This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2018:272:FULL
Official Journal of the European Union, L 272, 31 October 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 272, 31 ta' Ottubru 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 272, 31 ta' Ottubru 2018
ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1628
tat-30 ta' Ottubru 2018
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet ta' sajd f'ilmijiet oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jesiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli inkluż, fejn rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir mogħti minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew oqsma ta' kompetenza rilevanti u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri. |
(2) |
Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b'mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk jew attività tas-sajd filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-għan tal-PKS huwa li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 sa fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. |
(4) |
Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll wara li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm lill-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Għal dak il-għan, il-mortalità mis-sajd fil-mira għall-istokkijiet ikkonċernati, espressa f'meded, trid tintlaħaq kemm jista' jkun malajr u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020. Huwa xieraq li l-limiti ta' qbid applikabbli fl-2019 għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku jiġu stabbiliti f'konformità mal-għanijiet tal-pjan. |
(6) |
Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li l-bijomassa tal-aringi tal-Baltiku tal-Punent fis-suddiviżjonijiet 20-24 tal-ICES hija taħt il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk kif stabbilit fl-Anness II, il-kolonna A, għar-Regolament (UE) 2016/1139. F'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu adottati l-miżuri ta' rimedju xierqa kollha biex jiżguraw restawr rapidu tal-istokk ikkonċernat għal-livelli li kapaċi jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. Għal dak l-għan, huwa neċessarju li jitqiesu l-iskeda ta' żmien għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS b'mod ġenerali u dawk tal-pjan b'mod partikolari minħabba l-effett mistenni tal-miżuri ta' rimedju adottati, filwaqt li fl-istess ħin iżommu mal-għanijiet tal-ksib tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, kif stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għaldaqstant, u f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li l-opportunitajiet ta' sajd għall-aringi tal-Baltiku tal-Punent jiġu stabbiliti taħt il-medda tal-mortalità mis-sajd fl-Anness I, il-kolonna A, ta' dak ir-Regolament, billi tali livell iqis it-tnaqqis tal-bijomassa. |
(7) |
Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku tal-Punent, il-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-mortalità mis-sajd ġenerali ta' dak l-istokk u għandu jiġi limitat. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit limitu tal-qabda ta' kuljum għal kull sajjied. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-istabbiltà relattiva applikabbli għall-attivitajiet ta' sajd kummerċjali. |
(8) |
Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, ICES għadu ma jistax jistabbilixxi punti ta' referenza bijoloġiċi, wara l-bidliet fil-bijoloġija tal-istokk. Huwa xieraq, għalhekk, li sabiex jingħata kontribut għall-ksib tal-għanijiet tal-pjan, it-TAC għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant jiġi stabbilit skont l-approċċ ta' prekawzjoni kif stabbilit -fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li jiġi stabbilit perijodu ta' għeluq. |
(9) |
Sabiex jiġi ggarantit l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali, huwa xieraq li tiġi introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun mis-suddiviżjonijiet 22-31 tal-ICES sas-suddiviżjoni 32 tal-ICES għall-Istat Membru li talab dik il-flessibbiltà. |
(10) |
Skont parir tal-ICES, 29 % tal-qabdiet fis-sajd tas-salamun huwa rrapportat ħażin, b'mod partikolari bħala qabdiet ta' trota tal-baħar. Peress li l-biċċa l-kbira tat-trota tal-baħar fil-Baħar Baltiku hija sfruttata fiż-żoni kostali, huwa xieraq li jiġi pprojbit is-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba' mili nawtiċi u li jiġu limitati l-qabdiet aċċessorji ta' trota tal-baħar għal 3 % tal-qabdiet ta' trota tal-baħar u ta' salamun flimkien sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' rrappurtar ħażin ta' qabdiet ta' salamun bħala qabdiet ta' trota tal-baħar. |
(11) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd, u għat-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet marbuta mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà skont l-Artikoli 3 u 4 għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi rispettivament. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 jew 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, permezz tal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 iddaħħal il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta' sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin, ixxekkel il-kisba tal-miri tal-PKS u twassal biex il-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet tmur għall-agħar, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma tintużax. |
(13) |
Abbażi ta' parir xjentifiku ġdid, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019. |
(14) |
Fis-snin preċedenti it-TAC għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF ġew iffissati għal sena kalendarja. F'Lulju 2018 l-ICES ħareġ il-parir tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019 għal dak l-istokk. Dawk il-perijodi jenħtieġ li jiġu allinjati sabiex il-perijodu tat-TAC jiġi jaqbel mal-perijodu kopert mill-parir tal-ICES. Eċċezzjonalment u minħabba t-transizzjoni biss, it-TAC għall-inċova għandha tiġi emendata biex tkopri l-perijodu ta' 18-il xahar, li jintemm fit-30 ta' Ġunju 2019. |
(15) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2019. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF mill-1 ta' Jannar 2018. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li l-opportunitajiet tas-sajd għal dak il-perijodu itwal jeċċedu lil dawk stabbiliti inizjalment skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (5). Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019. Għal raġunijiet ta' urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku għall-2019 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f'ilmijiet oħra stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/120.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sajd rikreattiv fejn jiġi msemmi b'mod ċar fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“suddiviżjoni” tfisser suddiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (6); |
(2) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista' tinqabad fuq perijodu ta' sena; |
(3) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
(4) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għal rikreazzjoni, turiżmu jew sport. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet marbutin b'mod funzjonali magħhom, fejn xieraq, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(d) |
kwantitajiet miżmuma f'konformità l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta' qabdiet u ta' qabdiet aċċessorji
L-istokkijiet ta' speċijiet mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jikkwalifikaw għad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti, huma identifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-suddiviżjonijiet 22-24
1. Fis-sajd rikreattiv, mhux aktar minn seba' kampjuni ta' bakkaljaw jistgħu jinżammu għal kull sajjied kuljum fis-suddiviżjonijiet 22-24.
