EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 1d7c00da-6d5b-11ec-9136-01aa75ed71a1
Council Decision (CFSP) 2015/1333 of 31 July 2015 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya, and repealing Decision 2011/137/CFSP
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK
02015D1333 — MT — 13.12.2021 — 037.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206 1.8.2015, p. 34) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1333
tal-31 ta' Lulju 2015
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK
KAPITOLU I
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI
Artikolu 1
Għandu jkun ipprojbit:
il-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatat ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;
il-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;
il-parteċipazzjoni, kuxjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).
Artikolu 2
L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal:
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, kif ukoll l-għoti ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati.
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-mezzi tal-informazzjoni u ħaddiema umanitarji u dawk fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-assistenza ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatata.
L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal:
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatata, inkluż il-forniment tal-persunal;
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u ta' materjal relatat, maħsub biss għall-assistenza ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatati
kif approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) (“il-Kumitat”).
Artikolu 3
L-akkwist minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1(1) mil-Libja għandu jiġi pprojbit, kemm jekk joriġina kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorju tal-Libja.
KAPITOLU II
SETTUR TAT-TRASPORT
Artikolu 4
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-inġenju tal-ajru fih oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni, inkluż il-provvediment ta' persunal merċenarju armat, għajr fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.
Artikolu 6
Artikolu 7
KAPITOLU III
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni:
involuti jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż bl-involviment jew il-kompliċità fil-pjanifikazzjoni, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bumbardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew persuni li jaġixxu għalihom jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom;
identifikati bħala li kienu involuti fil-politiki repressivi tar-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, jew inkella preċedentement assoċjati ma' dan ir-reġim, u li huma ta' riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew għat-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha;
involuti f’atti, jew li jappoġġaw atti, li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn permezz ta’:
il-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;
attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;
l-għoti ta’ appoġġ għal gruppi armati jew networks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta’ żejt mhux maħdum jew kwalunkwe riżorsa naturali oħra fil-Libja;
it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment fi kwalunkwe azzjoni li tista’ twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;
il-ksur, jew l-assistenza fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni;
l-ostakolar jew l-imminar tal-elezzjonijiet ippjanati fil-Pjan Direzzjonali tal-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan;
it-teħid ta’ azzjonijiet għal jew f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ persuni jew entitajiet elenkati;
li huma s-sidien ta' jew jikkontrollaw fondi Statali Libjani miżapproprijati matul ir-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja li jistgħu jintużaw biex jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jikkompromettu t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha;
kif elenkat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-Kumitat jiddetermina li:
l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; jew
eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Libja u stabbiltà fir-reġjun;
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn:
id-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċess ġudizzjarju; jew
Stat Membru jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali dħul jew transitu huwa meħtieġ biex jiffaċilita l-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-Istat Membru jinnotifika sussegwentement lill-Kumitat fi żmien 48 siegħa wara li tkun saret tali determinazzjoni.
Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;
taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
KAPITOLU IV
IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI
Artikolu 9
Il-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn persuni u entitajiet:
li huma involuti jew kompliċi fl-ordni, il-kontroll, jew id-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, inkluż bl-involviment jew kompliċità fil-pjanifikazzjoni, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bumbardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew mill-awtoritajiet Libjani, jew minn persuni u entitajiet li kisru jew assistew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew ta' din id-Deċiżjoni, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni u entitajiet elenkati fl-Anness III, kif elenkat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni;
identifikati bħala li kienu involuti fil-politiki repressivi tar-reġim preċedenti ta' Muammar QadhafiI fil-Libja, jew inkella preċedentement assoċjati ma' dan ir-reġim, u li huma ta' riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew għat-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha;
involuti f’atti jew li jappoġġaw atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn permezz ta’:
il-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;
attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;
l-għoti ta’ appoġġ għal gruppi armati jew networks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta’ żejt mhux maħdum jew kwalunkwe riżorsa naturali oħra fil-Libja;
it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment fi kwalunkwe azzjoni li tista’ twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;
il-ksur, jew l-assistenza fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni;
l-ostakolar jew l-imminar tal-elezzjonijiet ippjanati fil-pjan direzzjonali tal-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan;
it-teħid ta’ azzjonijiet għal jew f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ persuni jew entitajiet elenkati;
li huma s-sidien ta' jew jikkontrollaw fondi Statali Libjani miżapproprijati matul ir-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja li jistgħu jintużaw biex jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew biex jostakolaw jew jikkompromettu t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha,
kif elenkat fl-Anness IV, għandhom jiġu ffriżati.
Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma:
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta' assigurazzjoni, u tariffi ta' servizzi ta' utilità pubblika;
maħsuba esklużivament għal ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-għoti ta' servizzi legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali; jew
maħsuba esklużivament għal ħlas ta' tariffi jew imposta għal servizz, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali, għaż-żamma jew manutenzjoni ta' fondi ffriżati, assistenza finanzjarja oħra u riżorsi ekonomiċi;
wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt, dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi, assi jew riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.
Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn xieraq, u approvazzjoni mill-Kumitat; jew
oġġett ta' garanzija jew deċiżjoni ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew dik il-kundizzjoni dment li l-garanzija jew id-deċiżjoni kienet imdaħħla qabel id-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 1970 (2011), u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt.
Fir-rigward tal-entitajiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 3, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għall-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi dment li:
L-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta notifika lill-Kumitat dwar l-intenzjoni tiegħu li jawtorizza l-aċċess għal fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi, għal waħda mill-finijiet li ġejjin jew aktar u fl-assenza ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika:
ħtiġijiet umanitarji;
karburant, elettriku u ilma għall-użu strettament taċ-ċittadini;
l-issoktar, mil-Libja, tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' idrokarburi;
l-istabbiliment, l-operat jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew
l-iffaċilitar tal-issoktar tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;
l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat li dawk il-fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi ma għandhomx ikunu għad-dispożizzjoni jew għall-benefiċċju tal-persuni imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3;
l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkonsulta minn qabel l-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta' tali fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi; u
l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifika ppreżentata skont dan il-paragrafu u l-awtoritajiet Libjani ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol għar-rilaxx ta' tali fondi, assi finanzjarji oħra, jew riżorsi ekonomiċi.
Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV, u b'deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s- suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja li ttieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 2 ma kienu ġew elenkati fl-Anness IV jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness III jew IV; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.
Il-Paragrafu 4 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet;
ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi; jew
ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrarji li jittieħdu fl-Unjoni jew li jkunu infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV;
dment li tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1 jew 2.
KAPITOLU V
MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN
Artikolu 10
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 11
L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1970 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f'konformità ma', kif rikjest minn jew bi kwalunkwe konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Anness I, II, III jew IV, jew lil kwalunkwe persuna jew entità fil-Libja, inkluż il-Gvern tal-Libja, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.
