss madwar ajruport.
Is-Sezzjoni B-4 tispjega kif l-effetti ta' tidwir f'titjira jiġu kkunsidrati għat-tluq. Dan jippermetti li jiġi kkunsidrat l-angolu ta' inklinazzjoni laterali meta jiġu kkalkolati l-effetti tad-direttività laterali (effetti tal-installazzjoni). Barra minn hekk, matul it-tidwir f'titjira, il-gradjenti tat-tlugħ ġeneralment jonqsu skont ir-raġġ tal-liwja u l-veloċità fl-ajruplan. (L-effetti tal-liwjiet matul l-avviċinament għal-landjar huma iktar kumplessi u għadhom mhumiex koperti. Madankollu, dawn rari jħallu impatt sinifikanti fuq il-kontorni tal-istorbju.)
Is-Sezzjonijiet B-5 sa B-9 jiddeskrivu l-metodoloġija rrakkomandata għall-ġenerazzjoni ta' profili ta' titjiriet ta' tluq, fuq il-bażi tal-istadji proċedurali u l-koeffiċjenti tad-database tal-ANP.
Is-Sezzjonijiet B-10 u B-11 jiddeskrivu l-metodoloġija użata biex jiġu ġġenerati profili ta' titjiriet ta' avviċinament, fuq il-bażi tal-proċeduri tat-titjira u l-koeffiċjenti tad-database tal-ANP.
Is-Sezzjoni B-12 tipprovdi eżempji maħdumin tal-kalkoli.
Settijiet separati ta' ekwazzjonijiet huma pprovduti biex tiġi stabbilita l-forza propulsiva netta prodotta mill-magni ġett u l-iskrejjen rispettivament. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, l-ekwazzjonijiet għall-prestazzjoni ajrudinamika ta' ajruplan japplikaw bl-istess mod għal ajruplani li jaħdmu bil-ġett jew bl-iskrun.
Is-simboli matematiċi użati huma ddefiniti fil-bidu ta' dan l-appendiċi u/jew meta jkunu introdotti l-ewwel darba. Fl-ekwazzjonijiet kollha, ovvjament l-unitajiet tal-koeffiċjenti u l-kostanti jridu jkunu konsistenti mal-unitajiet tal-parametri u l-varjabbli korrispondenti. Għal konsistenza mad-database tal-ANP, f'dan l-appendiċi ġew segwiti l-konvenzjonijiet tal-inġinerija tal-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru; id-distanzi u l-għoli f'piedi (piedi), il-veloċità f'knots (kt), il-massa f'libbri (lb), il-forza f'libbri-forza (forza propulsiva netta kkoreġuta tat-temperatura għolja), u l-bqija - anki jekk ċerti dimensjonijiet (eż. dawk atmosferiċi) jingħataw f'unitajiet tal-SI. Il-mudellaturi li jużaw sistemi ta' unitajiet oħrajn għandhom joqogħdu ferm attenti sabiex japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni xierqa meta jadattaw l-ekwazzjonijiet għall-ħtiġijiet tagħhom.
Analiżi tar-rotta tat-titjira
F'ċerti applikazzjonijiet tal-immudellar, l-informazzjoni dwar ir-rotta tat-titjira tiġi pprovduta mhux bħala stadji proċedurali iżda bħala koordinati f'pożizzjoni u ħin, normalment stabbiliti permezz ta' analiżi tad-dejta mir-radar. Dan huwa diskuss fis-sezzjoni 2.7.7 tat-test ewlieni. F'dan il-każ, l-ekwazzjonijiet ippreżentati f'dan l-Appendiċi jintużaw “bil-kontra”; il-parametri tal-forza propulsiva tal-magna jinġiebu mill-moviment tal-inġenju tal-ajru u mhux viċe versa. Ġeneralment, ladarba tinstab il-medja tad-dejta dwar ir-rotta tat-titjira u titnaqqas għall-forma ta' segmenti, b'kull segment jiġi kklassifikat skont it-tlugħ jew l-inżul, l-aċċelerazzjoni jew id-deċelerazzjoni, u l-forza propulsiva u l-bidliet fil-flaps, dan isir relattivament sempliċi meta mqabbel mas-sinteżi li spiss tinvolvi proċessi iterattivi.
B2 FORZA PROPULSIVA TAL-MAGNA
Il-forza propulsiva tal-magna prodotta minn kull magna hija waħda mill-ħames kwantitatjiet li jridu jiġu ddefiniti fi tmiem kull segment tar-rotta tat-titjira (l-oħrajn huma l-għoli, il-veloċità, il-parametru tal-potenza u l-angolu ta' inklinazzjoni laterali). Il-forza propulsiva netta tirrappreżenta l-komponent tal-forza propulsiva gross tal-magna li huwa disponibbli għall-propulsjoni. Għal kalkoli ajrudinamiċi u akustiċi, il-forza propulsiva netta tiġi rriferita għall-pressjoni standard tal-arja fil-livell medju tal-baħar. Din hija magħrufa bħala forza propulsiva netta kkoreġuta, Fn/δ.
Din ser tkun il-forza propulsiva netta disponibbli matul operazzjonijiet bi klassifikazzjoni tal-forza propulsiva speċifikata, jew il-forza propulsiva netta li tirriżulta meta l-parametru ta' stabbiliment tal-forza propulsiva jiġi stabbilit għal valur partikolari. Għal magna turboġett jew turbofann li topera bi klassifikazzjoni speċifika tal-forza propulsiva, il-forza propulsiva netta kkoreġuta tinstab permezz tal-ekwazzjoni
Fn/δ = E + F · Vc + GA· h + GB· h2 + H · T |
(B-1) |
fejn
Fn |
hija l-forza propulsiva netta għal kull magna, lbf |
δ |
hija l-proporzjon tal-pressjoni tal-arja ambjentali fl-ajruplan meta mqabbla mal-pressjoni standard tal-arja fil-livell medju tal-baħar, jiġifieri ma' 101,325 kPa (jew 1 013,25 mb) [ref. 1] |
Fn/δ |
hija l-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna, lbf |
VC |
hija l-veloċità fl-ajru kkalibrata, kt |
T |
hija t-temperatura ambjentali li fiha qed jopera l-ajruplan, °C, u |
E, F, GA, GB, H |
huma l-kostanti jew il-koeffiċjenti tal-forza propulsiva tal-magna għal temperaturi inqas mill-klassifikazzjoni fissa tal-magna bil-klassifikazzjoni tal-forza propulsiva użata (fis-segment attwali tal-qtugħ/fażi tat-tlugħ jew rotta tat-titjira tal-avviċinament), lb.s/piedi, lb/piedi, lb/piedi2, lb/°C. Jistgħu jinkisbu mid-database tal-ANP. |
Fid-database tal-ANP hija pprovduta wkoll dejta sabiex tkun tista' tiġi kkalkolata l-forza propulsiva mhux ikklassifikata bħala funzjoni ta' parametru għall-parametru tal-forza propulsiva. Ċerti manifatturi jirreferu għall-parametru bħala proporzjon tal-pressjoni tal-magna EPR, u oħrajn isejħulu veloċità tar-rotor bi pressjoni baxxa, jew veloċità tal-fann, N1 . Meta dak il-parametru jkun EPR, l-Ekwazzjoni B-1 tinbidel ma' din
Fn/δ = E + F · VC + GA · h + GB · h2 + H · T + K1 · EPR + K2 · EPR2 |
(B-2) |
fejn K 1 u K 2 huma koeffiċjenti, mid-database tal-ANP, relatati mal-forza propulsiva netta kkoreġuta u l-proporzjon tal-pressjoni tal-magna qrib il-proporzjon tal-pressjoni tal-magna ta' interess għan-numru Mach tal-ajruplan speċifikat.
