EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2021:153:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 153, 3 ta' Mejju 2021


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 153

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
3 ta' Mejju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013

48

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/1


REGOLAMENT (UE) 2021/690 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ April 2021

li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikoli 173 u 338 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni. Sa mill-bidu tiegħu, huwa kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi u jenħtieġ li jkompli jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini u n-negozji kollha b’mod ugwali. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta’ skala għan-negozji tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta’ impjiegi u offra għażla akbar ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi. Qed ikompli jkun mutur għall-bini ta’ suq aktar integrat u ekonomija aktar b’saħħitha, aktar bilanċjata u aktar ġusta. Is-suq uniku huwa waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni u l-aħjar assi tagħha f’dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata, kif ukoll element ewlieni fil-kisba tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali lejn ekonomija sostenibbli, bħala rispons għall-pressjonijiet dejjem jiżdiedu tat-tibdil fil-klima.

(2)

Huwa neċessarju li s-suq intern jadatta kontinwament għal ambjent ta’ rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni li qed jinbidel b’mod rapidu. L-era ġdida ta’ innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti, servizzi, proċessi u mudelli ta’ negozju ġodda, u opportunitajiet għall-produzzjoni effiċjenti ta’ statistika ta’ livell għoli. Bl-istess mod, tikkostitwixxi sfida għar-regolamentazzjoni, l-infurzar, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza.

(3)

Korp sostanzjali tal-liġi tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-valutazzjoni tal-konformità, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sorveljanza tas-suq. Jikkonsisti wkoll f’regoli dwar in-negozju, il-kummerċ u tranżazzjonijiet finanzjarji, dwar il-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, dwar il-produzzjoni tal-istatistika Ewropea u dwar il-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta. Dak il-korp sostanzjali tal-liġi tal-Unjoni tipprovdi kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni li hu essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji.

(4)

Madankollu, għad fadal ostakli diskriminatorji, mhux ġustifikati jew sproporzjonati għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u qed jitfaċċaw ostakli ġodda. L-adozzjoni ta’ regoli huwa biss l-ewwel pass, u li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Sfidi eżistenti mrbuta mal-infurzar tar-regoli eżistenti, ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi, u livelli baxxi ta’ akkwist pubbliku transfruntier jillimitaw l-opportunitajiet għan-negozji u l-konsumaturi. L-indirizzar ta’ dawn l-ostakli fl-aħħar mill-aħħar huwa kwistjoni ta’ fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, kif ukoll fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi u tkabbir filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku.

(5)

Qabel kien hemm programmi separati għall-azzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u fil-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf. Xi attivitajiet addizzjonali kienu ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Issa hu neċessarju li jiġu ssimplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta’ finanzjament aktar flessibbli, trasparenti, simplifikat u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern sostenibbli li jiffunzjona tajjeb. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti. Jenħtieġ li dak il-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li jkollhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni ma’ programmi u azzjonijiet relatati tal-Unjoni.

(6)

L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kienu soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Sabiex tiġi pprovduta kontinwità fil-produzzjoni u fid-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew preċedenti billi jiġi pprovdut qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-programm il-ġdid jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni. L-indipendenza professjonali hija prerekwiżit neċessarju għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, l-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumatur, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm għas-Suq Uniku) (il-“Programm”). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal perijodu ta’ seba’ snin biex id-durata tiegħu tiġi allinjata ma’ dik tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (6).

(8)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa biex l-atturi kollha tas-suq intern jingħataw is-setgħa, inkluż in-negozji, iċ-ċittadini, inkluż il-konsumaturi, u l-impjegati, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi. Għal dak il-għan, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jrawwem il-kompetittività, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, inkluż dawk li joperaw fis-settur tat-turiżmu. Is-sostenibbiltà tal-intrapriżi hija importanti biex tinżamm il-kompetittività fit-tul tagħhom u tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn Unjoni aktar ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli, li jenħtieġ li timxi id f’id mad-diġitalizzazzjoni u l-involviment fi prattiki kummerċjali sostenibbli. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli tas-sikurezza. Jenħtieġ ukoll li jissensibilizza lin-negozji u l-individwi dwar id-drittijiet tagħhom billi jipprovdilhom l-għodod xierqa, informazzjoni u assistenza adegwata, biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati u jsaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b’mod partikolari permezz tal-programmi ta’ taħriġ, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-bini ta’ bażijiet ta’ għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta’ standards u tfassil tar-regoli ta’ kwalità għolja, kemm tal-Unjoni kif ukoll dawk internazzjonali, inkluż permezz ta’ involviment wiesa’ mill-partijiet ikkonċernati, li jirfed l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Dan jenħtieġ li jkopri l-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, biex b’hekk jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejjeb it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-investitur. L-għan tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti, il-protezzjoni tal-benesseri tan-nies u t-trattament xieraq tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-produzzjoni ta’ statistika Ewropea ta’ kwalità għolja f’konformità mal-prinċipji statistiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u elaborati ulterjorment fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea.

(9)

Suq intern modern li huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-ġustizzja, tat-trasparenza u tal-fiduċja reċiproka jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji tal-Unjoni joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa’ ta’ servizzi bi prezzijiet aħjar, u jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jinkiseb dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ aħjar tal-iżviluppi tas-suq intern, kif ukoll għall-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli diskriminatorji, mhux ġustifikati jew sproporzjonati li jifdal, u jiżgura li l-qafas regolatorju jkun jista’ jakkomoda l-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluż l-iżviluppi u l-proċessi teknoloġiċi ġodda, il-mudelli tan-negozju tal-innovazzjoni tas-servizzi, il-mudelli tal-ekonomija kollaborattiva u soċjali, l-innovazzjoni soċjali u l-innovazzjoni mhux teknoloġika.

(10)

L-ostakli regolatorji fuq is-suq intern tneħħew għal ħafna prodotti industrijali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ prevenzjoni, l-adozzjoni ta’ regoli komuni u, fejn ma jeżistux dawn it-tipi ta’ regoli tal-Unjoni, permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. F’oqsma fejn ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku japplika bir-riżultat li l-merkanzija li hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru tgawdi d-dritt tal-moviment liberu u tista’ tinbiegħ fi Stat Membru ieħor. Fejn l-Istat Membru kkonċernat ikollu raġunijiet biex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija, jista’ jimponi restrizzjoni, sakemm tali restrizzjoni ma tkunx diskriminatorja, tkun ġustifikata minn għanijiet leġittimi ta’ interess pubbliku, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jew rikonoxxuta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala raġuni prevalenti ta’ interess pubbliku, u proporzjonata mal-għan mixtieq. Meta l-prinċipju ta’ -rikonoxximent reċiproku ma jiġix applikat kif xieraq, li jikkonsisti, pereżempju, mill-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet sproporzjonati jew mhux ġustifikati, il-kumpanniji jsibuha aktar diffiċli biex jaċċessaw is-swieq fi Stati Membri oħra. Minkejja l-livell għoli ta’ integrazzjoni tas-suq fil-qasam tal-merkanzija, dik is-sitwazzjoni twassal biex jintilfu l-opportunitajiet għall-ekonomija b’mod ġenerali. L-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), hi mistennija li tagħti spinta lill-benefiċċji ekonomiċi f’dan il-qasam. Il-Programm għalhekk jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-merkanzija, filwaqt li jwettaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. Jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jnaqqas l-għadd ta’ merkanzija illegali u mhux konformi li tidħol fis-suq permezz ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ immirati, appoġġ għall-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti msemmi fir-Regolament (UE) 2019/515 u kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti għal rikonoxximent reċiproku.

(11)

Hemm sfidi ġodda regolatorji u ta’ infurzar relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali u fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni u l-privatezza tad-data, l-Internet tal-oġġetti jew l-intelliġenza artifiċjali u l-istandards etiċi relatati. Regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u ċ-ċarezza fir-rigward tar-responsabbiltà huma essenzjali biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni, inkluż il-konsumaturi u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata fil-każ ta’ ħsara. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament rapidu u l-infurzar aħjar tal-iskema ta’ responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni filwaqt li tiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-utenti.

(12)

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li mhumiex konformi mal-liġi tal-Unjoni, inkluż prodotti importati minn pajjiżi terzi, ipoġġi f’riskju liċ-ċittadini tal-Unjoni, inkluż il-konsumaturi, kif ukoll utenti aħħarin oħra. L-operaturi ekonomiċi li jbigħu prodotti konformi b’mezzi tradizzjonali jew elettroniċi jesperjenzaw tfixkil tal-kompetizzjoni minn dawk li ma jikkonformawx mar-regoli minħabba nuqqas ta’ għarfien, intenzjonalment sabiex jiksbu vantaġġ kompetittiv jew bħala riżultat tal-frammentazzjoni tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq spiss ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B’mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi sabiex jidentifikaw l-operaturi ekonomiċi responsabbli fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Jiffaċċjaw ukoll diffikultajiet kbar biex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju u testijiet minħabba n-nuqqas ta’ aċċess fiżiku għall-prodotti. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jfittex li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jqajjem kuxjenza dwar ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti, billi jintensifika l-kontrolli tal-konformità f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u billi jippromwovi kooperazzjoni transfruntiera aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u l-integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq. Jenħtieġ li l-programm jagħmel dan b’mod partikolari billi jiżgura li r-rekwiżiti l-ġodda introdotti bir-Regolament (UE) 2019/1020 jiġu infurzati b’mod strett sabiex jiġi evitat il-bejgħ ta’ prodotti mhux konformi lill-konsumaturi, kif ukoll utenti aħħarin oħra. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni, jikkontribwixxi għal omoġeneità akbar fl-infurzar tar-regoli bejn l-Istati Membri u jippermetti lill-Istati Membri jibbenefikaw b’mod ugwali mis-suq intern f’termini ta’ tkabbir ekonomiku u sostenibbiltà.

(13)

Filwaqt li l-Programm ma jinkludix għanijiet u azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jenħtieġ madankollu li nżommu f’moħħna li ħafna drabi l-prodotti ffalsifikati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-protezzjoni tal-konsumatur, u jippreżentaw riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, b’mod partikolari meta tali prodotti jinxtraw online. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jżid is-sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-programmi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari l-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali, stabbilit taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri.

(14)

Biex tiffaċilita l-konformità tal-kategoriji ta’ prodotti armonizzati b’riskju inerenti ogħla, l-Unjoni stabbiliet sistema ta’ akkreditazzjoni għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li tivverifika l-kompetenza, l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom. Huwa essenzjali li l-korpi li jivvalutaw il-konformità jkunu affidabbli u kompetenti, billi huma jivverifikaw jekk il-prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza qabel jitqiegħdu fis-suq. Issa l-isfida ewlenija hi li jiġi żgurat li s-sistema ta’ akkreditazzjoni tkompli tirrappreżenta l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u li tiġi applikata bl-istess mod strett fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-miżuri biex jiżgura li l-korpi li jivvalutaw il-konformità jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji tagħhom, bħall-imparzjalità u l-indipendenza, speċjalment permezz tal-użu tal-akkreditazzjoni. Bl-istess mod, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll miżuri biex tissaħħaħ is-sistema ta’ akkreditazzjoni Ewropea, b’mod partikolari f’oqsma ġodda tal-politika, billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni Ewropea għall-akkreditazzjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(15)

Peress illi, bl-iżvilupp tal-kummerċ u s-servizzi tal-ivvjaġġar online, is-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw mill-istess livell għoli ta’ protezzjoni meta jiġu importati merkanzija u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f’pajjiżi terzi, inkluż meta dawn jinbiegħu online. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Programm, fejn meħtieġ, jappoġġa l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f’pajjiżi terzi, pereżempju, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar prodotti mhux konformi.

(16)

L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġi żgurat valur tajjeb għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv. Dan jinkludi l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni li mhux biss jidentifikaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, iżda wkoll l-aktar offerta vantaġġuża f’termini tal-akbar valur pubbliku mogħti meta jingħataw l-offerti skont “l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità”. Fejn dan ikun f’konformità mal-liġi tal-Unjoni applikabbli, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti ambjentali, tal-kummerċ ġust u dawk soċjali u jenħtieġ li tiġi promossa diviżjoni tal-offerti f’lottijiet għal proġetti infrastrutturali kbar. Id-Direttivi 2014/23/UE (10), 2014/24/UE (11) u 2014/25/UE (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji u taċ-ċittadini, inkluż il-konsumaturi. Regoli tal-akkwist pubbliku implimentati b’mod xieraq huma għodda kruċjali biex jissaħħaħ is-suq intern u biex tingħata spinta lit-tkabbir tal-kumpanniji tal-Unjoni u l-impjiegi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa’ tal-akkwist pubbliku strateġiku, il-professjonalizzazzjoni ta’ xerrejja pubbliċi, l-iffaċilitar u t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs, b’mod partikolari permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza u taħriġ, żieda fit-trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta’ akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta’ sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ għodod tal-IT iddedikati, kif ukoll li jiżgura l-appoġġ għall-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin, ir-referenzjar tal-istandards Ewropej u dawk internazzjonali, l-għoti ta’ gwida, it-tiftix ta’ ftehimiet kummerċjali ta’ benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta’ proġetti pilota.

(17)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet taċ-ċittadini u tan-negozji, li huma dejjem aktar diġitalizzati u kompletament aċċessibbli, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent. Jeħtieġ ukoll li l-isforzi tal-amministrazzjoni elettronika u tal-gvern elettroniku jingħataw spinta, filwaqt li jiġu żgurati l-protezzjoni u l-privatezza xierqa tad-data. Dak jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi ser ikollhom bżonn jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta’ dawk is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u n-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi li tkun disponibbli informazzjoni aġġornata, preċiża u faċli biex tinftiehem dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini. Dan ifisser li jenħtieġ li tintwera informazzjoni simplifikata li tispjega l-formalitajiet amministrattivi. Barra dan, huwa essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu fil-livell transnazzjonali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, pereżempju billi l-amministrazzjonijiet nazzjonali jiġu konnessi b’mod sempliċi u effiċjenti, kif ukoll billi tiġi pprovduta informazzjoni u jiġi ffaċilitat skambju ta’ informazzjoni li tispjega kif jaħdem is-suq intern fil-prattika. L-għodod eżistenti ta’ governanza tas-suq intern diġà jaqdu rwol importanti f’dak ir-rigward, u l-kwalità, il-viżibbiltà, it-trasparenza u l-affidabbiltà tagħhom jenħtieġ li jissaħħu aktar. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-għodod eżistenti ta’ governanza tas-suq intern li ġejjin: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jsir is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku.

(18)

Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fl-oqsma tal-liġi tal-kumpanniji u l-governanza korporattiva, u l-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozji, speċjalment l-SMEs, isiru aktar effiċjenti u kompetittivi, filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u bl-għan li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta’ politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni b’appoġġ ta’ qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà, is-sigurtà, l-etika u l-privatezza fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħall-Internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jistimula l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data, billi tali negozju ser ikun deċiżiv għall-prestazzjon tal-ekonomija tal-Unjoni f’kompetizzjoni dinjija.

(19)

Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta u sħiħa mill-Istati Membri tal-qafas legali tal-Unjoni għall-finanzjament kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu u l-iżvilupp ta’ politiki futuri biex jiġu indirizzati sfidi ġodda f’dawk l-oqsma. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-attivitajiet rilevanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ interess Ewropew, bħall-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-Kunsill tal-Ewropa.

(20)

L-għan tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, inkluż il-finanzi sostenibbli, jiddependu ħafna fuq il-miżuri ta’ politika bbażati fuq l-evidenza li tieħu l-Unjoni.Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv biex jinkiseb dak l-għan, billi twettaq monitoraġġ kontinwu tas-swieq finanzjarji u tal-istabbiltà finanzjarja, tivvaluta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri, tevalwa jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti hijiex idonea għall-iskop tagħha u, meta jitfaċċaw riskji ġodda, tidentifika l-oqsma potenzjali ta’ azzjoni, dan kollu bl-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati, matul iċ-ċiklu tal-politika. Attivitajiet bħal dawn jiddependu fuq il-produzzjoni ta’ analiżi, studji, materjal ta’ taħriġ, stħarriġ, valutazzjonijiet ta’ konformità, evalwazzjonijiet u statistika ta’ kwalità għolja u huma appoġġati minn sistemi tal-IT u għodod ta’ komunikazzjoni.

(21)

It-TFUE jinkludi sistema ta’ regoli li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla fis-suq intern Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, inkluż bit-titjib u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni man-networks, u mal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali, u bit-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali, kif ukoll bl-iżgurar ta’ kuntatt ma’ grupp akbar ta’ partijiet ikkonċernati biex jiġu kkomunikati u spjegati d-drittijiet, il-benefiċċji u l-obbligi tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jgħin ukoll biex jitjiebu l-analiżi u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tas-suq, inkluż permezz tal-użu ta’ inkjesti settorjali u ta’ għodod oħra għall-investigazzjoni tas-suq, kif ukoll il-kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki fi ħdan in-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi għal kompetizzjoni ġusta u kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, inkluż fil-livell globali, u jagħti l-mezzi lin-negozji, speċjalment lill-SMEs, u lill-konsumaturi biex jiksbu l-benefiċċji tas-suq intern.

(22)

Il-Programm għandu bżonn, b’mod partikolari, jindirizza l-implikazzjonijiet radikali għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali li għaddejja tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju, b’mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u fl-ammont u l-użu tad-data, filwaqt li jitqies l-użu dejjem jikber tal-intelliġenza artifiċjali, l-algoritmi tal-big data u ta’ għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpanniji. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-networks u jrawwem l-kooperazzjoni usa’ u aktar profonda mal-Istati Membri u l-awtoritajiet u l-qrati tagħhom, billi l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu b’mod kritiku fuq l-azzjoni ta’ dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, kif xieraq. Fl-aħħar nett, it-twessigħ tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex aktar ċittadini u negozji jkunu jistgħu jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Dan jenħtieġ li jappoġġa l-isforzi biex jintwerew aħjar il-benefiċċji tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għaċ-ċittadini tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ involviment ma’ rappreżentanti ta’ gruppi tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti. Hija mistennija li tkun meħtieġa flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-parti tal-Programm marbuta mal-kompetizzjoni biex twieġeb għall-ħtiġijiet li qed jevolvu li huma affettwati minn żviluppi dinamiċi u rapidi fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern li huma diffiċli li jiġu stmati f’termini tar-ritmu u l-kobor tiegħu. Dawk l-iżviluppi jirrelataw b’mod partikolari mad-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika.

(23)

Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija tal-Unjoni. Huma jirrappreżentaw 99,8 % tan-negozji kollha fl-Unjoni, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda ta’ kwalità fis-setturi kollha b’dimensjoni reġjonali u lokali, u b’hekk għall-ħolqien ta’ koeżjoni soċjali. L-SMEs huma strumentali fil-modernizzazzjoni tal-industrija u t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomija, inkluż il-kisba tan-newtralità klimatika. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-isforzi tagħhom biex iżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u biex jiżviluppaw prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. B’hekk, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb il-kompetittività tal-SMEs fis-suq globali.

(24)

L-SMEs għandhom sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod. Dawk l-isfidi komuni jinkludu l-kisba ta’ finanzjament, ir-reklutaġġ ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati, it-taffija tal-piż amministrattiv tagħhom, it-teħid tal-kreattività u l-innovazzjoni, fost l-oħrajn permezz tal-akkwist pubbliku, u l-aċċess għas-swieq globali u l-ktajjen tal-valur sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet ta’ internazzjonalizzazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza tali fallimenti tas-suq b’mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. Il-programm jenħtieġ li jqis ukoll il-ħtiġijiet partikolari ta’ tipi speċifiċi ta’ SMEs, bħal mikrointrapriżi, SMEs involuti f’servizzi u SMEs involuti f’attivitajiet artiġjanali, kif ukoll SMEs li jikkonsistu minn dawk li jaħdmu għal rashom, membri tal-professjonijiet liberali u intrapriżi tal-ekonomija soċjali. L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fl-Unjoni inkluż tipi differenti ta’ intrapriżi u entitajiet li jaqgħu fi ħdan l-ekonomija soċjali, bħal kooperattivi, soċjetajiet mutwi, assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, fondazzjonijiet, intrapriżi soċjali u forom oħra ta’ intrapriżi. Peress li l-enfasi primarja tagħhom hija fuq il-ħolqien ta’ valur u impatt soċjali komuni għan-nies aktar milli fuq il-kisba tal-profitti, huma jistgħu jaġixxu bħala mutur għall-innovazzjoni soċjali, il-governanza trasparenti u s-solidarjetà, billi jinvestu mill-ġdid il-biċċa l-kbira tal-profitti jew surpluses tagħhom fl-għanijiet tagħhom. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni wkoll lill-ħtiġijiet partikolari ta’ intraprendituri potenzjali ġodda, bħall-intraprendituri żgħażagħ u nisa, persuni akbar fl-età u persuni b’diżabilità.

(25)

Il-Programm jenħtieġ li jqis lill-SMEs, kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (13). Meta tapplika dan ir-Regolament, fir-rigward tal-SMEs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jirrappreżentaw l-SMEs u l-Organizzazzjonijiet tal-Promozzjoni tal-Kummerċ tal-Istati Membri.