Artikolu 12
Artikolu 13
Artikolu 14
Fejn il-Kumitat jindika bastiment kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), (2), (3) u (5), il-Kunsill għandu jinkludi tali bastiment fl-Anness V.
Artikolu 15
Artikolu 16
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili.
Artikolu 17
▼M40 —————
Artikolu 18
Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija mħassra
Artikolu 19
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(1)
1. Isem: 1: ABDULQADER 2: MOHAMMED 3: AL-BAGHDADI 4: mhux disponibbli
Titlu: Dr Deżinjazzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kuntatt tal-Kumitati Rivoluzzjonarji Data tat-Twelid:1 ta' Lulju 1950Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B010574 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Tuneżija (Status/post preżunt: il-ħabs fit-Tuneżija.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Marzu 2015, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5519275
2. Isem: 1: ABDULQADER 2: YUSEF 3: DIBRI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi Data tat-Twelid: 1946 Post tat-Twelid: Houn, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525715
3. Isem: 1: SAYYID 2: MOHAMMED 3: QADHAF AL-DAM 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1948 Post tat-Twelid: a) Sirte, il-Libja b) l-Eġittu Psewdonimu affidabbli: Sayed M. Gaddef Eddam Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Passaport Libjan Nru 513519 Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525735
4. Isem: 1: QUREN 2: SALIH 3: QUREN 4: AL QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Ambaxxatur Libjan għaċ-Chad Data tat-Twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Akrin Saleh Akrin Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Eġittu Elenkat fi:17 ta' Marzu 2011 (emendata fis-26 ta' Marzu 2015, 26 ta' Settembru 2014) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5519275
5. Isem: 1: AMID 2: HUSAIN 3: AL KUNI 4: mhux disponibbli
Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja) Data tat-Twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: Nofsinhar tal-Libja) Elenkat fi:17 ta' Marzu 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).
6. Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451
7. Isem: 1: ABU 2: BAKR 3: YUNIS 4: JABIR
Titlu: Maġġur Ġeneral Deżinjazzjoni: Ministru għad-Difiża. Data tat-twelid: 1952 Post tat-Twelid: Jalo, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/ search/un/5525775
8. Isem: 1: MATUQ 2: MOHAMMED 3: MATUQ 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet Data tat-Twelid: 1956 Post tat-Twelid: Khoms, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525795
9. Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815
10. Isem: 1: HANNIBAL 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:20 ta' Settembru 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B/002210 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libanu (F'kustodja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525835
11. Isem: 1: KHAMIS 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525855
12. Isem: 1: MOHAMMED 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1970 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkata fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525875
13. Isem: 1: MUAMMAR 2: MOHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Data tat-Twelid: 1942 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525895
14. Isem: 1: MUTASSIM 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Konsulent Nazzjonali tas-Sigurtà Data tat-Twelid: a) 1976 b)5 ta' Frar 1974Post tat-Twelid: Tripoli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: a) Almuatesem Bellah Muammer Qadhafi b) Mutassim Billah Abuminyar Qadhafi Psewdonimu inqas affidabbli.: a) Muatasmblla b) Muatasimbllah c) Moatassam Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B/001897 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Allegatament miet f'Sirte, il-Libja, fl-20 ta' Ottubru 2011. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525915
15. Isem: 1: SAADI 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a)27 ta' Mejju 1973b)1 ta' Jannar 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: a) 014797 b) 524521 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (f'kustodja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Marzu 2015, 2 ta' April 2012, 14 ta' Marzu 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525935
16. Isem: 1: SAIF AL-ARAB 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1982 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525955
17. Isem: 1: SAIF AL-ISLAM 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Direttur, Fondazzjoni Qadhafi Data tat-Twelid:25 ta' Ġunju 1972Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B014995 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: libertà ta' moviment ristretta f'Zintan, il-Libja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525975
18. Isem: 1: ABDULLAH 2: AL-SENUSSI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari Data tat-Twelid: 1949 Post tat-Twelid: Is-Sudan Psewdonimu affidabbli: a) Abdoullah Ould Ahmed (Nru tal-Passaport: B0515260; Data tat-twelid: 1948; Post tat-Twelid: Anefif (Kidal), il-Mali; Data tal-ħruġ: 10 ta' Jannar 2012; Post tal-ħruġ: Bamako, il-Mali; Data ta' skadenza: 10 ta' Jannar 2017.) b) Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-identifikazzjoni tal-Mali 073/SPICRE; Post tat-Twelid: Anefif, il-Mali; Data tal-ħruġ: 6 ta' Diċembru 2011; Post tal-ħruġ: Essouck, il-Mali) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: f'kustodja fil-Libja.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, 21 ta' Marzu 2013) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525995
19. Isem: 1: SAFIA 2: FARKASH 3: AL-BARASSI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239, data tal-ħruġ 4 ta' Mejju 2014, data ta' skadenza 3 ta' Mejju 2024.) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 98606491 Indirizz: a) is-Saltna tal-Oman b) (Post preżunt — l-Eġittu) Elenkata fi:24 ta' Ġunju 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016, 26 ta' Marzu 2015, 26 ta' Settembru 2014, 4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012, 13 ta' Frar 2012) Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526015
20. Isem: 1: ABDELHAFIZ 2: ZLITNI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja Elenkat fi:24 ta' Ġunju 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526035
21. Isem: 1: ERMIAS 2: ALEM 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Madwar l-1980 Post tat-Twelid: Eritrea Psewdonimu affidabbli: Ermias Ghermay, Guro Psewdonimu inqas affidabbli: a) Ermies Ghermay b) Ermias Ghirmay Nazzjonalità:: Eritrea Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: (Indirizz magħruf: Tripoli, Tarig sure nru. 51, probabbilment telaq lejn Sabratha fl-2015.) Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Teżisti dokumentazzjoni estensiva minn diversi sorsi affidabbli dwar Ermias Alem, inkluż investigazzjonijiet kriminali, li jidentifikawh bħala wieħed mill-aktar atturi importanti tal-Afrika sub-Saħarjana involut fit-traffikar ta' migranti fil-Libja. Ermias Alem huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika għall-kosta tal-Libja u lil hinn lejn il-pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn hu rappurtat li qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-migranti. Huwa jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' netwerks Libjani ta' faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali bħal dak ta' Mustafa, u huwa meqjus bħala “il-katina tal-provvista tal-Lvant” tagħhom. In-netwerk tiegħu jibda mis-Sudan u jasal sal-kosta tal-Libja u l-Ewropa (l-Italja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit) u l-Istati Uniti. Alem jikkontrolla kampijiet ta' detenzjoni privati fl-inħawi tal-kosta tal-majjistral tal-Libja fejn jinżammu l-migranti taħt detenzjoni, u fejn seħħew abbużi gravi fuq il-migranti. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn Sabratha jew Zawiya. F'dawn l-aħħar snin, Alem organizza bosta vjaġġi perikolużi fuq il-baħar, fejn espona lill-migranti (inkluż għadd kbir ta' minorenni) għar-riskju tal-mewt. Il-Qorti ta' Palermo (l-Italja) ħarġet mandati ta' arrest fl-2015 kontra Ermias Alem b'rabta mal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali ta' eluf ta' migranti f'ċirkostanzi inumana, fosthom l-inkaljar tal-bastimenti fit-13 ta' Ottubru 2013 qrib Lampedusa fejn mietu 266 persuna.