Meta l-veloċità rotazzjonali tal-magna N1 tkun il-parametru użat mill-ekwipaġġ tal-kokpit biex jistabbilixxu l-forza propulsiva, l-ekwazzjoni ġeneralizzata tal-forza propulsiva ssir
|
(B-3) |
fejn
N1 |
hija l-veloċità rotazzjonali tal-kumpressur (jew fann) bi pressjoni baxxa tal-magna u l-istadji tat-turbini, % |
θ |
= (T + 273)/288,15, il-proporzjon tat-temperatura totali assoluta fil-bokka tal-magna meta mqabbla mat-temperatura tal-arja standard assoluta fil-livell medju tal-baħar [ref. 1]. |
|
hija l-veloċità kkoreġuta tar-rotor bil-pressjoni baxxa, %; u |
K3, K4 |
huma kostanti derivati mid-dejta tal-magna installata li jkopru l-veloċitajiet ta' interess N1 . |
Kun af li għal ajruplan partikolari, E, F, GA, GB u H fl-ekwazzjonijiet B-2 u B-3 jista' jkollhom valuri differenti minn dawk fl-ekwazzjoni B-1.
Mhux kull terminu fl-ekwazzjoni dejjem ikun sinifikanti. Pereżempju, għal magni bi klassifikazzjoni fissa li joperaw f'temperaturi tal-arja taħt il-punt tal-ksur (normalment 30°C), it-terminu temperatura jaf ma jkunx meħtieġ. Għal magni mingħajr klassifikazzjoni fissa, it-temperatura ambjentali trid tiġi kkunsidrata meta tingħażel il-forza propulsiva kklassifikata. F'temperaturi ogħla mit-temperatura bi klassifikazzjoni fissa tal-magni, irid jintuża sett differenti ta' koeffiċjenti tal-forza propulsiva tal-magna (E, F, GA, GB u H) high sabiex jiġi stabbilit il-livell tal-forza propulsiva disponibbli. Imbagħad, normalment tiġi kkalkolata Fn /δ billi jintużaw il-koeffiċjenti tat-temperatura baxxa kif ukoll tat-temperatura għolja u jintuża l-livell ogħla tal-forza propulsiva għal temperaturi inqas mit-temperatura bi klassifikazzjoni fissa u jintuża l-livell ikkalkolat inqas tal-forza propulsiva għal temperatura ogħla mit-temperatura bi klassifikazzjoni fissa.
Meta jkunu disponibbli koeffiċjenti tal-forza propulsiva tat-temperatura baxxa biss, tista' tintuża r-relazzjoni li ġejja:
(Fn/δ)high = F · VC + (E + H · TB )·(1 – 0,006 · T)/(1 – 0,006 · TB ) |
(B-4) |
fejn
(Fn /δ) high |
hija l-forza propulsiva netta kkoreġuta tat-temperatura għolja (lbf), |
TB |
hija t-temperatura tal-ksur (fin-nuqqas ta' valur definittiv, assumi valur prestabbilit ta' 30 °C). |
Id-database tal-ANP tipprovdi valuri għall-kostanti u l-koeffiċjenti fl-ekwazzjonijiet B-1 sa B-4.
Għal ajruplani li jaħdmu bl-iskrun, il-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna għandha tinqara mill-grafiki jew tiġi kkalkolata billi tintuża l-ekwazzjoni
Fn/δ = (326 · η · Pp/VT )/δ |
(B-5) |
fejn
η |
hija l-effiċjenza tal-iskrun għal installazzjoni partikolari ta' skrun u hija funzjoni tal-veloċità rotazzjonali tal-iskrun u l-veloċità tat-titjir tal-ajruplan |
VT |
hija l-veloċità ajrudinamika reali, kt |
Pp |
hija l-potenza propulsiva netta għall-kundizzjoni partikolari tat-titjira, eż. potenza mass. tal-qtugħ jew tat-tlugħ, hp |
Il-parametri fl-Ekwazzjoni B-5 huma pprovduti fid-database tal-ANP għall-parametru tal-forza propulsiva massima tal-qtugħ u dik tat-tlugħ.
Il-veloċità ajrudinamika reali VT hija stmata mill-veloċità fl-ajru kkalibrata VC billi tintuża r-relazzjoni
|
(B-6) |
fejn σ hija l-proporzjon tad-densità tal-arja fl-ajruplan meta mqabbla mal-valur tal-livell medju tal-baħar.
Gwida dwar l-operazzjoni b'forza propulsiva tal-qtugħ imnaqqsa
Spiss, il-piżijiet tal-qtugħ tal-inġenju tal-ajru jkunu inqas mill-massimu permess u/jew it-tul tar-runway disponibbli jkun jaqbeż il-minimu meħtieġ bl-użu tal-forza propulsiva massima tal-qtugħ. F'dawn il-każijiet, hija prattika komuni li titnaqqas il-forza propulsiva tal-magna taħt il-livelli massimi sabiex tittawwal il-ħajja tal-magna u, kultant, bil-għan li jittaffa l-istorbju. Il-forza propulsiva tista' titnaqqas biss sa livelli li jiggarantixxu marġni meħtieġ ta' sikurezza. Il-proċedura ta' kalkolu użata minn operaturi tal-linja tal-ajru biex jistabbilixxu l-ammont ta' tnaqqis tal-forza propulsiva hija rregolata kif xieraq: hija kumplessa u tieħu f'kunsiderazzjoni bosta fatturi inklużi l-piż tal-qtugħ, it-temperatura tal-arja ambjentali, id-distanzi ddikjarati tar-runway, l-elevazzjoni tar-runway u l-kriterji ta' qtugħ mill-ostakoli tar-runway. Għaldaqstant, l-ammont tat-tnaqqis tal-forza propulsiva jvarja minn titjira għal oħra.
Peress li jista' jkollhom effett profond fuq il-kontorni tal-istorbju tat-tluq, il-mudellaturi għandhom iqisu b'mod raġonevoli l-operazzjonijiet imnaqqsin tal-forza propulsiva u, biex jagħmlu l-aħjar provvediment possibbli, ifittxu li jiksbu pariri prattiċi mingħand l-operaturi.
Jekk it-tali pariri ma jkunux għadhom disponibbli, xorta huwa rakkomandat li jsiru xi provvedimenti permezz ta' mezzi alternattivi. Mhuwiex prattiku li jiġu riflessi l-kalkoli tal-operaturi għall-finijiet ta' mmudellar tal-istorbju; u lanqas ma jkunu xierqa flimkien mas-simplifikazzjonijiet u l-approssimazzjonijiet konvenzjonali li jsiru għall-finijiet tal-livelli medji ta' storbju fit-tul. Bħala alternattiva prattika, tiġi pprovduta l-gwida li ġejja. Ta' min jisħaq li qed issir riċerka konsiderevoli f'dan il-qasam u, għalhekk, din il-gwida tista' tinbidel.
Analiżi tad-dejta tal-FDR uriet li l-livell tat-tnaqqis tal-forza propulsiva huwa ferm korrelatat mal-proporzjon tal-piż proprju tal-qtugħ meta mqabbel mal-Piż tal-Qtugħ Irregolat (RTOW), sa limitu inferjuri fiss ( 29 ); jiġifieri
Fn/δ = (Fn/δ) max · W/WRTOW |
(B-7) |
fejn (Fn /δ)max hija l-forza propulsiva massima kklassifikata, W hija l-piż attwali gross tal-qtugħ u WRTOW hija l-Piż tal-Qtugħ Irregolat.
L-RTOW huwa l-piż massimu tal-qtugħ li jista' jintuża fl-interessi tas-sikurezza, filwaqt li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tat-tul tal-kamp tal-qtugħ, ta' mingħajr magna u tal-ostakoli. Hija funzjoni tat-tul disponibbli tar-runway, l-elevazzjoni tal-mitjar, it-temperatura, ir-riħ in pruwa, u l-angolu tal-flaps. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb mingħand l-operatur u għandha tkun disponibbli faċilment mid-dejta fuq il-livelli proprji ta' forza propulsiva mnaqqsa. Inkella, tista' tiġi kkalkolata billi tintuża dejta li tinsab fil-manwali tat-titjir tal-inġenji tal-ajru.