2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 8
Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għat-trota tal-baħar fis-suddiviżjonijiet 22-32
1. Is-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba' mili nawtiċi mkejjla mil-linji bażi fis-suddiviżjonijiet 22-32 huwa pprojbit għal bastimenti tas-sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2019. Meta jsir is-sajd għas-salamun f'dawk l-ilmijiet, il-qabdiet aċċessorji ta' trota tal-baħar ma jistgħux jaqbżu t-3 % tal-qabda totali ta' salamun u ta' trota tal-baħar fi kwalunkwe mument abbord jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.
2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti.
Artikolu 9
Flessibbiltà
1. Ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 10
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data li tirrigwarda l-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/120
L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES; l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(2) |
l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni 3a tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjoni 2a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019, bl-eċċezzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 11, li għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019 u bl-eċċezzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 11 li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
(1) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll tal-Unjoni għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
(7) Il-kwota tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.”
(8) Sa 5 % tal-kwota tista' tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji ta' merluzz tal-linja sewda u merlangu (OT2/*2A3A4). Qabdiet aċċessorji ta' merluzz tal-linja sewda u merlangu magħduda mal-kwota ta' din id-dispożizzjoni u qabdiet aċċessorji ta' speċi magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, m'għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.
(9) Il-kwota tista' tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.
(10) Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada biss mill-1 ta' Novembru 2017 sal-31 ta' Ottubru 2018.
(11) Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni.
(12) Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Tinkludi massimu ta' 15 % ta' qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li jridu jingħaddu ma' din il-kwota.
(13) Il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada mill-1 ta' Novembru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2019.”
ANNESS
TACs applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni li għalihom jeżistu TACs skont l-ispeċi u ż-żona
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata din it-tabella komparattiva bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alfa-3 |
Isem komuni |
Clupea harengus |
HER |
Aringi |
Gadus morhua |
COD |
Bakkaljaw |
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja' |
Salmo salar |
SAL |
Salamun |
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
Speċi: |
Aringi Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 30-31 (HER/30/31.) |
|
Il-Finlandja |
72 724 |
|
|
|
L-Iżvezja |
15 979 |
|
|
|
L-Unjoni |
88 703 |
|
|
|
TAC |
88 703 |
|
TAC analitika
|
Speċi: |
Aringi Clupea harengus |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22-24 (HER/3BC+24) |
|
Id-Danimarka |
1 262 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
4 966 |
|
|
|
Il-Finlandja |
1 |
|
|
|
Il-Polonja |
1 171 |
|
|
|
L-Iżvezja |
1 601 |
|
|
|
L-Unjoni |
9 001 |
|
|
|
TAC |
9 001 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċi: |
Aringi Clupea harengus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 (HER/3D-R30) |
|
Id-Danimarka |
3 748 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
994 |
|
|
|
L-Estonja |
19 139 |
|
|
|
Il-Finlandja |
37 360 |
|
|
|
Il-Latvja |
4 723 |
|
|
|
Il-Litwanja |
4 973 |
|
|
|
Il-Polonja |
42 444 |
|
|
|
L-Iżvezja |
56 979 |
|
|
|
L-Unjoni |
170 360 |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. |
Speċi: |
Aringi Clupea harengus |
Żona: |
Is-Suddiviżjoni 28.1 (HER/03D.RG) |
|
L-Estonja |
14 336 |
|
|
|
Il-Latvja |
16 708 |
|
|
|
L-Unjoni |
31 044 |
|
|
|
TAC |
31 044 |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. |
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32 (COD/3DX32.) |
|
Id-Danimarka |
5 539 (1) |
|
|
|
Il-Ġermanja |
2 203 (1) |
|
|
|
L-Estonja |
540 (1) |
|
|
|
Il-Finlandja |
424 (1) |
|
|
|
Il-Latvja |
2 060 (1) |
|
|
|
Il-Litwanja |
1 357 (1) |
|
|
|
Il-Polonja |
6 377 (1) |
|
|
|
L-Iżvezja |
5 612 (1) |
|
|
|
L-Unjoni |
24 112 (1) |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC ta' prekawzjoni L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Suddiviżjonijiet 22-24 (COD/3BC+24) |
|
Id-Danimarka |
4 152 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
2 031 |
|
|
|
L-Estonja |
92 |
|
|
|
Il-Finlandja |
82 |
|
|
|
Il-Latvja |
344 |
|
|
|
Il-Litwanja |
223 |
|
|
|
Il-Polonja |
1 111 |
|
|
|
L-Iżvezja |
1 480 |
|
|
|
L-Unjoni |
9 515 |
|
|
|
TAC |
9 515 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċi: |
Barbun tat-tbajja' Pleuronectes platessa |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32 (PLE/3BCD-C) |
|
Id-Danimarka |
7 251 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
806 |
|
|
|
Il-Polonja |
1 518 |
|
|
|
L-Iżvezja |
547 |
|
|
|
L-Unjoni |
10 122 |
|
|
|
TAC |
10 122 |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. |
Speċi: |
Salamun Salmo salar |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31 (SAL/3BCD-F) |
|
Id-Danimarka |
18 885 (2) |
|
|
|
Il-Ġermanja |
2 101 (2) |
|
|
|
L-Estonja |
|
|
||
Il-Finlandja |
23 548 (2) |
|
|
|
Il-Latvja |
12 012 (2) |
|
|
|
Il-Litwanja |
1 412 (2) |
|
|
|
Il-Polonja |
5 729 (2) |
|
|
|
L-Iżvezja |
25 526 (2) |
|
|
|
L-Unjoni |
91 132 (2) |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċi: |
Salamun Salmo salar |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/3D32.) |
|
L-Estonja |
995 (4) |
|
|
|
Il-Finlandja |
8 708 (4) |
|
|
|
L-Unjoni |
9 703 (4) |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC ta' prekawzjoni
|
Speċi: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32 (SPR/3BCD-C) |
|
Id-Danimarka |
26 710 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
16 921 |
|
|
|
L-Estonja |
31 016 |
|
|
|
Il-Finlandja |
13 982 |
|
|
|
Il-Latvja |
37 460 |
|
|
|
Il-Litwanja |
13 551 |
|
|
|
Il-Polonja |
79 497 |
|
|
|
L-Iżvezja |
51 635 |
|
|
|
L-Unjoni |
270 772 |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika Għandu japplika l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. |
(1) Fis-suddiviżjonijiet 25 u 26, għandu jkun ipprojbit is-sajd ta' din il-kwota mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Lulju għal:
(a) |
bastimenti tas-sajd ta' tul totali ta' 12-il metru u aktar li jistadu bit-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew b'irkaptu simili li għandhom malji ta' 90 mm jew aktar; u |
(b) |
bastimenti tas-sajd ta' tul totali ta' 12-il metru u aktar li jistadu bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta' 90 mm jew akbar, jew b'konzijiet tal-qiegħ, b'konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix. |
(2) Espress f'għadd ta' ħut individwali.