(26)

Il-programm jenħtieġ li jappoġġa u jippromwovi kultura ta’ innovazzjoni, filwaqt li jiżviluppa ekosistemi industrijali li jkunu kapaċi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ negozji ġodda u t-tkabbir tal-SMEs, b’mod li jenfasizza li l-SMEs kollha jkunu kapaċi jilqgħu l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u ta’ ambjent dejjem aktar kompetittiv u mgħaġġel. Il-Programm jenħtieġ li jfittex li jappoġġa l-proċess tal-adozzjoni tal-innovazzjoni billi jippromwovi mudelli ta’ negozju kollaborattivi ġodda, networking u l-kondiviżjoni tal-għarfien u r-riżorsi, inkluż fi sħubiji Ewropej ta’ raggruppamenti u organizzazzjonijiet ta’ networks tan-negozju.

(27)

Meta jiġu stabbiliti programmi ta’ ħidma għall-għoti ta’ appoġġ lill-SMEs, jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet strateġiċi tal-istrateġija għall-SMEs u s-“Small Business Act” kif ukoll il-kuntest li fih joperaw l-SMEs, kif deskritt fir-rieżami tal-prestazzjoni tal-SMEs. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni wkoll lin-Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs.

(28)

Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi. Dawk id-diffikultajiet jirriżultaw minħabba li l-SMEs jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u ma jkollhomx biżżejjed assi bħala sigurtà lis-selliefa (jiġifieri kollateral/garanziji), jew minħabba li ma jkollhomx għarfien tal-mekkaniżmi eżistenti li jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom li diġà jeżistu fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew lokali. Sfidi addizzjonali ta’ finanzjament jirriżultaw mill-ħtieġa li l-SMEs jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom fost l-oħrajn f’attivitajiet li jadottaw l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta’ sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta’ intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpanniji vijabbli fil-kuntest ta’ suċċessjoni ta’ negozju.

(29)

In-nuqqas ta’ ħiliet huwa ostaklu kbir għat-tkabbir tal-intrapriżi fl-Unjoni. Biex titrawwem l-intraprenditorija fl-Unjoni u jiġi appoġġat it-tkabbir tal-SMEs u t-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika tagħhom, il-Programm jenħtieġ li jippromwovi u jiffaċilita l-aċċess għal skemi ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ għall-SMEs, u b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ ħiliet teknoloġiċi, intraprenditorjali u maniġerjali. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkoordina ma’ inizjattivi meħuda fi programmi oħra tal-Unjoni, nazzjonali u Reġjonali biex jiżdiedu s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(30)

Sabiex jingħelbu l-fallimenti tas-suq u jiġi żgurat li l-SMEs, inkluż in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu, ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, l-SMEs jeħtieġu aktar appoġġ fil-forma ta’ strumenti ta’ dejn u ta’ ekwità stabbiliti mit-tieqa tal-politika għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Il-Faċilità tal-Garanzija għal Self, stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) hija ta’ valur miżjud ippruvat u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv lil mill-inqas 500 000 SME. Tista’ tingħata aktar attenzjoni sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni, min-naħa tal-benefiċjarji potenzjali, tad-disponibbiltà tal-Programm InvestEU għall-SMEs.

(31)

Azzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li jfittxu li jiksbu l-għanijiet ta’ politika tiegħu mhux biss permezz ta’ għotjiet, iżda wkoll permezz tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji stabbiliti bħala parti mit-tieqa tal-politika għall-SMEs tal-Fond InvestEU u tat-titjib fis-sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni oħra. L-azzjonijiet kollha jenħtieġ li jkollhom valur miżjud tal-Unjoni ċar.

(32)

Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, billi jipprovdi assistenza li tvarja minn għajnuna lill-SMEs biex isibu sħab għal proġetti konġunti għall-kummerċjalizzazzjoni u aċċess għas-suq, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-tħeġġiġ ta’ kooperazzjoni fost ir-raggruppamenti u l-organizzazzjonijiet tan-networks tan-negozju. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-SMEs u jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs kif ukoll fuq esperjenza twila ta’ ħidma ma’ partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza tan-Network Enterprise Europe (EEN) bħala punt uniku ta’ servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u biex jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-suq intern u lil hinn minnu. L-EEN ikompli jagħti servizzi f’isem programmi oħra tal-Unjoni, notevolment l-Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), permezz tar-riżorsi finanzjarji ta’ dawk il-programmi. Jenħtieġ li l-EEN jiffaċilita wkoll parteċipazzjoni msaħħa tal-SMEs fl-iżvilupp tal-inizjattivi ta’ politika tas-suq intern, bħall-akkwist pubbliku u l-proċessi ta’ standardizzazzjoni. L-EEN jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej skont il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u l-Hub ta’ konsulenza InvestEU. Barra minn hekk, l-iskema ta’ mentoraġġ ta’ suċċess - Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ - jenħtieġ li tibqa’ l-għodda li tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta’ negozju u maniġerjali billi tlaqqagħhom ma’ intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor mingħand min jistgħu jitgħallmu, biex b’hekk isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u joffri firxa usa’ ta’ possibilitajiet ta’ tlaqqigħ lill-intraprendituri f’komplementarjetà ma’ inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti.

(33)

Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex l-inizjattivi tal-Programm isiru aktar aċċessibbli billi jitnaqqsu l-ispejjeż li jiffaċċjaw l-SMEs minħabba proċessi ta’ applikazzjoni kkumplikati u r-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-EENikun il-punt ewlieni ta’ informazzjoni għall-SMEs interessati li jaċċedu għall-fondi tal-Unjoni, filwaqt li jiffunzjona bħala punt uniku ta’ servizz u jipprovdilhom gwida mfassla apposta għalihom. Huwa importanti li nibnu fuq l-esperjenzi tal-miżuri eżistenti li jappoġġaw l-SMEs, filwaqt li nkunu miftuħa biex nadattawhom fid-dawl tal-kondizzjonijiet li qed jinbidlu għall-SMEs fis-suq intern, speċjalment dawk marbuta mad-diġitalizzazzjoni u l-piż regolatorju.

(34)

Billi r-raggruppamenti joffru ambjenti tan-negozju favorevoli u reżiljenti, huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u l-espansjoni tal-SMEs. Dawn jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-industrija, inkluż is-servizzi, u jsaħħu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni permezz tal-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi. Huwa importanti li l-Inizjattivi ta’ Raggruppamenti Konġunti jiksbu massa kritika billi dan iħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta’ ekosistemi industrijali speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta’ valur strateġiċi tal-Unjoni u dawk globali. Jenħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ sħubija tranżnazzjonali u interreġjonali u għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti u ċ-Ċentru Ewropew tal-Għarfien dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi tagħha. L-appoġġ jenħtieġ li jinkludi wkoll għajnuna lill-SMEs biex jingħaqdu wkoll ma’ SMEs minn pajjiżi terzi. Is-sħubija sostenibbli jenħtieġ li titħeġġeġ billi jkun ipprovdut finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni u parteċipazzjoni. Appoġġ dirett lill-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dawn li ġejjin: il-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati, mudelli ta’ negozju ġodda, soluzzjonijiet b’użu baxx ta’ karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta’ appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati ma’ dak l-appoġġ dirett lill-SMEs sabiex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għal, u jibni rabtiet, mal-hubs ta’ innovazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari il-hubs ta’ innovazzjoni diġitali tagħha, u mal-investimenti taħt il-Politika ta’ Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus+ stabbilit bir-Regolament (UE) XXXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(35)

Il-Programm jenħtieġ li jgħin biex isaħħaħ ir-relazzjoni bejn in-negozji, speċjalment l-SMEs, u l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka u istituzzjonijiet oħra relatati mal-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien. Din il-konnessjoni tista’ tgħin biex ittejjeb l-abbiltà tan-negozji li jindirizzaw l-isfidi strateġiċi li joħloq l-ambjent internazzjonali l-ġdid.

(36)

L-SMEs, minħabba d-daqs iżgħar tagħhom, jiffaċċjaw ostakli speċifiċi għat-tkabbir. Huwa partikolarment diffiċli għalihom li jikbru u jespandu xi wħud mill-attivitajiet tan-negozju tagħhom. Abbażi tas-suċċess ta’, it-tagħlimiet meħuda minn, u l-esperjenzi mill-Istrument għall-SMEs u l-proġetti tar-raggruppamenti tal-Unjoni għal ktajjen tal-valur industrijali ġodda taħt Orizzont 2020, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għal attivitajiet ta’ espansjoni mill-SMEs fl-istadji kruċjali kollha tal-iżvilupp tagħhom, inkluż appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni, l-adozzjoni tal-innovazzjoni u attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dak l-appoġġ jikkomplementa l-appoġġ mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa, li ser jiffoka prinċipalment fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela, u b’hekk fuq SMEs innovattivi, li jimmira b’mod speċjali lejn l-innovazzjoni li toħloq is-swieq, kif ukoll jappoġġa t-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inkluż dawk inkrementali.

(37)

Il-kreattività u l-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluż innovazzjoni biex tinkiseb effiċjenza mtejba fir-riżorsi u fl-enerġija, huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni tas-setturi tan-negozji u tal-industrija u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-networks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività biex l-SMEs ikunu jistgħu jmexxu t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tul il-katini tal-valur industrijali u l-ekosistemi.

(38)

L-istandards Ewropej jaqdu rwol importanti fis-suq intern. Huma ta’ interess vitali għall-kompetittività tal-intrapriżi, u speċjalment tal-SMEs. L-istandards Ewropej huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f’għadd ta’ oqsma ewlenin li jimmiraw li titrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, bħall-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu u r-riċiklaġġ sostenibbli tar-riżorsi, l-innovazzjoni, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, biex b’hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha. Sabiex jittieħed dak kollu possibbli mill-kontribut tagħhom, l-esperjenza wriet li l-ħeffa u l-puntwalità tal-elaborazzjoni tal-istandards jeħtieġ li jittejbu u jeħtieġ li jsir aktar sforz biex jiġu involuti aħjar il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk li jirrappreżentaw lill-konsumaturi.

(39)

L-attivitajiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni huma regolati mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u implimentati permezz ta’ sħubija-pubblika-privata fit-tul li hija fundamentali biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament, kif ukoll dawk li jinsabu fil-politiki tal-Unjoni ta’ standardizzazzjoni ġenerali u settorjali.

(40)

Qafas ta’ rappurtar finanzjarju u mhux finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq finanzjarji u għall-ħolqien ta’ suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

(41)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), l-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-interpretazzjonijiet relatati mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS iridu jiġu inkorporati fil-liġi tal-Unjoni sabiex jiġu applikati mill-kumpanniji b’titoli elenkati f’suq regolat fl-Unjoni biss jekk l-IFRS jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit li l-kontijiet jagħtu “stampa vera u ġusta” kif previst fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u li jwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew. Tali standards internazzjonali tal-kontabbiltà jridu jiġu żviluppati b’mod trasparenti u demokratikament responsabbli. L-IFRS, għalhekk, jaqdu rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern u l-Unjoni għaldaqstant għandha interess dirett li tiżgura li l-proċess li permezz tiegħu l-IFRS jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-qafas ġuridiku tas-suq intern. Għalhekk huwa importanti li fil-Programm jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament xierqa għall-Fondazzjoni tal-IFRS.

(42)

B’kont meħud tar-rwol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) li jivvaluta jekk l-IFRS jikkonformawx mar-rekwiżit tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar il-kumpanniji, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, huwa meħtieġ ukoll li l-Unjoni tiżgura li l-finanzjament tal-EFRAG ikun stabbli u għalhekk tikkontribwixxi għal dak il-finanzjament permezz tal-Programm. Ix-xogħol tekniku tal-EFRAG jenħtieġ li jiffoka fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-IFRS kif ukoll dwar il-parteċipazzjoni mill-Unjoni fil-livell xieraq fil-proċess ta’ żvilupp ta’ dawk l-IFRS, u jenħtieġ li jiżgura li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess tal-iffissar ta’ standards internazzjonali. Dawk l-interessi jenħtieġ li jinkludu l-kunċett ta’ “prudenza”, iż-żamma tar-rekwiżit ta’ “stampa vera u ġusta”, kif stabbilit fid-Direttiva 2013/34/UE, u tal-ġid pubbliku Ewropew, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, filwaqt li jitqies l-impatt tal-IFRS fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija. Ġie stabbilit il-Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew bħala parti mill-EFRAG, biex jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv. Dan jipprovdi forum li fih il-kumpanniji u l-investituri jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki b’mod partikolari fil-qasam tar-rappurtar mhux finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà. Filwaqt li jibni fuq din il-ħidma, l-EFRAG jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ standards ta’ rappurtar mhux finanzjarju.

(43)

Fil-qasam tal-awditjar statutorju, il-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) inħoloq fl-2005 mill-Grupp ta’ Monitoraġġ, organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ tar-riforma tal-governanza tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC). L-irwol tal-PIOB huwa li jissorvelja l-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku tal-IFAC. Huwa possibbli li l-ISAs jiġu adottati għall-applikazzjoni fl-Unjoni dment li, b’mod partikolari, ikunu ġew żviluppati skont proċess ġust, sorveljanza pubblika u trasparenza, kif meħtieġ mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). Fid-dawl tal-introduzzjoni tal-ISAs fl-Unjoni u r-rwol ewlieni tal-PIOB biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/43/KE, huwa importanti li fil-Programm jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa ta’ finanzjament għall-PIOB.

(44)

L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tqegħedhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b’mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tas-suq intern u li, b’hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta’ azzjonijiet konkreti. Huwa meħtieġ ukoll li l-Unjoni tiżgura li l-liġijiet dwar il-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti jkunu infurzati kif xieraq u b’mod ugwali fil-prattika u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwivalenti u għalhekk li l-kompetizzjoni fis-suq intern tkun ġusta. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li l-konsumaturi jingħataw is-setgħa, jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli u infurmati, biex b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi.

(45)

Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jissensibilizza, min-naħa tal-konsumaturi, tan-negozji, tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet, dwar il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur u s-sikurezza. Jenħtieġ ukoll li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ jagħmel dan b’mod partikolari billi jappoġġa l-uffiċċju Ewropew tal-għaqdiet tal-konsumaturi BEUC (Bureau Européen des Unions de Consommateurs), li hija organizzazzjoni mhux governattiva li ilha stabbilita u rikonoxxuta sew li tirrappreżenta l-interessi tal-konsumaturi fir-rigward tal-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni, li ppermetta lil dik l-organizzazzjoni tibni sinerġiji msaħħa biex issaħħaħ l-appoġġ għad-dritijiet tal-konsumatur. Għandu jagħmel dan ukoll b’mod partikolari billi jappoġġa l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC), li tirrappreżenta l-interess tal-konsumaturi fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ standardizzazzjoni. B’hekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil ħtiġijiet ġodda tas-suq fir-rigward tal-promozzjoni tal-konsum sostenibbli billi b’mod partikolari jkunu fil-mira azzjonijiet li jiġġieldu kontra dawk il-prattiki ta’ obsolexxenza ppjanati li huma qarrieqa u prattiki qarrieqa oħra bħal dikjarazzjonijiet ambjentali foloz, billi l-konsumaturi jiġu infurmati aħjar dwar id-durabbiltà u r-riparabbiltà tal-prodotti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll biex jiġu evitati l-vulnerabbiltajiet u biex jintlaħqu l-isfidi maħluqa mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, fir-rigward ta’, pereżempju, prodotti konnessi, l-Internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali u l-użu ta’ algoritmi, u l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ konsum u mudelli ta’ negozju. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-swieq, inkluż il-pubblikazzjoni tat-tabelli ta’ valutazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni.

(46)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż dawk responsabbli għall-monitoraġġ tas-sikurezza tal-prodotti, li jikkooperaw b’mod partikolari permezz tas-sistema ta’ twissija rapida tal-Unjoni għall-prodotti perikolużi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-infurzar tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 rigward il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, u n-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiż terzi u fl-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jiżgura aċċess għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għal soluzzjoni online għat-tilwim ta’ kwalità u għal informazzjoni dwar il-proċess għall-parteċipazzjoni f’azzjonijiet li jfittxu rimedju.

(47)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll in-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, li jgħin lill-konsumaturi jiksbu l-benefiċċju tad-drittijiet tal-konsumaturi tal-Unjoni meta jixtru oġġetti u servizzi bejn il-fruntieri fis-suq intern u fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kemm online kif ukoll meta jkunu qed jivvjaġġaw. In-network, li huwa b’saħħtu sew billi huwa magħmul minn 29 ċentru u li ilu ffinanzjat b’mod konġunt mill-programmi tal-Unjoni għall-konsumaturi għal aktar minn 15-il sena, wera l-valur miżjud tiegħu fir-rigward tat-tisaħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-suq intern. Huwa jindirizza t-talbiet ta’ aktar minn 120 000 konsumatur fis-sena u jilħaq miljuni ta’ ċittadini permezz tal-attivitajiet ta’ informazzjoni tiegħu fuq il-ġurnali u online. Huwa wieħed mill-aktar networks ta’ assistenza liċ-ċittadini apprezzati fl-Unjoni u ħafna miċ-ċentri tiegħu jospitaw punti ta’ kuntatt li joffru pariri dwar aspetti tal-liġi dwar is-suq intern, bħad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). L-evalwazzjonijiet enfasizzaw l-importanza li ċ-ċentri jkomplu l-operat tagħhom. In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jista’ jkun ukoll sors importanti ta’ informazzjoni dwar l-isfidi u l-problemi li l-konsumaturi jiffaċċjaw fil-livell lokali, li huma rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Hemm ukoll pjanijiet biex in-network jiżviluppa arranġamenti ta’ reċiproċità ma’ korpi simili f’pajjiżi terzi.

(48)

Id-Direttivi 98/6/KE (26), 2005/29/KE (27), 2011/83/UE (28), (UE) 2019/2161 (29) u (UE) 2020/1828 (30) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġew adottati biex jiżguraw, fost l-oħrajn, it-trattament ugwali tal-konsumaturi fis-suq intern kollu fir-rigward ta’ kwistjonijiet transkonfinali, bħall-bejgħ ta’ prodotti mhux konformi fis-settur tal-vetturi bil-mutur, standards ta’ kwalità doppja għall-prodotti, jew il-problemi esperjenzati mill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet jew dewmien twil ta’ titjiriet. Huma għandhom ukoll l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-Istati Membri, itejbu s-sikurezza tal-prodotti u jżidu l-kooperazzjoni internazzjonali u possibbiltajiet ġodda għal rimedju b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. F’Mejju 2017, il-Kummissjoni wettqet kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kmmerċjalizazzjoni, li espona l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet tal-konsumatur. Fid-dawl ta’ dak il-kontroll tal-idoneità, l-appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawk id-Direttivi u l-azzjonijiet u l-promozzjoni tal-infurzar transkonfinali tagħhom jenħtieġ għalhekk ikunu prijorità.

(49)

Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq finanzjarji u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu infurmati aktar dwar id-drittijiet, ir-riskji u l-benefiċċji rilevanti. Is-swieq finanzjarji huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta’ ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta’ assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta’ fondi ta’ pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex titjieb il-kapaċità tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħra tas-servizzi finanzjarji li jipparteċipaw fit-tfassil ta’ politiki, inkluż permezz tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni ċara, kompluta u faċli għall-utent dwar prodotti pprovduti fis-swieq finanzjarji.

(50)

Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li jsaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), li kompla l-proġett pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li dawk li jfasslu l-politika huma konxji tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju biex tkun żgurata rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta’ utenti aħħarin oħra tas-servizzi finanzjarji. Il-Programm jenħtieġ jiżviluppa b’mod kontinwu l-metodoloġija tiegħu u l-aħjar prattiki dwar kif iżid il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u l-utenti aħħarin tas-servizzi finanzjarji sabiex jidentifika kwistjonijiet rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u sabiex jiżgura li l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkunu protetti. Jenħtieġ li dan itejjeb il-politiki dwar is-servizzi finanzjarji, speċjalment dawk li jkollhom l-għan li jrawwmu fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta’ litteriżmu finanzjarju msaħħaħ.

(51)

Fil-kuntest tal-proġett pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b’għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta’ riorganizzazzjonijiet u rebrandings suċċessivi ta’ federazzjonijiet ta’ investituri u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2017/826, jidentifika dawk l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta’ dawk l-organizzazzjonijiet fil-kuntest tal-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ ikun soġġett għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-effettività u l-impatt miksub lejn l-ilħuq tal-għanijiet segwiti. F’dan ir-rigward, jekk jitfaċċaw benefiċjarji potenzjali oħra li jkollhom fost l-għanijiet u l-attivitajiet primarji tagħhom li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi u tal-utenti aħħarin fil-livell tal-Unjoni u lijkollhom, permezz tas-sħubija tagħhom kopertura ġeografika wiesgħa u firxa ta’ interessi, jenħtieġ li tkun miftuħa għalihom sejħa għall-proposti tal-applikanti.