Forza Propulsiva Mnaqqsa tat-Tlugħ
Meta jħaddmu forza propulsiva mnaqqsa tal-qtugħ, l-operaturi spiss, iżda mhux dejjem, inaqqsu l-forza propulsiva tat-tlugħ minn taħt il-livelli massimi ( 30 ). Dan jevita sitwazzjonijiet li jseħħu meta, fi tmiem it-tlugħ inizjali bil-forza propulsiva tal-qtugħ, il-potenza trid tiżdied minflok ma titnaqqas. Madankollu, huwa iktar diffiċli li tiġi stabbilita raġuni għal bażi komuni hawnhekk. Ċerti operaturi jużaw detenti fissi taħt forza propulsiva massima tat-tlugħ, kultant imsejħa Tlugħ 1 u Tlugħ 2, li tipikament inaqqsu l-forza propulsiva tat-tlugħ b'10 u 20 fil-mija rispettivament meta mqabblin mal-massimu. Huwa rrakkomandat li kull meta tintuża forza propulsiva mnaqqsa tal-qtugħ, anki l-livelli tal-forza propulsiva tat-tlugħ għandhom jitnaqqsu b'10 fil-mija.
B3 PROFILI VERTIKALI TAT-TEMPERATURA TAL-ARJA, IL-PRESSJONI, ID-DENSITÀ U L-VELOĊITÀ TAR-RIĦ
Għall-finijiet ta' dan id-dokument, il-varjazzjonijiet fit-temperatura, il-pressjoni u d-densità b'għoli ta' iktar mil-livell medju tal-baħar jittieħdu bħala dawk tal-Atmosfera Standard Internazzjonali. Il-metodoloġiji deskritti hawn taħt ġew ivvalidati għal altitudnijiet tal-ajrudrom li jaslu sa 4 000 pied ogħla mil-livell tal-baħar u għal temperaturi tal-arja li jaslu sa 43 °C (109 °F).
Għad li, fil-verità, il-veloċità medja tar-riħ tvarja kemm mal-għoli kif ukoll mal-ħin, normalment mhuwiex prattikabbli li dawn jiġu kkunsidrati għal finijiet ta' mmudellar tal-kontorni tal-istorbju. Minflok, l-ekwazzjonijiet tal-prestazzjoni tat-titjira ta' hawn taħt huma bbażati fuq is-suppożizzjoni komuni li l-ajruplan sejjer dritt f'riħ in pruwa (prestabbilit) ta' 8 kt il-ħin kollu - indipendentement mid-direzzjoni tal-kumpass (għad li ma tiġix ikkunsidrata b'mod espliċitu l-veloċità medja tar-riħ fil-kalkoli tal-propagazzjoni tal-ħoss). Il-metodi għall-aġġustament tar-riżultati għal veloċitajiet oħrajn tar-riħ in pruwa huma pprovduti.
B4 L-EFFETTI TAL-LIWJIET
Il-bqija ta' dan l-appendiċi jispjega kif wieħed għandu jikkalkula l-proprjetajiet meħtieġa tas-segmenti li jgħaqqdu l-punti tal-profili s,z li jiddefinixxu r-rotta tat-titjira b'żewġ dimensjonijiet fil-pjan vertikali fuq it-trajjettorja tal-art. Is-segmenti huma ddefiniti f'sekwenza fid-direzzjoni taċ-ċaqliq. Fi tmiem kwalunkwe segment (jew fil-bidu tat-tidwir fil-każ tal-ewwel waħda għat-tluq), fejn huma ddefiniti l-parametri operattivi u l-istadju proċedurali li jmiss, il-ħtieġa hija li jiġu kkalkolati l-angolu tat-tlugħ u d-distanza tat-trajjettorja sal-punt li fih jintlaħqu l-għoli u/jew il-veloċità meħtieġa.
Jekk it-trajjettorja hija dritta, din tkun koperta minn segment uniku tal-profil, li mbagħad, il-ġeometrija tiegħu tista' tiġi ddeterminata direttament (għad li kultant bi grad ta' iterazzjoni). Iżda jekk tibda jew tintemm liwja, jew ir-raġġ jew id-direzzjoni tagħha jinbidlu, qabel ma jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta' tmiem meħtieġa, segment wieħed ma jkunx biżżejjed għaliex il-portanza u r-reżistenza tal-inġenju tal-ajru jinbidlu mal-angolu ta' inklinazzjoni laterali. Sabiex jiġu kkunsidrati l-effetti tal-liwja fuq it-tlugħ, hemm bżonn ta' segmenti addizzjonali tal-profil sabiex jiġi implimentat l-istadju proċedurali - kif spjegat hawn.
It-tiswir tat-trajjettorja tal-art huwa deskritt fis-sezzjoni 2.7.13 tat-test. Dan isir indipendentement minn kwalunkwe profil tat-titjira ta' inġenju tal-ajru (għad li jsir b'attenzjoni sabiex ma jiġux iddefiniti liwjiet li ma jistgħux jittajru minħabba restrizzjonijiet operattivi normali). Iżda peress li l-profil tat-titjira - l-għoli u l-veloċità bħala funzjoni tad-distanza tat-trajjettorja - huwa affettwat mil-liwjiet, il-profil tat-titjira ma jistax jiġi stabbilit b'mod indipendenti mit-trajjettorja tal-art.
Biex tinżamm il-veloċità f'liwja, trid tiżdied ir-refgħa tal-ġwienaħ ajrudinamiċi, sabiex jiġu bbilanċjati l-forza ċentrifuga kif ukoll il-piż tal-inġenju tal-ajru. Min-naħa tagħha, din iżżid ir-reżistenza u, għalhekk, anki l-forza propulsiva meħtieġa. L-effetti tal-liwja huma espressi fl-ekwazzjonijiet tal-prestazzjoni bħala funzjonijiet tal-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε li, għal inġenju tal-ajru f'liwja tat-titjira f'livell b'veloċità kostanti fuq rotta ċirkulari, jinkiseb permezz ta'
|
|
(B-8) |
|
fejn |
V |
hija l-veloċità fuq l-art, kt |
|
r |
hija r-raġġ tal-liwja, piedi |
||
u |
g |
hija l-aċċelerazzjoni minħabba l-gravità, piedi/s2 |
Huwa supponut li l-liwjiet kollha għandhom raġġ kostanti u l-effetti tat-tieni ordni assoċjati ma' rotot tat-titjira mhux f'livell huma injorati; l-angoli ta' inklinazzjoni laterali huma bbażati fuq ir-raġġ tal-liwja r tat-trajjettorja tal-art biss.
Biex jiġi implimentat stadju proċedurali, l-ewwel jiġi kkalkolat segment tal-profil provviżorju billi jintuża l-angolu ta' inklinazzjoni laterali ε fil-punt tal-bidu - kif iddefinit mill-Ekwazzjoni B-8 għar-raġġ tas-segment tat-trajjettorja r. Jekk it-tul ikkalkolat tas-segment provviżorju huwa tali li ma jaqsamx il-bidu jew it-tmiem ta' liwja, is-segment provviżorju jiġi kkonfermat u l-attenzjoni tinxteħet fuq l-istadju li jmiss.
Iżda jekk is-segment provviżorju jaqsam bidu jew tmiem wieħed jew iktar ta' liwjiet (meta ε jinbidel) ( 31 ), il-parametri tat-titjira fl-ewwel tali punt huma stmati permezz ta' interpolazzjoni (ara s-sezzjoni 2.7.13), issejvjata flimkien mal-koordinati tagħha bħala valuri tal-punt ta' tmiem, u s-segment jinqata'. Imbagħad, minn dak il-punt tiġi applikata t-tieni parti tal-istadju proċedurali - mill-ġdid billi jiġi supponut b'mod provviżorju li din tista' ssir f'segment wieħed bl-istess kundizzjonijiet ta' tmiem iżda bil-punt ta' bidu l-ġdid u l-angolu ta' inklinazzjoni laterali l-ġdid. Jekk imbagħad dan it-tieni segment jgħaddi bidla oħra fid-direzzjoni/raġġ tal-liwja, ikun meħtieġ it-tielet segment - u jibqa' sejjer hekk sakemm jinkisbu l-kundizzjonijiet ta' tmiem.