(3) Kondizzjoni speċjali: sa 20 % u mhux aktar minn 400 kampjun ta' din il-kwota jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32 (SAL/*3D32).
(4) Espress f'għadd ta' ħut individwali.
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1629
tal-25 ta' Lulju 2018
li jemenda l-lista ta' mard stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli għall-prijoritizzazzjoni u għall-kategorizzazzjoni ta' mard li hu ta' tħassib għall-Unjoni. L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li regoli speċifiċi għall-mard intiżi għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard japplikaw għall-mard elenkat f'dak l-Artikolu u fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(3) ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi ċerti kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi emendata l-lista f'dak l-Anness, filwaqt li l-parametri tal-valutazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat jekk marda tissodisfax il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu elenkati skont dak l-Artikolu huma stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 275 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-lista tal-mard stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-20 ta' April 2019. |
(3) |
Il-Kummissjoni sistematikament ivvalutat il-mard tal-annimali li jeħtieġ l-intervent tal-Unjoni bl-assistenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), abbażi tal-għarfien espert xjentifiku pprovdut mil-Laboratorji ta' Referenza tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali u l-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Għall-finijiet ta' din l-evalwazzjoni, hija użat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-parametri tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Il-mard ivvalutat jikkonsisti minn 39 marda li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll 19-il marda oħra ta' rilevanza speċjali għall-prevenzjoni tal-mard, għall-kontroll tal-mard jew għall-miżuri kummerċjali, bħal-lewkożi enżootika bovina, l-infezzjoni bir-rinotrakeite bovina infettiva jew l-infezzjoni bil-virus tal-marda Aujeszky, kif ukoll ċertu mard ieħor li ġie elenkat mill-OIE, bħas-surra (Trypanosoma evansi) jew il-plewropnewmonite kaprina li tittieħed. |
(5) |
Għall-finijiet tal-valutazzjonijiet, intalbu 29 opinjoni xjentifika mill-EFSA dwar mard differenti tal-annimali. Biex tipprovdi dawn, l-EFSA segwiet il-metodu stabbilit fl-Opinjoni Xjentifika tagħha adottata fil-5 ta' April 2017 dwar il-metodu ad hoc għall-valutazzjoni dwar l-elenkar u l-kategorizzazzjoni tal-mard tal-annimali fi ħdan il-qafas tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali (2). Għal mard li jifdal, il-valutazzjonijiet issejsu fuq l-opinjonijiet reċenti tal-EFSA jew fuq l-informazzjoni pprovduta mil-Laboratorji ta' Referenza tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali. Fir-rigward tal-mard kollu evalwat, ġew ikkunsidrati l-istandards rilevanti tal-OIE. |
(6) |
Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet min-naħa tal-EFSA ma ppermettewx li jinħarġu ċerti konklużjonijiet dwar ċertu mard bħas-surra (Trypanosoma evansi) (3), il-lewkożi enżootika bovina (4), l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela (5), l-infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis) (6) u l-marda tal-virus tal-erpete tal-koi (7). B'kont meħud tad-diskussjonijiet li saru fil-laqgħat tal-grupp ta' esperti dwar is-saħħa tal-annimali (8), dawk il-ħames mardiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-mard jiġu inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(7) |
Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi li saru wrew li l-marda vesikulari tal-ħnieżer (9), l-istomatite vesikulari (9), is-sindrome ulċerativa epiżotika (10) u l-marda ta' Teschen ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-mard jitneħħa mil-lista li tinsab fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Fl-istess waqt, is-surra (Trypanosoma evansi) (3), il-marda tal-virus tal-Ebola (11), il-paratuberkulożi (12), l-enċefalite Ġappuniża (13), id-deni tan-Nil tal-Punent (14), id-deni Q (15), ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva (16), id-dijarea virali bovina (17), il-kampilobatterjożi ġenitali bovina (18), it-trikomonożi (19), il-lewkożi enżootika bovina, (4), (20) l-epididimite ovina (Brucella ovis) (21), l-infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders), l-infezzjoni bl-arterite virali ekwina, l-anemija infettiva ekwina, id-durina, il-metrite ekwina li tittieħed, l-enċefalomijelite ekwina (tal-Lvant u tal-Punent) (22), l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta' Aujeszky (23), l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer (24), il-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) (25), l-infezzjoni bil-viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa (26), il-klamidjożi tat-tjur (27), l-infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis) (6), l-infestazzjoni bl-Aethina tumida (il-ħanfusa żgħira tal-ġabsala) (28), il-larva Amerikana, l-infestazzjoni bit-Tropilaelaps spp (28) u l-infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans (29) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-mardiet jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(9) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li dan ir-Regolament għandu japplika għall-mard trażmissibbli, fosthom iż-żoonożi, mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30), ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) u r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33). Peress li l-mard kopert mir-regoli stipulati f'dawk l-atti, jiġifieri l-listerjożi, is-salmonellożi (is-salmonella żoonotika), it-trikinellożi, il-verotossini E. coli u l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) huma diġà koperti minn regoli speċifiċi għal ċerti setturi, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429. |
(10) |
Il-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata kif meħtieġ, |
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/429 jiġi emendat. |
(12) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/429 japplika b'effett mill-21 ta' April 2021, l-emendi li saru b'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 huwa mibdul bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta' April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) EFSA Journal 2017;15(7):4783.