22. Isem: 1: FITIWI 2: ABDELRAZAK 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30-35 sena) Post tat-Twelid: Massaua, Eritrea Psewdonimu affidabbli: Abdurezak, Abdelrazaq, Abdulrazak, Abdrazzak Psewdonimu inqas affidabbli: Fitwi Esmail Abdelrazak Nazzjonalità: Eritreaa Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Fitiwi Abdelrazak huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika lejn il-kosta tal-Libja u minn hemm lejn pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Fitiwi Abdelrazak ġie identifikat minn sorsi miftuħa u f'diversi investigazzjonijiet kriminali bħala wieħed mill-ogħla atturi responsabbli għall-esplojtazzjoni u l-abbuż ta' għadd kbir ta' migranti fil-Libja. Abdelrazak għandu kuntatti estensivi fi ħdan in-netwerks ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fil-Libja u kiseb ġid enormi permezz tat-traffikar illeċitu tal-migranti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. In-netwerk tiegħu huwa magħmul minn ċelloli li jilħqu mis-Sudan sal-Libja, l-Italja u lejn pajjiżi ta' destinazzjoni għall-migranti. Il-migranti fil-kampijiet tiegħu jinxtraw ukoll minn partijiet oħrajn, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni oħra lokali. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn il-kosta Libjana. Abdelrazak organizza għadd kbir ta' vjaġġi marittimi perikolużi, li jesponu lill-migranti (inkluż minorenni) għar-riskju tal-mewt. Abdelrazak huwa marbut ma' tal-anqas żewġ nawfraġji b'konsegwenzi fatali bejn April 2014 u Lulju 2014.
23. Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Informazzjoni addizzjonali
Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.
Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-“kaliff” ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.
24. Isem: 1: MUS'AB 2: MUSTAFA 3: ABU AL QASSIM 4: OMAR
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:19 ta' Jannar 1983Post tat-twelid: Sabratha, Libja Psewdonimu affidabbli: Mus'ab Abu Qarin Psewdonimu inqas affidabbli: a) ABU-AL QASSIM OMAR Musab Boukrin b) The Doctor c) Al-Grein Nazzjonalità: Libja Numru tal-passaport: a) 782633, maħruġ fil-31 ta' Mejju 2005b) 540794, maħruġ fit-12 ta' Jannar 2008Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Informazzjoni addizzjonali
Mus'ab Mustafa huwa meqjus bħala attur ċentrali fit-traffikar tal-bnedmin u fl-attivitajiet ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fiż-żona ta' Sabratha, iżda jopera wkoll minn Zawiya u Garibulli. In-netwerk transnazzjonali tiegħu jkopri il-Libja, destinazzjonijiet Ewropej, pajjiżi sub-Saħarjani għar-reklutaġġ ta' migranti u pajjiżi Għarab għas-settur finanzjarju. Sorsi affidabbli ddokumentaw il-kollużjoni li kellu fir-rigward tat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali ma' Ermias Alem, li jieħu ħsieb “il-katina tal-provvista tal-Lvant” f'isem Mustafa. Hemm evidenza li Mustafa żamm relazzjonijiet ma' atturi oħra fin-negozju tat-traffikar, b'mod partikolari Mohammed al-HadiadaHh (kuġinuh u kap tal-brigata al-Nasr ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) f'Zawiya. Dak li qabel kien kompliċi ta' Mustafa, li issa qed jikkoopera mal-awtoritajiet Libjani, isostni li Mustafa organizza vjaġġi bil-baħar għal 45 000 ruħ fl-2015 biss, u b'hekk espona l-migranti (fosthom minorenni) għar-riskju tal-mewt. Mustafa huwa l-organizzatur ta' vjaġġ fit-18 ta' April 2015 fejn bastiment spiċċa f'nawfraġju fil-Kanal ta' Sqallija u ħalla 800 persuna mejta. Evidenza, inkluż minn Bord ta' Esperti tan-NU, tiddokumenta li huwa responsabbli għad-detenzjoni ta' migranti f'kundizzjonijiet brutali, inkluż fi Tripli qrib iż-żona ta' Al-Wadi u lokalitajiet mal-baħar qrib Sabratha fejn jinżammu l-migranti. Ġie rappurtat li Mustafa kien qrib tal-klann ta' al-Dabbashi f'Sabratha, sakemm inqalgħet ġlieda fuq “taxxa tal-protezzjoni”. Sorsi rrappurtaw li Mustafa ħallas persuni qrib ta' estremisti vjolenti fiż-żona ta' Sabratha, bi skambju għall-approvazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni illegali f'isem gruppi ta' estremisti vjolenti, li jibbenefikaw finanzjarjament mill-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali. Mustafa għandu konnessjonijiet ma' netwerk ta' faċilitaturi tal-immigrazzjoni illegali magħmul minn gruppi armati Salafi fi Tripli, Sebha u Kufra.
25. Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala “skjavi sesswali”. Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.
26. Isem: 1: ABD 2: AL-RAHMAN 3: AL-MILAD 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Gwardja tal-Kosta f'Zawiya Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (29 sena) Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Rahman Salim Milad b) al-Bija Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, il-Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Abd al Rahman al-Milad imexxi l-unità reġjonali tal-Gwardja tal-Kosta ta' Zawiya li tissemma' konsistentement b'rabta mal-vjolenza kontra migranti u faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali oħrajn. Il-Bord ta' Esperti tan-NU jiddikjara li Milad, u membri oħrajn tal-gwardja tal-kosta, huma direttament involuti fl-għeriq ta' dgħajjes tal-migranti bl-użu ta' armi tan-nar. Al-Milad jikkollabora ma' faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali bħal Mohammed al-Hadi (ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) li, skont ċerti sorsi, qed jipprovdilu protezzjoni li tippermettilu jwettaq operazzjonijiet illeċiti relatati mat-traffikar tal-migranti u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Bosta xhieda f'investigazzjonijiet kriminali ddikjaraw li nġabru mill-baħar minn irġiel armati fuq bastiment tal-Gwardja tal-Kosta msejjaħ Tallil (użat minn al-Milad) u ttieħdu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' al-Nasr, fejn allegatament jinżammu f'kundizzjonijiet brutali u jiġu msawwta.
27. Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.
Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).