Metodu approssimattiv
Ser jidher li l-kunsiderazzjoni sħiħa tal-effetti tal-liwjiet, kif deskritt iktar 'il fuq, tinvolvi kumplessità konsiderevoli ta' kalkoli għaliex il-profil tat-tlugħ ta' kwalunkwe inġenju tal-ajru jrid jiġi kkalkolat għalih għal kull trajjettorja tal-art li jsegwi. Iżda l-bidliet fil-profil vertikali kkaġunati mil-liwjiet normalment ikollhom influwenza ferm iżgħar fuq il-kontorni meta mqabblin mal-bidliet fl-angolu ta' inklinazzjoni laterali, u ċerti utenti jistgħu jippreferu li jevitaw il-kumplessità - akkost ta' xi telf fil-preċiżjoni - billi jinjoraw l-effetti tal-liwjiet fuq il-profili filwaqt li xorta jikkunsidraw l-angolu ta' inklinazzjoni laterali fil-kalkolu tal-emissjoni tal-ħoss laterali (ara s-sezzjoni 2.7.19). B'dan il-profil ta' approssimazzjoni, il-punti għal operazzjoni partikolari ta' inġenju tal-ajru jiġu kkalkolati darba biss, billi tiġi supponuta trajjettorja tal-art dritta (li għaliha ε = 0).
B5 TIDWIR FUQ L-ART GĦALL-QTUGĦ
Il-forza propulsiva tal-qtugħ taċċellera l-ajruplan tul ir-runway sal-qtugħ mill-art. Imbagħad, huwa supponut li l-veloċità fl-ajru kkalibrata tibqa' kostanti tul il-parti tal-bidu tal-fażi tat-tlugħ. Huwa supponut li, jekk l-attrezzatura għal-landjar tkun tingħalaq, din tingħalaq ftit wara l-qtugħ mill-art.
Għall-fini ta' dan id-dokument, it-tidwir fuq l-art għall-qtugħ proprju huwa stmat permezz ta' distanza tal-qtugħ ekwivalenti (f'riħ in pruwa prestabbilit ta' 8 kt), sTO8 , iddefinit kif muri fil-Figura B-1, bħala d-distanza tul ir-runway minn meta jintreħew il-brekijiet sal-punt fejn estensjoni dritta tar-rotta tat-titjira inizjali għat-tlugħ bl-attrezzatura għal-landjar magħluqa tiltaqa' mar-runway.
Figura B-1
Distanza ekwivalenti tal-qtugħ
F'runway f'livell, id-distanza ekwivalenti tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ sTO8 f'piedi hija stabbilita hekk
|
(B-9) |
fejn
B8 |
hija koeffiċjent xieraq għal taħlita speċifika ta' diflezzjoni tal-flaps/ajruplan għall-kundizzjonijiet ta' referenza tal-ISA, inkluż ir-riħ in pruwa ta' 8 knots, piedi/lbf |
W |
hija l-piż gross tal-ajruplan meta jintreħew il-brejkijiet, lbf |
N |
hija n-numru ta' magni li jfornu forza propulsiva. |
Nota:Peress li l-ekwazzjoni B-9 tikkunsidra varjazzjoni fil-forza propulsiva b'veloċità fl-ajru u elevazzjoni tar-runway, għal ajruplan partikolari, il-koeffiċjent B8 jiddependi biss mid-diflezzjoni tal-flaps.
Għal riħ in pruwa li mhuwiex it-8kt prestabbilit, id-distanza ta' tidwir fuq l-art għall-qtugħ hija kkoreġuta permezz ta':
|
(B-10) |
fejn
STOw |
hija d-distanza tat-tidwir fuq l-art ikkoreġuta għar-riħ in pruwa w, piedi |
VC |
(f'din l-ekwazzjoni) hija l-veloċità kkalibrata fir-rotazzjoni tal-qtugħ, kt |
w |
hija r-riħ in pruwa, kt |
Id-distanza tat-tidwir fuq l-art għall-qtugħ hija kkoreġuta wkoll għal gradjent tar-runway kif ġej:
|
(B-11) |
fejn
STOG |
hija d-distanza tat-tidwir fuq l-art (piedi) ikkoreġuta għal riħ in pruwa u gradjent tar-runway, |
a |
hija l-aċċelerazzjoni medja tul ir-runway, jiġifieri |
GR |
hija l-gradjent tar-runway; pożittiv għal tlugħ b'inklinazzjoni 'l fuq |
B6 TLUGĦ B'VELOĊITÀ KOSTANTI
Dan it-tip ta' segment huwa ddefinit mill-veloċità fl-ajru kkalibrata tal-ajruplan, il-parametru tal-flaps, u l-għoli u l-angolu ta' inklinazzjoni laterali fi tmiemu, flimkien mal-veloċità tar-riħ in pruwa (8 kt prestabbiliti). Għal kwalunkwe segment, il-paremetri tal-bidu tas-segment inklużi l-forza propulsiva netta kkoreġuta huma daqs dawk fi tmiem is-segment ta' qabel - ma hemm ebda inkonsistenzi (ħlief l-angolu tal-flaps u l-angolu ta' inklinazzjoni laterali li, f'dawn il-kalkoli, jistgħu jinbidlu b'mod gradwali). Il-forzi propulsivi netti fi tmiem is-segment l-ewwel huma kkalkolati billi tintuża l-ekwazzjoni xierqa minn B-1 sa B-5. Imbagħad, l-angolu ġeometriku medju tat-tlugħ γ (ara l-Figura B-1) jinkiseb permezz ta'
|
(B-12) |
fejn il-valuri b'sing fuqhom jirrappreżentaw valuri ta' nofs is-segmenti (= medja tal-valuri tal-punt tal-bidu u tal-punt ta' tmiem - ġeneralment il-valuri ta' nofs is-segmenti) u
K |
hija kostanti li jiddependi fuq il-veloċità ta' 1,01 meta VC ≤ 200 kt jew inkella 0,95. Dan il-kostanti jqis l-effetti fuq il-gradjent tat-tlugħ meta jsir tlugħ f'riħ in pruwa ta' 8 knots u l-aċċelerazzjoni inerenti fit-tlugħ b'veloċità fl-ajru kkalibrata kostanti (il-veloċità reali tiżdied hekk kif mal-għoli tonqos id-densità tal-arja). |
R |
huwa l-proporzjon tal-koeffiċjent tar-reżistenza tal-ajruplan meta mqabbel mal-koeffiċjent tal-portanza tiegħu li huwa xieraq għall-parametru partikolari tal-flaps. Huwa supponut li l-attrezzatura għal-landjar hija magħluqa. |
ε |
Angolu ta' inklinazzjoni laterali, radjani |
L-angolu tat-tlugħ huwa kkoreġut għal riħ in pruwa w billi tintuża l-ekwazzjoni:
|
(B-13) |
fejn γ w huwa l-angolu medju kkoreġut tat-tlugħ għar-riħ in pruwa.
Id-distanza maqsuma mill-ajruplan tul it-trajjettorja tal-art, Δs, filwaqt li jitla' f'angolu γ w , minn altitudni inizjali h 1 sa altitudni finali h 2 tinkiseb permezz tal-ekwazzjoni
|
(B-14) |
Bħala regola, żewġ fażijiet distinti ta' profil tat-tluq jinvolvu tlugħ f'veloċità fl-ajru kostanti. L-ewwel waħda, xi kultant imsejħa s-segment tat-tlugħ inizjali tiġi eżatt wara l-qtugħ mill-art u, fiha, ir-rekwiżiti dwar is-sikurezza jesiġu li l-ajruplan jittajjar b'veloċità fl-ajru minima li tal-inqas tilħaq il-veloċità ta' sikurezza tal-qtugħ. Din hija veloċità rregolata u għandha tinkiseb sakemm jintlaħqu l-35 pied mir-runway matul operazzjoni normali. Madankollu, hija prattika komuni li tinżamm veloċità tat-tlugħ inizjali ftit ikbar mill-veloċità ta' sikurezza tal-qtugħ, normalment xi 10-20kt iktar, peress li din tidher li ttejjeb il-gradjent tat-tlugħ inizjali miksub. It-tieni fażi tiġi wara l-għeluq tal-flaps u l-aċċelerazzjoni inizjali, u tissejjaħ tlugħ kontinwu.