(3) EFSA Journal 2017;15(7):4892.
(4) EFSA Journal 2017;15(8):4956.
(5) EFSA Journal 2017;15(8):4950.
(6) EFSA Journal 2017;15(10):4997.
(7) EFSA Journal 2017;15(7):4907.
(8) https://ec.europa.eu/food/animals/health/expert_group_en
(9) EFSA Journal 2012;10(4):2631.
(10) EFSA Journal 2011;9(10):2387.
(11) EFSA Journal 2017;15(7):4890.
(12) EFSA Journal 2017;15(7):4960.
(13) EFSA Journal 2017;15(7):4948.
(14) EFSA Journal 2017;15(8):4955.
(15) EFSA Journal 2010; 8(5):1595.
(16) EFSA Journal 2017;15(7):4947.
(17) EFSA Journal 2017;15(8):4952.
(18) EFSA Journal 2017;15(10):4990.
(19) EFSA Journal 2017;15(10):4992.
(20) EFSA Journal 2017;15(10):4996.
(21) EFSA Journal 2017;15(10):4994.
(22) EFSA Journal 2017;15(7):4946.
(23) EFSA Journal 2017;15(7):4888.
(24) EFSA Journal 2017;15(7):4949.
(25) EFSA Journal 2017;15(8):4953.
(26) EFSA Journal 2017;15(7):4891.
(27) Rapport tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Annimali u l-Benessri tal-Annimali addottat fis-16 ta' April 2002, https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/sci-com_scah_out73_en.pdf
(28) EFSA Journal 2013;11(3):3128.
(29) EFSA Journal 2017;15(11):5071.
(30) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(32) Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(33) Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).
ANNESS
ANNESS II
LISTA TA' MARD TAL-ANNIMALI
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
— |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
— |
L-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis |
— |
L-infezzjoni bil-kumpless Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) |
— |
L-infezzjoni bil-virus tar-rabja |
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), |
— |
L-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis |
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda epiżootika emorraġika |
— |
L-antraċe |
— |
Is-surra (Trypanosoma evansi) |
— |
Il-marda tal-virus tal-Ebola |
— |
Il-paratuberkulożi |
— |
L-enċefalomjelite Ġappuniża |
— |
Id-deni tal-Punent tan-Nil |
— |
Id-deni Q |
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
— |
L-infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Il-plewropulmonite bovina li tittieħed), |
— |
Ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva |
— |
Id-dijarea virali bovina |
— |
Il-kampilobatterjożi ġenitali bovina |
— |
It-trikomonożi |
— |
Il-lewkożi enżootika bovina |
— |
Il-ġidri tan-nagħag u l-ġidri tal-mogħoż |
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
— |
Il-plewroplewmonite kaprina li tittieħed |
— |
L-epididimite ovina (Brucella ovis) |
— |
L-infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
— |
L-infezzjoni tal-arterite virali ekwina |
— |
L-anemija infettiva ekwina |
— |
Id-durina |
— |
L-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela |
— |
Il-metrite ekwina li tittieħed |
— |
L-enċefalomjelite ekwina (tal-Lvant u tal-Punent) |
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda ta' Aujeszky |
— |
L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome respiratorja u riproduttiva tal-ħnieżer |
— |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda Newcastle |
— |
Il-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) |
— |
L-infezzjoni bis-Salmonella Pullorum, bl-S. Gallinarum u bl-S. arizonae |
— |
L-infezzjoni bil-viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa |
— |
Il-klamidjożi tat-tjur |
— |
L-infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis) |
— |
L-infestazzjoni bl-Aethina tumida (il-ħanfusa żgħira tal-ġabsala) |
— |
Il-larva Amerikana |
— |
L-infestazzjoni bil-Tropilaelaps spp. |
— |
L-infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans |
— |
In-nekrożi ematopojetika epiżotika |
— |
Is-settiċimija emorraġika virali |
— |
In-nekrożi ematopojetika infettiva |
— |
L-infezzjoni b'virus imħassar tal-anemija tas-salamun li huwa ta' reġjun polimorfiku ħafna (HPR) |
— |
Il-marda virali tal-erpete tal-koi |
— |
L-infezzjoni bil-Mikrocytos mackini |
— |
L-infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
— |
L-infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
— |
L-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
— |
L-infezzjoni bil-Marteilia refringens |
— |
L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome Taura |
— |
L-infezzjoni bil-virus tar-ras safra |
— |
L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod |
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1630
tal-24 ta' Ottubru 2018
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Lička janjetina” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja biex id-denominazzjoni “Lička janjetina” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Lička janjetina” tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Lička janjetina” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 153, 2.5.2018, p. 11.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1631
tat-30 ta' Ottubru 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-trab tal-estratt tal-cranberries bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li fis-suq fl-Unjoni jista' jitqiegħed biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni jeħtieġ tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Fl-20 ta' Settembru 2011, il-kumpanija Ocean Spray Cranberries Inc. (“l-Applikant”) talbet lill-awtorità kompetenti ta' Franza biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni t-trab tal-estratt tal-cranberries, bħala ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni talbet li t-trab tal-estratt tal-cranberries jintuża f'xarbiet bit-togħma tal-frott, xarbiet isotoniċi, xarbiet tat-tè, ilma bil-vitamini miżjuda, jogurts u xarbiet tal-jogurt. |
(5) |
Fil-11 ta' Diċembru 2014, l-awtorità kompetenti ta' Franza ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li t-trab tal-estratt tal-cranberries jissodisfa l-kriterji għal ingredjenti tal-ikel ġdid stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Fl-istess rapport, l-awtorità kompetenti ta' Franza esprimiet ukoll tħassib dwar ir-riskji nutrizzjonali possibbli marbuta mal-konsum eċċessiv ta' polifenoli għat-tfal fl-età bejn sena u tliet snin li jirriżultaw mit-teħid ta' polifenoli mill-ikel ġdid, u minn sorsi oħra ta' polifenoli fid-dieta tat-tfal. |
(6) |
Fis-16 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Kien hemm oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tad-data insuffiċjenti li teskludi r-riskju għat-tfal żgħar fl-età bejn sena u tliet snin, l-ispeċifikazzjoni mhux kompleta tal-ikel ġdid, u n-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kontenut ta' proteini meħtieġ biex jiġi eskluż ir-riskju ta' allerġija. |