Informazzjoni addizzjonali
28. Isem: 1: SALAH 2: BADI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant għoli tal-front Al-Somood, grupp armat kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (GNA) magħruf ukoll bħala Fakhr jew “L-Unur tal-Libja”, u tal-brigata Al Marsa, minn Misrata, tat-Tarka Ċentrali Data tat-Twelid: mhix disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: mhix disponibbli Nru tal-Passaport:: mhux disponibbli Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux Elenkat fi: 16 ta' Novembru 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); il-paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014) u l-paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
29. Isem: 1: Osama 2: Al Kuni 3: Ibrahim 4: mhux disponibbli
Titlu: Maniġer ta' Al Nasr Detention Center f'Zawiyah Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-twelid: 4 ta' April 1976Post tat-twelid: Tripli, Libja Psewdonimu ta' kwalità tajba.: a) Osama Milad b) Osama al-Milad c) Osama Zawiya d) Osama Zawiyah e) Osama al Kuni Psewdonimu ta' kwalità ħażina: mhux disponibbli Nazzjonalità: Libja Numru tal-passport: mhux disponibbli Numru tal-identifkazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi: 25 ta' Ottubru 2021Informazzjoni oħra: Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata direttament, u/jew permezz ta' subordinati, kienet involuta fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).
Elenkat skont il-paragrafi 11 (a), 11 (f) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2441 (2018).
Informazzjoni addizzjonali
Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata direttament, u/jew permezz ta' subordinati, kienet involuta fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Għal snin sħaħ, iċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr f'Zawiyah ġie identifikat fil-pubbliku u f'rapporti kunfidenzjali li jiddeskrivu s-sitwazzjoni mwiegħra tal-migranti u ta' dawk li jfittxu l-asil fil-Libja, inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u t-traffikar tal-bnedmin. L-organizzazzjonijiet umanitarji u l-vittmi tat-traffikar identifikaw b'mod konsistenti lill-persuna kkonċernata bħala l-maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni. Tliet individwi li kienu qed jaħdmu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr ingħataw sentenzi ta' ħabs għat-tortura tal-migranti fiċ-ċentru ta' detenzjoni.
ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
▼M30 ————— |
||||
2. |
ABU SHAARIYA |
Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna |
Ħaten Muammar Qadhafi. Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
▼M23 ————— |
||||
►M23 3. ◄ |
ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Traghen |
Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
▼M40 ————— |
||||
►M23 5. ◄ |
FARKASH, Mohammed Boucharaya |
Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949 Post tat-twelid: Al-Bayda |
Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
►M23 6. ◄ |
EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou |
|
Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
▼M42 ————— |
||||
►M23 8. ◄ |
HIJAZI, Mohamad Mahmoud |
|
Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
►M23 9. ◄ |
HOUEJ, Mohamad Ali |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli) |
Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
▼M38 ————— |
||||
►M23 11. ◄ |
AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug |
|
Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
►M23 12. ◄ |
FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad |
Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963 Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013) |
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
►M23 13. ◄ |
MANSOUR, Abdallah |
Data tat-twelid: 8.7.1954 Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013) |
Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
▼M5 ————— |
||||
▼M36 ————— |
||||
▼M40 ————— |
||||
▼M36 ————— |
||||
17. |
AL-WERFALLI, Mahmoud Mustafa Busayf magħruf ukoll bħala AL-WARFALLI, Mahmud |
Data tat-twelid: 1978 Post tat-twelid: Tribù ta’ Werfalla, fil-Punent tal-Libja jew Elrseefa (Bani Walid) Sess: raġel |
Mahmoud al-Werfalli jservi bħala kmandant (logutenent) tal-Brigata al-Saiqa bbażata f’Benghazi. F’dan ir-rwol, al-Werfalli huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem inkluż qtil u eżekuzzjonijiet, u involva ruħu direttament jew indirettament fihom. Al-Werfalli ġie marbut mal-qtil ta’ tlieta u tletin persuna bejn Ġunju 2016 u Lulju 2017 f’diversi inċidenti kif ukoll eżekuzzjoni tal-massa ta’ għaxar persuni fl-24 ta’ Jannar 2018. |
21.9.2020 |
18. |
DIAB, Moussa magħruf ukoll bħala DIAB, Mousa |
Sess: raġel |
Moussa Diab huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fosthom traffikar ta’ bnedmin u l-ħtif, l-istupru u l-qtil ta’ migranti u refuġjati, u involva ruħu direttament fihom. Huwa żamm migranti u refuġjati maqbuda f’kamp ta’ detenzjoni illegali qrib Bani Walid, fejn ġew ittrattati b’mod inuman u degradanti. Diversi migranti u refuġjati nqatlu meta ppruvaw jaħarbu mill-kamp ta’ detenzjoni. |
21.9.2020 |
19. |
Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN (Евгений Викторович Пригожин) |
Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1961 Post tat-twelid: Leningrad (San Pietruburgu) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-kumpannija militari privata Grupp Wagner. B'dan il-mod, Prigozhin hu involut fl-attivitajiet u jipprovdi appoġġ lill-attivitajiet tal-Grupp Wagner fil-Libja li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż. B'mod partikolari, il-Grupp Wagner hu involut fi ksur multiplu u ripetut tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fl-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, inkluż it-twassil ta' armi kif ukoll l-iskjerament ta' merċenarji fil-Libja b'appoġġ għall-Armata Nazzjonali Libjana. Il-Grupp Wagner ipparteċipa f'operazzjonijiet militari multipli kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali approvat min-NU u kkontribwixxa biex jikkawża danni lill-istabbiltà tal-Libja u jimmina l-proċess ta' paċi. |
15.10.2020 |
20. |
KUZNETSOV, Aleksandr (Alexander) Sergeevich (Александр Сергеевич КУЗНЕЦОВ) |
Pożizzjoni(jiet): Kmandant tal-Ewwel Kumpanija ta' Attakk u Rikonjizzjoni tal-Grupp Wagner Sinjal tas-sejħa: Ratibor Data tat-twelid: 8 ta' Ottubru 1977 Post tat-twelid: Nikolskolye, ex USSR (ex Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi) (issa l-Federazzjoni Russa) Nazzjonalità: Russa ID tal-Grupp Wagner: M-0271 Ġeneru: maskil |
Aleksandr Sergeevich Kuznetsov jappartjeni għall-istruttura ta' kmand tal-Grupp Wagner, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja. Ħa l-kmand tal-Ewwel Kumpanija ta' Attakk u Rikonjizzjoni tal-Grupp Wagner fl-2014. Huwa ndarab f'Settembru 2019 fil-Libja waqt li kien qed jiġġieled flimkien mal-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali Libjana (NLA) bħala kmandant tal-aġenti militari tal-Grupp Wagner. Permezz tal-pożizzjoni u l-azzjonijiet tiegħu, Kuznetsov huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-Grupp Wagner li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja. |
13.12.2021 |
ANNESS III
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)
A. Individwi
6. Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451
7. Isem: 1: ABU 2: BAKR 3: YUNIS 4: JABIR
Titlu: Maġġur Ġeneral Deżinjazzjoni: Ministru għad-Difiża. Data tat-twelid: 1952 Post tat-Twelid: Jalo, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525775
8. Isem: 1: MATUQ 2: MOHAMMED 3: MATUQ 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet Data tat-Twelid: 1956 Post tat-Twelid: Khoms, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525795
9. Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815
