Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 2285fbe2-75c3-11ea-a07e-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02013R0544 — MT — 29.07.2015 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 544/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 163 15.6.2013, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1105 tat-8 ta' Lulju 2015

  L 181

65

9.7.2015




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 544/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU (1)/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1890

Biomin GmbH

Bifidobacterium animalis ssp. animalis

DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u Enterococcus faecium DSM 21913

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni f’forma ta’ taħlita ta’:

Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284 li jinkludi minimu ta’ addittiv 3 × 109 CFU/g

Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 li jinkludi minimu ta’ addittiv 1 × 109 CFU/g

Enterococcus faecium DSM 21913 li jinkludi minimu ta’ addittiv 6 × 109 CFU/g

Preparazzjoni solida (proporzjon 3:1:6)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351, u Enterococcus faecium DSM 21913

Metodi analitiċi (2)

Għall-enumerazzjoni ta’:

Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284: metodu tat-tifrix EN 15785

Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351: metodu tat-tifrix EN 15787

Enterococcus faecium DSM 21913 il-metodu tat-tifrix EN 15788

Għall-identifikazzjoni:

Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ għas-simna:

1 × 108

►M1  1 × 109  ◄

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun u l-istabbiltà għat-tgerbib. ►M1  
2.  L-użu huwa permess fl-għalf li fih il-koċċidijostati awtorizzati: ammonju tal-maduramiċina, diklażuril, kloridrat tar-robenidina, dekokinat, narasin, nikarbażin jew narasin/nikarbażin.  ◄
3.  Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti.

Il-5 ta’ Lulju 2023

(1)   Bħala kontenut totali tat-taħlita

(2)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

Top