(52)

Huwa meħtieġ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa fil-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf biex jiġu protetti l-konsumaturi kif ukoll sabiex is-suq intern ikun jista’ jopera b’mod effiċjenti. Katina tal-provvista tal-ikel sikura u sostenibbli hija biex is-soċjetà u s-suq intern jiffunzjonaw. Il-prevenzjoni tal-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera u tal-iskandli tal-ikel hija ta’ importanza kbira, billi dawn ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-merkanzija u jfixklu l-produzzjoni u l-konsum. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet konkreti, bħall-istabbiliment ta’ miżuri ta’ emerġenza f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jaffettwaw is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti.

(53)

L-għan ġenerali tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf huwa li jiġi ssalvagwardat livell għoli ta’ saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari, li jiġi appoġġat it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali, li jingħata kontribut għal livell għoli ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, inkluż għall-preservazzjoni tal-bijodiversità u b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet ikkawżati mill-impatti potenzjali tat-tibdil fil-klima fl-Istati Membri, filwaqt li jtejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u jikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u prezzijiet affordabbli, jaqtal-ħela tal-ikel, iżid l-istandards tal-kwalità tal-prodotti fl-Unjoni kollha, u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-ikel u tal-għalf u l-ħolqien tal-impjiegi, inkluż billi jiġu stimulati r-riċerka u l-innovazzjoni.

(54)

Fid-dawl tan-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti, kriterji ta’ eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta’ għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku jeħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ nonretroattività fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) (ir-“Regolament Finanzjarju”), l-ispejjeż għall-miżuri ta’ emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli, inkluż l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta’ okkorrenza suspettata ta’ marda jew pest, bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ppreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta’ sorveljanza, prevenzjoni u protezzjoni meħuda fil-każ ta’ theddida diretta għal status tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej tiegħu, ta’ ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll għall-miżuri ta’ protezzjoni meħuda jew attivitajiet rilevanti oħra li twettqu b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

(55)

Fid-dawl tal-globalizzazzjoni dejjem akbar tal-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati, inkluż fir-rigward tal-importazzjonijiet. L-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tul il-katina alimentari, kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tat-trattament xieraq tal-annimali. Jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta’ kontroll. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea sabiex tgħinhom iġorru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati mill-Kummissjoni, u tista’ tkun disponibbli għal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali tas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali, li skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jibbenefikaw minn riżorsi finanzjarji adegwati pprovduti mill-Istati Membri, bil-kondizzjoni li jkun jista’ jintwera b’mod ċar li l-azzjonijiet imwettqa jirrappreżentaw valur miżjud tal-Unjoni u li jkun disponibbli biżżejjed finanzjament taħt il-Programm biex jappoġġa dawk l-azzjonijiet. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddependi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta’ kontroll ta’ persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tal-liġi tal-Unjoni, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta’ skambju rilevanti organizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

(56)

Ir-reżistenza antimikrobika hija problema tas-saħħa li qed tikber fl-Unjoni u madwar id-dinja kollha. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li miżuri ta’ appoġġ għall-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika jiġu kofinanzjati taħt il-Programm.

(57)

Statistika Ewropea ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u disseminata taħt il-Programm skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. L-istatistika Ewropea jenħtieġ li tkun disponibbli fil-ħin u jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni msemmija fit-TFUE, b’mod partikolari governanza ekonomika msaħħa u integrata, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, l-iżvilupp sostenibbli, il-politika agrikola, id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u l-globalizzazzjoni.

(58)

L-istatistika Ewropea hija indispensabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-kejl tal-prestazzjoni u tal-impatt tal-inizjattivi tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu żgurati l-provvista u l-iżvilupp kontinwi tal-istatistika Ewropea, li jieħdu approċċ mifrux mal-Unjoni kollha u li jmorru lil hinn minn perspettiva tas-suq intern, sabiex ikopru l-attivitajiet u l-oqsma politiċi kollha tal-Unjoni, inkluż l-għoti tas-setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(59)

Minħabba l-karattru orizzontali tiegħu, il-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropeaskont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 huwa suġġett għal rekwiżiti speċifiċi u b’mod partikolari dawk stabbiliti f’dak ir-Regolament, fir-rigward tar-rispett għall-prinċipji tal-istatistika, kif ukoll il-funzjonament tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u l-governanza tagħha, inklużi r-rwol u l-kompiti assenjati lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u lill-Kummissjoni (Eurostat), l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-ipprogrammar tal-attivitajiet ta’ statistika.

(60)

Il-parti abbozzata tal-Programm dwar il-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea ġiet ippreżentata għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(61)

L-Unjoni u l-Istati Membri huma impenjati li jkunu minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Billi jikkontribwixxu biex l-Aġenda 2030 tirnexxi, l-Unjoni u l-Istati Membri ser irawmu Ewropa aktar b’saħħitha, aktar sostenibbli, inklużiva, sikura u prospera. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, inkluż billi jibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, u, għal dak il-għan, jagħti impenn ċar u viżibbli għall-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

(62)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba tal-mira ġenerali ta’ 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tappoġġa l-għanijiet relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti ser jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u ser jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. F’dan il kuntest, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jirrispettaw l-istandards klimatiċi u ambjentali u l-prijoritajiet tal-Unjoni, u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lill-għanijiet ambjentali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).

(63)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (35), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(64)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (36) jipprevedi kooperazzjoni fl-oqsma soġġetti għall-Programm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qed jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), min-naħa l-oħra. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li -l-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk fil-qasam tal-istatistika Ewropea, il-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Iżvizzera f’konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika (37).

(65)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta’ deċiżjoni adottata skont dak il-Ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jieħdu sehem abbażi ta’ strumenti ġuridiċi oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal tal-awtorizzanti responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(66)

Ir-Regolament Finanzjarju japplika għal dan il-Programm. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.

(67)

L-azzjonijiet implimentati taħt il-programmi preċedenti u l-linji baġitarji wrew li huma adegwati u jenħtieġ li jinżammu. L-azzjonijiet il-ġodda introdotti taħt dan il-Programm għandhom l-għan b’mod partikolari li jsaħħu s-suq intern li qed jiffunzjona tajjeb. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu definiti biss f’termini ta’ kategoriji globali u ġeneriċi sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b’hekk jilħaq l-għanijiet tiegħu. Jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fil-Programm listi ta’ attivitajiet indikattivi li jikkonċernaw l-għanijiet speċifiċi fl-oqsma tal-kompetittività u l-protezzjoni tal-konsumatur, jew attivitajiet speċifiċi li ġejjin mir-rekwiżiti regolatorji, bħal attivitajiet speċifiċi fl-oqsma tal-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, il-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf u l-Istatistika Ewropea.

(68)

Huwa wkoll neċessarju li jiġu definiti ċerti kategoriji ta’ entitajiet eliġibbli għall-finanzjament kif ukoll dawk l-entitajiet li jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mingħajr sejħa għal proposti.

(69)

B’kunsiderazzjoni tal-interkonnettività u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija globali li dejjem qegħdin jiżdiedu, il-Programm jenħtieġ li jkompli joffri l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta’ pajjiżi terzi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f’ċerti attivitajiet.

(70)

Huwa neċessarju li jiġu indikati kriterji speċifiċi rigward ir-regoli ta’ kofinanzjament u l-ispejjeż eliġibbli. Billi, għal xi wħud tal-għanijiet speċifiċi, jista’ jkun neċessarju li jiġu ffinanzjati b’mod sħiħ l-ispejjeż eliġibbli, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju.

(71)

Skont l-Artikolu 193(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel il-firma tal-ftehim ta’ għotja. Filwaqt li f’każijiet bħal dawn ll-ispejjeż imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja ma jkunux eliġibbli fil-prinċipju, dan għandu, b’mod eċċezzjonali, ikun possibbli meta jitqies id-dewmien fid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Programm u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfiskil fl-appoġġ tal-Unjoni, li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni. Għalhekk, fejn dan ikun neċessarju biex tkun żgurata l-kontinwità u matul perjodu ta’ żmien limitat fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, l-ispejjeż fir-rigward ta’ azzjoni li tkun diġà bdiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk dawk l-ispejjeż ikunu ġġarrbu qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja. Għall-istess raġunijiet u skont l-istess kondizzjonijiet u bħala deroga mill-Artikolu 193(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-ispejjeż mġarrba qabel id-data tas-sottomossjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jenħtieġ li jkunu eliġibbli fil-każ ta’ għotjiet operattivi.

(72)

B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Ottubru 2010 bl-isem “ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, u sabiex jiġu previsti l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament, ir-riżorsi jenħtieġ li jiġu kondiviżi ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta’ finanzjament bl-esklużjoni, madankollu, tal-finanzjament doppju.

(73)

Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ ġenerali li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-integrazzjoni tagħhom fis-suq intern, kif ikkonfermat mill-ġdid reċentement fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”.

(74)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji, filwaqt li jevita x-xogħol doppju b’rabta mal-programmi u l-azzjonijiet tal-Unjoni relatati. L-azzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li jikkomplementaw lil dawk tal-Programmi Dwana u Fiscalis stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) u Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni rispettivament, li wkoll jimmiraw li jappoġġaw u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(75)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji, komplementarjetajiet u addizzjonalità fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Barra minn hekk, it-tieqa ta’ politika għall-SMEs tal-Fond InvestEU ser jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39) fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dak il-programm.

(76)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa li għandu l-għan li jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni. B’mod partikolari dan jenħtieġ li jikkonċerna l-komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni futur għall-kumpanniji innovattivi, kif ukoll l-appoġġ tas-servizzi għall-SMEs, b’mod partikolari permezz tal-EEN.

(77)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali li għandu l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni filwaqt li jżid iċ-ċibersigurtà.

(78)

Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji mal-Programm għall-Ġustizzja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja għall-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja, billi dan huwa fattur ewlieni li jippermetti l-ħolqien ta’ ekonomija tal-Unjoni ġusta u kosteffettiva.

(79)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji mal-programm Erasmus+, il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà stabbilit bir-Regolament (UE) XXXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus stabbilit b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fil-qasam tax-xogħol u l-mobbiltà taż-żgħażagħ li huwa essenzjali għas-suq intern li jiffunzjona tajjeb.

(80)

Finalment, l-azzjonijiet bħall-miżuri veterinarji u fitosanitarji fil-każ ta’ kriżijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti jistgħu jiġu kkomplementati minn interventi bbażati fis-suq mill-ipprogrammar tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni.

(81)

L-azzjonijiet implimentati taħt il-Programm jenħtieġ li jirrappreżentaw valur miżjud ċar tal-Unjoni u jintużaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq, jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali b’mod proporzjonat, mingħajr ma ssir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat.

(82)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42). Il-proċedura konsultattiva jenħtieġ tintuża għall-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ tintuża rispettivament għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-SMEs u għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti u għall-istabbiliment ta’ rati ta’ kofinanzjament aktar baxxi meta dan ikun meħtieġ għall-azzjonijiet li jikkonċernaw miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji u l-programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali kif ukoll għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf.

(83)

Meta s-sinerġiji bejn l-għanijiet speċifiċi tal-Programm ikunu jistgħu jinkisbu, id-dispożizzjonijiet meħtieġa jistgħu jiġu implimentati fi programm ta’ ħidma konġunt.

(84)

It-tipi ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-metodi ta’ implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li, b’mod partikolari, jitqiesu l-valur miżjud tal-Unjoni, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi li jiġi kunsidrat l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(85)

Biex ikun żgurat monitoraġġ u rappurtar regolari dwar il-progress miksub u dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm, jenħtieġ li mill-bidu nett jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet u tar-riżultati tal-Programm. Tali monitoraġġ u rappurtar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet taħt il-Programm skont linji bażiċi definiti minn qabel.

(86)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (43), jenħtieġ li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm, dwar ir-riżultati u l-impatti, dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu, kif ukoll rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar l-impatt aktar fit-tul, ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet, u s-sinerġiji ma’ Programmi oħra.

(87)

Biex jimmonitorja l-appoġġ għall-SMEs, il-Programm jenħtieġ li juża indikaturi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu. Soġġett għad-disponibbiltà tal-informazzjoni u fejn rilevanti, dawk l-indikaturi jenħtieġ ikejlu r-riżultati u l-impatt miksuba mill-Programm fir-rigward tal- għanijiet speċifiċi tiegħu u l-gruppi fil-mira speċifiċi (pereżempju n-nisa, iż-żgħażagħ u l-anzjani). B’mod partikolari, waqt il-monitoraġġ, huwa importanti li jitkejjel l-appoġġ mogħti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, l-internazzjonalizzazzjoni u l-innovazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-monitoraġġ iqis indikaturi kuntestwali, li ma jkejlux il-prestazzjoni tal-Programm, iżda li jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-ambjent li fih joperaw l-SMEs.

(88)

Lista mhux eżawrjenti ta’ mard tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt il-miżuri ta’ emerġenza u għall-finanzjament taħt il-programmi ta’ eradikazzjoni, kontroll u sorveljanza jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44), ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45), id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) u r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47).

(89)

Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati bil-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimali, li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 -TFUE tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri li jikkonċernaw l-entitajiet li jistgħu jingħataw għotja skont il-Programm fir-rigward tar-rappreżentanza tal-interessi tal-konsumatur fil-livell tal-Unjoni, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta’ dawk l-entitajiet. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal- għanijiet tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar, fejn meħtieġ, tal-lista tal-indikaturi użati għall-kejl tal-kisba tal- għanijiet speċifiċi kif ukoll tas-supplimentar dan ir-Regolament li jistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-partijiet ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jenħtieġ jiġu kkonsultati wkoll. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(90)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (48), individwi u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għall-finanzjament soġġett għar-regoli u għall- għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(91)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (50), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (51) u (UE) 2017/1939 (52), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(92)

Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, premjijiet, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni, u jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(93)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54) jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (UE) 2018/1725tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55) jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti irid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679, kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni jrid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment ta’ data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725.

(94)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jistabbilixxi r-regoli għall-produzzjoni ta’ statistika skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika u jistipula li l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) iridu jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-allinjament tal-prinċipji u l-linji gwida fir-rigward tal-ħarsien fiżiku u loġiku tad-data kunfidenzjali.

(95)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ programm għat-titjib funzjonament tas-suq intern, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, u l-protezzjoni tal-konsumatur, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-qafas ta’ programmar u finanzjament għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għall-perijodu 2021-2027, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tal-kwistjonijiet involuti, iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-potenzjal akbar tal-azzjoni tagħha, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan.

(96)

Il-Programm jenħtieġ ukoll li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza tas-suq intern tal-Unjoni, tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, u tal-azzjonijiet tal-istatistika Ewropea lejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet tal-Unjoni.

(97)

Peress li d-dispożizzjonijiet emendatorji tal-atti legali jeżawrixxu l-effetti tagħhom fil-mument tad-dħul fis-seħħ tagħhom u għalhekk l-emendi li jintroduċu f’atti legali oħra isiru parti minn dawk l-atti legali f’dak il-mument stess, it-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56) ma għandu l-ebda effett fuq l-emendi diġà introdotti mid-dispożizzjonijiet emendatorji tiegħu f’atti legali oħra, u b’mod partikolari fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57) u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (58) fir-rigward tat-twaqqif tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li jibqa’ fis-seħħ minkejja r-revoka tar-Regolament (UE) Nru 652/2014.

(98)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti tal-appoġġ bejn il-programmi tal-2014-2020 fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil ta’ politiki fis-servizzi finanzjarji, il-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u l-istatistika Ewropea, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59), ir-Regolament (UE) 2017/826, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60), ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u dan il-Programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-miżuri pluriennali u tal-evalwazzjoni tas-suċċessi tal-programmi preċedenti, u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda ssir sa mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’mod retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-approprjazzjonijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ ikopru, jekk ikun meħtieġ, l-infiq relatat mal-ġestjoni tal-azzjonijiet mhux lesti sal-aħħar tal-Programm.

(99)

Minħabba d-dewmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mhuwiex possibbli li jiġu rrispettati l-iskadenzi għall-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma fil-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf u għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-programmi veterinarji u fitosanitarji tagħhom tal-2021 u l-2022, u lanqas mhu possibbli għall-Kummissjoni li tirrispetta l-iskadenzi għall-approvazzjoni ta’ dawk il-programmi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-azzjonijiet fil-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf fl-2021 u l-2022, dawk l-iskadenzi ma għandhomx japplikaw għas-snin 2021 u 2022.

(100)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, u (UE) Nru 652/2014 għalhekk jenħtieġ li jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern, għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u għall-protezzjoni tal-konsumatur, għall-ġestjoni tan-nefqa fil-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-qafas ta’ ipprogrammar u finanzjament użat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (Programm għas-Suq Uniku) (il-“Programm”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. It-tul ta’ żmien tal-Programm huwa allinjat mat-tul ta’ żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l- għanijiet tal-Programm u l-azzjonijiet eliġibbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk l- għanijiet, il-baġit għall-perijodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament u s-sistema ta’ governanza tal-Programm.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni appoġġata mill-baġit tal-Unjoni, inkluż f’faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit kif definit fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li tikkombina forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(2)

“Statistika Ewropea” tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(3)

“entità legali” tfisser persuna fiżika, jew persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi tal-Unjoni, dik nazzjonali jew internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, li teżerċita drittijiet u li tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma jkollhiex personalità ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(4)

“intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju jew SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(5)

“raggruppamenti u organizzazzjonijiet ta’ networks tan-negozju” tfisser strutturi jew gruppi organizzati ta’ partijiet indipendenti fil-forma ta’ organizzazzjonijiet li jappoġġaw it-titjib tal-kollaborazzjoni, in-networking u t-tagħlim ta’ gruppi ta’ intrapriżi li huma mfassla biex jipprovdu jew jidderieġu servizzi speċjalizzati u personalizzati ta’ appoġġ għan-negozji, speċjalment għall-SMEs, sabiex jistimulaw fost l-oħrajn attivitajiet ta’ innovazzjoni u internazzjonalizzazzjoni, inkluż billi jippromwovu l-kondiviżjoni ta’ faċilitajiet u l-iskambju ta’ għarfien u għarfien espert.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.   L-għanijiet ġenerali tal-Programm huma dawn li ġejjin:

(a)

li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b’mod partikolari li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b’mod partikolari lill-SMEs, billi jinforza l-liġi tal-Unjoni, jiffaċilita l-aċċess għas-suq, jiffissa standards u jippromwovi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll billi jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

(b)

li jiżviluppa, jipproduċi u jiddissemina statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, komparabbli, f’waqtha u affidabbli li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni u jgħin liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika, lill-awtoritajiet, lin-negozji, lill-akkademiċi u lill-media biex jieħdu deċiżjonijiet informati u biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess demokratiku.

2.   L- għanijiet speċifiċi tal-Programm huma dawn li ġejjin:

(a)

li jagħmel is-suq intern aktar effettiv, fost l-oħrajn fid-dawl tat-trasformazzjoni diġitali, billi:

(i)

jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija ta’ ostakli diskriminatorji, mhux ġustifikati jew sproporzjonati u jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-merkanzija u s-servizzi, inkluż billi jtejjeb l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, tar-regoli tal-akkwist pubbliku, tal-liġi tal-kumpanniji, tal-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, tar-regoli tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, tal-moviment liberu tal-kapital u tar-regoli tas-servizzi finanzjarji u tal-kompetizzjoni, inkluż billi jiżviluppa għodod ta’ governanza ffokati fuq l-utenti;

(ii)

jappoġġa sorveljanza effettiva tas-suq madwar l-Unjoni, bil-ħsieb li jiżgura li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss prodotti sikuri u konformi li joffru livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ utenti aħħarin oħra, inkluż prodotti li jinbiegħu online, kif ukoll bil-ħsieb li tinkiseb omoġeneità u kapaċità akbar fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni;

(b)

li jsaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-SMEs u jikseb addizzjonalità fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ miżuri li:

(i)

jipprovdu diversi forom ta’ appoġġ għall-SMEs kif ukoll għal raggruppamenti u organizzazzjonijiet ta’ networks tan-negozju, inkluż fis-settur tat-turiżmu, biex b’hekk jitrawmu t-tkabbir, l-espansjoni u l-ħolqien ta’ SMEs;

(ii)

jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq inkluż permezz tal-internazzjonalizzazzjoni ta’ SMEs;

(iii)

jippromwovu l-intraprenditorija u l-kisba ta’ ħiliet tal-intraprenditorija;

(iv)

jippromwovu ambjent favorevoli tan-negozju għall-SMEs, jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs u jippromwovu opportunitajiet ġodda tan-negozju għall-SMEs, inkluż dawk li huma intrapriżi tal-ekonomija soċjali u dawk b’mudelli innovattivi ta’ negozju;

(v)

jappoġġaw il-kompetittività tal-ekosistemi u s-setturi industrijali kif ukoll l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur industrijali;

(vi)

jippromwovu l-modernizzazzjoni tal-industrija, li tikkontribwixxi għal ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti;

(c)

li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern permezz ta’ proċessi ta’ standardizzazzjoni li:

(i)

jippermettu l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-iffissar ta’ standards Ewropej;

(ii)

jappoġġaw l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali ta’ kwalità għolja ta’ rappurtar finanzjarju u mhux finanzjarju u ta’ awditjar, jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fil-liġi tal-Unjoni u jippromwovu l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv;

(d)

li jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u sigurtà tal-prodotti billi:

(i)

fir-rigward tal-konsumaturi:

jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumatur skont il-liġi tal-Unjoni;

jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sigurtà tal-prodotti b’mod partikolari għall-aktar konsumaturi vulnerabbli sabiex jissaħħu l-korrettezza, it-trasparenza u l-fiduċja fis-suq intern;

jiżgura li l-interessi tal-konsumaturi fid-dinja diġitali jiġu meqjusa kif dovut;

jappoġġa l-awtoritajiet kompetenti ta’ infurzar u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi u l-azzjonijiet li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti b’enfasi partikolari fuq kwistjonijiet imqajma minn teknoloġiji eżistenti u emerġenti;

jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità u d-disponibbiltà tal-istandards madwar l-Unjoni; jindirizza b’mod effiċjenti prattiki kummerċjali żleali;

jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għal mekkaniżmi effiċjenti ta’ rimedju u li jiġu pprovduti b’informazzjoni adegwata dwar is-swieq u d-drittijiet tal-konsumaturi, u jippromwovi l-konsum sostenibbli, b’mod partikolari permezz tas-sensibilizzazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi u l-impatt ambjentali tal-merkanzija u s-servizzi;

(ii)

fir-rigward tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħra tas-servizzi finanzjarji:

isaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, ta’ utenti aħħarin oħra tas-servizzi finanzjarji u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika tas-servizzi finanzjarji;

jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju u tal-kategoriji differenti ta’ prodotti finanzjarji kkummerċjalizzati;

jiżgura li l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur jiġu protetti;

(e)

li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ saħħa u sikurezza għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti fl-oqsma tal-pjanti, tal-annimali, tal-ikel u tal-għalf, ost l-oħrajn billi jipprevjeni, jidentifika u jeqred il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ emerġenza li jittieħdu fil-każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi fuq skala kbira u avvenimenti mhux prevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, u billi jappoġġa t-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali, il-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika u l-iżvilupp tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel, kif ukoll billi jistimula l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-partijiet ikkonċernati f’dawk l-oqsma;

(f)

li jiżviluppa, jipproduċi, jiddissemina u jikkomunika statistika Ewropea ta’ kwalità għolja skont il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, f’waqtu, u b’mod imparzjali u kosteffiċjenti, permezz ta’ Sistema Ewropea tal-Istatistika msaħħa, imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, u sħubiji mtejba f’dik is-sistema u mal-partijiet esterni rilevanti kollha, bl-użu ta’ diversi sorsi ta’ data, metodi avvanzati ta’ analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali, u jipprovdi tqassim nazzjonali, u, fejn possibbli, reġjonali.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 4 208 041 000 bi prezzijiet attwali.