10. Isem: 1: HANNIBAL 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:20 ta' Settembru 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B/002210 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libanu (F'kustodja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525835
11. Isem: 1: KHAMIS 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525855
12. Isem: 1: MOHAMMED 2: MUAMMAR 3: QADHAFI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1970 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkata fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Settembru 2014, 4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525875
13. Isem: 1: MUAMMAR 2: MOHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Data tat-Twelid: 1942 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525895
14. Isem: 1: MUTASSIM 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Konsulent Nazzjonali tas-Sigurtà Data tat-twelid: a) 1976 b)5 ta' Frar 1974Post tat-twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: a) Almuatesem Bellah Muammer Qadhafi b) Mutassim Billah Abuminyar Qadhafi Psewdonimu inqas affidabbli.: a) Muatasmblla b) Muatasimbllah c) Moatassam Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B/001897 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Allegatament miet f'Sirte, il-Libja, fl-20 ta' Ottubru 2011. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525915
15. Isem: 1: SAADI 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a)27 ta' Mejju 1973b)1 ta' Jannar 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: a) 014797 b) 524521 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (f'kustodja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-26 ta' Marzu 2015, 2 ta' April 2012, 14 ta' Marzu 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525935
16. Isem: 1: SAIF AL-ARAB 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1982 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525955
17. Isem: 1: SAIF AL-ISLAM 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Direttur, Fondazzjoni Qadhafi Data tat-Twelid:25 ta' Ġunju 1972Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Libja B014995 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: libertà ta' moviment ristretta f'Zintan, il-Libja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014, 2 ta' April 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525975
18. Isem: 1: ABDULLAH 2: AL-SENUSSI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari Data tat-Twelid: 1949 Post tat-Twelid: Is-Sudan Psewdonimu affidabbli: a) Abdoullah Ould Ahmed (Nru tal-Passaport: B0515260; Data tat-twelid: 1948; Post tat-Twelid: Anefif (Kidal), il-Mali; Data tal-ħruġ: 10 ta' Jannar 2012; Post tal-ħruġ: Bamako, il-Mali; Data ta' skadenza: 10 ta' Jannar 2017.) b) Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-identifikazzjoni tal-Mali 073/SPICRE; Post tat-Twelid: Anefif, il-Mali; Data tal-ħruġ: 6 ta' Diċembru 2011; Post tal-ħruġ: Essouck, il-Mali) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: f'kustodja fil-Libja.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, 21 ta' Marzu 2013) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525995
19. Isem: 1: SAFIA 2: FARKASH 3: AL-BARASSI 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239, data tal-ħruġ 4 ta' Mejju 2014, data ta' skadenza 3 ta' Mejju 2024.) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 98606491 Indirizz: a) is-Saltna tal-Oman b) (Post preżunt — l-Eġittu) Elenkata fi:24 ta' Ġunju 2011 (emendata fl-1 ta' April 2016, 26 ta' Marzu 2015, 26 ta' Settembru 2014, 4 ta' Settembru 2013, 2 ta' April 2012, 13 ta' Frar 2012) Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526015
20. Isem: 1: ABDELHAFIZ 2: ZLITNI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja Elenkat fi:24 ta' Ġunju 2011 (emendata fil-11 ta' Novembru 2016, 26 ta' Settembru 2014) Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526035
21. Isem: 1: ERMIAS 2: ALEM 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Madwar l-1980 Post tat-Twelid: Eritrea Psewdonimu affidabbli: Ermias Ghermay, Guro Psewdonimu inqas affidabbli: a) Ermies Ghermay b) Ermias Ghirmay Nazzjonalità:: Eritrea Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: (Indirizz magħruf: Tripoli, Tarig sure nru. 51, probabbilment telaq lejn Sabratha fl-2015.) Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Teżisti dokumentazzjoni estensiva minn diversi sorsi affidabbli dwar Ermias Alem, inkluż investigazzjonijiet kriminali, li jidentifikawh bħala wieħed mill-aktar atturi importanti tal-Afrika sub-Saħarjana involut fit-traffikar ta' migranti fil-Libja. Ermias Alem huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika għall-kosta tal-Libja u lil hinn lejn il-pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn hu rappurtat li qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-migranti. Huwa jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' netwerks Libjani ta' faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali bħal dak ta' Mustafa, u huwa meqjus bħala “il-katina tal-provvista tal-Lvant” tagħhom. In-netwerk tiegħu jibda mis-Sudan u jasal sal-kosta tal-Libja u l-Ewropa (l-Italja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit) u l-Istati Uniti. Alem jikkontrolla kampijiet ta' detenzjoni privati fl-inħawi tal-kosta tal-majjistral tal-Libja fejn jinżammu l-migranti taħt detenzjoni, u fejn seħħew abbużi gravi fuq il-migranti. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn Sabratha jew Zawiya. F'dawn l-aħħar snin, Alem organizza bosta vjaġġi perikolużi fuq il-baħar, fejn espona lill-migranti (inkluż għadd kbir ta' minorenni) għar-riskju tal-mewt. Il-Qorti ta' Palermo (l-Italja) ħarġet mandati ta' arrest fl-2015 kontra Ermias Alem b'rabta mal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali ta' eluf ta' migranti f'ċirkostanzi inumana, fosthom l-inkaljar tal-bastimenti fit-13 ta' Ottubru 2013 qrib Lampedusa fejn mietu 266 persuna.
22. Isem: 1: FITIWI 2: ABDELRAZAK 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (30-35 sena) Post tat-Twelid: Massaua, Eritrea Psewdonimu affidabbli: Abdurezak, Abdelrazaq, Abdulrazak, Abdrazzak Psewdonimu inqas affidabbli: Fitwi Esmail Abdelrazak Nazzjonalità: Eritreaa Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Fitiwi Abdelrazak huwa mexxej ta' netwerk transnazzjonali responsabbli mit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali ta' għexieren ta' eluf ta' migranti, l-aktar mill-Qarn tal-Afrika lejn il-kosta tal-Libja u minn hemm lejn pajjiżi ta' destinazzjoni fl-Ewropa u l-Istati Uniti. Fitiwi Abdelrazak ġie identifikat minn sorsi miftuħa u f'diversi investigazzjonijiet kriminali bħala wieħed mill-ogħla atturi responsabbli għall-esplojtazzjoni u l-abbuż ta' għadd kbir ta' migranti fil-Libja. Abdelrazak għandu kuntatti estensivi fi ħdan in-netwerks ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fil-Libja u kiseb ġid enormi permezz tat-traffikar illeċitu tal-migranti. Huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu rġiel armati, kif ukoll imħażen u kampijiet ta' detenzjoni fejn qed jitwettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. In-netwerk tiegħu huwa magħmul minn ċelloli li jilħqu mis-Sudan sal-Libja, l-Italja u lejn pajjiżi ta' destinazzjoni għall-migranti. Il-migranti fil-kampijiet tiegħu jinxtraw ukoll minn partijiet oħrajn, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni oħra lokali. Minn dawn il-kampijiet, il-migranti jiġu ttrasportati lejn il-kosta Libjana. Abdelrazak organizza għadd kbir ta' vjaġġi marittimi perikolużi, li jesponu lill-migranti (inkluż minorenni) għar-riskju tal-mewt. Abdelrazak huwa marbut ma' tal-anqas żewġ nawfraġji b'konsegwenzi fatali bejn April 2014 u Lulju 2014.
23. Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Informazzjoni addizzjonali
Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.
Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-“kaliff” ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.
24. Isem: 1: MUS'AB 2: MUSTAFA 3: ABU AL QASSIM 4: OMAR
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta' netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:19 ta' Jannar 1983Post tat-twelid: Sabratha, Libja Psewdonimu affidabbli: Mus'ab Abu Qarin Psewdonimu inqas affidabbli: a) ABU-AL QASSIM OMAR Musab Boukrin b) The Doctor c) Al-Grein Nazzjonalità: Libja Numru tal-passaport: a) 782633, maħruġ fil-31 ta' Mejju 2005b) 540794, maħruġ fit-12 ta' Jannar 2008Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/
Informazzjoni addizzjonali
Mus'ab Mustafa huwa meqjus bħala attur ċentrali fit-traffikar tal-bnedmin u fl-attivitajiet ta' faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali fiż-żona ta' Sabratha, iżda jopera wkoll minn Zawiya u Garibulli. In-netwerk transnazzjonali tiegħu jkopri il-Libja, destinazzjonijiet Ewropej, pajjiżi sub-Saħarjani għar-reklutaġġ ta' migranti u pajjiżi Għarab għas-settur finanzjarju. Sorsi affidabbli ddokumentaw il-kollużjoni li kellu fir-rigward tat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali ma' Ermias Alem, li jieħu ħsieb “il-katina tal-provvista tal-Lvant” f'isem Mustafa. Hemm evidenza li Mustafa żamm relazzjonijiet ma' atturi oħra fin-negozju tat-traffikar, b'mod partikolari Mohammed al-HadiadaHh (kuġinuh u kap tal-brigata al-Nasr ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) f'Zawiya. Dak li qabel kien kompliċi ta' Mustafa, li issa qed jikkoopera mal-awtoritajiet Libjani, isostni li Mustafa organizza vjaġġi bil-baħar għal 45 000 ruħ fl-2015 biss, u b'hekk espona l-migranti (fosthom minorenni) għar-riskju tal-mewt. Mustafa huwa l-organizzatur ta' vjaġġ fit-18 ta' April 2015 fejn bastiment spiċċa f'nawfraġju fil-Kanal ta' Sqallija u ħalla 800 persuna mejta. Evidenza, inkluż minn Bord ta' Esperti tan-NU, tiddokumenta li huwa responsabbli għad-detenzjoni ta' migranti f'kundizzjonijiet brutali, inkluż fi Tripli qrib iż-żona ta' Al-Wadi u lokalitajiet mal-baħar qrib Sabratha fejn jinżammu l-migranti. Ġie rappurtat li Mustafa kien qrib tal-klann ta' al-Dabbashi f'Sabratha, sakemm inqalgħet ġlieda fuq “taxxa tal-protezzjoni”. Sorsi rrappurtaw li Mustafa ħallas persuni qrib ta' estremisti vjolenti fiż-żona ta' Sabratha, bi skambju għall-approvazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni illegali f'isem gruppi ta' estremisti vjolenti, li jibbenefikaw finanzjarjament mill-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali. Mustafa għandu konnessjonijiet ma' netwerk ta' faċilitaturi tal-immigrazzjoni illegali magħmul minn gruppi armati Salafi fi Tripli, Sebha u Kufra.
25. Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala “skjavi sesswali”. Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.
26. Isem: 1: ABD 2: AL-RAHMAN 3: AL-MILAD 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Gwardja tal-Kosta f'Zawiya Data tat-Twelid: Bejn wieħed u ieħor (29 sena) Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Rahman Salim Milad b) al-Bija Nazzjonalità: Il-Libja Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, il-Libja Elenkat fi:7 ta' Ġunju 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
Abd al Rahman al-Milad imexxi l-unità reġjonali tal-Gwardja tal-Kosta ta' Zawiya li tissemma' konsistentement b'rabta mal-vjolenza kontra migranti u faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali oħrajn. Il-Bord ta' Esperti tan-NU jiddikjara li Milad, u membri oħrajn tal-gwardja tal-kosta, huma direttament involuti fl-għeriq ta' dgħajjes tal-migranti bl-użu ta' armi tan-nar. Al-Milad jikkollabora ma' faċilitaturi tal-migrazzjoni illegali bħal Mohammed al-Hadi (ukoll propost għall-inklużjoni fil-lista) li, skont ċerti sorsi, qed jipprovdilu protezzjoni li tippermettilu jwettaq operazzjonijiet illeċiti relatati mat-traffikar tal-migranti u l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Bosta xhieda f'investigazzjonijiet kriminali ddikjaraw li nġabru mill-baħar minn irġiel armati fuq bastiment tal-Gwardja tal-Kosta msejjaħ Tallil (użat minn al-Milad) u ttieħdu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' al-Nasr, fejn allegatament jinżammu f'kundizzjonijiet brutali u jiġu msawwta.
27. Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.
Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).
Informazzjoni addizzjonali
28. Isem: 1: SALAH 2: BADI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant għoli tal-front Al-Somood, grupp armat kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (GNA) magħruf ukoll bħala Fakhr jew “L-Unur tal-Libja”, u tal-brigata Al Marsa, minn Misrata, tat-Tarka Ċentrali Data tat-Twelid: mhix disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: mhix disponibbli Nru tal-Passaport:: mhux disponibbli Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux Elenkat fi: 16 ta' Novembru 2018Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).
Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); il-paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014) u l-paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).
Informazzjoni addizzjonali
29. Isem: 1: Osama 2: Al Kuni 3: Ibrahim 4: mhux disponibbli
Titlu: Maniġer ta' Al Nasr Detention Center f'Zawiyah Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-twelid: 4 ta' April 1976Post tat-twelid: Tripli, Libja Psewdonimu ta' kwalità tajba.: a) Osama Milad b) Osama al-Milad c) Osama Zawiya d) Osama Zawiyah e) Osama al Kuni Psewdonimu ta' kwalità ħażina: mhux disponibbli Nazzjonalità: Libja Numru tal-passport: mhux disponibbli Numru tal-identifkazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi: 25 ta' Ottubru 2021Informazzjoni oħra: Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata direttament, u/jew permezz ta' subordinati, kienet involuta fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi).