(7) |
Fid-dawl tar-rapport ta' valutazzjoni inizjali maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' Franza u l-oġġezzjonijiet li għamlu xi Stati Membri oħra, fl-20 ta' April 2016, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbitha twettaq valutazzjoni oħra għat-trab tal-estratt tal-cranberries bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(8) |
F'kuntatti mal-Awtorità, l-Applikant iddikjara li l-ikel ġdid ma kienx maħsub biex jiġi kkumerċjalizzat għat-trabi, għat-trabi li telqu jimxu u għat-tfal ta' inqas minn 19-il sena. |
(9) |
Fl-4 ta' April 2017, l-Awtorità adottat “Scientific Opinion on the safety of cranberry extract powder as a novel food ingredient pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza tat-trab tal-estratt tal-cranberries bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97), li fiha kkonkludiet li l-estratt tal-cranberries hu sikur għall-użi kkomunikati mill-Applikant (4). Dik l-opinjoni, għalkemm elaborata u adottata mill-Awtorità skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(10) |
Fis-7 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni informat lill-applikant bil-pożizzjoni tagħha u ta' xi Stati Membri oħra li fid-dawl tar-riskju li trabi, trabi li telqu jimxu u tfal ta' inqas minn 19-il sena jistgħu jikkonsmaw il-prodotti maħsuba, hija meħtieġa evalwazzjoni ta' sikurezza oħra għal dawk il-gruppi ta' età biex ikun hemm awtorizzazzjoni. Inkella, il-Kummissjoni ssuġġeriet li r-riskju ta' konsum mill-gruppi ta' età li l-Awtorità ma kkonkludiex dwarhom fir-rigward tas-sikurezza, jista' jitrażżan biżżejjed jekk l-estratt tal-cranberries jiġi awtorizzat bħala suppliment tal-ikel ġdid għall-popolazzjoni adulta (5). |
(11) |
Fit-22 ta' Diċembru 2017, l-Applikant informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li f'dan l-istadju jsegwi l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-cranberries għall-użu f'supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni adulta ġenerali, mingħajr preġudizzju għal applikazzjoni ulterjuri sussegwenti għal estensjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu bbażati fuq valutazzjoni tas-sikurezza ulterjuri mill-Awtorità. |
(12) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni mressqa lil Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(13) |
L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li t-trab tal-estratt tal-cranberries, meta użat f'supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni adulta ġenerali, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(14) |
Fit-2 ta' Mejju 2018, l-Applikant talab lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja għal tliet studji mressqa bħala sostenn tal-applikazzjoni, jiġifieri studju kliniku ta' 10 ġimgħat fl-adulti b'saħħithom (6), studju kliniku ta' 12-il ġimgħa f'adulti b'riskju minn baxx għal moderat ta' mard kardjovaskulari (7), u rapport dwar l-influwenza fuq il-funzjonijiet immunitarji sistemiċi, fuq il-bijomarkaturi urinarji u sistemiċi tas-saħħa u fuq il-karatteristiċi fekali tas-suġġetti umani waqt 10 ġimgħat ta' amministrazzjoni (8). L-Applikant talab ukoll lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-prodott tiegħu bit-taħlita tal-meraq tal-cranberries fl-Ewropa, kif ukoll fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum marbut mat-tfal (9). Saret ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja fir-rigward tad-data dwar il-kompożizzjoni (10) u d-doża stmata għall-konsum tax-xarba tal-cranberries (11). |
(15) |
Fis-27 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità qieset (12) li waqt l-elaborazzjoni tal-opinjoni tagħha dwar it-trab tal-estratt tal-cranberries bħala ikel ġdid, l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni (it-tabella IX.b-1, l-applikazzjoni oriġinali, datata Lulju 2011, il-paġna 24) u d-doża stmata għall-konsum tax-xarba tal-cranberries (Fajl: “Ocean Spray's response to Member States' objections, dated November 2015”) kienu meħtieġa għall-karaterizzazzjoni u l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid, kif ukoll għall-identifikazzjoni tal-periklu, u għall-valutazzjoni dwar jekk doża potenzjali ta' proantoċjanidini (PAC) mill-ikel ġdid hijiex paragunabbli mad-doża tal-PAC mill-konsum tal-prodotti tal-meraq tal-cranberries. Għaldaqstant, huwa meqjus li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tat-trab tal-estratt tal-cranberries ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data msemmija hawn fuq. |
(16) |
Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-applikant sabiex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq id-data, u l-pretensjoni tiegħu għal dritt esklużiv ta' referenza għal din id-data, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(17) |
L-Applikant iddikjara li fil-mument meta tressqet l-applikazzjoni, huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u esklużivi ta' referenza għall-evidenza u d-data skont il-liġi nazzjonali, u li, għaldaqstant, il-partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw dik l-evidenza xjentifika jew id-data xjentifika b'mod legali. Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant wera biżżejjed li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(18) |
Għaldaqstant, kif previst skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, id-data dwar il-kompożizzjoni u d-doża stmata li jinsabu fil-fajl tal-Applikant, u li mingħajrhom l-Awtorità ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid, jenħtieġ li għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma jintużawx mill-Awtorità għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti. B'konsegwenza ta' dan, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ristrett għall-Applikant għal perjodu ta' ħames snin. |
(19) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' dan l-ikel ġdid u tar-referenza għall-evidenza xjentifika jew id-data xjentifika li jinsabu fil-fajl tal-Applikant għall-użu esklużiv tal-Applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni miksuba b'mod legali li tappoġġa l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. |
(20) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tat-trab tal-estratt tal-cranberries jenħtieġ li jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva. |
(21) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. It-trab tal-estratt tal-cranberries, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Applikant biss:
— |
Kumpanija: Ocean Spray Cranberries Inc. |
— |
Indirizz: One Ocean Spray Drive Lakeville-Middleboro, MA, 02349, USA; |
huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew bi ftehim ma' Ocean Spray Cranberries Inc.