2.   Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammonti indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-għanijiet li ġejjin:

(a)

EUR 451 569 500 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(i);

(b)

EUR 105 461 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii);

(c)

EUR 1 000 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

(d)

EUR 220 510 500 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(c);

(e)

EUR 198 500 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(d);

(f)

EUR 1 680 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(e);

(g)

EUR 552 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(f).

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, l-użu ta’ networks ta’ teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta’ għodod ta’ teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà massima tal-Programm għall-finanzjament tal-azzjonijiet koperti mill-għanijiet tal-Programm, il-kostijiet totali tal-appoġġ amministrattiv u tekniku ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-valur tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

4.   L-impenji baġitarji li jestendu fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

5.   B’deroga mill-Artikolu 111(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenn baġitarju għall-għotja mogħtija għall-miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament wara li t-talbiet għall-ħlas sottomessi mill-Istati Membri jkunu ġew ivvalutati.

6.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tal-Istat membru konċernat, jiġu ttrasferiti lill-Programm soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Politika dwar l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-Artikolu 62(1)(c) ta’ dak ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

7.   Fejn il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi ttrasferiti f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għall-Fond li minnu jkunu ġew trasferiti inizjalment, fuq talba tal-Istat Membru, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021–2027.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni rispettivi jew fi ftehimiet simili u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni rispettivi, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħra, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li l-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta; kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(iii)

ma jagħti l-ebda setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet lill-pajjiż terz fir-rigward tal-programm tal-Unjoni;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (d)(ii) tal-ewwel paragrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew taħt ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, u b’mod partikolari permezz ta’ għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit.

3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) 2021/695.

KAPITOLU II

GĦOTJIET

Artikolu 7

Għotjiet

Għotjiet taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Azzjonijiet eliġibbli

1.   L-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.   B’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a)

il-ħolqien tal-kondizzjonijiet it-tajba biex tingħata s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern, inkluż in-negozji, iċ-ċittadini, il-konsumaturi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-iskambju trasparenti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, partikolarment fir-rigward tar-regoli applikabbli tal-Unjoni u d-drittijiet tan-negozji, taċ-ċittadini u tal-konsumaturi, kif ukoll permezz tal-iskambju u d-disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin, għarfien espert, għarfien u soluzzjonijiet innovattivi, inkluż permezz tal-azzjonijiet implimentati permezz tan-network SOLVIT u n-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi;

(b)

il-provvista ta’ mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin u għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż rappreżentanti tas-sħab soċjali u rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jirrappreżentaw lill-SMEs, biex jingħata kontribut lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni;

(c)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-faċilitazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, inkluż azzjonijiet konġunti bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà tal-prodotti;

(d)

l-appoġġ għall-infurzar effettiv u l-modernizzazzjoni tal-qafas legali tal-Unjoni u għall-adattament rapidu tiegħu biex l-Unjoni tkun tista’ tiffaċċja b’mod effettiv il-kompetizzjoni globali, kif ukoll l-appoġġ għal sforzi biex jiġu indirizzati kwistjonijiet imqajma mid-diġitalizzazzjoni, inkluż permezz ta’ dan li ġej:

(i)

il-ġbir u l-analiżi tad-data;

(ii)

ir-riċerka dwar il-funzjonament tas-suq intern, studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ politika;

(iii)

l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u proġetti pilota;

(iv)

l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni;

(v)

l-iżvilupp ta’ għodod dedikati tal-IT li jiżguraw il-funzjonament trasparenti u effiċjenti tas-suq intern u li jipprevjenu prattiki frodulenti fuq l-Internet.

3.   Azzjonijiet li jikkostitwixxu attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u li jimplimentaw l-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti;

(b)

l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ttestjar u azzjonijiet konġunti fil-qasam tal-konformità inkluż fir-rigward ta’ prodotti konnessi u prodotti li jinbiegħu online;

(c)

l-appoġġ għal strateġiji ta’ sorveljanza tas-suq, ġbir ta’ għarfien u intelligence, kapaċitajiet u faċilitajiet ta’ ttestjar, evalwazzjonijiet bejn il-pari, programmi ta’ taħriġ, assistenza teknika u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   Azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

li jipprovdu diversi forom ta’ appoġġ lill-SMEs, inkluż informazzjoni, mentoraġġ, taħriġ, edukazzjoni, mobbiltà, kooperazzjoni transkonfinali jew servizzi ta’ konsulenza;

(b)

li jiffaċilitaw, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, l-aċċess ta’ SMEs u raggruppamenti u organizzazzjonijiet ta’ networks għas-swieq fl-Unjoni u barra minnha, li jappoġġawhom, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, fl-indirizzar ta’ sfidi, ambjentali, ekonomiċi u soċjetali globali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji,u li jsaħħu t-tmexxija intraprenditorjali u industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali;

(c)

li jappoġġaw il-ħidma tan-Network Enterprise Europe (EEN) biex jipprovdi servizzi integrati ta’ appoġġ għan-negozji lill-SMEs tal-Unjoni, inkluż biex jgħin lil dawk l-SMEs isibu sħab kummerċjali u l-finanzjament, b’mod partikolari mill-Programmi Invest EU, Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, li jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-innovazzjoni tagħhom, l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħhomu li jgħinuhom jiksbu aċċess għall-għarfien espert diġitali, ambjentali, klimatiku, enerġetiku u fl-effiċjenza fir-riżorsi, sabiex ikun katar faċli għalihom jesploraw opportunitajiet fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet permezz ta’ koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat li metal-EEN ikun qed jintuża biex jipprovdi servizzi f’isem programmi oħra tal-Unjoni, inkluż servizzi ta’ konsulenza jew ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet, dawk is-servizzi jridu jiġu ffinanzjati minn dawk il-programmi l-oħra tal-Unjoni;

(d)

li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq u l-piż amministrattiv u li joħolqu ambjent favorevoli għan-negozju biex jagħtu s-setgħa lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern;

(e)

li jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tkabbir tan-negozji, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ ħiliet tekniċi, diġitali u intraprenditorjali, il-ġestjoni sostenibbli tan-negozju u l-iżvilupp tal-prodotti u l-proċessi sabiex titrawwem trasformazzjoni ekoloġika u diġitali fl-ekosistemi industrijali kollha u tul il-ktajjen tal-valur tas-setturi tal-manifattura u tas-servizzi;

(f)

li jappoġġaw il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u ta’ setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw l-adozzjoni tal-kreattività u l-forom kollha tal-innovazzjoni mill-SMEs, li jsaħħu r-responsabbiltà soċjali korporattiva, l-adozzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni b’mod strateġiku tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-Inizjattiva tar-Raggruppamenti Konġunti;

(g)

li jrawmu ambjent intraprenditorjali tan-negozju u kultura intraprenditorjali, inkluż permezz ta’ skemi ta’ mentoraġġ u mobbiltà biex itejbu l-għarfien espert, il-ħiliet, il-kapaċità teknoloġika u l-ġestjoni tal-intrapriżi, kif ukoll billi jappoġġaw in-negozji ġodda, is-sostenibbiltà tan-negozji u n-negozji li qed jespandu b’mod partikolari l-proġetti, abbażi ta’ opportunitajiet immexxija mis-suq, u li jagħtu attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet partikolari ta’ imprendituri potenzjali ġodda, kif ukoll dawk ta’ membri ta’ gruppi sottorappreżentati.

5.   Azzjonijiet li jikkostitwixxu attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

6.   L-azzjonijiet li jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet li jkollhom l-għan li jiżviluppaw, japplikaw, jivvalutaw u jimmonitorjaw l-istandards internazzjonali fl-oqsma tar-rappurtar finanzjarju u mhux finanzjarju u ta’ awditjar u li jissorveljaw il-proċessi tagħhom għall-iffissar ta’ standards u li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

7.   B’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(d)(i) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a)

li jtejbu s-sensibilizzazzjoni, il-litteriżmu diġitali u l-edukazzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom, inkluż rigward kwistjonijiet imqajma mill-iżvilupp teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni, inkluż l-indirizzar tal-ħtiġijiet partikolari tal-konsumaturi vulnerabbli;

(b)

li jiffaċilitaw l-aċċess għall-konsumaturi u n-negozjanti għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u għal soluzzjoni għat-tilwim online ta’ kwalità u għal informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ rimedju;

(c)

li jappoġġaw infurzar aktar b’saħħtu tal-liġi tal-konsumatur mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn in-negozjanti jkunu stabbiliti f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari permezz ta’ kooperazzjoni effiċjenti u azzjonijiet konġunti;

(d)

li jrawmu l-konsum sostenibbli, b’mod partikolari permezz tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, bħad-durabbiltà u l-karatteristiċi tal-ekodisinn tagħhom, kif ukoll li jrawmu l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur u l-possibbiltajiet ta’ rimedju fir-rigward ta’ prattiki qarrieqa.

8.   L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness I li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

9.   L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness II li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

Artikolu 9

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Soġġett għall-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7, l-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli taħt il-Programm:

(a)

l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu; jew

(ii)

pajjiż terz assoċjat mal-Programm f’konformità mal-Artikolu 5;

(b)

l-entitajiet ġuridiċi maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

eċċezzjonalment, l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, dment li l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi fl-azzjoni taqa’ fi ħdan l-għanijiet tal-Programm u l-attivitajiet barra l-Unjoni jikkontribwixxu għall-effettività ta’ interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati.

3.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

(b)

azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tal-konsumatur li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i).

L-entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, ħlief fejn il-parteċipazzjoni tagħhom tkun essenzjali għall-Programm, b’mod partikolari f’termini ta’ titjib tal-kompetittività u tal-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni jew f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumaturi residenti fl-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li għandhom skop ta’ qligħ.

4.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012għandhom ikunu eliġibbli.

5.   Kull Stat Membru u kull pajjiż terz li jkun membru taż-ŻEE għandu jinnomina, bħala riżultat ta’ proċedura trasparenti, entità li tkun eliġibbli għal azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tal-konsumaturi billi jimplimentaw l-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(d)(i) u li huma relatati man-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi. Dik l-entità, tista’ tkun:

(a)

korp mingħajr skop ta’ qligħ;

(b)

korp pubbliku.

6.   Pajjiżi terzi għandhom ikunu eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e):

(a)

miżuri ta’ protezzjoni meħuda fil-każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew Stat Membru, ta’ waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III jew mill-pesti tal-pjanti elenkati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16;

(b)

miżuri ta’ protezzjoni jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda biex jappoġġaw l-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex jiġi emendat l-Anness III fejn ikun meħtieġ sabiex titqies l-okkorrenza ta’ mard tal-annimali u żoonożi ġodda li mhumiex koperti mill-atti legali tal-Unjoni msemmija f’dak l-Anness.

Ħlief fil-każ ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti li jkollhom impatt sostanzjali fuq l-Unjoni, fil-prinċipju, pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni tagħhom stess fl-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

7.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), għandhom ikunu eliġibbli l-entitajiet ġuridiċi li ġejjin:

(a)

istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(b)

għall-azzjonijiet li jappoġġaw in-networks kollaborattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, korpi li joperaw fil-qasam tal-istatistika minbarra l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;

(c)

entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ, li jkunu independenti mill-industrija u mill-interessi kummerċjali jew tan-negozju jew interessi kunfliġġenti oħra, u li jkollhom bħala l-għanijiet u l-attivitajiet prinċipali tagħhom il-promozzjoni u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jew l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni tal-istatistika Ewropea li jimmiraw lejn żieda fl-effiċjenza u titjib fil-kwalità fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 10

Benefiċjarji maħtura

1.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu jingħataw għotja taħt il-Programm mingħajr sejħa għal proposti:

(a)

għall-azzjonijiet fil-qasam tal-akkreditazzjoni li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta’ dan ir-Regolament, il-korp rikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b)

għall-azzjonijiet fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(c)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(d)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), il-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB);

(e)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) li jirrigwardaw ir-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni, l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC) u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC) dment li ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess u li kull wieħed minnhom jirrappreżenta, permezz tal-membri tiegħu, l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri;

(f)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(ii), Finance Watch u Better Finance soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, li jridu jiġu vvalutati kull sena:

(i)

l-entitajiet jibqgħu entitajiet mhux governattivi, mingħajr skop ta’ qligħ u indipendenti mill-industrija, mill-kummerċ jew min-negozju;

(ii)

ma jkollhom l-ebda interess kunfliġġenti u jirrappreżentaw permezz tal-membri tagħhom l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni u ta’ utenti aħħarin oħra fil-qasam tas-servizzi finanzjarji;

(g)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament:

(i)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-entitajiet affiljati tagħhom, il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikoli 92, 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625, iċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikoli 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61), u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif ukoll il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għas-saħħa tal-pjanti u l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għas-saħħa tal-annimali, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri biex jipprovdu riżorsi finanzjarji adegwati għal dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 u bil-kondizzjoni li l-azzjonijiet li jappoġġaw il-prestazzjoni ta’ dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fit-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/625 jistgħu jintwerew b’mod ċar li jirrappreżentaw valur miżjud tal-Unjoni, u li jkun disponibbli finanzjament suffiċjenti taħt il-Programm biex jappoġġa dawk l-azzjonijiet;

(ii)

fil-każ tal-azzjonijiet deskritti fl-Artikolu 9(6)(a) u (b) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti a’ pajjiżi terzi;

(h)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, l-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-paragrafu 1(e) ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet li jistgħu jingħataw għotja taħt il-Programm.

Artikolu 11

Evalwazzjoni tal-proposta u kriterji tal-għotja

1.   Il-ħidma tal-kumitati ta’ evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet stabbiliti fl-Artikolu 188 tar-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari, fuq il-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza, kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

2.   Il-kumitati ta’ evalwazzjoni għandhom jevalwaw proposti abbażi tal-kriterji tal-għotja, bħar-rilevanza tal-azzjonijiet proposti bil-ħsieb tal-għanijiet segwiti, il-kwalità tal-azzjonijiet proposti, l-impatt, inkluż l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali, il-baġit u l-kosteffettività.

Artikolu 12

Regoli tal-kofinanzjament

1.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament b’referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm u b’referenza għall-faċilitajiet ta’ ttestjar tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-Programm jista’, b’deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta’ azzjoni.

2.   Għall-għotjiet għal azzjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju fil-kuntest tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-Regolament, il-programm jista’, b’deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi u sa 90 % tal-kostijiet eliġibbli għall-kategoriji tal-kostijiet l-oħra. Għall-azzjonijiet tal-EEN fil-kuntest tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’, b’deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli għall-kostijiet addizzjonali ta’ koordinazzjoni u networking u sa 60 % tal-kostijiet eliġibbli għall-kategoriji tal-kostijiet l-oħra. Barra minn hekk, kostijiet indiretti eliġibbli għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 25 % tal-kostijiet eliġibbli diretti totali, eskluż il-kostijiet eliġibbli diretti għal subkuntratti, appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi u kwalunkwe kost ta’ unità jew somma ta’ darba li tinkludi kostijiet indiretti.

3.   Għall-għotjiet mogħtija lill-PIOB li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), jekk il-finanzjament mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) f’sena partikolari jammonta għal aktar minn żewġ terzi tal-finanzjament annwali totali, il-kontribuzzjoni annwali għal dik is-sena għandha tkun limitata għall-ammont massimu speċifikat fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16(1).

4.   Għall-għotjiet mogħtija lill-ANEC taħt l-Artikolu 10(1)(e), il-Programm jista’ jiffinanzja sa 95 % tal-kostijiet eliġibbli.

5.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’, b’deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Għall-azzjonijiet imsemmija fl-Anness I, il-punti 1 u 2, ir-rata ta’ kofinanzjament applikata għandha tkun 50 % tal-kostijiet eliġibbli, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

Ir-rata għandha tkun 75 % tal-kostijiet eliġibbli, fir-rigward ta’:

(i)

attivitajiet transkonfinali implimentati flimkien minn żewġ Stati Membri jew aktar sabiex jikkontrollaw, jipprevjenu jew jeqirdu il-pesti tal-pjanti jew il-mard tal-annimali;

(ii)

l-Istati Membri li d-dħul nazzjonali gross tagħhom għal kull abitant abbażi tal-aħħar data tal-Eurostat ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni.

(b)

B’deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata għandha tkun 100 % tal-kostijiet eliġibbli, fejn l-attivitajiet li jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni jkunu jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ riskji serji tas-saħħa tal-bnedmin, il-pjanti u l-annimali għall-Unjoni, u:

(i)

ikunu mfassla biex jiġi evitat li jkun hemm vittmi umani jew tħarbit ekonomiku maġġuri għall-Unjoni kollha kemm hi;

(ii)

jikkonstitwixxu kompiti speċifiċi li huma indispensabbli għall-Unjoni kollha kemm hi kif stabbiliti mill-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16(4); jew

(iii)

jiġu implimentati f’pajjiżi terzi.

(c)

Fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ fondi, implimentazzjoni mhux suffiċjenti tal-Programm jew il-miżura ta’ emerġenza, jew l-eliminazzjoni gradwali tal-kofinanzjament ta’ azzjonijiet kontra l-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti, ir-rati ta’ kofinanzjament għandhom ikunu aktar baxxi.

Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ammont tat-tnaqqis fir-rati ta’ kofinanzjament għandu jirrifletti s-sinifikat tar-raġunijiet għal rata aktar baxxa. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rati ta’ kofinanzjament aktar baxxi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(6).

6.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 95 % tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjonijiet li jappoġġaw in-networks kollaborattivi kif imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 13

Kostijiet eliġibbli relatati ma’ programmi u miżuri ta’ emerġenza

1.   Minbarra l-kriterji tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet imġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza msemmija fl-Anness I, il-punti 1.4.1. u 1.4.2. li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament:

(a)

għadhom ikunu eliġibbli qabel id-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja, f’konformità mal-Artikolu 193(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

għandhom ikunu eliġibbli mid-data tal-okkorrenza suspettata ta’ marda tal-annimali jew il-preżenza ta’ pest tal-pjanti, dment li sussegwentement tiġi kkonfermata dik l-okkorrenza jew dik il-preżenza.

Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja għandha tkun preċeduta min-notifika lill-Kummissjoni tal-okkorrenza tal-marda tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 19 jew 20 u r-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/429, jew il-preżenza tal-pest tal-kwarantina fl-Unjoni f’konformità ml-Artikolu 9, 10 jew 11 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (62).

2.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament, il-kostijiet eliġibbli msemmija fl-Anness I, il-punti 2.2.1. u 2.2.2. fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-programmi jistgħu jikkwalifikaw għal għotjiet, jekk jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 14

Finanzjament Kumulattiv u Alternattiv

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro-rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   L-azzjonijiet li jkunu ġew attribwiti tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza taħt dan il-Programm jistgħu jirċievu appoġġ minn [il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond Soċjali Ewropew Plus, f’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 jekk jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-Programm;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)

ma huwiex possibli għalihom li jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

3.   Operazzjoni tista’ tirċievi appoġġ minn programm tal-Unjoni wieħed jew aktar. Meta jiġri dan, in-nefqa ddikjarata f’talba għall-ħlas ma għandhiex tiġi ddikjarata f’talba għall-ħlas għal programm ieħor.