Matul it-tlugħ inizjali, il-veloċità fl-ajru tiddependi mill-parametru tal-flaps tal-qtugħ u l-piż gross tal-ajruplan. Il-veloċità tat-tlugħ inizjali kkalibrata VCTO hija kkalkolata billi tintuża l-approssimazzjoni tal-ewwel ordni:
|
(B-15) |
fejn C huwa koeffiċjent xieraq għall-parametru tal-flaps (kt/Ölbf), meħud mid-database tal-ANP.
Għat-tlugħ kontinwu wara l-aċċelerazzjoni, il-veloċità fl-ajru kkalibrata hija parametru mdaħħal mill-utent.
B7 TRAŻŻIN TAL-POTENZA (SEGMENT TA' TRANSIZZJONI)
Il-potenza titnaqqas, jew titrażżan, mill-parametru tal-qtugħ f'xi waqt wara l-qtugħ sabiex tiġi estiża l-ħajja tal-magna u spiss sabiex jitnaqqas l-istorbju f'ċerti żoni. Is-soltu l-forza propulsiva titrażżan matul segment tat-tlugħ b'veloċità kostanti (Sezzjoni B6) jew segment ta' aċċelerazzjoni (Sezzjoni B8). Peress li dan huwa proċess relattivament qasir, li s-soltu jdum madwar 3 sa 5 sekondi biss, huwa mmudellat billi jiżdied “segment ta' transizzjoni” mas-segment primarju. Normalment dan isir b'tali mod li jkopri distanza orizzontali fuq l-art ta' 1 000 pied (305 m).
Ammont tat-tnaqqis tal-forza propulsiva
F'operazzjoni normali, il-forza propulsiva titnaqqas sal-parametru massimu tal-forza propulsiva tat-tlugħ. Għall-kuntrarju tal-forza propulsiva tal-qtugħ, il-forza propulsiva tat-tlugħ tista' tinżamm għal tul ta' żmien indefinit, u s-soltu fil-prattika tinżamm sakemm l-ajruplan jilħaq l-altitudni tal-veloċità kostanti inizjali tiegħu. Il-livell massimu tal-forza propulsiva tat-tlugħ huwa stabbilit bl-ekwazzjoni B-1 billi jintużaw il-koeffiċjenti massimi tal-forza propulsiva forniti mill-manifattur. Madankollu, ċerti rekwiżiti sabiex jittaffa l-istorbju jistgħu jesiġu tnaqqis ulterjuri tal-forza propulsiva, xi kultant imsejjaħ trażżin profond. Għal finijiet ta' sikurezza, it-tnaqqis tal-forza propulsiva massima huwa limitat ( 32 ) għal ammont stabbilit mill-prestazzjoni tal-ajruplan u l-għadd ta' magni.
Xi kultant, il-livell minimu tal-“forza propulsiva mnaqqsa” jissejjaħ il-“forza propulsiva mnaqqsa” bla użu tal-magna:
|
(B-16) |
fejn
δ2 |
hija l-proporzjon tal-pressjoni fl-altitudni h2 |
G′ |
hija l-perċentwal tal-gradjent tat-tlugħ bla użu tal-magna: = 0 % għal ajruplani b'sistemi awtomatiċi ta' restawr tal-forza propulsiva; inkella,
= 1,2 % għal ajruplan b'2 magni
= 1,5 % għal ajruplan b'3 magni
= 1,7 % għal ajruplan b'4 magni
|
Segment tat-tlugħ b'veloċità kostanti bi trażżin
Il-gradjent tas-segment tat-tlugħ huwa kkalkolat billi tintuża l-ekwazzjoni B-12, bil-forza propulsiva kkalkolata billi tintuża B-1 b'koeffiċjenti massimi tat-tlugħ, jew B-16 għal forza propulsiva mnaqqsa. Imbagħad, is-segment tat-tlugħ jinqasam f'żewġ subsegmenti, bit-tnejn li huma li għandhom l-istess angolu tat-tlugħ. Dan jintwera fil-Figura B-2.
Figura B-2
Segment tat-tlugħ b'veloċità kostanti bi trażżin (illustrazzjoni – mhux skalata)
L-ewwel subsegment huwa assenjat distanza mill-art ta' 1 000 pied (304 m), u l-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna fi tmiem l-1 000 pied hija stabbilita daqs il-valur ta' trażżin. (Jekk id-distanza orizzontali oriġinali hija inqas minn 2 000 pied, nofs is-segment jintuża biex titrażżan il-forza propulsiva.) Anki l-forza propulsiva finali fit-tieni subsegment hija stabbilita daqs il-forza propulsiva mrażżna. B'hekk, it-tieni subsegment jittajjar b'forza propulsiva kostanti.
B8 AĊĊELERAZZJONI FIT-TLUGĦ U GĦELUQ TAL-FLAPS
Normalment dan jiġi wara t-tlugħ inizjali. Bħas-segmenti kollha tat-titjira, l-altitudni tal-punt tal-bidu h1 , il-veloċità ajrudinamika reali VT1 , u l-forza propulsiva (Fn /δ)1 huma dawk meħudin minn tmiem is-segment ta' qabel. Il-veloċità fl-ajru kkalibrata tal-punt ta' tmiem VC2 u r-rata medja tat-tlugħ ROC jiddaħħlu mill-utenti (angolu ta' inklinazzjoni laterali ε hija funzjoni ta' veloċità u raġġ tal-liwja). Peress li jiddependu minn xulxin, l-altitudni ta' tmiem h 2, il-veloċità ajrudinamika reali ta' tmiem VT2 , il-forza propulsiva ta' tmiem (Fn/δ)2 u t-tul tat-trajjettorja tas-segment Δs iridu jiġu kkalkolati b'iterazzjoni; l-altitudni ta' tmiem h 2 tiġi azzardata għall-ewwel u mbagħad terġa' tiġi kkalkolata bosta drabi bl-ekwazzjonijiet B-16 u B-17 sakemm id-differenza bejn l-istimi suċċessivi tkun inqas minn tolleranza speċifikata, eż. pied. Stima inizjali prattika hija h 2 = h 1 + 250 pied.
It-tul tat-trajjettorja tas-segment (distanza orizzontali koperta) huwa stmat hekk:
|
(B-17) |
fejn
0,95 |
huwa fattur li jqis l-effett ta' riħ in pruwa ta' 8 kt riħ matul it-tlugħ f'160 kt |
k |
hija kostanti għall-konverżjoni ta' knots f'piedi/sek = 1,688 pied/s għal kull kt |
VT 2 |
= veloċità ajrudinamika reali fi tmiem is-segment, kt:
fejn σ2 = proporzjon tad-densità tal-arja fl-altitudni ta' tmiem h 2 |
amax |
= aċċelerazzjoni massima f'titjira f'livell (piedi/s2) = |
G |
= gradjent tat-tlugħ fejn ROC = rata tat-tlugħ, piedi/min |
Wara li tintuża din l-istima ta' Δs, l-altitudni ta' tmiem h 2′ terġa' tiġi stmata bl-ekwazzjoni:
h2′ = h 1 + s · G/0,95 |
(B-18) |
Diment li l-iżball
jaqa' barra t-tolleranza speċifikata, l-istadji B-17 u B-18 jiġu ripetuti billi jintużaw il-valuri ta' tmiem is-segment ta' iterazzjoni kurrenti tal-altitudni h
2, il-veloċità ajrudinamika reali VT
2, il-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna (Fn
/δ)2. Meta l-iżball jaqa' fi ħdan it-tolleranza, iċ-ċiklu iterattiv jintemm u s-segment tal-aċċelerazzjoni jiġi ddefinit bil-valuri finali ta' tmiem is-segment.
Nota:Jekk tul il-proċess ta' iterazzjoni (amax – G·g) < 0,02g, l-aċċelerazzjoni tkun batuta wisq biex tinkiseb il-VC 2 mixtieqa f'distanza raġonevoli. F'dan il-każ, il-gradjent tat-tlugħ jista' jiġi limitat għal G = amax/ g – 0,02, biex tabilħaqq titnaqqas ir-rata tat-tlugħ mixtieqa ħalli tinżamm aċċelerazzjoni aċċettabbli. Jekk G < 0,01, għandu jiġi konkluż li ma hemmx biżżejjed forza propulsiva biex tinkiseb ir-rata tal-aċċelerazzjoni u tat-tlugħ speċifikata; għandu jintemm il-kalkolu u għandhom jiġu riveduti l-istadji tal-proċedura ( 33 ).