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.
Artikolu 2
Id-data li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tagħha l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat mill-Awtorità, u li l-Applikant iddikjara li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti mingħajr il-qbil ta' Ocean Spray Cranberries Inc, għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017; 15(5):4777.
(5) Is-supplimenti tal-ikel huma soġġetti għal rekwiżiti ta' tikkettar u ta' kummerċjalizzazzjoni speċifiċi skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(6) Nantz et al., manuskritt mhux ippubblikat.
(7) Juturu et al., manuskritt mhux ippubblikat.
(8) Rapport mhux ippubblikat.
(9) L-applikazzjoni oriġinali, datata Lulju 2011.
(10) It-tabella IX.b-1, l-applikazzjoni oriġinali, datata Lulju 2011, il-paġna 24.
(11) It-tweġiba ta' Ocean Spray fir-rigward tal-oġġezzjonijiet mill-Istati Membri, datata Novembru 2015.
(12) Il-Bord tal-EFSA dwar prodotti djetetiċi, nutriment u allerġiji, Minuti ta' XXX. Plenarja li saret fit-28 u d-29 ta' Ġunju 2018.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Dan li ġej jiżdied fl-aħħar kolonna tat-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat): “Protezzjoni tad-data” |
(2) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:
|
(3) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:
|
(1) Metodu OSC-DMAC (4-dimetilamminokinnamaldeid) (Ocean Spray Cranberries, Inc) Martin MA, Ramos S, Mateos R, Marais JPJ, Bravo-Clemente, L, Khoo C and Goya L. Food Res Intl 2015 71: 68-82. Modified from Cunningham DG, Vannozzi S, O'Shea E, Turk R (2002) In: Ho C-T, Zheng QY (eds) Quality Management of Nutraceuticals ACS Symposium series 803, Washington DC. Quantitation of PACs by DMAC Color Reaction pp 151-166.
(2) Metodu BL-DMAC (4-dimetilamminokinnamaldeid) (Brunswick Lab) Validazzjoni minn bosta laboratorji ta' metodu standard għall-kwantifikazzjoni tal-proantoċjanidini fit-trabijiet tal-cranberries. Prior RL, Fan E, Ji H, Howell A, Nio C, Payne MJ, Reed J. J Sci Food Agric. 2010 Jul;90(9):1473-8.
(3) Il-valuri differenti għal dawn it-tliet parametri huma minħabba l-metodi differenti użati.
(4) GAE: Gallic Acid Equivalents (Ekwivalenti ta' Aċidu Galliku)
(5) CFU: Colony Forming Units (Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji)”
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1632
tat-30 ta' Ottubru 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jistipula li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Fit-22 ta' Awwissu 2016, il-kumpanija Armor Protéines S.A.S. (“l-Applikant”) għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed l-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin, miksub minn ħalib bovin xkumat permezz ta' serje ta' stadji ta' purifikazzjoni, fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni għandha l-għan li l-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin jintuża fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, f'ikel li jintuża bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u f'ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u f'supplimenti tal-ikel. |
(5) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fi ħdan l-Unjoni ppreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li tiġi trattata bħala applikazzjoni ppreżentata skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(6) |
Filwaqt li tressqet talba lil Stat Membru għat-tqegħid fis-suq tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin bħala ikel ġdid fl-Unjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(7) |
Fis-27 ta' Ġunju 2017, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin jissodisfa l-kriterji għal ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(8) |
Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport tal-valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tas-sikurezza tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin għat-trabi, u r-rilevanza tossikoloġika tar-riżultati fi studju ta' 6 ġimgħat dwar it-tossiċità fl-iżvilupp fil-ġrieden żgħar (4). |
(9) |
Fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li tqajmu mill-Istati Membri l-oħra, fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fejn talbitha twettaq valutazzjoni addizzjonali tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(10) |
Fl-applikazzjoni sussegwenti tat-3 ta' Jannar 2018, l-Applikant għamel talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data riżervata għal għadd ta' studji ppreżentati b'appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri żewġ studji kliniċi fuq il-bniendem bl-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin (5) (6), assaġġ ta' mutazzjoni riversiva ta' batterji in vitro (7), test in vitro (8) tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi, studju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien (9), studju ta' 6 ġimgħat dwar it-tossiċità fl-iżvilupp fil-ġrieden żgħar, u analiżi b'elettroforeżi tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin (10). |
(11) |
Fis-27 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità adottat “Scientific Opinion on the safety of bovine milk basic whey protein isolate as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (11). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(12) |
Dik l-opinjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin, fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti, meta jintuża bħala ingredjent f'formuli tat-trabi u f'formuli tal-prosegwiment, f'ikel li jintuża bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u f'ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u f'supplimenti tal-ikel, huwa konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(13) |
Fl-opinjoni tagħha dwar l-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin, l-Awtorità qieset li d-data mill-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien serviet bħala bażi sabiex jiġi stabbilit punt ta' referenza u biex jiġi vvalutat jekk il-marġni tal-esponiment fir-rigward tal-konsum massimu propost tal-ikel ġdid mill-bnedmin hux suffiċjenti. Għalhekk, jitqies li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin, ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapport ta' dan l-istudju. |
(14) |
Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-Applikant sabiex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq ir-rapport tal-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien, u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklussiv ta' referenza għal dan l-istudju, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(15) |
Fiż-żmien li fih kienet sottomessa l-applikazzjoni, l-Applikant iddikjara wkoll li għandu proprjetà u drittijiet esklużivi ta' referenza għall-istudju skont il-liġi nazzjonali, u li għalhekk partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw legalment dan l-istudju. Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-Applikant u tqis li l-Applikant issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(16) |
Għaldaqstant, kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien li jinsab fil-fajl tal-Applikant, u li mingħajru l-ikel ġdid ma setax jiġi vvalutat mill-Awtorità, jenħtieġ li ma jintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza ta' dan, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ristrett għall-Applikant għal perjodu ta' ħames snin. |