Elenkat skont il-paragrafi 11 (a), 11 (f) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2441 (2018).
Informazzjoni addizzjonali
Bħala maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr il-persuna kkonċernata direttament, u/jew permezz ta' subordinati, kienet involuta fi jew ipprovdiet appoġġ għal atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja. Il-persuna kkonċernata aġixxiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' żewġ individwi elenkati li huma intrinsikament marbuta mal-attivitajiet ta' traffikar tal-bnedmin tan-network Zawiyah, jiġifieri Mohamed Kashlaf (LYi.025) u Abdulrahman al Milad (LYi.026). Għal snin sħaħ, iċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr f'Zawiyah ġie identifikat fil-pubbliku u f'rapporti kunfidenzjali li jiddeskrivu s-sitwazzjoni mwiegħra tal-migranti u ta' dawk li jfittxu l-asil fil-Libja, inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u t-traffikar tal-bnedmin. L-organizzazzjonijiet umanitarji u l-vittmi tat-traffikar identifikaw b'mod konsistenti lill-persuna kkonċernata bħala l-maniġer de facto taċ-ċentru ta' detenzjoni. Tliet individwi li kienu qed jaħdmu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Al Nasr ingħataw sentenzi ta' ħabs għat-tortura tal-migranti fiċ-ċentru ta' detenzjoni.
ANNESS IV
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(2)
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
▼M30 ————— |
||||
2. |
ABU SHAARIYA |
Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna |
Ħaten Muammar Qadhafi. Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
▼M23 ————— |
||||
►M23 3. ◄ |
ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Traghen |
Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
▼M40 ————— |
||||
►M23 5. ◄ |
FARKASH, Mohammed Boucharaya |
Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949 Post tat-twelid: Al-Bayda |
Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
►M23 6. ◄ |
EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou |
|
Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
▼M42 ————— |
||||
►M23 8. ◄ |
HIJAZI, Mohamad Mahmoud |
|
Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
►M23 9. ◄ |
HOUEJ, Mohamad Ali |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli) |
Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
▼M38 ————— |
||||
►M23 11. ◄ |
AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug |
|
Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
►M23 12. ◄ |
FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad |
Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963 Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013) |
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
►M23 13. ◄ |
MANSOUR, Abdallah |
Data tat-twelid: 8.7.1954 Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013) |
Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
▼M5 ————— |
||||
▼M30 ————— |
||||
►M23 15. ◄ |
DIBRI, Abdulqader Yusef |
Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi. Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Houn, il-Libja |
Responsabbli għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
►M23 16. ◄ |
QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed |
Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kuġin ta' Muammar Qadhafi. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil tad-dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
28.2.2011 |
►M23 17. ◄ |
AL QADHAFI, Quren Salih Quren |
|
Ex ambaxxatur Libjan għaċ-Chad. Telaq miċ-Chad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
►M23 18. ◄ |
AL KUNI, il-Kurunell Amid Husain |
Status/post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja |
Ex Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
▼M36 ————— |
||||
▼M40 ————— |
||||
▼M36 ————— |
||||
22. |
AL-WERFALLI, Mahmoud Mustafa Busayf magħruf ukoll bħala AL-WARFALLI, Mahmud |
Data tat-twelid: 1978 Post tat-twelid: Tribù ta’ Werfalla, fil-Punent tal-Libja jew Elrseefa (Bani Walid) Sess: raġel |
Mahmoud al-Werfalli jservi bħala kmandant (logutenent) tal-Brigata al-Saiqa bbażata f’Benghazi. F’dan ir-rwol, al-Werfalli huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem inkluż qtil u eżekuzzjonijiet, u involva ruħu direttament jew indirettament fihom. Al-Werfalli ġie marbut mal-qtil ta’ tlieta u tletin persuna bejn Ġunju 2016 u Lulju 2017 f’diversi inċidenti kif ukoll eżekuzzjoni tal-massa ta’ għaxar persuni fl-24 ta’ Jannar 2018. |
21.9.2020 |
23. |
DIAB, Moussa magħruf ukoll bħala DIAB, Mousa |
Sess: raġel |
Moussa Diab huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fosthom traffikar ta’ bnedmin u l-ħtif, l-istupru u l-qtil ta’ migranti u refuġjati, u involva ruħu direttament fihom. Huwa żamm migranti u refuġjati maqbuda f’kamp ta’ detenzjoni illegali qrib Bani Walid, fejn ġew ittrattati b’mod inuman u degradanti. Diversi migranti u refuġjati nqatlu meta ppruvaw jaħarbu mill-kamp ta’ detenzjoni. |
21.9.2020 |
24. |
Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN (Евгений Викторович Пригожин) |
Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1961 Post tat-twelid: Leningrad (San Pietruburgu) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-kumpannija militari privata Grupp Wagner. B'dan il-mod, Prigozhin hu involut fl-attivitajiet u jipprovdi appoġġ lill-attivitajiet tal-Grupp Wagner fil-Libja li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż. B'mod partikolari, il-Grupp Wagner hu involut fi ksur multiplu u ripetut tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fl-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, inkluż it-twassil ta' armi kif ukoll l-iskjerament ta' merċenarji fil-Libja b'appoġġ għall-Armata Nazzjonali Libjana. Il-Grupp Wagner ipparteċipa f'operazzjonijiet militari multipli kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali approvat min-NU u kkontribwixxa biex jikkawża danni lill-istabbiltà tal-Libja u jimmina l-proċess ta' paċi. |
15.10.2020 |
25. |
KUZNETSOV, Aleksandr (Alexander) Sergeevich (Александр Сергеевич Кузнецов) |
Pożizzjoni(jiet): Kmandant tal-Ewwel Kumpanija ta' Attakk u Rikonjizzjoni tal-Grupp Wagner Sinjal tas-sejħa: Ratibor Data tat-twelid: 8 ta' Ottubru 1977 Post tat-twelid: Nikolskolye, ex USSR (ex Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi) (issa l-Federazzjoni Russa) Nazzjonalità: Russa ID tal-Grupp Wagner: M-0271 Ġeneru: maskil |
Aleksandr Sergeevich Kuznetsov jappartjeni għall-istruttura ta' kmand tal-Grupp Wagner, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja. Ħa l-kmand tal-Ewwel Kumpanija ta' Attakk u Rikonjizzjoni tal-Grupp Wagner fl-2014. Huwa ndarab f'Settembru 2019 fil-Libja waqt li kien qed jiġġieled flimkien mal-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali Libjana (NLA) bħala kmandant tal-aġenti militari tal-Grupp Wagner. Permezz tal-pożizzjoni u l-azzjonijiet tiegħu, Kuznetsov huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-Grupp Wagner li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja. |