4.   L-ammont tan-nefqa li jiddaħħal f’talba għall-ħlas jista’ jiġi kkalkulat għal kull programm ikkonċernat fuq bażi pro rata, f’konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

KAPTIOLU III

OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT

Artikolu 15

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi taħt il-Programm għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

KAPITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI, MONITORAĠĠ U KONTROLL

Artikolu 16

Implimentazzjoni tal-Programm

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-programmi ta’ ħidma għandhom jimplimentaw l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8.Dawk il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

(a)

l-ammont indikattiv allokat għal kull azzjoni u, fejn rilevanti, l-ammont totali indikattiv għall-azzjonijiet kollha, kif ukoll skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni;

(b)

il-kriterji essenzjali ta’ evalwazzjoni għall-għotjiet, f’konformità mal-Artikolu 11, u r-rata massima ta’ kofinanzjament f’konformità mal-Artikolu 12.

Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(5).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 21(4).

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) permezz ta’ azzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 8(8) u l-Anness I permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni sat-30 ta’ April tas-sena qabel l-eżekuzzjoni tagħhom, dment li jiġi adottat l-abbozz ta’ baġit. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(6).

5.   L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, inkluż inizjattivi rigward ir-rieżami tal-prijoritajiet, għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikoli 13, 14 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, inkluż inizjattivi rigward ir-rieżami tal-prijoritajiet, u permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea.

Artikolu 17

Monitoraġġ u rappurtar

1.   L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness IV.

2.   Meta tirrapporta dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-indikaturi kuntestwali rilevanti, estratti mir-rieżami tal-prestazzjoni tal-SMEs, mill-iskedi informattivi tal-Ismall Business Act u minn kwalunkwe sors rilevanti ieħor, flimkien mal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Biex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 20, biex temenda l-Anness IV fir-rigward tal-indikaturi, meta dan ikun meqjus meħtieġ, kif ukoll biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

4.   Is-sistema tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv, u fil-ħin.

Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni u, fejn xieraq, fuq l-Istati Membri.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom biex biex ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq sa erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport tal-evalwazzjoni interim biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Programm, inkluż aspetti bħall-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u is-sinerġiji fil-Programm u l-valur miżjud tal-Unjoni.

3.   Fir-rigward tal-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-attività tal-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju fir-rigward tal-iżvilupp tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju, kif ukoll, in ġenerali, tal-PIOB u tal-EFRAG. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm u fi kwalunkwe każ erba’ snin wara tmiem il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta’ evalwazzjoni finali biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Programm, inkluż aspetti bħall-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u s-sinerġiji fil-Programm, u l-valur miżjud tal-Unjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u finali flimkien mall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Fejn xieraq, ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti għal azzjonijiet ta’ segwitu.

6.   F’konformità mal-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika għal dawk il-partijiet tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u finali li jirrigwardaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, qabel ma dawn jiġu adottati u ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għall-parti tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali li tirrigwarda l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, qabel l-adozzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 19

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(6), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 17(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mill-1 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 9(6), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 17(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 9(6), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 17(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie innotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 21

Proċedura ta’ kumitat

1.   Fir-rigward tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fir-rigward tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3) ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw l -għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fir-rigward tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5), it-tieni paragrafu u fl-Artikolu 16(4) ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tittermina mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat hekk jiddeċiedi jew maġġoranza sempliċi ta’ membri tal-kumitat jitolbu li jsir hekk.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 22

Informazzjoni, komunikazzjoni u reklamar

1.   Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u proporzjonata, pertinenti lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni b’mod faċli għall-utenti, sabiex tinsensibilizza lill-konsumaturi, liċ-ċittadini, lin-negozji, speċjalment l-SMEs, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi dwar ir-riżorsi finanzjarji pprovduti permezz tal-Programm, u dwar l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu.

3.   Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 3.

4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, inkluż azzjonijiet u riżultati li jirrigwardaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, f’konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 23

Tħassir

Ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826, li għandhom jibqgħu japplikaw għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-programmi preċedenti tiegħu skont l-atti elenkati fil-paragrafu 1.

3.   Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(3), biex tkun tista’ ssir il-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027.

4.   F’konformità mal-Artikolu 193(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja fir-rigward ta’ azzjonijiet li diġà jkunu nbdew jistgħu jiġu kkunsidrati elipibbli meta jkun neċessarju biex tiġi żgurata l-kontinwità matul perijodu limitat.

B’deroga mill-Artikolu 193(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja għandhom ikunu eliġibbli fil-każ ta’ għotjiet operattivi, meta jkun neċessarju biex tiġi żgurata l-kontinwità matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Porgramm.

5.   L-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 16(4) u fil-punt 2.1 tal-Anness I ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-programmi li jkopru s-snin 2021 u 2022.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 40.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 259.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-13 ta’ April 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-27 ta’ April 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(10)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(12)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30)

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L ..., 12.5.2021).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L ..., 11.5.2021).

(18)  Ir-Regolament (UE) XXXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(22)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(23)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(24)  Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

(25)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(26)  Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(27)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(28)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(29)  Id-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 7).

(30)  Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perijodu 2017-2020 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 17).

(32)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(33)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(34)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(35)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(36)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(37)  ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.

(38)  Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 1).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (ĠU L ..., 12.5.2021).

(40)  Ir-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 (ĠU L ..., 5.5.2021).

(41)  Ir-Regolament (UE) XXXX/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ XXX li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(42)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(43)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(44)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(45)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).

(46)  Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(47)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(48)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(49)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(50)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

(51)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(52)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(53)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(54)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(55)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi firrigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(56)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(57)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(58)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad- 29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (Verżjoni mfassla mill-ġdid) (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).

(59)  Ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewroperw u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42).

(60)  Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1).

(61)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).

(62)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).


ANNESS I

L-AZZJONIJIET ELIĠIBBLI LI JIMPLIMENTAW L-GĦAN SPEĊIFIKU MSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2)(E) RELATAT MAL-QASAM TAL-PJANTI, L-ANNIMALI, L-IKEL U L-GĦALF

L-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

1.

L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji.

1.1.

Miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji li għandhom jittieħdu bħala riżultat tal-konferma uffiċjali tal-okkorrenza ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew żoonożi elenkati fl-Anness III jew tal-konferma uffiċjali tal-preżenza ta’ pesti tal-pjanti jew jekk ikun hemm theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti tal-Unjoni.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu implimentati immedjatament u l-applikazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni rilevanti.

1.2.

Fir-rigward ta’ emerġenzi fitosanitarji, il-miżuri li ġejjin meħuda mill-Istati Membri kontra tifqigħa ta’ pesti f’żona partikolari:

(a)

miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni kontra pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 28(1) jew (3) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikoli 29(1) jew 30(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 kontra pest mhux elenkat bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni iżda li jista’ jikkwalifika bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni f’konformità mal-kriterji msemmija f’dak ir-Regolament;

(c)

miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta’ pest, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak il-pest.

1.3.

Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jiġi pprovdut wkoll għall-miżuri li ġejjin:

1.3.1.

Il-miżuri ta’ protezzjoni jew ta’ prevenzjoni meħuda f’każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew, ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew ż-żoonożi elenkati fl-Anness III kif ukoll il-miżuri ta’ protezzjoni jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni;

1.3.2.

Il-miżuri msemmija f’dan l-Anness imwettqa minn żewġ Stati Membri jew aktar li jikkollaboraw mill-qrib biex jikkontrollaw marda tal-annimali jew tifqigħa ta’ pest tal-pjanti;

1.3.3.

L-istabbiliment ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III, fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, tqis li l-istabbiliment ta’ tali ħażniet huma meħtieġa f’dak l-Istat Membru;

1.3.4.

L-istabbiliment ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi jew l-akkwist ta’ dożi ta’ vaċċin jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp f’pajjiż terz jew fi Stat Membru ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew ż-żoonożi elenkati fl-Anness III tista’ tikkostitwixxi theddida għall-Unjoni.

1.3.5.

F’każ ta’ suspett ta’ tifqigħa ta’ marda tal-annimali jew li jitfaċċaw pesti tal-pjanti, verifiki u monitoraġġ intensifikati fl-Unjoni u mal-fruntieri esterni tagħha, fejn meħtieġ.

1.3.6.

Miżuri għall-monitoraġġ tad-dehra ta’ pesti tal-pjanti u mard tal-annimali magħrufa kif ukoll dawk emerġenti u mhux magħrufa qabel.

1.4.

Kostijiet eliġibbli

1.4.1.

Miżuri ta’ emerġenza veterinarji

Il-kostijiet li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza veterinarja jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament:

(a)

il-kostijiet ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom imbiċċra jew maqtula, fil-limitu tal-valur fis-suq li tali annimali kien ikollhom li kieku ma kinux intlaqtu mill-marda;

(b)

il-kostijiet tat-tbiċċir jew il-qtil tal-annimali u l-kostijiet tat-trasport relatati;

(c)

il-kostijiet ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-prodotti meqruda tagħhom ta’ oriġini mill-annimali, fil-limitu tal-valur fis-suq ta’ dawk il-prodotti immedjatament qabel ma jkun inħoloq xi suspett tal-marda jew qabel ikun ġie kkonfermat dan is-suspett;

(d)

il-kostijiet ta’ tindif, diżinsettizzazzjoni u diżinfezzjoni tal-azjendi u tat-tagħmir, ibbażati fuq l-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-patoġenu;

(e)

il-kostijiet għat-trasport u l-qerda tal-għalf kontaminat u, fejn ma jistax jiġi diżinfettat, it-tagħmir kontaminat;

(f)

il-kostijiet tax-xiri, il-ħżin, il-ġestjoni jew id-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-lixka kif ukoll il-kostijiet tat-tilqim stess, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi jew tawtorizza tali azzjonijiet;

(g)

il-kostijiet tat-trasport u r-rimi tal-karkassi;

(h)

f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-kostijiet ta’ testijiet seroloġiċi u viroloġiċi għal testijiet ta’ sorveljanza u ta’ ċaqliq minn qabel f’żoni ristretti u kwalunkwe kost ieħor essenzjali għall-qerda tal-marda.

1.4.2.

Miżuri ta’ emerġenza fitosanitarji

Il-kostijiet li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti jistgħu jikkwalifikaw għal għotjiet:

(a)

il-kostijiet tal-persunal, irrispettivament mill-istatus tiegħu, direttament involut fil-miżuri, kif ukoll il-kostijiet tal-kiri ta’ tagħmir, ta’ prodotti konsumabbli u ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, tal-prodotti ta’ trattament, tat-teħid ta’ kampjuni u tat-testijiet tal-laboratorju;

(b)

il-kostijiet tal-kuntratti ta’ servizzi ma’ partijiet terzi għat-twettiq ta’ parti mill-miżuri;

(c)

il-kostijiet ta’ kumpens lill-operaturi jew is-sidien ikkonċernati għat-trattament, il-qerda u t-tneħħija sussegwenti ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-binjiet, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta’ tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju u t-tagħmir;

(d)

il-kostijiet ta’ kumpens lis-sidien ikkonċernati għall-valur tal-pjanti meqruda, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti l-oħra soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 17, 28(1), 29(1) u 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, fil-limitu tal-valur tas-suq li tali pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kien ikollhom kieku ma kinux intlaqtu minn dawk il-miżuri; il-valur tas-salvataġġ, jekk ikun il-każ, għandu jitnaqqas mill-kumpens; u

(e)

f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba fl-implimentazzjoni ta’ miżuri meħtieġa għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d).

Il-kumpens lill-operaturi jew lis-sidien imsemmi fil-punt (c) għandu jkun eliġibbli biss jekk il-miżuri jkunu ġew implimentati taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

2.

L-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali

2.1.

Programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III u tal-pesti tal-pjanti jridu jiġu implimentati f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni rilevanti.

Il-kondizzjonijiet biex l-azzjonijiet jikkwalifikaw għall-finanzjament għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16.

Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel il-perijodu tal-implimentazzjoni ppjanat.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena:

(a)

il-lista ta’ programmi nazzjonali approvati teknikament u l-proposti għal kofinanzjament;

(b)

l-ammont proviżorju allokat għal kull programm;

(c)

il-livell massimu proviżorju tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm; u

(d)

kwalunkwe kondizzjoni proviżorja li tista’ tkun soġġetta għaliha l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programmi nazzjonali u l-finanzjament assoċjat sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena permezz ta’ ftehim ta’ għotja fir-rigward tal-miżuri implimentati u l-kostijiet imġarrba.

Wara l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji intermedji mill-benefiċjarji sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’, jekk meħtieġ, temenda l-ftehimiet ta’ għotja fir-rigward tal-perijodu ta’ eliġibbiltà kollu.

2.2.

Kostijiet eliġibbli

2.2.1.

Il-kostijiet li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi veterinarji nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għal kofinanzjament tal-Unjoni:

(a)

il-kostijiet tat-teħid ta’ kampjuni tal-annimali;

(b)

il-kostijiet ta’ testijiet, dment li dawn ikunu limitati għal:

(i)

il-kostijiet ta’ kits tat-testijiet, reaġenti u oġġetti konsumabbli li huma identifikabbli u speċifikament użati biex isiru dawk it-testijiet;

(ii)

il-kostijiet ta’ persunal, irrispettivament mill-istatus tiegħu, direttament involut fit-twettiq tat-testijiet;

(c)

il-kostijiet ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali imbiċċra jew maqtula tagħhom, fil-limitu tal-valur fis-suq li tali annimali kien ikollhom li kieku ma kinux intlaqtu mill-marda;

(d)

il-kostijiet ta’ tbiċċir jew ta’ qtil tal-annimali;

(e)

il-kostijiet ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-prodotti meqruda tagħhom ta’ oriġini mill-annimali, fil-limitu tal-valur fis-suq ta’ dawk il-prodotti immedjatament qabel ma jkun inħoloq xi suspett tal-marda jew qabel dan ma jkun ġie kkonfermat is-suspett;

(f)

il-kostijiet ta’ xiri, ħżin, tilqim, ġestjoni jew distribuzzjoni tad-dożi ta’ vaċċin jew il-vaċċin u l-lixki użati għall-programmi;

(g)

il-kostijiet ta’ tindif, diżinfezzjoni, diżinsettizzazzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir ibbażati fuq l-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-patoġenu; u

(h)

f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (g).

Għall-finijiet tal-punt (c), il-valur tal-irkupru tal-annimali, jekk ikun il-każ, għandu jitnaqqas mill-kumpens.

Għall-finijiet tal-punt (d), il-valur tal-irkupru tal-bajd mhux inkubat ittrattat bis-sħana għandu jitnaqqas mill-kumpens.

2.2.2.

Il-kostijiet li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi fitosanitarji nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għal kofinanzjament mill-Unjoni:

(a)

il-kostijiet għal teħid tal-kampjuni;

(b)

il-kostijiet għal eżamijiet viżwali;

(c)

il-kostijiet ta’ testijiet, dment li dawn ikunu limitati għal:

(i)

il-kostijiet ta’ kits tat-testijiet, ta’ reaġenti u ta’ oġġetti konsumabbli li huma identifikabbli u jintużaw apposta biex iwettqu t-testijiet;

(ii)

il-kostijiet ta’ persunal, irrispettivament mill-istatus tiegħu, direttament involut fit-twettiq tat-testijiet;

(d)

il-kostijiet ta’ persunal, irrispettivament mill-istatus tiegħu, direttament involut fil-miżuri, kif ukoll il-kostijiet ta’ kiri tat-tagħmir, ta’ oġġetti konsumabbli u ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, ta’ prodotti tat-trattament, ta’ teħid tal-kampjuni u ta’ testijiet tal-laboratorju;

(e)

il-kostijiet ta’ kuntratti tas-servizzi ma’ partijiet terzi għat-twettiq ta’ parti mill-miżuri;

(f)

il-kostijiet ta’ kumpens lill-operaturi jew is-sidien ikkonċernati għat-trattament, il-qerda u t-tneħħija sussegwenti ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-binjiet, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta’ tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju u t-tagħmir;

(g)

il-kostijiet ta’ kumpens lis-sidien ikkonċernati għall-valur tal-pjanti meqruda, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 17, 28(1), 29(1) u 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, fil-limitu tal-valur tas-suq litali pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kien ikollhom kieku ma kinux intlaqtu minn dawk il-miżuri; il-valur ta’ salvataġġ, jekk ikun il-każ, għandu jitnaqqas mill-kumpens; u

(h)

f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (g).

Il-kumpens lill-operaturi u s-sidien imsemmi fil-punt (f) għandu jkun eliġibbli biss jekk il-miżuri jkunu ġew implimentati taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

2.3.

Jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew iż-żoonożi elenkati fl-Anness III x’aktarx li jkunu ta’ theddida għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni u sabiex l-Unjoni titħares mill-introduzzjoni ta’ waħda minn dawk il-mard jew iż-żoonożi jew jekk ikunu meħtieġa miżuri ta’ protezzjoni b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom miżuri li jridu jiġu implimentati fit-territorji ta’ pajjiżi terzi b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi. B’mod alternattiv, il-finanzjament tal-Unjoni jista’ skont l-istess ċirkostanzi u għall-istess għan jingħata direttament lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi.

2.4.

Fir-rigward ta’ programmi fitosanitarji, il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jingħata lill-Istati Membri għall-miżuri li ġejjin:

(a)

stħarriġ, matul perijodi speċifiċi ta’ żmien, li jivverifika tal-inqas il-preżenza ta’:

kwalunkwe pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, u sinjali jew sintomi ta’ kwalunkwe pest soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament, skont l-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament jew, fejn applikabbli, skont l-Artikoli 47 sa 77 tar-Regolament (UE) 2017/625;

pesti ta’ prijorità skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(b)

stħarriġ, matul perijodi speċifiċi ta’ żmien, li jivverifika tal-inqas il-preżenza ta’ kwalunkwe pest, għajr il-pesti msemmija fil-punt (a), li jista’ jippreżenta riskju emerġenti għall-Unjoni, u li d-dħul jew it-tixrid tiegħu jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq it-territorju tal-Unjoni;

(c)

miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni kontra pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 28(1) jew (3) ta’ dak ir-Regolament;

(d)

miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikoli 29(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 kontra pest, mhux elenkat bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, li jista’ jikkwalifika bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni f’konformità mal-kriterji msemmija f’dak ir-Regolament;

(e)

miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta’ pest, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikoli 28(1) u 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta’ qerda u ta’ prevenzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) ta’ dan il-punt u l-miżuri ta’ trażżin imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-punt, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak il-pest;

(f)

miżuri għat-trażżin ta’ pest, kontra liema ġew adottati miżuri tat-trażżin tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew l-Artikolu 30(3) ta’ dak ir-Regolament, f’żona infestata li l-pest ma jistax jinqered minnha, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak il-pest.

Il-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 16(4) għandhom jiddeterminaw il-lista ta’ pesti tal-pjanti li jiġu koperti taħt dawn il-miżuri.

3.

L-implimentazzjoni ta’ programmi fitosanitarji għall-kontroll ta’ pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 355(1) TFUE li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tar-Regolament (UE) 2016/2031, b’mod konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dawk il-programmi għandhom jikkonċernaw l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta f’dawk ir-reġjuni tar-regoli li jkunu fis-seħħ hemmhekk dwar il-kontroll ta’ pesti, kemm jekk ikunu regoli tal-Unjoni jew regoli nazzjonali.

4.

Attivitajiet ta’ appoġġ għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali, inkluż miżuri biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali u t-traċċabbiltà inkluż waqt it-trasport tal-annimali.

5.

Appoġġ għall-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, imsemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2017/625, u ċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikoli 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1012.

6.

Matul perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-għażla tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea tal-qasam speċifiku, fejn xieraq u b’mod konformi mal-Artikolu 10(1), il-ksib ta’ akkreditazzjoni rigward metodi ta’ ttestjar u dawk dijanjostiċi fil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għas-saħħa tal-pjanti u fil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għas-saħħa tal-annimali

7.

L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll ikkoordinati u l-organizzazzjoni ta’ ġbir tal-informazzjoni u d-data, imsemmija fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2017/625.

8.

Attivitajiet għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u għall-ġlieda kontra l-frodi alimentari.

9.

Attivitajiet li jappoġġaw il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel, inkluż ktajjen tal-provvista qosra.

10.

L-iżvilupp ta’ bażijiet ta’ data u sistemi kompjuterizzati ta’ ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li jkollhom valur miżjud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hi; kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda biex tittejjeb it-traċċabbiltà ta’ prodotti.

11.

It-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali u partijiet oħra involuti fil-ġestjoni jew il-prevenzjoni tal-mard tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti, kif imsemmija fl-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) 2017/625.

12.

Il-ħlas l-ispejjeż ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni u sussistenza ta’ kuljum imġarrba mill-esperti tal-Istati Membri b’riżultat tal-ħatra tagħhom mill-Kummissjoni biex jgħinu lill-esperti tagħha kif previst fl-Artikoli 116(4) u 120(4) tar-Regolament (UE) 2017/625.