It-tul tas-segment ta' aċċelerazzjoni huwa kkoreġut għar-riħ in pruwa w billi tintuża l-ekwazzjoni:
|
(B-19) |
Segment ta' aċċelerazzjoni bi trażżin
It-trażżin tal-forza propulsiva jiddaħħal f'segmenti ta' aċċelerazzjoni bl-istess mod bħal f'segment ta' veloċità kostanti; billi l-ewwel parti tiegħu tinbidel f'segment ta' transizzjoni. Il-livell tal-forza propulsiva mrażżna huwa kkalkolat bħall-proċedura tal-forza propulsiva mrażżna b'veloċità kostanti, billi tintuża l-ekwazzjoni B-1 biss. Kun af li ġeneralment ma jkunx possibbli li jsiru aċċelerazzjoni u tlugħ filwaqt li jinżamm il-parametru tal-forza propulsiva minima bla użu tal-magna. It-transizzjoni tal-forza propulsiva hija assenjata distanza mill-art ta' 1 000 pied (305 m), u l-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna fi tmiem l-1 000 pied hija stabbilita daqs il-valur tat-trażżin. Il-veloċità fi tmiem is-segment hija stabbilita b'iterazzjoni għal tul tas-segment ta' 1 000 pied. (Jekk id-distanza orizzontali oriġinali hija inqas minn 2 000 pied, jintuża nofs is-segment għal bidla fil-forza propulsiva.) Anki l-forza propulsiva finali fit-tieni subsegment hija stabbilita daqs il-forza propulsiva mrażżna. B'hekk, it-tieni subsegment jittajjar b'forza propulsiva kostanti.
B9 SEGMENTI ADDIZZJONALI TAT-TLUGĦ U AĊĊELERAZZJONI WARA L-GĦELUQ TAL-FLAPS
Jekk hemm inklużi segmenti addizzjonali ta' aċċelerazzjoni fir-rotta tat-titjira tal-fażi tat-tlugħ, għandhom jerġgħu jintużaw l-ekwazzjonijiet B-12 sa B-19 biex jiġu kkalkolati d-distanza tat-trajjettorja fuq l-art, l-angolu medju tat-tlugħ, u l-gwadann fl-għoli għal kull wieħed. Bħal qabel, l-għoli tal-aħħar segment irid jiġi stmat b'iterazzjoni.
B10 INŻUL U DEĊELERAZZJONI
Normalment, titjira ta' avviċinament teħtieġ li l-ajruplan jinżel u jnaqqas il-veloċità biex iħejji għas-segment ta' avviċinament finali li fih l-ajrupan jiġi kkonfigurat bi flap ta' avviċinament u bl-attrezzatura mniżżla. Il-mekkanika tat-titjira ma tinbidilx minn dik tat-tluq; id-differenza ewlenija hija li l-profil ta' għoli u veloċità ġeneralment ikun magħruf, u huma l-livelli tal-forza propulsiva tal-magna li jridu jiġu stmati għal kull segment. L-ekwazzjoni tal-bilanċ tal-forza bażika hija:
|
(B-20) |
L-ekwazzjoni B-20 tista' tintuża b'żewġ modi differenti. L-ewwel, jistgħu jiġu ddefiniti l-veloċitajiet tal-ajruplan fil-bidu u t-tmiem ta' segment, flimkien ma' angolu tal-inżul (jew distanza tas-segment f'livell) u l-altitudnijiet tas-segment inizjali u finali. F'dan il-każ, id-deċelerazzjoni tista' tiġi kkalkolata billi tintuża l-ekwazzjoni:
|
(B-21) |
fejn Δs hija d-distanza koperta fuq l-art u V 1 u V 2 u huma l-veloċitajiet inizjali u finali fuq l-art ikkalkolati billi tintuża l-ekwazzjoni:
|
(B-22) |
L-ekwazzjonijiet B-20, B-21 u B-22 jikkonfermaw li matul deċelerazzjoni fuq distanza speċifikata b'rata kostanti ta' nżul, riħ in pruwa iktar b'saħħtu ser jirriżulta fi ħtieġa ikbar ta' forza propulsiva biex tinżamm l-istess deċelerazzjoni, filwaqt li f'riħ minn wara ser tkun meħtieġa inqas forza propulsiva biex tinżamm l-istess deċelerazzjoni.
Fil-prattika, ħafna mid-deċelerazzjonijiet, jekk mhux kollha, matul titjira ta' avviċinament isiru b'forza propulsiva mhux ingranata. B'hekk, għat-tieni applikazzjoni tal-Ekwazzjoni B-20, il-forza propulsiva hija ddefinita f'parametru ta' diżingranaġġ u l-ekwazzjoni tiġi solvuta b'mod iterattiv sabiex jiġu stabbiliti (1) id-deċelerazzjoni u (2) l-għoli fi tmiem is-segment ta' deċelerazzjoni - b'mod simili bħas-segmenti ta' aċċelerazzjoni għat-tluq. F'dan il-każ, id-distanza ta' deċelerazzjoni tista' tkun ferm differenti b'irjiħ in pruwa u minn wara u kultant ikun hemm bżonn li jitnaqqas l-angolu tal-inżul sabiex jinkisbu riżultati raġonevoli.
Għal ħafna ajruplani, il-forza propulsiva mhux ingranata mhijiex żero u, għal ħafna, hija wkoll funzjoni tal-veloċità tat-titjira. B'hekk, l-Ekwazzjoni B-20 hija solvuta għad-deċelerazzjoni billi tiddaħħal forza propulsiva mhux ingranata; il-forza propulsiva mhux ingranata hija kkalkolata billi tintuża l-ekwazzjoni:
(Fn /δ) idle = Eidle + Fidle · VC + GA,idle · h + GB,idle · h2 + Hidle · T |
(B-23) |
fejn (Eidle, Fidle, GA,idle, GB,idle u Hidle ) huma koeffiċjenti tal-magna tal-forza propulsiva mhux ingranata disponibbli fid-database tal-ANP.
B11 AVVIĊINAMENT GĦAL-LANDJAR
Il-veloċità fl-ajru kkalibrata tal-avviċinament għall-inżul, VCA , hija relatata mal-piż gross tal-inżul permezz ta' ekwazzjoni tal-istess għamla bħall-Ekwazzjoni B-11, jiġifieri
|
(B-24) |
fejn il-koeffiċjent D (kt/Ölbf) jikkorrispondi għall-parametru tal-flaps ta' llandjar.
Il-forza propulsiva netta kkoreġuta għal kull magna matul l-inżul tul ix-xaqliba tal-gliding tal-avviċinament hija kkalkolata billi tissolva l-ekwazzjoni B-12 għall-piż ta' llandjar W u l-proporzjon portanza-reżistenza R xieraq għall-parametru tal-flaps bl-attrezzatura għal-landjar estiża. Il-parametru tal-flaps għandu jkun dak tipikament użat f'operazzjonijiet proprji. Matul avviċinament għal-landjar, l-angolu tal-inżul tax-xaqliba tal-gliding γ jista' jiġi supponut bħala kostanti. Għal ajruplani li jaħdmu bil-ġett jew b'iktar minn magna waħda, g tipikament huwa – 3°. Għal ajruplani monomutur li jaħdmu bl-iskrun, g tipikament huwa – 5°.
Il-forza propulsiva netta kkoreġuta medja hija kkalkolata billi tiġi invertita l-ekwazzjoni B-12 billi tintuża K = 1,03 sabiex tiġi kkunsidrata d-deċelerazzjoni inerenti fit-titjir ta' rotta tat-titjira nieżla f'riħ in pruwa ta' referenza ta' 8 knots bil-veloċità fl-ajru kkalibrata kostanti miksuba bl-ekwazzjoni B-24, jiġifieri:
|
(B-25) |
Għal irjiħat in pruwa li mhumiex ta' 8kt, il-forza propulsiva netta kkoreġuta medja ssir:
|
(B-26) |
Id-distanza orizzontali koperta hija kkalkolata permezz ta' din l-ekwazzjoni:
|
(B-27) |
(pożittiva peress li h1 > h2 u γ huwa negattiv).