13.12.2021 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Libyan Arab African Investment Company — LAAICO (magħrufa wkoll bħala LAICO) |
Sit: http://www.laaico.com Kumpannija stabbilita fl-1981 76351 Janzour, il-Libja. 81370 Tripli, il-Libja Tel: 00 218 (21) 4890146 — 4890586 — 4892613 Fax: 00 218 (21) 4893800 — 4891867 email: info@laaico.com |
Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
2. |
Fondazzjoni Internazzjonali Qadhafi għall-Karità u l-Iżvilupp |
Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus — Jian St. — Tripli — PoBox: 1101 — Telefon tal-LIBJA: (+218) 214778301 — Fax: (+218) 214778766; email: info@gicdf.org |
Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
3. |
Fondazzjoni Waatassimou |
Ibbażata fi Tripli |
Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
21.3.2011 |
4. |
Libyan Jamahirya Broadcasting Corporation |
Dettalji ta' kuntatt: tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax: 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; email: info@ljbc.net |
Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. Involuta f'tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' miżinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
5. |
Korpi tal-Gwardji Revoluzzjonarji |
|
Assoċjati mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
6. |
Libyan Agricultural Bank (magħruf ukoll bħala Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae; magħruf ukoll bħala Libyan Agricultural Bank) |
Fiż-żona ta' El Ghayran, Ganzor El Sharqya, P.O. Box 1100, Tripli, il-Libja; Al Jumhouria Street, East Junzour, Al Gheran, Tripli, il-Libja; Indirizz elettroniku agbank@agribankly.org; SWIFT/BIC AGRULYLT (Libja); Nru tat-Tel. (218)214870586; Nru tat-Tel. (218) 214870714; Nru tat-Tel. (218) 214870745; Nru tat-Tel. (218) 213338366; Nru tat-Tel. (218) 213331533; Nru tat-Tel. (218) 213333541; Nru tat-Tel. (218) 213333544; Nru tat-Tel. (218) 213333543; Nru tat-Tel. (218) 213333542; Nru tal-Fax (218) 214870747; Nru tal-Fax (218) 214870767; Nru tal-Fax (218) 214870777; Nru tal-Fax (218) 213330927; Nru tal-Fax (218) 213333545 |
Sussidjarju Libjan tal-Bank Ċentrali tal-Libja. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
7. |
Al-Inma Holding Co. for Services Investments |
|
Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
8. |
Al-Inma Holding Co. For Industrial Investments |
|
Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
9. |
Al-Inma Holding Company for Tourism Investment |
Hasan al-Mashay Street (qrib Zawiyah Street) Nru tat-Tel.: (218) 213345187 Fax: +218.21.334.5188 e-mail: info@ethic.ly |
Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
10. |
Al-Inma Holding Co. for Construction and Real Estate Developments |
|
Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
11. |
LAP Green Networks (magħrufa wkoll bħala LAP Green Holding Company) |
9th Floor, Ebene Tower, 52, Cybercity, Ebene, Mauritius |
Sussidjarja Libjana ta' Libyan Africa Investment Portfolio Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
12. |
Sabtina Ltd |
530-532 Elder Gate, Elder House, Milton Keynes, ir-Renju Unit Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 01794877 (UK) |
Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fir-Renju Unit Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
13. |
Ashton Global Investments Limited (BVI) |
Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1510484 (BVI) |
Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporat fil-BVI Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
14. |
Capitana Seas Limited |
|
Entità inkorporata fil-BVI proprjetà ta' Saadi Qadhafi Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
15. |
Kinloss Property Limited (BVI) |
Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1534407 (BVI) |
Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-BVI. Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
16. |
Baroque Investments Limited |
c/o ILS Fiduciaries (IOM) Ltd, First Floor, Millennium House, Victoria Road, Douglas, Isle of Man Informazzjoni oħra: Reg no 59058C (IOM) |
Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporat fl-IOM Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi. |
12.4.2011 |
17. |
Sigma Airlines magħrufa wkoll bħala Sigma Aviation; Air Sigma |
Indirizz: Markov Str. 11 050013, Almaty, Kazakhstan Tel. +77272922305 Sit web: https://airsigma.pro/ Irreġistrata bl-isem: Kenesbayev Umirbek Zharmenovich |
Sigma Airlines hija kumpannija tal-ajru tal-merkanzija kummerċjali li topera inġenji tal-ajru li nstabu li kisru l-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fil-UNSCR 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. In-NU identifikat lil Sigma Airlines bħala waħda mill-fornituri kummerċjali tal-merkanzija bl-ajru li joperaw f’nuqqas ta’ konformità mal-embargo tan-NU fuq it-trasferiment ta’ materjal militari lejn il-Libja. |
21.9.2020 |
18. |
Avrasya Shipping |
Indirizz: Liman Mh. Gezi Cd. No:22/3 İlkadım, Samsun, Turkey Tel. +90 549 720 1748 Indirizz elettroniku: info@avrasyashipping.com Sit web: http://www.avrasyashipping.com/iletisim |
Avrasya Shipping hija kumpannija marittima li topera bastiment imsejjaħ Cirkin li nstab li kiser l-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fil-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. B’mod partikolari, Cirkin instab li kien marbut mat-trasport ta’ materjal militari lejn il-Libja f’Mejju u Ġunju 2020. |
21.9.2020 |
19. |
Med Wave Shipping |
Indirizz: Office 511, 5th Floor, Baraka Building, Dauwar Al-Waha, Jordan; Adel Al-Hojrat building no 3, 1rst Floor, opposite Swefieh, Mall-Swefieh Po Box 850880 Amman, 11185 Jordan; Ground Floor, Orient Queen Homes Building, John Kennedy, Ras Beirut, Lebanon Tel. +962787064121; +96265865550; +96265868550 Indirizz elettroniku: operation@medwave.co |
Med Wave Shipping hija kumpannija marittima li topera bastiment imsejjaħ Bana li nstab li kiser l-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fil-UNSCR 1970 (2011), u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. B’mod partikolari, Bana instab li kien marbut mat-trasport ta’ materjal militari lejn il-Libja f’Jannar 2020. |
21.9.2020 |
ANNESS V
LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1) U L-ARTIKOLU 7(1), (2), (3) U (5)
…
B. Entitajiet
▼M3 —————
▼M21 —————
ANNESS VI
LISTA TA' ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(3)
1. Isem: LIBYAN INVESTMENT AUTHORITY
Psewdonimu: Libyan Foreign Investment Company (LFIC) Psewdonimu preċedenti:: mhux disponibbli Indirizz:1 Fateh Tower Office, No 99 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103, il-LibjaElenkata fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 2009. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5526075
2. Isem: LIBYAN AFRICA INVESTMENT PORTFOLIO
Magħrufa wkoll bħala: mhux disponibbli Psewdonimu preċedenti: mhux disponibbli Indirizz:Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-LibjaElenkata fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 2009. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525715