13.

Il-prestazzjoni ta’ ħidma teknika u xjentifika meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta’ dik il-leġiżlazzjoni għall-iżviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali, inkluż studji u attivitajiet ta’ koordinazzjoni meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dehra ta’ pesti tal-pjanti u mard tal-annimali emerġenti.

14.

L-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-għan li jiksbu l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) b’appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli relatati ma’ dak l-għan.

15.

Il-prestazzjoni ta’ proġetti organizzati minn Stat Membru wieħed jew aktar bil-għan li tittejjeb, permezz tal-użu ta’ tekniki u protokolli innovattivi, l-implimentazzjoni effiċjenti tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e).

16.

L-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mill-Unjoni u mill-Istati Membri bil-għan li jiġu żgurati produzzjoni u konsum tal-ikel imtejba, konformi u sostenibbli, inkluż attivitajiet għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel li jikkontribwixxu għall-ekonomija ċirkolari u attivitajiet għall-prevenzjoni tal-frodi alimentari, kif ukoll inizjattivi oħra li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ saħħa għall-pjanti u l-annimali, u s-sikurezza tal-ikel u l-għalf, bħala parti mill-implimentazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e).

17.

L-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali, fir-rigward tal-annimali, il-prodotti tal-annimali, il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti, u oġġetti rilevanti oħra li jaslu minn pajjiżi terzi fi fruntiera tal-Unjoni.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).


ANNESS II

L-AZZJONIJIET ELIĠIBBLI LI JIMPLIMENTAW L-GĦAN SPEĊIFIKU MSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2)(F) DWAR L-ISTATISTIKA EWROPEA

L-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istatistika Ewropea tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jifhmu u jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u fid-dibattitu dwar l-istat preżenti u dak futur tal-Unjoni.

Flimkien mar-Regolament (KE) Nru 223/2009, u speċjalment b’referenza għall-indipendenza professjonali tal-istituti tal-istatistika u l-prinċipji statistiċi l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, il-Programm huwa maħsub biex jipprovdi l-qafas ġenerali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għall-perijodu 2021-2027. L-istatistika Ewropea trid tiġi żviluppata, prodotta u disseminata skont dak il-qafas u f’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea. Jenħtieġ li dak il-qafas jirrispetta l-kriterji ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 permezz ta’ kooperazzjoni koordinata u mill-qrib fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS).

L-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata taħt dan il-qafas, ser tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni kif stabbilit fit-TFUE u kif rifless ulterjorment fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni.

Permezz tal-programm, l-ESS ser ikollha l-għan li żżomm u ttejjeb il-livell ta’ eċċellenza tagħha fil-qasam tal-istatistika. Bl-isess mod, il-programmi ta’ ħidma annwali ser ikollhom l-għan li jiksbu l-aħjar riżultat possibbli, filwaqt li jittieħed kont tar-riżorsi disponibbli fil-livell reġjonali, nazzjonali u dak tal-Unjoni.

Riċerka u innovazzjoni kontinwi huma meqjusa bħala muturi ewlenin fil-modernizzazzjoni tal-istatistika Ewropea u fit-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea. Għalhekk l-investiment permezz tal-programm ta’ ħidma pluriennali jenħtieġ li jikkonċentra fuq l-iżvilupp ta’ metodi u metodoloġiji ġodda kif ukoll l-esplorazzjoni ta’ sorsi ta’ data ġodda għall-produzzjoni tal-istatistika.

Fl-implimentazzjoni tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), għandhom jitwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

Unjoni Ekonomika u Monetarja, globalizzazzjoni u kummerċ

(1)

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tirfed il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, u, fejn fattibbli, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Istrument ta’ appoġġ tekniku, u li tirfed iċ-ċiklu annwali tal-Unjoni ta’ monitoraġġ u gwida ekonomika;

(2)

il-provvista, u fejn meħtieġ, it-titjib tal-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP);

(3)

il-provvista ta’ statistika u gwida metodoloġika dwar it-trattament statistiku tal-istrumenti ta’ investiment u tal-baġit b’appoġġ għall-konverġenza ekonomika, għall-istabbiltà finanzjarja u għall-ħolqien tal-impjiegi;

(4)

il-provvista ta’ statistika għall-finijiet ta’ riżorsi proprji u r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-persunal tal-Unjoni;

(5)

kejl aħjar tal-kummerċ f’merkanzija u servizzi, investiment dirett barrani, ktajjen ta’ valur mondjali u l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni.

Suq intern, innovazzjoni u trasformazzjoni diġitali

(1)

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja u affidabbli għas-Suq intern u oqsma ewlenin tal-innovazzjoni u r-riċerka;

(2)

il-provvista ta’ aktar statistika u statistika aktar tempestiva dwar l-ekonomija kollaborattiva u l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq in-negozji u ċ-ċittadini tal-Unjoni;

(3)

il-provvista ta’ statistika biex tappoġġa l-Politika Ewropea tad-difiża, soġġett għall-istudji tal-fattibbiltà u filwaqt li jittieħed kont debitu tas-sensittività tad-data statistika.

Dimensjoni soċjali tal-Ewropa

(1)

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, inkluż statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet;

Fejn ikun meħtieġ l-iżvilupp ta’ statistika ġdida, id-disponibbiltà tad-data u l-fattibbiltà tal-produzzjoni tal-istatistika rigward il-kontijiet satellita dwar il-ħiliet u dwar ix-xogħol mhux iddikjarat jeħtieġ li jiġu eżaminati aktar fl-ESS;

(2)

il-provvista ta’ statistika relatata mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità;

(3)

it-titjib ta’ statistika dwar il-migrazzjoni b’mod partikolari dwar is-sitwazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti u l-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni u l-livelli ta’ kwalifika tal-applikanti għall-ażil;

(4)

l-iżvilupp ta’ programmi modernizzati għaċ-Ċensiment dwar il-Popolazzjoni u l-Abitazzjoni ta’ wara l-2021 u statistika dwar il-popolazzjoni;

(5)

il-provvista u l-aġġornament b’mod regolari ta’ previżjonijiet u tqassim tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Żvilupp sostenibbli, riżorsi naturali u ambjent

(1)

il-monitoraġġ tal-progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

(2)

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tirfed il-Patt Ekoloġiku Ewropew inkluż l-iżvilupp ulterjuri ta’ statistika b’appoġġ għall-Istrateġija tal-Enerġija, l-ekonomija ċirkolari, l-istatistika relatata mal-klima u l-istrateġija dwar il-plastik;

Fejn ikun meħtieġ l-iżvilupp ta’ statistika u indikaturi ġodda għas-suġġetti msemmija fl-inċiż ta’ hawn fuq, id-disponibbiltà tad-data u l-fattibbiltà għall-produzzjoni tal-istatistika u tal-indikaturi għandhom jiġu eżaminati aktar fis-Sistema ESS;

(3)

il-provvista ta’ statistika u indikaturi ambjentali ewlenin, inkluż dwar l-iskart, l-ilma, il-bijodiversità, il-foresti, l-użu tal-art u l-kopertura tal-art, kif ukoll kontijiet ekonomiċi tal-ambjent;

(4)

il-provvista ta’ statistika fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri biex tappoġġa l-politiki tal-Unjoni;

(5)

l-iżvilupp ta’ indikaturi oħra biex jiġu mmonitorjati l-intermodalità u l-bidla modali lejn mezzi ta’ trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent;

(6)

il-provvista ta’ data tempestiva u rilevanti għall-ħtiġijiet tal-Politika Agrikola Komuni, tal-politika Komuni tas-Sajd u tal-politiki relatati mal-ambjent, is-sigurtà alimentari u t-trattament xieraq tal-annimali.

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

(1)

il-provvista ta’ indikaturi statistiċi tempestivi u komprensivi dwar ir-reġjuni, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, il-bliet u ż-żoni rurali, għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effettività tal-politiki dwar l-iżvilupp territorjali, u għall-evalwazzjoni tal-impatti territorjali tal-politiki settorjali;

(2)

iż-żieda fl-użu tad-data ġeospazjali u l-integrazzjoni u l-inklużjoni b’mod sistematiku tal-ġestjoni tal-informazzjoni ġeospazjali fil-produzzjoni tal-istatistika;

(3)

l-eżami fi ħdan l-ESS tal-fattibbiltà li jiġi pprovdut u mbagħad appoġġat l-iżvilupp ta’:

(a)

indikaturi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

(b)

indikaturi dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

(c)

statistika dwar il-pulizija u s-sigurtà.

Komunikazzjoni aħjar tal-istatistika Ewropea u l-valuri tagħha billi tiġi promossa bħala sors affidabbli fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni

(1)

il-promozzjoni b’mod sistematiku tal-istatistika Ewropea bħala sors affidabbli ta’ evidenza u l-faċilitazzjoni tal-verifikaturi tal-fatti, ir-riċerkaturi u l-awtoritajiet pubbliċi fl-użu tagħhom tal-isttistika Ewropea biex jużawha fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni;

(2)

it-titjib tad-djalogu eżistenti mal-produtturi u mal-utenti tal-istatistika Ewropea sabiex jittejjeb u jiġi promoss l-użu tal-istatistika Ewropea billi jiġu stabbiliti u implimentati azzjonijiet biex jiżdied il-litteriżmu statistiku għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni, inkluż l-intraprendituri;

(3)

ikun aktar faċli għall-utenti biex jaċċessaw u jifhmu l-istatistika, inkluż bil-provvista ta’ viżwalizzazzjonijiet attraenti u interattivi, servizzi aktar speċjalizzati bħad-data fuq talba u l-analitika self-service;

(4)

l-iżvilupp ulterjuri u l-monitoraġġ tal-qafas ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-istatistika Ewropea, inkluż permezz ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-konformità tal-Istati Membri mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;

(5)

l-għoti ta’ aċċess għall-mikrodata għal finijiet ta’ riċerka f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 filwaqt li jiġu salvagwardjati l-ogħla standards fil-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità tal-istatistika.

Jinkisbu l-benefiċċji tar-revoluzzjoni tad-data u ċ-ċaqliq lejn statistika intelliġenti fdata

(1)

it-tisħiħ tal-użu ta’ sorsi ta’ data diġitali ġodda f’ambjent b’ħafna sorsi biex tiġi prodotta statistika intelliġenti ġdida kważi fil-ħin reali permezz ta’ algoritmi fdati li jkunu xierqa għall-iskop tagħhom;

(2)

l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda biex tintuża d-data miżmuma privatament permezz tal-adozzjoni ta’ komputazzjoni li jippreserva l-privatezza u ta’ metodi tal-komputazzjoni sikura ta’ diversi partijiet;

(3)

il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni l-aktar avvanzati fil-qasam tal-istatistika uffiċjali, inkluż bl-użu ta’ networks kollaborattivi u l-provvista ta’ Programmi Ewropej ta’ Taħriġ Statistiku.

Sħubiji u kooperazzjoni statistika estiżi

(1)

it-tisħiħ tas-sħubija tal-ESS u l-kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali;

(2)

it-trawwim ta’ sħubiji mad-detenturi tad-data privata u pubblika u mas-settur tat-teknoloġija biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-data għall-finijiet statistiċi, l-integrazzjoni tad-data minn sorsi b’ħafna sorsi u l-użu tal-aħħar teknoloġiji;

(3)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mar-riċerka u l-akkademja, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ sorsi ġodda tad-data, l-analitika tad-data u l-promozzjoni tal-litteriżmu statistiku;

(4)

it-tkomplija tal-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi għall-benefiċċju tal-istatistika uffiċjali dinjija.


ANNESS III

LISTA TA’ MARD TAL-ANNIMALI U ŻOONOŻI

(1)

Il-mard tal-annimali msemmi fl-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(2)

Iż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u fid-Direttiva 2003/99/KE;

(3)

Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 999/2001.


ANNESS IV

INDIKATURI

Għan

Indikatur

L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a)

1.

L-għadd ta’ lmenti ġodda fil-qasam tal-moviment liberu ta’ merkanzija u servizzi, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku.

2.

L-Indiċi tar-Restrittività għall-Kummerċ fis-Servizzi.

3.

L-għadd ta’ żjarat fil-portal l-Ewropa Tiegħek.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(a)(ii)

1.

L-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fil-qasam tal-merkanzija, inkluż il-bejgħ online.

2.

L-għadd ta’ kampanji konġunti ta’ sorveljanza tas-suq..

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(b)

1.

L-għadd ta’ SMEs u raggruppamenti u organizzazzjonijiet ta’ networks għan-negozji, kif ukoll organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għan-negozji li jirċievu l-appoġġ mill-programm, b’mod partikolari għall-internazzjonalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà.

2.

L-għadd ta’ kumpanniji appoġġati li kkonkludew sħubiji kummerċjali.

3.

L-għadd ta’ imprendituri li jibbenefikaw mill-iskemi ta’ mentoraġġ u mobbiltà, inkluż imprendituri żgħażagħ, ġodda u nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi oħra fil-mira.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(c)(i)

1.

Il-kondiviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ standards Ewropej bħala standards nazzjonali mill-Istati Membri f’ammont totali ta’ standards Ewropej attivi.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(c)(ii)

1.

Il-perċentwal ta’ standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u ta’ awditjar approvati mill-Unjoni.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(d)(i)

1.

L-Indiċi tal-kundizzjoni tal-konsumatur.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(d)(ii)

1.

L-għadd ta’ dokumenti ta’ pożizzjoni u tweġibiet għall-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji mill-benefiċjarji.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(e)

1

L-għadd ta’ programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji implimentati b’suċċess, inkluż l-għadd ta’ miżuri ta’ emerġenza implimentati b’suċċess dwar il-pesti tal-pjanti u l-mard tal-annimali.

L-għan stabbilit fl-Artikolu 3(2)(f)

1.

L-Impatt tal-istatistiċi ppubblikati fuq l-Internet: għadd ta’ referenzi fuq il-web u opinjonijiet pożittivi/negattivi.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/48


REGOLAMENT (UE) 2021/691 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ April 2021

dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, (2)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, iridu jiġu rrispettati fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, b’kont meħud tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, l-Unjoni trid timmira li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmiraw li jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru fl-implimentazzjoni tal-fondi. L-objettivi tal-Fondi tal-Unjoni jenħtieġ li jintlaħqu fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-objettivi tal-Unjoni li tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba l-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

(2)

Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (“il-Pilastru”) ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li jitqiesu r-realtajiet li qed jinbidlu tad-dinja tax-xogħol, huwa neċessarju li l-Unjoni tlesti għall-isfidi tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni attwali u futuri, billi tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali. L-20 prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fi tliet kategoriji: opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; u protezzjoni u inklużjoni soċjali. Il-Pilastru jaġixxi bħala qafas ta’ gwida ġenerali għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) stabbilit b’dan ir-Regolament, li jippermetti lill-Unjoni tpoġġi l-prinċipji rilevanti fil-prattika fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar.

(3)

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-rispons tal-Unjoni għall-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU”. Il-Kunsill issottolinja l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet — ekonomika, soċjali u ambjentali — b’mod bilanċjat u integrat. Huwa vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta’ politika tal-Unjoni u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2016 intitolata “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha.

(4)

Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni intitolata “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020”. Il-komunikazzjoni tenfasizza li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Huwa importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet tal-impjieg u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, f’konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ Pariġi, adottat taħt il-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-‘Ftehim ta’ Pariġi’). Il-flessibbiltà baġitarja ser tkun prinċipju ewlieni fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021 sal-2027 (“QFP 2021 sal-2027”) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (4).. Il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà ser jinżammu sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi b’mod aktar f’waqtu u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti.

(5)

Fil-“White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa” tal-1 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni tesprimi tħassib dwar il-movimenti iżolazzjonisti u dubji li qed ikomplu jikbru dwar il-benefiċċji tal-kummerċ miftuħ u l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(6)

Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni” tal-10 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni tidentifika t-taħlita ta’ bejn il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunatur ewlieni għaż-żieda fid-domanda għal ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati u t-tnaqqis fl-għadd ta’ impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta’ kwalifiki. Filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-vantaġġi ta’ kummerċ aktar miftuħ, Il-Kummissjoni tikkunsidra li huma meħtieġa mezzi adatti biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi relatati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b’mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, fatt li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-bidliet teknoloġiċi u ambjentali jkomplu jħeġġu aktar dawk l-effetti. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipji tas-solidarjetà u tas-sostenibbiltà, ser ikun meħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b’mod aktar ġust billi t-tkabbir ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati ma’ protezzjoni soċjali adegwata u appoġġ attiv biex jingħata aċċess għall-impjieg u għal opportunitajiet ta’ impjieg indipendenti.

(7)

Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE” tat-28 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni tissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali fl-Istati Membri u bejniethom u tikkunsidra li, għalhekk, prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-iżvilupp sostenibbli, fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa.

(8)

Il-globalizzazzjoni, il-bidla teknoloġika u t-tibdil fil-klima x’aktarx li ser ikomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji dinjija. Ir-riallokazzjoni tal-ħaddiema hija parti integrali u inevitabbli ta’ tali bidla. Biex il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b’mod ġust, l-għoti ta’ assistenza lil ħaddiema ssensjati u lil dawk mhedda b’sensja huwa ta’ importanza kbira. L-istrumenti prinċipali tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li ser jiġi stabbilit b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li huwa mfassal biex joffri assistenza b’mod antiċipatorju, u l-FEG, li huwa mfassal biex joffri assistenza b’mod reattiv fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar” tat-13 ta’ Diċembru 2013, huwa l-istrument ta’ politika tal-Unjoni li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta’ aġġustament ekonomiku u ta’ ristrutturar u l-impatt soċjali u fuq l-impjieg tagħhom iridu jiġu indirizzati b’mezzi ta’ politika adegwati. Huwa jappella wkoll biex l-Istati Membri jużaw il-finanzjament tal-Unjoni u dak nazzjonali b’mod li jiżgura li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b’mod aktar effettiv.

(9)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għall-QFP2007 sal-2013 (“il-Fond”), twaqqaf biex l-Unjoni tkun tista’ turi solidarjetà mal-ħaddiema li kienu tilfu l-impjiegi tagħhom b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni.

(10)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku, stabbilit mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2008, sabiex jinkludi l-ħaddiema li kienu tilfu l-impjiegi tagħhom bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(11)

Għat-tul tal-QFP 2014 sal- 2020, ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond biex ikopri s-sensji li jirriżultaw mhux biss minn taqlib ekonomiku serju kkawżat minn kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, iżda wkoll dawk minn kwalunkwe kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-‘Regolament Finanzjarju’) emenda r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 biex jintroduċi, fost l-oħrajn, regoli li jippermettu lill-Fond biex, eċċezzjonalment, ikopri applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li jinsabu f’reġjun wieħed li joperaw f’setturi ekonomiċi differenti definiti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2, fejn l-Istat Membru applikant juri li l-SMEs huma t-tip ewlieni ta’ negozju f’dak ir-reġjun, jew l-uniku wieħed fih.

(12)

Bħala reazzjoni għall-ħruġ possibbli tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ, ir-Regolament (UE) 2019/1796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) emenda r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 biex jiġi speċifikat li s-sensji li jirriżultaw minn tali ħruġ ikunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond. Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit bi ftehim dwar il-ħruġ, dak ir-Regolament ma applikax.

(13)

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ nofs il-terminu tal-Fond biex tivvaluta kif u kemm il-Fond laħaq l-objettivi tiegħu. Il-Fond wera li huwa effettiv, billi laħaq rata ta’ reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati ogħla minn dik fil-perjodu ta’ programmar preċedenti. L-evalwazzjoni uriet ukoll li l-Fond iġġenera valur miżjud tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment minnu f’termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-Fond mhux biss iżżid l-għadd u l-varjetà ta’ servizzi offruti, iżda wkoll il-livell ta’ intensità ta’ dawk is-servizzi. Barra minn hekk, l-interventi tal-Fond kellhom viżibbiltà għolja u wrew il-valur miżjud tal-Unjoni direttament lill-pubbliku. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Barra minn hekk, bosta Stati Membri rrapportaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali għaliex l-Istati Membri kienu skuraġġuti milli japplikaw għal appoġġ mill-Fond kienu problemi finanzjarji u ta’ kapaċità istituzzjonali. Dan jista’ jkun sempliċement dovut għal nuqqas ta’ persunal: bħalissa, l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss malli dawn jimplimentaw l-appoġġ mill-Fond. Billi s-sensji jistgħu jseħħu għall-għarrieda, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu minnufih u jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjoni mingħajr dewmien. Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri, jidher li huma meħtieġa sforzi iktar profondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Barra minn hekk, il-limitu ta’ 500 sensja ġie kkritikat bħala li huwa għoli wisq, speċjalment f’reġjuni inqas popolati.