Appendiċi C
Immudellar tat-tifrix laterali tat-trajjettorja tal-art
Huwa rakkomandat li, fin-nuqqas ta' dejta tar-radar, id-dispersjoni laterali tat-trajjettorja tal-art tiġi mmudellata fuq is-suppożizzjoni li l-firxa tat-trajjettorji perpendikulari għat-trajjettorja taċ-ċentru ssegwi distribuzzjoni Gaussjana normali. L-esperjenza għallmet li f'ħafna każijiet din is-suppożizzjoni tkun waħda raġonevoli.
Jekk tiġi supponuta distribuzzjoni Gaussjana b'devjazzjoni standard S, murija fil-Figura C-1, madwar 98,8 fil-mija tal-movimenti kollha jaqgħu fi ħdan il-limitu ta' ± 2,5·S (jiġifieri f'medda ta' wisa' ta' 5·S).
Figura C-1
Sottodiviżjoni ta' trajjettorja tal-art f'7 subtrajjettorji
Il-wisa' tal-medda hija 5 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tat-tifrix tat-trajjettorji tal-art
Normalment, distribuzzjoni Gaussjana tista' tiġi mmudellata b'mod adegwat billi jintużaw 7 subtrajjettorji diskreti mqassmin f'intervalli regolari bejn il-limiti ta' ± 2,5·S tal-medda kif muri fil-Figura C-1.
Madankollu, l-adegwatezza tal-approssimazzjoni tiddependi fuq ir-relazzjoni tas-separazzjoni tat-trajjettorja tas-subtrajjettorja mal-għoli tal-inġenji tal-ajru msemmija iktar 'il fuq. Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet (trajjettorji dojoq ħafna jew sparsi ħafna) li fihom ikun xieraq numru differenti ta' subtrajjettorji. Huma ferm ftit is-subtrajjettorji li jikkaġunaw 'swaba'' fil-kontorn. It-Tabelli C-1 u C-2 juru l-parametri għal subdiviżjoni f'bejn 5 u 13-il subtrajjettorja. It-Tabella C-1 turi l-post tas-subtrajjettorji partikolari, it-Tabella C-2 turi l-perċentwal korrispondenti ta' movimenti f'kull subtrajjettorja.
Tabella C-1
Il-pożizzjoni ta' 5, 7, 9, 11 jew 13-il subtrajjettorja
Il-wisa' ġenerali tal-medda (li fiha 98 % tal-movimenti kollha) hija 5 darbiet daqs id-devjazzjoni standard
Numru ta' subtrajjettorji |
Il-pożizzjoni tas-subtrajjettorji għal sottodiviżjoni f' |
||||
5 subtrajjettorji |
7 subtrajjettorji |
9 subtrajjettorji |
11-il subtrajjettorja |
13-il subtrajjettorja |
|
12/13 |
|
|
|
|
± 2,31·S |
10/11 |
|
|
|
± 2,27·S |
± 1,92·S |
8/9 |
|
|
± 2,22·S |
± 1,82·S |
± 1,54·S |
6/7 |
|
± 2,14·S |
± 1,67·S |
± 1,36·S |
± 1,15·S |
4/5 |
± 2,00·S |
± 1,43·S |
± 1,11·S |
± 0,91·S |
± 0,77·S |
2/3 |
± 1,00·S |
± 0,71·S |
± 0,56·S |
± 0,45·S |
± 0,38·S |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
Tabella C-2
Il-perċentwal ta' movimenti f'5, 7, 9, 11 jew 13-il subtrajjettorja
Il-wisa' ġenerali tal-medda (li fiha 98 % tal-movimenti kollha) hija 5 darbiet daqs id-devjazzjoni standard
Numru ta' subtrajjettorji |
Perċentwal ta' movimenti f'subtrajjettorja għal sottodiviżjoni f' |
||||
5 subtrajjettorji |
7 subtrajjettorji |
9 subtrajjettorji |
11-il subtrajjettorja |
13-il subtrajjettorja |
|
12/13 |
|
|
|
|
1,1 % |
10/11 |
|
|
|
1,4 % |
2,5 % |
8/9 |
|
|
2,0 % |
3,5 % |
4,7 % |
6/7 |
|
3,1 % |
5,7 % |
7,1 % |
8,0 % |
4/5 |
6,3 % |
10,6 % |
12,1 % |
12,1 % |
11,5 % |
2/3 |
24,4 % |
22,2 % |
19,1 % |
16,6 % |
14,4 % |
1 |
38,6 % |
28,2 % |
22,2 % |
18,6 % |
15,6 % |
Appendiċi D
Kalkolu mill-ġdid tad-dejta NPD għal kundizzjonijiet mhux ta' referenza
Il-kontribuzzjonijiet għal-livell ta' storbju minn kull segment tar-rotta tat-titjira jinkisbu mid-dejta NPD maħżuna fid-database internazzjonali tal-ANP. Madankollu, ta' min jinnota li din id-dejta ġiet normalizzata billi ntużaw rati medji ta' attenwazzjoni atmosferika ddefiniti fl-SAE AIR-1845. Dawk ir-rati huma medji ta' valuri stabbiliti matul l-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. Il-varjazzjoni wiesgħa ta' kundizzjonijiet atmosferiċi (temperatura u umdità relattiva) f'dawk it-testijiet tintwera fil-Figura D-1.
Figura D-1
Kundizzjonijiet meteoroloġiċi rreġistrati waqt it-testijiet ta' ċertifikazzjoni tal-istorbju
Il-kurvi murija fil-Figura D-1, ikkalkolati billi ntuża mudell ta' attenwazzjoni atmosferika standard tal-industrija ARP 866A, juru li fost il-kundizzjonijiet tat-testijiet tkun mistennija varjazzjoni sostanzjali ta' assorbiment tal-ħoss ta' frekwenza għolja (8 kHz) (għad li l-varjazzjoni tal-assorbiment ġenerali tkun pjuttost inqas).
Peress li r-rati ta' attenwazzjoni mogħtija fit-Tabella D-1 huma medji aritmetiċi, is-sett sħiħ ma jistax jiġi assoċjat ma' atmosfera ta' referenza waħda (jiġifieri ma' valuri speċifiċi ta' temperatura u umdità relattiva). Jistgħu jitqiesu biss proprjetajiet ta' atmosfera purament nozzjonali - imsejħa l-“atmosfera AIR-1845”.
Tabella D-1
Rati medji ta' attenwazzjoni atmosferika użati biex id-dejta NPD tiġi normalizzata fid-database tal-ANP
Frekwenza taċ-ċentru ta' banda ta' terz ta' ottava [Hz] |
Rata ta' attenwazzjoni [dB/100m] |
Frekwenza taċ-ċentru ta' banda ta' terz ta' ottava [Hz] |
Rata ta' attenwazzjoni [dB/100m] |
50 |
0,033 |
800 |
0,459 |
63 |
0,033 |
1 000 |
0,590 |
80 |
0,033 |
1 250 |
0,754 |
100 |
0,066 |
1 600 |
0,983 |
125 |
0,066 |
2 000 |
1,311 |
160 |
0,098 |
2 500 |
1,705 |
200 |
0,131 |
3 150 |
2,295 |
250 |
0,131 |
4 000 |
3,115 |
315 |
0,197 |
5 000 |
3,607 |
400 |
0,230 |
6 300 |
5,246 |
500 |
0,295 |
8 000 |
7,213 |
630 |
0,361 |
10 000 |
9,836 |
Il-koeffiċjenti ta' attenwazzjoni fit-Tabella D-1 jistgħu jitqiesu validi f'meded raġonevoli ta' temperatura u umdità. Madankollu, biex jiġi vverifikat jekk l-aġġustamenti jistgħux ikunu meħtieġa, għandu jintuża ARP-866A biex jiġu kkalkolati l-koeffiċjenti medji tal-assorbiment atmosferiku għat-temperatura medja tal-ajruport T u l-umdità relattiva RH. Meta, wara tqabbil ta' dawn ma' dawk fit-Tabella D-1, jiġi stabbilit li hemm bżonn li jsir l-aġġustament, għandha tintuża l-metodoloġija li ġejja.