(17) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' dan l-ikel ġdid u tar-referenza għall-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien li jinsab fil-fajl tal-Applikant għall-użu esklussiv tal-Applikant ma għandhiex twaqqaf lil applikanti oħrajn milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid dment l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq tagħrif miksub legalment li jappoġġa l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. |
(18) |
Billi s-sors tal-ikel ġdid ġej mill-ħalib, li huwa elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) bħala wieħed minn għadd ta' sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi, ikel u supplimenti tal-ikel li fihom l-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin jenħtieġ li jkunu tikkettati kif xieraq skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 21 ta' dak ir-Regolament. |
(19) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Jenħtieġ li l-użu tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. |
(20) |
Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar l-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. Jenħtieġ li l-użu tal-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. |
(21) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-iżolat tal-proteini bażiċi tax-xorrox tal-ħalib bovin kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biss, l-Applikant inizjali:
— |
Kumpanija: Armor Protéines S.A.S. |
— |
Indirizz: Armor Protéines S.A.S., 19 bis, rue de la Libération 35460 Saint-Brice-en-Coglès, Franza; |
huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew bi ftehim ma' Armor Protéines S.A.S.
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. L-awtorizzazzjoni stipulata f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 609/2013.
Artikolu 2
L-istudju li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tiegħu l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat mill-Awtorità, li ġie iddikjarat mill-Applikant li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, ma għandux jintuża għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta' Armor Protéines S.A.S.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) Spézia (2012).
(5) Armor Protéines (2013).
(6) Schmitt & Mireaux (2008).
(7) Sire, G. (2012a).
(8) Sire, G. (2012b).
(9) Silvano (2012).
(10) Armor Protéines (2017).
(11) EFSA Journal 2018; 16(7):5360.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(13) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
tiżdied din l-aħħar kolonna li ġejja mat-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat): “Protezzjoni tad-Data” |
(2) |
Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:
|
(3) |
Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:
|
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1633
tat-30 ta' Ottubru 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li fis-suq fl-Unjoni jista' jitqiegħed biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni jeħtieġ tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Fit-22 ta' Diċembru 2016, il-kumpanija Marealis AS (“l-Applikant”) talbet lill-awtorità kompetenti tal-Finlandja biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli prodott mill-idroliżi enżimatika tal-qxur u l-irjus tal-gambli tat-Tramuntana (Pandalus borealis), bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni titlob li l-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli jintuża fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni adulta ġenerali. |
(5) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni mressqa lil Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(6) |
Filwaqt li t-talba għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli bħala ikel ġdid tressqet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(7) |
Fit-8 ta' Marzu 2017, l-awtorità kompetenti tal-Finlandja ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport ikkonkludiet li l-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli jissodisfa l-kriterji għal ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(8) |
Fit-13 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Kien hemm oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tas-sikurezza tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli għall-konsumaturi b'ipotensjoni, normotensjoni u ipertensjoni minħabba l-effetti antiipertensivi putattivi tiegħu, l-effetti kollaterali potenzjali marbuta mal-inibizzjoni postulata tiegħu tal-enzima ta' konverżjoni tal-anġjotensina (ACE) u l-effetti kardijaċi potenzjali, u l-interazzjonijiet potenzjali tiegħu ma' mediċini użati fit-trattament ta' disturbi tal-pressjoni tad-demm. |
(9) |
Fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li għamlu l-Istati Membri l-oħra, fil-21 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbitha twettaq valutazzjoni oħra għall-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(10) |
Fit-2 ta' Frar 2018, l-Applikant talab lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja għal għadd ta' studji mressqa bħala sostenn tal-applikazzjoni, jiġifieri studju dwar is-sinteżi de novo tal-peptidi (4), ir-rapport analitiku tal-istudju dwar l-effetti inibitorji tal-ACE (5), studju dwar it-tossiċità orali akuta (6), assaġġ in vitro tar-retromutazzjoni batterjali (7), studju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali (8), studju ta' valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħitom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata (9), u studju parallel, double-blind u kkontrollat bi plaċebo dwar il-valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza ta' tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli f'supplimenti djetetiċi fi bnedmin b'saħħithom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata (10). L-Applikant tenna mill-ġdid din it-talba f'applikazzjoni sussegwenti mressqa fid-29 ta' Marzu 2018. |
(11) |
Fit-18 ta' April 2018, l-Awtorità adottat “Scientific Opinion on the safety of shrimp peptide concentrate as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza tal-konċentrat tal-peptidi tal-gambli bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283) (11). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(12) |
Dik l-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti meta użat bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(13) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset li d-data mill-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali serviet bħala bażi biex jiġi vvalutat il-profil tat-tossiċità tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli u biex jiġi stabbilit il-livell bla effett ħażin osservat (NOAEL) relatat. Id-data mill-istudju ta' valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħitom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata, u d-data mill-istudju parallel, double-blind u kkontrollat bi plaċebo dwar il-valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza ta' suppliment djetetiku tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħithom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata, serviet bħala bażi biex tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ikel ġdid għal din il-kategorija ta' konsumaturi. Għaldaqstant, huwa meqjus li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli, ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapporti mhux ippubblikati ta' dawn l-istudji. |