(14)

L-irwol tal-FEG għadu importanti bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f’avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom biex isibu impjiegi oħra kemm jista’ jkun malajr. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi appoġġ speċifiku u ta’ darba biex il-ħaddiema ssensjati f’oqsma, setturi, territorji jew swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta’ taqlib ekonomiku serju jiġu megħjuna jintegraw mill-ġdid f’impjieg deċenti u sostenibbli. Meta jitqiesu l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ u l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji bħal skossi ekonomiċi asimetriċi, il-bidla teknoloġika, id-diġitizzazzjoni, tibdil sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern, kif ukoll fatturi oħra inkluż it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, u meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża s-sensji, jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta’ avveniment ta’ ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tal-FEG, li huwa li jipprovdi appoġġ f’emerġenzi, filwaqt li jikkomplementa l-assistenza aktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa’ strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-QFP, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” tat-2 ta’ Mejju 2018 u l-Anness tiegħu.

(15)

Sabiex tinżamm in-natura tal-FEG, jenħtieġ li applikazzjoni għal appoġġ tiskatta meta avveniment ta’ ristrutturar kbir ikollu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi determinat b’referenza għal għadd minimu ta’ sensji f’perjodu ta’ referenza speċifiku. Filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu massimu jiġi stabbilit għal 200 sensja fi żmien perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur (jew sitt xhur f’każijiet settorjali). B’kont meħud tal-fatt li mewġ ta’ sensji f’setturi differenti fl-istess reġjun xorta waħda għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jsiru applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal fi Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli li l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati f’każijiet b’għadd inqas ta’ sensji. B’mod ġenerali, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jippreżentawx l-applikazzjonijiet tagħhom għal assistenza mill-FEG aktar tard minn 12-il ġimgħa wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. Barra minn hekk, sabiex ma jkunx hemm diskrepanza fil-finanzjament dovut għall-fatt li dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ wara l-1 ta’ Jannar 2021, u sabiex ikun hemm ċertezza legali, jenħtieġ li dak il-limitu taż-żmien jiġi sospiż bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Il-FEG, bħala fond imfassal għal avvenimenti ta’ ristrutturar kbar, jenħtieġ li ma jiġix mobilizzat f’każijiet ta’ sensji fis-settur pubbliku li jkunu l-konsegwenza ta’ tnaqqis baġitarju. Madankollu, jenħtieġ li l-FEG ikun jista’ jappoġġa ħaddiema ssensjati minn intrapriżi attivi f’suq kompetittiv, li jipprovdu merkanzija jew servizzi lil entitajiet iffinanzjati pubblikament affettwati minn tnaqqis baġitarju. Il-FEG jenħtieġ li jkun jista’ jappoġġa wkoll lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet bħala riżultat ta’ tnaqqis baġitarju.

(17)

Sabiex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni lejn persuni qiegħda, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-FEG, bħala fond reattiv, tiġi allinjata mal-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-FSE+, bħala fond proattiv, fl-Istat Membru kkonċernat, iżda fi kwalunkwe każ jenħtieġ li ma tkunx inqas minn 60 %.

(18)

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-FEG tiġi implimentata mill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-‘Regolament Finanzjarju. Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-FEG b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(19)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol f’Dublin, jgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’analiżi kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi tal-globalizzazzjoni, it-tibdil teknoloġiku u ambjentali, ir-ristrutturar u l-użu tal-FEG. L-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar, aġġornat ta’ kuljum, isegwi r-rapportar ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira madwar l-Unjoni, abbażi ta’ network ta’ korrispondenti nazzjonali. Jista’ jgħin biex jiġu identifikati każijiet potenzjali għal intervent fi stadju bikri.

(20)

Jenħtieġ li l-ħaddiema ssensjati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet ikollhom aċċess ugwali għall-FEG, indipendentement minn xi jkun it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg jew ir-relazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-ħaddiema ssensjati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(21)

Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jkunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali. Jenħtieġ li l-appoġġ jipprova ukoll jippromwovi l-impjieg indipendenti u l-ħolqien tal-intrapriżi, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ kooperattivi. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet prospettivi tas-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, fejn rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobilità tal-ħaddiema ssensjati sabiex jingħataw għajnuna biex isibu impjieg ġdid x’imkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali u fuq il-ġlieda kontra l-istereotipi tal-ġeneru fl-impjieg, fejn ikun il-każ. Jenħtieġ li l-inklużjoni ta’ allowances fi flus f’pakketti ikkoordinati ta’ servizzi personalizzati tiġi ristretta. Jenħtieġ li l-miżuri appoġġati mill-FEG ma jissostitwixxux miżuri ta’ protezzjoni soċjali passivi. L-impjegaturi jistgħu jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri appoġġati mill-FEG, flimkien mal-miżuri li huma meħtieġa li jipprovdu bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

(22)

Jenħtieġ li fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta’ pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, li jkollu l-għan li jiffaċilita r-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati, l-Istati Membri jindirizzaw l-objettivi tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lid-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi fis-setturi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) billi jiġi promoss it-taħriġ mill-ġdid u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid tan-nisa f’dawk is-setturi. Jenħtieġ li fl-implimentazzjoni u t-tfassil ta’ pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, l-Istati Membri jimmiraw li jżidu r-rappreżentanza tal-ġeneru inqas rappreżentat, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u l-pensjonijiet.

(23)

Meta jitqies li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta’ kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, jenħtieġ li t-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jitqies bħala element orizzontali ta’ kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati offruti.

(24)

Jenħtieġ li fit-tfassil tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku biex l-akbar għadd possibbli ta’ benefiċjarji li jkunu qed jieħdu sehem f’dawn il-miżuri jiġu riintegrati f’impjieg sostenibbli kemm jista’ jkun malajr fi żmien sitt xhur minn tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li, fejn ikun rilevanti, it-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jqis ir-raġunijiet għas-sensji u jantiċipa l-perspettivi futuri dwar is-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Jenħtieġ li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati ikun kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli.

(25)

Jenħtieġ li fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inkluż il-persuni b’diżabilità, il-persuni li għandhom qraba dipendenti, il-persuni qiegħda li jkunu iżgħar fl-età u dawk li huma akbar fl-età, il-persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki, il-persuni li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni kif ukoll il-persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Madankollu, peress li l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u jinsabu minquxa fil-Pilastru, jenħtieġ li fl-implimentazzjoni tal-FEG dawn jiġu rispettati u promossi.

(26)

Sabiex jappoġġaw lill-benefiċjarji b’mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha biex jippreżentaw applikazzjonijiet kompluti meta japplikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. Meta l-Kummissjoni tirrikjedi aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni, jenħtieġ li tali informazzjoni tkun soġġetta għal skadenza. Jenħtieġ li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimmiraw li jipproċessaw l-applikazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun.

(27)

Jenħtieġ li, fl-interessi tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri, l-Istat Membru applikant iżomm lill-atturi kollha involuti fil-proċedura tal-applikazzjoni infurmati bil-progress tal-applikazzjoni u jenħtieġ li jinvolvihom kull meta jkun possibbli matul l-implimentazzjoni tal-miżuri.

(28)

F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma jissostitwixxux il-miżuri ta’ appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew fil-politiki jew il-programmi l-oħra tal-Unjoni, iżda, fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jikkumplimentaw tali miżuri.

(29)

Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u l-eżiti tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-FEG iqajmu kuxjenza dwar il-kisbiet tal-finanzjament tal-Unjoni billi jżommu lill-pubbliku infurmat. It-trasparenza u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni tkun viżibbli fuq il-post u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża u aġġornata. Bil-għan li jiġi promoss il-FEG u jintwera l-valur miżjud tiegħu bħala parti mill-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li, fuq talba, il-materjal ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà żviluppat mill-Istati Membri jkun disponibbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tingħatalha liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta’ proprjetà, mhux esklużiva u irrevokabbli għall-użu ta’ dan il-materjal u għal kwalunkwe dritt preeżistenti marbut miegħu.

(30)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li n-nefqa tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew mid-data li fiha Stat Membru jġarrab nefqa amministrattiva fl-implimentazzjoni tal-FEG.

(31)

Sabiex jiġu koperti ħtiġijiet li jinqalgħu, speċjalment matul l-ewwel xhur ta’ kull sena, meta l-possibilitajiet għal trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment diffiċli, jenħtieġ li jkun disponibbli ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linja baġitarja tal-FEG fil-proċedura baġitarja annwali.

(32)

Il-QFP 2021-2027 u l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda. (10) jiddeterminaw il-qafas baġitarju tal-FEG.

(33)

Fl-interessi tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza ssir disponibbli kemm jista’ jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG jagħmlu ħilithom kollha biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG.

(34)

L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-appoġġ għall-SMEs huma essenzjali biex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali. L-Unjoni tippromwovi b’mod attiv l-intraprenditorija billi tħeġġeġ lin-nies jibdew in-negozju tagħhom stess. Fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar, jenħtieġ li jkun possibbli li l-ħaddiema ssensjati jiġu megħjuna jniedu n-negozju tagħhom stess. Fil-każ li intrapriża tagħlaq, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-ħaddiema ssensjati jieħdu f’idejhom xi wħud mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha tal-impjegatur preċedenti.

(35)

Għal finijiet ta’ trasparenza u informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżvelaw fir-rapporti finali d-dettalji ta’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat jew finanzjament tal-Unjoni li l-intrapriża li tkun tat is-sensji lill-ħaddiema tkun irċeviet fil-ħames snin ta’ qabel ir-rapport. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-mikrointrapriżi jew l-SMEs, b’mod partikolari negozji ġodda u negozji li qed jespandu, sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri, b’mod partikolari fil-każ ta’ applikazzjonijiet tal-FEG settorjali li jinvolvu aktar minn mikrointrapriża jew SME waħda.

(36)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11), jenħtieġ li l-FEG jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura skont rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u regolamentazzjoni żejda. Fejn xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-FEG fuq il-post.

(37)

Sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jwettaq skrutinju politiku u l-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja b’mod kontinwu r-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(38)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet billi jipprovdu d-data rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom.

(39)

Sabiex jiġu ffaċilitati evalwazzjonijiet futuri, jenħtieġ li jitwettaq stħarriġ dwar il-benefiċjarji wara l-implimentazzjoni ta’ kull kontribuzzjoni futura mill-FEG. Jenħtieġ li l-istħarriġ dwar il-benefiċjarji jinfetaħ għall-parteċipanti għal mill-inqas erba’ ġimgħat u jenħtieġ li jitnieda matul is-sitt xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jassistu lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-istħarriġ dwar il-benefiċjarji, filwaqt li jħeġġu lill-benefiċjarji jipparteċipaw billi jibagħtu l-istedina biex jieħdu sehem u tal-anqas tfakkira waħda. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isforzi li jkunu għamlu biex jikkuntattjaw lill-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża d-data miġbura għall-finijiet ta’ evalwazzjoni. Biex tiżgura l-komparabbiltà bejn il-każijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal il-mudell tal-istħarriġ dwar il-benefiċjarji f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi traduzzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(40)

F’konformità mal-objettiv tal-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, jenħtieġ li l-analiżi u r-rapporti relatati mal-FEG jinkludu informazzjoni diżaggregata skont il-ġeneru.

(41)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ indikaturi f’anness għal dan ir-Regolament għall-fini tal-monitoraġġ tal-użu tal-FEG u, b’mod partikolari, tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dawk l-indikaturi.

(42)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli mill-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u mill-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-finanzjament tal-Unjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-‘Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-użu li jkun sar mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jkunu rċevew mill-FEG. Minħabba l-perjodu ta’ implimentazzjoni qasir għall-interventi tal-FEG, jenħtieġ li l-obbligi ta’ rapportar jirriflettu n-natura partikolari ta’ dawk l-interventi.

(43)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, isibu u jindirizzaw b’mod effettiv kwalunkwe irregolarità, inkluż frodi, imwettqa mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (13) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14), l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (15), li jinvestiga u jressaq għal prosekuzzjoni reati kriminali li jaffetwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejba ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, u dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li jkunu ħadu fir-rigward ta’ tali irregolaritajiet, kif ukoll fir-rigward ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-OLAF. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni, mal-OLAF, mal-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, mal-UPPE, f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Finanzjarju dwar il-kwistjonijiet kollha relatati ma’ frodi suspettata jew stabbilita.

(44)

Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli sistema integrata u interoperabbli ta’ informazzjoni u monitoraġġ li tkun tinkludi għodda unika għall-estrazzjoni ta’ data u l-valutazzjoni tar-riskju biex jingħata aċċess għad-data rilevanti u biex din tiġi analizzata, u jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tagħha bil-ħsieb ta’ applikazzjoni ġeneralizzata mill-Istati Membri.

(45)

Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(46)

Minħabba l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, u l-impenn għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-kisba ta’ mira ta’ 30 % tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni li tappoġġa l-objettivi klimatiċi u l-ambizzjoni ta’ 7,5 % tal-baġit tal-Unjoni li tirrifletti l-infiq relatat mal-bijodiversità fl-2024 u 10 % fl-2026 u l-2027, filwaqt li jitqiesu s-sovrapożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità.

(47)

Sabiex l-użu tal-FEG ikun jista’ jiġi mmonitorjat aħjar, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat bl-istabbiliment tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ irregolarità li jiġu rrapportati u d-data li tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-fini tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi u l-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball flimkien mal-imgħax fuq pagamenti tard. Huwa partikolarment importanti li matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(48)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-twettiq tal-istħarriġ tal-benefiċjarji u l-format għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(49)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(50)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ ssir mill-bidu tal-QFF 2021 sal-2027, jeħtieġ li tkun prevista l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-bidu tas-sena finanzjarja 2021. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda l-proċedura baġitarja biss mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(51)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għall-perjodu tal-QFF 2021 sal-2027.

Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-FEG, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament, inkluż l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 6.

2.   F’konformità mal-Artikolu 4, il-FEG għandu joffri appoġġ lill-ħaddiema ssensjati u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta’ ristrutturar kbar.

Artikolu 2

Missjoni u objettivi

1.   Il-FEG għandu jappoġġa trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li huma r-riżultat tal-globalizzazzjoni u tal-bidliet teknoloġiċi u ambjentali billi jgħin lill-ħaddiema ssensjati u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet biex jadattaw għall-bidla strutturali. Il-FEG għandu jikkostitwixxi fond ta’ emerġenza li jopera b’mod reattiv. Bħala tali, il-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

2.   L-objettivi tal-FEG huma li tintwera solidarjetà u jiġi promoss l-impjieg deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi joffri assistenza f’każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet tal-kummerċ globali, tilwim kummerċjali, tibdil sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern u kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitizzazzjoni jew l-awtomatizzazzjoni. Il-FEG għandu jappoġġa lill-benefiċjarji biex jerġgħu lura kemm jista’ jkun malajr għal impjieg deċenti u sostenibbli. Għandu jsir enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-aktar gruppi żvantaġġati.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħaddiem issensjat” tfisser ħaddiem, irrispettivament mit-tip jew it-tul tar-relazzjoni tal-impjieg tiegħu, li l-kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg tiegħu tiġi mitmuma qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg tiegħu ma jiġġeddidx, għal raġunijiet ekonomiċi;

(2)

“persuna li taħdem għal rasha” tfisser persuna fiżika li timpjega anqas minn għaxar ħaddiema;

(3)

“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika li tieħu sehem f’miżuri kofinanzjati mill-FEG;

(4)

“irregolarità” tfisser ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-FEG, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jimponi infiq mhux ġustifikat fuq dak il-baġit;

(5)

“perjodu ta’ implimentazzjoni” tfisser il-perjodu li jibda fid-dati msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 8(7) u jispiċċa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(2).

Artikolu 4

Kriterji ta’ intervent

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn ħaddiema ssensjati u persuni li jaħdmu għal rashom f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar, għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG meta tapplika waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

il-waqfien tal-attività ta’ mill-inqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li taħdem għal rasha, matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien tal-attività japplika għall-fornituri jew il-produtturi downstream tagħha;

(b)

il-waqfien tal-attività ta’ mill-inqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li taħdem għal rasha, fuq perjodu ta’ referenza ta’ sitt xhur, b’mod partikolari fl-SMEs, fejn kollha joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jinsabu f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2 jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2 dment li jkun hemm mill-inqas 200 ħaddiem jew persuna li taħdem għal rasha affettwati fi tnejn mir-reġjuni kkombinati;

(c)

il-waqfien tal-attività ta’ mill-inqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li taħdem għal rasha, fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, b’mod partikolari l-SMEs, fejn joperaw kollha fl-istess settur ekonomiku jew f’setturi ekonomiċi differenti definiti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jinsabu fl-istess reġjun definit fil-livell NUTS 2.

3.   Fi swieq tax-xogħol żgħar, b’mod partikolari fir-rigward ta’ applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu għandha titqies ammissibbli anki jekk il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jkunux jiġu ssodisfati kompletament, dment li s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati kompletament.

4.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għal swieq tax-xogħol li mhumiex swieq tax-xogħol żgħar. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji f’dawn il-każijiet ma għandux jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

5.   Il-FEG m’għandux jiġi mobilizzat meta impjegati tas-settur pubbliku jingħataw is-sensja bħala riżultat ta’ tnaqqis baġitarju minn Stat Membru.

Artikolu 5

Kalkolu tas-sensji u tal-waqfien ta’ attività

L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema ssensjati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet għall-fini tal-Artikolu 4 kif ikun f’waħda jew aktar mid-dati li ġejjin:

(a)

id-data li fiha l-impjegatur jinnotifika bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi pproġettati f’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (18);

(b)

id-data tan-notifika individwali tal-impjegatur tas-sensja tal-ħaddiem jew tat-tmiem tal-kuntratt jew relazzjoni tax-xogħol tal-ħaddiem;

(c)

id-data ta’ meta jintemm de facto jew tal-iskadenza tal-kuntratt jew relazzjoni tax-xogħol;

(d)

id-data ta’ tmiem id-delega tal-ħaddiem mal-impriża utenti;

(e)

fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, id-data tal-waqfien tal-attivitajiet kif iddeterminat skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali dwar in-numru reali ta’ sensji li ngħataw f’konformità mal-Artikolu 4, qabel ma titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Benefiċjarji eliġibbli

L-Istat Membru applikant jista’ jipprovdi lil benefiċjarji eliġibbli b’pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati (“pakkett ikkordinat”) f’konformità mal-Artikolu 7 li jkun ikkofinanzjat mill-FEG. Tali benefiċjarji eliġibbli jistgħu jinkludu:

(a)

ħaddiema ssensjati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 5, fil-perjodi ta’ referenza previsti fl-Artikolu 4(1) sa (4);

(b)

ħaddiema ssensjati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 5, barra mill-perjodu ta’ referenza previst fl-Artikolu 4, jiġifieri sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza jew bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u l-aħħar jum qabel id-data meta titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom kif imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandhom jitqiesu benefiċjarji eliġibbli dment li tkun tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li jkun skatta s-sensji waqt il-perjodu ta’ referenza.

Artikolu 7

Miżuri eliġibbli

1.   Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati fosthom, f’impjieg jew f’impjieg indipendenti.

2.   Minħabba l-importanza tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u f’ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, it-tixrid ta’ tali ħiliet għandu jitqies bħala element orizzontali għat-tfassil ta’ pakketti kkoordinati. Il-ħtieġa u l-livell ta’ taħriġ għandhom jiġu adattati għall-kwalifiki u l-ħiliet ta’ kull benefiċjarju.

Il-pakkett ikkoordinat jista’ jinkludi:

(a)

taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfassal apposta, inkluż fir-rigward tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u ħiliet oħra meħtieġa fl-era diġitali, ċertifikazzjoni tal-għarfien u l-ħiliet miksuba, servizzi ta’ assistenza individwali għat-tfittix ta’ impjieg u, attivitajiet għall-gruppi fil-mira, gwida okkupazzjonali, servizzi ta’ konsulenza, mentoraġġ, għajnuna għar-rikollokament, promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti, ħolqien ta’ negozju, teħid ta’ kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta’ kooperazzjoni;

(b)

miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien, bħal allowances għat-tfittix ta’ impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà, allowances għall-indukrar tat-tfal, allowances għat-taħriġ, allowances għas-sussistenza, u allowances għall-persuni li jindukraw.

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispiża totali tal-pakkett ikkoordinat.

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-ħolqien tan-negozju u t-teħid ta’ kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 22 000 għal kull benefiċjarju.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, għandu jiffoka fuq it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali, u għandu jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

3.   Il-miżuri li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG:

(a)

miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien, kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, jekk dawk il-miżuri mhumiex kondizzjonali fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji speċifikati f’attivitajiet ta’ tfittix tax-xogħol jew ta’ taħriġ;

(b)

miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ intrapriżi skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

Il-miżuri appoġġati mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu miżuri passivi tal-protezzjoni soċjali.

4.   Il-pakkett ikkoordinat għandu jitfassal f’konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati, mar-rappreżentanti tagħhom jew mas-sħab soċjali, kif applikabbli.

5.   Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikant, tista’ ssir kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, u ta’ kontroll u rapportar.

Artikolu 8

Applikazzjonijiet

1.   L-Istat Membru applikant għandu jippreżenta applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jkunu ġew issodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), (3) jew (4).

2.   Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u t-3 ta’ Mejju 2021.

3.   Jekk issir talba mill-Istat Membru applikant, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida matul il-proċedura ta’ applikazzjoni.

4.   Fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f’idejha traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni u titlob lill-Istat Membru applikant kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

5.   Meta l-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tat-talba. Il-Kummissjoni għandha testendi dik l-iskadenza b’10 ijiem ta’ xogħol fuq it-talba tal-Istat Membru applikant. Kwalunkwe talba għal estensjoni ta’ din ix-xorta għandha tkun debitament ġustifikata.