Id-database tal-ANP tipprovdi d-dejta NPD li ġejja għal kull parametru tal-potenza:
id-dejta kollha tiġi normalizzata għall-atmosfera AIR-1845.
L-aġġustament tal-kurvi tal-NPD għal kundizzjonijiet speċifikati mill-utent T u RH isir fi tliet stadji:
L-ewwel, l-ispettru ta' referenza jiġi kkoreġut sabiex titneħħa l-attenwazzjoni atmosferika tal-SAE AIR-1845 α n,ref :
Ln(dref) = Ln,ref(dref) + αn,ref · dref |
(D-1) |
fejn Ln(dref) huwa l-ispettru mhux attenwat f'dref = 305m u α n,ref huwa l-koeffiċjent ta' assorbiment atmosferiku għall-banda ta' frekwenza n meħuda mit-Tabella D-1 (iżda mogħtija f'dB/m).
Imbagħad, l-ispettru kkoreġut huwa aġġustat għal kull waħda mill-għaxar distanzi standard tal-NPD di billi jintużaw ir-rati ta' attenwazzjoni kemm (i) għall-atmosfera tal-SAE AIR-1845 kif ukoll (ii) għall-atmosfera speċifikata mill-utent (fuq il-bażi tal-SAE ARP-866A).
Għall-atmosfera tal-SAE AIR-1845:
Ln,ref(di) = Ln(dref) – 20,lg(di/dref) – αn,ref · di |
(D-2) |
Għall-atmosfera tal-utent:
Ln,866A(T,RH,di) = Ln(dref) – 20,lg(di/dref) – αn,866A(T,RH) · di |
(D-3) |
fejn a n,866A hija l-koeffiċjent ta' assorbiment atmosferiku għall-banda ta' frekwenza n (mogħtija f'dB/m) ikkalkolat bl-użu tal-SAE ARP-866A b'temperatura T, u umdità relattiva RH.
F'kull distanza tal-NPD di iż-żewġ spettri huma ponderati A u bid-deċibel magħdudin flimkien sabiex jiġu stabbiliti l-livelli li jirriżultaw ponderati A LA,866A u LA,ref - li mbagħad jitnaqqsu b'mod aritmetiku:
|
(D-4) |
Iż-żieda ΔL hija d-differenza bejn l-NPDs fl-atmosfera speċifikata mill-utent u l-atmosfera ta' referenza. Din tiżdied mal-valur tad-dejta NPD tad-database tal-ANP biex tinkiseb id-dejta aġġustata tal-NPD.
L-applikazzjoni ta' ΔL biex jiġu aġġustati kemm l-NPDs Lmax kif ukoll LE b'mod effettiv tassumi li l-kundizzjonijiet atmosferiċi differenti jaffettwaw l-ispettru ta' referenza biss u ma għandhom ebda effett fuq il-forma tal-livell-żmien-storja. Dan jista' jitqies validu għal meded ta' propagazzjoni tipiċi u kundizzjonijiet atmosferiċi tipiċi.
Appendiċi E
Il-korrezzjoni tas-segment finit
Dan l-appendiċi jispjega d-derivazzjoni tal-korrezzjoni tas-segment finit u l-algoritmu tal-frazzjoni ta' enerġija assoċjata deskritt fis-sezzjoni 2.7.19.
E1 ĠEOMETRIJA
L-algoritmu tal-frazzjoni ta' enerġija huwa bbażat fuq ir-radjazzjoni tal-ħoss ta' sors akustiku bipolari ta' 90 grad “fourth-power”. Din għandha karatteristiċi direzzjonali li jixbħu lil dawk ta' ħoss ta' inġenju tal-ajru ġett, tal-inqas fir-reġjun angolari li jinfluwenza l-iktar lil-livelli ta' eventi akustiċi taħt u fil-ġenb tar-rotta tat-titjira tal-inġenju tal-ajru.
Figura E-1
Ġeometrija bejn ir-rotta tat-titjira u l-pożizzjoni tal-osservatur O
Il-Figura E-1 turi l-ġeometrija tal-propagazzjoni tal-ħoss bejn ir-rotta tat-titjira u l-pożizzjoni tal-osservatur O. L-inġenju tal-ajru f'P qed itir f'ajru uniformi kalm b'veloċità kostanti f'rotta tat-titjira f'livell dritt. L-eqreb punt ta' avviċinament tiegħu għall-osservatur huwa Pp . Il-parametri huma:
d |
id-distanza bejn l-osservatur u l-inġenju tal-ajru |
dp |
id-distanza perpendikolari bejn l-osservatur u r-rotta tat-titjira (distanza oblika) |
q |
id-distanza bejn P u Pp = – V · τ |
V |
il-veloċità tal-inġenju tal-ajru |
t |
il-ħin li fih l-inġenju tal-ajru huwa fil-punt P |
tp |
il-ħin li fih l-inġenju tal-ajru jinsab fil-punt tal-eqreb avviċinament Pp |
τ |
il-ħin tat-titjira = ħin relattiv għall-ħin f'Pp = t – tp |
ψ |
l-angolu bejn ir-rotta tat-titjira u l-vettur tal-osservatur tal-inġenju tal-ajru |
Ta' min jinnota li, peress li l-ħin tat-titjira τ marbut mal-punt tal-eqreb avviċinament huwa negattiv meta l-inġenju tal-ajru jkun qabel il-pożizzjoni tal-osservatur (kif muri fil-Figura E-1), id-distanza relattiva q mill-punt tal-eqreb avviċinament issir pożittiva f'dak il-każ. Jekk l-inġenju tal-ajru jkun quddiem l-osservatur, q issir negattiva.
E2 STIMA TAL-FRAZZJONI TAL-ENERĠIJA
Il-kunċett bażiku tal-frazzjoni tal-enerġija huwa li jiġi espress l-esponiment għall-istorbju E prodott fil-pożizzjoni tal-osservatur minn segment ta' rotta tat-titjira P1P2 (b'punt ta' bidu P1 u punt ta' tmiem P2 ) permezz ta' moltiplikazzjoni tal-esponiment E ∞ mir-rotta infinita sħiħa mtajra b'fattur sempliċi – il-fattur tal-frazzjoni tal-enerġija F:
E = F · E∞ |
(E-1) |
Peress li l-esponiment jista' jkun espress f'termini tal-integral tal-ħin tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss kwadrata medja (ponderata), jiġifieri
|
(E-2) |
biex tiġi kkalkolata E, il-pressjoni kwadrata medja trid tkun espressa bħala funzjoni tal-parametri ġeometriċi u operattiva magħrufin. Għal sors bipolari ta' 90°,
|
(E-3) |
fejn p 2 u pp 2 ikunu l-pressjonijiet tal-ħoss kwadrati medji osservati prodotti mill-inġenju tal-ajru hu u għaddej mill-punti P u Pp .
Instab li din ir-relazzjoni relattivament sempliċi tipprovdi simulazzjoni tajba ta' ħoss ta' inġenju tal-ajru ġett, għad li l-mekkaniżmi reali involuti huma ferm kumplessi. It-terminu dp 2/d2 fl-Ekwazzjoni E-3 jiddeskrivi biss il-mekkaniżmu ta' tifrix sferiku xieraq għal sors ta' punt, veloċità tal-ħoss infinita u atmosfera uniformi mingħajr dissipazzjoni. L-effetti fiżiċi kollha l-oħrajn - direttività tas-sors, veloċità tal-ħoss finita, assorbiment atmosferiku, l-effett Doppler eċċ. - huma koperti impliċitament mit-terminu sin2ψ. Dan il-fattur jirriżulta fi tnaqqis invers tal-pressjoni kwadrata medja bħala d4 ; dan huwa mnejn ġejja l-espressjoni sors “fourth power”.
Introduzzjoni tas-sostituzzjonijiet