6.   Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru applikant, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kondizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja fi żmien 50 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli, it-traduzzjoni tal-applikazzjoni.

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tirrispetta dik l-iskadenza, għandha tinforma lill-Istat Membru applikant qabel dik l-iskadenza, filwaqt li tispjega r-raġunijiet għad-dewmien u tistabbilixxi data ġdida għat-tlestija tal-valutazzjoni tagħha. Dik id-data l-ġdida ma għandhiex tkun aktar tard minn 20 jum ta’ xogħol wara l-iskadenza mogħtija fl-ewwel subparagrafu.

7.   Applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

valutazzjoni tal-għadd ta’ sensji f’konformità mal-Artikolu 5, kif ukoll il-metodu ta’ kalkolu;

(b)

fejn l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara s-sensji, il-konferma li tkun irrispettat l-obbligi legali tagħha li jirregolaw dawk l-issensjar u tkun ipprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawk l-obbligi;

(c)

spjegazzjoni dwar kemm ittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar, u kif il-pakkett ikkoordinat jikkomplementa l-azzjonijiet iffinanzjati minn fondi oħrajn tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż informazzjoni dwar miżuri li huma obbligatorji għall-intrapriżi li taw is-sensji kkonċernati skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u informazzjoni dwar l-attivitajiet diġà mwettqa mill-Istati Membri għall-assistenza tal-ħaddiema ssensjati;

(d)

deskrizzjoni qasira tal-avvenimenti li wasslu għall-issensjar tal-ħaddiema;

(e)

fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-intrapriżi, il-fornituri jew il-produtturi u s-setturi downstream li taw is-sensji;

(f)

tqassim stmat tal-kompożizzjoni tal-benefiċjarji speċifikati skont il-ġeneru, il-grupp ta’ età u l-livell edukattiv, użata fit-tfassil tal-pakkett ikkoordinat;

(g)

l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(h)

deskrizzjoni dettaljata tal-pakkett ikkoordinat u n-nefqa relatata, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe miżura li tappoġġa inizjattivi ta’ impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, żgħażagħ u ta’ età akbar;

(i)

il-baġit stmat għal kull wieħed mill-komponenti tal-pakkett ikkoordinat li jappoġġaw il-benefiċjarji speċifikati u għal kwalunkwe attività ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, ta’ kontroll u rapportar;

(j)

id-dati li fihom inbdew jew għad iridu jinbdew l-għoti ta’ pakkett ikkoordinat lill-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat il-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 7;

(k)

il-proċeduri li ġew segwiti biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji speċifikati jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra kif applikabbli;

(l)

stqarrija li l-appoġġ mitlub mill-FEG huwa konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-impjegaturi skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(m)

is-sorsi ta’ prefinanzjament nazzjonali jew ta’ kofinanzjament nazzjonali u kofinanzjament ieħor, jekk applikabbli.

Artikolu 9

Komplementarjetà, konformità u koordinazzjoni

1.   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma għandhiex tieħu post miżuri li huma r-responsabbiltà tal-impjegaturi skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

2.   L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż dawk il-miżuri li jirċievu wkoll appoġġ finanzjarju ieħor mill-baġit tal-Unjoni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi appoġġ ta’ darba, b’mod temporanju, għall-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inkluż ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.   F’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza minn appoġġ finanzjarju ieħor mill-baġit tal-Unjoni.

5.   L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li l-miżuri speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma jirċevux appoġġ finanzjarju ieħor mill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 10

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nondiskriminazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru jkunu parti integrali mill-istadji kollha tal-perijodu ta’ implimentazzjoni u jiġu promossi matulha.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali fl-aċċess għall-FEG u matul l-istadji varji tal-perijodu ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 11

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta’ mhux aktar minn 0,5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG jista’ jintuża għan-nefqa teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta’ tħejjija ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll ġbir ta’ data, inkluż fir-rigward ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG bħala fond jew fir-rigward ta’ proġetti speċifiċi u miżuri oħrajn u ta’ assistenza teknika. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta’ programmar futuri u preċedenti.

2.   Soġġett għal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tissottometti talba għal trasferiment tal-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika għal-linji baġitarji rilevanti f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza teknika fuq inizjattiva tagħha stess taħt ġestjoni diretta jew indiretta f’konformità mal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Meta l-Kummissjoni timplimenta assistenza teknika taħt ġestjoni indiretta, hija għandha tiżgura proċedura trasparenti għad-deżinjazzjoni tal-parti terza responsabbli għat-twettiq tal-kompiti assenjati lilha skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-pubbliku ġenerali dwar is-sottokuntrattur magħżul għal dak il-għan.

4.   L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni u gwida għall-Istati Membri dwar l-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma’ gwida ċara lis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-użu tal-FEG. Il-miżuri ta’ gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta’ taskforces f’każijiet ta’ taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru.

Artikolu 12

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tal-Unjoni tal-intervent, billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inkluż informazzjoni mmirata lejn il-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-media u l-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jużaw l-emblema tal-UE f’konformità mal-Anness IX għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (“ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027”) flimkien mad-dikjarazzjoni sempliċi tal-finanzjament kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-FEG, gwida dwar il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, eżempji ta’ miżuri eliġibbli u lista aġġornata regolarment tal-kuntatti tal-Istati Membri kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-tixrid wiesa’ tal-aħjar prattiki eżistenti u għandha twettaq azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bil-għan li żżid is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u tal-ħaddiema tal-Unjoni, inkluż persuni li għandhom diffikultajiet biex jaċċessaw l-informazzjoni, dwar il-FEG.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà jkun disponibbli fuq talba lill-Istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni u li l-Unjoni tingħata liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta’ proprjetà, mhux esklużiva u irrevokabbli biex tuża dan il-materjal u kwalunkwe dritt preeżistenti marbut magħha, biex tippubbliċizza l-FEG jew b’rabta mar-rapportar dwar l-użu tal-baġit tal-Unjoni. Dak l-obbligu ma għandux jeħtieġ li l-Istati Membri jidħlu għal spejjeż addizzjonali sinifikanti jew piżijiet amministrattiv sinifikanti.

Il-liċenzja għandha tagħti lill-Unjoni d-drittijiet stabbiliti fl-Anness I.

4.   Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni dment li tali prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 13

Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8, b’mod partikolari b’konsiderazzjoni għall-għadd ta’ benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tipproponi l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista’ jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-evalwazzjoni tagħha u tippreżenta l-proposta tagħha sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 8(6).

2.   Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-FEG għall-miżuri offruti għandha tkun l-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rilevanti, kif stabbilit fl-Artikolu 112(3) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 jew 60 %, skont liema tkun l-ogħla.

3.   Meta, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kondizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

4.   Meta, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kondizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ma jkunux ġew issodisfati, għandha tinnotifika minnufih lill-Istat Membru applikant, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 14

Perjodu ta’ eliġibbiltà

1.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni f’konformità mal-punt (j) tal-Artikolu 8(7) li fihom l-Istat Membru kkonċernat jibda, jew huwa mistenni li jibda, jipprovdi pakkett ikkoordinat għall-benefiċjarji speċifikati jew li fihom iġarrab in-nefqa amministrattiva biex jiġi implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (5).

2.   L-Istat Membru għandu jibda jimplimenta l-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 mingħajr dewmien żejjed u għandu jwettaq dawk il-miżuri kemm jista’ jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

3.   Fejn benefiċjarju jkollu aċċess għal kors edukattiv jew ta’ taħriġ li jdum tal-inqas sentejn, in-nefqa għal dak il-kors għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEG sad-data li fiha jkun mistenni li joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1), dment li n-nefqa rilevanti tkun iġġarrbet qabel dik id-data.

4.   In-nefqa skont l-Artikolu 7(5) għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEG sal-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport finali f’konformità mal-Artikolu 20(1).

Artikolu 15

Proċedura baġitarja u implimentazzjoni

1.   Meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kondizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu ssodisfati, għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien sitt ġimgħat minn meta tkun saritilhom il-preżentazzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni.

Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti.

It-trasferimenti relatati mal-FEG għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, li għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-approvazzjoni tat-trasferiment baġitarju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Dik id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fis-sens tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8(6), flimkien ma’ sommarju tal-informazzjoni li fuqha tkun ibbażata dik il-valutazzjoni; u

(b)

ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti f’konformità mal-Artikolu 13(1).

Artikolu 16

Fondi insuffiċjenti

B’deroga mill-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 8 u 15, f’każijiet eċċezzjonali u dment li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jifdal disponibbli fil-FEG ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ammont ta’ assistenza neċessarju skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tipposponi l-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG u t-talba sussegwenti għal trasferiment baġitarju sakemm l-approprjazzjonijiet ta’ impenn ikunu disponibbli fis-sena ta’ wara. Il-limitu baġitarju annwali tal-FEG għandu jiġi rispettat fiċ-ċirkostanzi kollha.

Artikolu 17

Pagament u użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f’pagament uniku ta’ prefinanzjament ta’ 100 %, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol mid-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 15(2). Il-prefinanzjament għandu jiġi approvat ladarba l-Istat Membru jissottometti d-dikjarazzjoni ċertifikata tan-nefqa f’konformità mal-Artikolu 20(1). L-ammont li ma ntefaqx għandu jiġi rimborżat lill-Kummissjoni.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi implimentata b’ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   It-termini tekniċi dettaljati tal-finanzjament għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 15(2).

4.   Meta jwettaq il-miżuri li jinsabu fil-pakkett ikkoordinat, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jippreżenta proposta lill-Kummissjoni biex jemenda l-azzjonijiet biż-żieda ta’ miżuri eliġibbli oħrajn kif elenkat fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(2), dment li tali emendi jkunu debitament ġustifikati u t-total ma jaqbiżx il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emendi proposti u, jekk taqbel magħhom, għandha temenda d-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont dan.

5.   L-Istat Membru kkonċernat jista’ jalloka mill-ġdid l-ammonti bejn il-partiti tal-baġit stipulati fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(2). Jekk tali riallokazzjoni taqbeż iż-żieda ta’ 20 % għal partita waħda jew aktar mill-partiti speċifikati, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel.

Artikolu 18

Użu tal-euro

L-ammonti msemmija fl-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dokument relatat ieħor, għandhom jiġu espressi f’euro.

Artikolu 19

Indikaturi

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II. Data personali li tirrelata ma’ dawk l-indikaturi għandha tinġabar abbażi ta’ dan ir-Regolament biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Din għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

2.   Is-sistema tar-rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u fil-ħin.

Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq l-Istati Membri.

Artikolu 20

Rapport finali u għeluq

1.   Sa mhux aktar tard minn tmiem is-seba’ xahar wara li jiskadi l-perjodu ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti, inkluż informazzjoni dwar:

(a)

it-tip ta’ miżuri u r-riżultati, li tispjega l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ fondi oħra tal-Unjoni, partikolarment il-FSE+, u li tindika, fejn possibbli, il-komplementarjetà tal-miżuri ma’ miżuri ffinanzjati minn programmi oħra tal-Unjoni jew dawk nazzjonali skont il-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar;

(b)

l-ismijiet tal-korpi li wettqu l-pakkett ikkoordinat fl-Istat Membru;

(c)

l-indikaturi stabbiliti fil-punti (1) u (2) tal-Anness II;

(d)

jekk l-intrapriża li tat is-sensji, ħlief fejn tkun mikrointrapriża jew SME, kienet benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ finanzjament preċedenti mill-fondi ta’ koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta’ qabel; u

(e)

dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa.

2.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tagħlaq il-kontribuzzjoni finanzjarja billi tiddetermina l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u, jekk ikun hemm, il-bilanċ li għandu jitħallas mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 24.

Artikolu 21

Rapport biennali

1.   Sal-1 ta’ Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b’mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet ippreżentati, iż-żmien tal-ipproċessar. id-deċiżjonijiet adottati, il-miżuri ffinanzjati, inkluż l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II, u l-komplementarjetà ta’ tali miżuri ma’ miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru. Ir-rapport għandu jiddokumenta wkoll l-applikazzjonijiet li jkunu ġew irrifjutati minħabba nuqqas ta’ eliġibbiltà jew li għalihom l-ammont ikun tnaqqas minħabba approprjazzjonijiet suffiċjenti.

2.   Ir-rapport għandu wkoll jiġi ppreżentat għall-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

Artikolu 22

Evalwazzjonijiet

1.   Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq:

(a)

evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu sat-30 ta’ Ġunju 2025; u

(b)

evalwazzjoni retrospettiva sal-31 ta’ Diċembru 2029.

2.   Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali bħala informazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet għandhom jitqiesu għat-tfassil ta’ programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi eżistenti.

3.   L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu statistika rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, imqassma skont is-settur u l-Istat Membru.

4.   Stħarriġ tal-benefiċjarji għandu jitnieda matul is-sitt xahar wara tmiem kull perjodu ta’ implimentazzjoni. L-istħarriġ tal-benefiċjarji għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni għal mill-inqas erba’ ġimgħat. L-Istati Membri għandhom iqassmu l-istħarriġ tal-benefiċjarji lill-benefiċjarji, jibagħtu mill-inqas tfakkira waħda u jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-distribuzzjoni u t-tfakkira li tkun intbagħtet. It-tweġibiet għall-istħarriġ tal-benefiċjarji għandhom jinġabru u jiġu analizzati mill-Kummissjoni għall-użu f’evalwazzjonijiet futuri.

5.   Stħarriġ tal-benefiċjarji għandhom jintużaw biex tinġabar data dwar il-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew, għal dawk li diġà jkunu sabu impjieg, dwar il-kwalità tal-impjieg misjub, bħal bidliet fis-sigħat tax-xogħol, it-tip ta’ kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg (full time jew part time; terminu fiss jew indefinit), il-livell ta’ responsabbiltà jew bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel ma’ impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna sabet impjieg. Dik l-informazzjoni għandha tinqasam skont il-ġeneru, il-grupp ta’ età, il-livell ta’ edukazzjoni u l-livell ta’ esperjenza professjonali.

6.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi meta u kif stħarriġ tal-benefiċjarju għandu jitwettaq u l-format li għandu jintuża.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 23

Ġestjoni u kontroll finanzjarju

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-miżuri appoġġati mill-FEG u għall-kontroll finanzjarju tal-miżuri. Għandhom jieħdu tal-inqas il-passi li ġejjin:

(a)

il-verifika li ġew stabbiliti l-arranġamenti tal-ġestjoni u l-kontroll u li qed jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni qed jintużaw b’mod effiċjenti u korrett, f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

(b)

l-iżgurar li t-twassil tad-data tal-monitoraġġ huwa rekwiżit obbligatorju f’kuntratti mal-korpi li jwettqu l-pakketti kkoordinati;

(c)

il-verifika li l-miżuri ffinanzjati twettqu kif xieraq;

(d)

l-iżgurar li n-nefqa iffinanzjata tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u tkun legali u regolari;

(e)

il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet inkluż il-frodi u l-irkupru ta’ ammonti li tħallsu mingħajr ma kienu dovuti flimkien mal-interessi fuq pagamenti tard fejn xieraq.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw irregolaritajiet inkluż il-frodi, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi. Tali azzjonijiet għandhom jinkludu l-ġbir ta’ informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji tar-riċevituri tal-finanzjament f’konformità mal-Anness XVII tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027. Ir-regoli relatati mal-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom l-aċċess meħtieġ għal dik l-informazzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 63(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-korpi responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-miżuri appoġġati mill-FEG. Dawk il-korpi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li tinsab fl-Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja meta jippreżentaw ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament.

Meta l-awtoritajiet maħtura f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 ikunu pprovdew biżżejjed garanziji li l-pagamenti huma legali u regolari, u kkontabilizzati kif xieraq, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li dawk l-awtoritajiet huma kkonfermati skont dan ir-Regolament. Meta ssir tali notifika, dal l-Istat Membru għandu jindika liema awtoritajiet huma kkonfermati u l-funzjonijiet tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha. L-Istati Membri għandhom jirkupraw kwalunkwe ammont li tħallas indebitament bħala riżultat ta’ irregolarità misjuba u jħallsu dak l-ammont lura lill-Kummissjoni. Meta l-ammont ma jitħallasx lura mill-Istat Membru rilevanti fil-ħin permess, għandu jkun dovut l-imgħax ta’ inadempjenza.

5.   Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat biex jiżgura li għandu sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li qed jiffunzjonaw tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess li jinsabu fis-seħħ tali sistemi.

Għal dak il-għan, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew il-verifiki mwettqa mill-Istat Membru f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, l-uffiċjali jew l-impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fil-post, inkluż verifiki rappreżentattivi, dwar il-miżuri ffinanzjati mill-FEG b’avviż li jintbagħat fiż-żmien minimu ta’ 12-il jum ta’ xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li tinkiseb l-assistenza kollha meħtieġa. Uffiċjali jew impjegati tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem f’tali verifiki.

6.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25 sabiex tissupplimenta l-punt (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ irregolarità li jridu jiġu rrappurtati u d-data li trid tiġi pprovduta.

7.   Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format li għandu jintuża għar-rapportar tal-irregolaritajiet.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni dwar in-nefqa mġarrba jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta mill-FEG.

Artikolu 24

Irkupru tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Meta n-nefqa reali tal-pakkett ikkoordinat tkun inqas mill-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont korrispondenti wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

2.   Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki neċessarji, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ddikjarati fid-deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja jew ma jkunx konformi mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 23(1), għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar mir-riċevuta tal-osservazzjonijiet mill-Istati Membri, tadotta deċiżjoni biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG kollha kemm hi jew parti minnha għall-miżura inkwistjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra kwalunkwe ammont li tħallas indebitament bħala riżultat ta’ irregolarità u, fejn l-ammont ma jitħallasx lura minn dak l-Istat Membru fil-ħin permess, għandu jkun dovut l-imgħax ta’ inadempjenza.

Artikolu 25

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu..

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għat-tul ta’ żmien tal-FEG.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Tħassir

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-punt (b) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 għandu jkompli japplika sakemm titwettaq l-evalwazzjoni ex-post imsemmija f’dak il-punt.

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013, li għandu jibqa’ japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-FEG jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika neċessarji biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-FEG u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

3.   Jekk ikun neċessarju, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-miżuri eliġibbli previsti fl-Artikolu 7(1) u (5), biex tkun tista’ ssir il-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 15, li għandu japplika mit-3 ta’ Mejju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 82.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 239.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-19 ta’ April 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-27 ta’ April 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2019/1796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) (ĠU L 279 I, 31.10.2019, p. 4).

(10)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


ANNESS I

KOMUNIKAZZJONI U VIŻIBILITÀ

Il-liċenzja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) għandha tagħti lill-Unjoni, tal-anqas id-drittijiet li ġejjin:

(1)

użu intern, jiġifieri d-dritt li tirriproduċi, tikkopja u tagħmel disponibbli l-materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni u tal-Istati Membri u l-impjegati tagħhom;

(2)

ir-riproduzzjoni ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà b’kwalunkwe mezz u f’kwalunkwe forma, totalment jew parzjalment;

(3)

il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà b’kwalunkwe u b’kull mezz ta’ komunikazzjoni;

(4)

id-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà (jew kopji tiegħu) fi kwalunkwe u f’kull forma;

(5)

il-ħżin u l-arkivjar ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà;

(6)

is-subliċenzjar tad-drittijiet ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà lil partijiet terzi.


ANNESS II

INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT U TAR-RIŻULTATI GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET TAL-FEG (imsemmija fl-artikolu 19(1), fil-punt (c) tal-artikolu 20(1) u fl-artikolu 21(1))

Id-data personali (1) kollha għandha titqassam skont il-ġeneru (mara, raġel, mhux binarju (2)(3).

(1)

Indikaturi komuni tal-output dwar il-benefiċjarji:

(a)

persuni qiegħda*;

(b)

persuni inattivi*;

(c)

persuni impjegati*;

(d)

persuni li jaħdmu għal rashom*;

(e)

persuni taħt it-30 sena*;

(f)

persuni ta’ aktar minn 54 sena*;

(g)

persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*;

(h)

persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b’edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*;

(i)

persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5-8)*.

L-għadd totali ta’ benefiċjarji jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-output relatati mal-istatus tal-impjieg (4).

(2)

Indikaturi tar-riżultati komuni għall-benefiċjarji fuq terminu ta’ żmien twil:

(a)

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG fl-impjieg u li jaħdmu għal rashom sitt xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*;

(b)

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG li kisbu kwalifika sa sitt xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*;

(c)

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG fl-edukazzjoni jew taħriġ sitt xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*.

Dik id-data tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output stabbiliti fil-punt (1). Il-perċentwali b’hekk għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat.


(1)  L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jridu jistabbilixxu sistema li tirreġistra u taħżen id-data tal-parteċipanti individwali f’forma kompjuterizzata. L-arranġamenti tal-ipproċessar tad-data implimentati mill-Istati Membri jridu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 9 tiegħu.

(2)  Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(3)  Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b’asterisk (*) hija data personali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar tagħha huwa neċessarju għall-konformità mal-obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur (il-punt (c) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679).

(4)  Persuni qiegħda, inattivi, impjegati, li jaħdmu għal rashom.


Top