(14) |
Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-Applikant sabiex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq ir-rapporti ta' studju, u biex jiċċara l-pretensjoni tiegħu għal dritt esklużiv ta' referenza għal dawn l-istudji, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-Applikant iddikjara wkoll li fil-mument meta tressqet l-applikazzjoni, huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u esklużivi ta' referenza għall-istudji skont il-liġi nazzjonali, u li, għaldaqstant, il-partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw dawk l-istudji b'mod legali. Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha mogħtija mill-Applikant u tqis li l-Applikant iġġustifika biżżejjed li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(15) |
Għaldaqstant, kif previst skont l-Artkolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali, l-istudju ta' valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħitom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata, u l-istudju parallel, double-blind u kkontrollat bi plaċebo dwar il-valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza ta' suppliment djetetiku tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħithom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata, li jinsabu fil-fajl tal-Applikant, u li mingħajrhom l-Awtorità ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid, jenħtieġ li għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma jintużawx mill-Awtorità għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti. B'konsegwenza ta' dan, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ristrett għall-Applikant għal perjodu ta' ħames snin. |
(16) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' dan l-ikel ġdid u tar-referenza għall-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali, l-istudju ta' valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħitom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata, u l-istudju parallel, double-blind u kkontrollat bi plaċebo dwar il-valutazzjoni tal-effetti antiipertensivi u s-sikurezza ta' suppliment djetetiku tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli fi bnedmin b'saħħithom b'ipertensjoni ħafifa jew moderata, li jinsabu fil-fajl tal-Applikant għall-użu esklużiv tal-Applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni miksuba b'mod legali li tappoġġa l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. |
(17) |
Minħabba li s-sors tal-ikel ġdid ġej mill-krustaċji, u jista' jkollu traċċi ta' ħut, ta' krustaċji oħra jew ta' molluski, li huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) bħala sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi, is-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli jenħtieġ li jkunu tikkettati kif xieraq skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 21 ta' dak ir-Regolament. |
(18) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli jenħtieġ li jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva. |
(19) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-konċentrat raffinat tal-peptidi tal-gambli, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Applikant inizjali biss:
— |
Kumpanija: Marealis AS; |
— |
Indirizz: Stortorget 1, Kystens Hus, 2nd floor, N-9008 Tromsø Indirizz postali: P.O. Box 1065, 9261 Tromsø, In-Norveġja; |
huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew bi ftehim ma' Marealis AS.
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
Artikolu 2
L-istudji li jinsabu fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tiegħu l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat mill-Awtorità, u li l-Applikant iddikjara li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti mingħajr il-qbil ta' Marealis AS, għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) Marealis A.S., 2016.
(5) Marealis A.S., 2009-2016.
(6) Marealis A.S., 2010.
(7) Marealis A.S., 2011.
(8) Marealis A.S., 2011.
(9) Sarkkinen, E., et al. 2013.
(10) Pelipyagina, T., 2016.
(11) EFSA Journal 2018; 16(5):5267.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(13) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-aħħar kolonna li ġejja tiżdied mat-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat): “Protezzjoni tad-Data” |
(2) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetiku:
|
(3) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:
|
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1634
tat-30 ta' Ottubru 2018
li jġedded id-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mad-distanza minima mill-kosta u mal-fond minimu tal-baħar għas-sajd bit-tartaruni għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jipprojbixxi l-użu ta' rkaptu rmunkat sa tliet mili nawtiċi mill-kosta jew sa livell ta' fond ta' 50 metru meta dak il-fond jintlaħaq 'il ġewwa minn dik id-distanza mill-kosta. |
(2) |
Fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tippermetti deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, dejjem jekk jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9). |
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2011 (2) ta deroga mill-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament għall-użu tat-tartaruni mill-bastimenti li jistadu għall-makku (Aphia minuta) fl-ilmijiet territorjali tas-Subżona Ġeografika 9, kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li kienet tgħodd sal-31 ta' Marzu 2014. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2407 (4) estenda dik id-deroga sal-31 ta' Marzu 2018. |
(5) |
Fit-23 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand l-Italja biex tiġi estiża d-deroga li skadiet fil-31 ta' Marzu 2018. L-Italja bagħtet informazzjoni aġġornata li kienet tiġġustifika l-estensjoni tad-deroga. |
(6) |
L-Italja adottat pjan ta' ġestjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 permezz ta' Digriet (5). Il-pjan ta' ġestjoni li ġie adottat iddaħħal biex jakkumpanja d-deroga tul il-perjodu kollu li matulu tibqa' għaddejja. |
(7) |
F'Lulju tal-2018, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) ivvaluta d-deroga li l-Italja talbet għaliha u l-pjan ta' ġestjoni aġġornat marbut magħha (6). Il-valutazzjoni ġenerali tal-STECF kienet waħda pożittiva u l-informazzjoni dwar il-bijoloġija u l-ekoloġija, dwar il-flotta u dwar l-isforz hija ppreżentata tajjeb. L-STECF qal li l-għanijiet proposti fil-pjan ta' ġestjoni huma konsistenti mal-għanijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6. Fil-qabdiet kultant biss jinqabdu speċijiet oħrajn. It-tartaruni li jintużaw biex jinqabad il-makku jistgħu jitqiesu bħala tip ta' rkaptu selettiv, filwaqt li l-impatt tagħhom fuq l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jista' jitqies li huwa baxx ħafna. L-STECF qal li l-pjan ta' ġestjoni fih ħafna elementi għall-monitoraġġ u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd. L-STECF enfasizza l-ħtieġa li tiġi ċċarata l-interazzjoni tal-irkaptu ma' qiegħ il-baħar, u li jiġu ċċarati l-monitoraġġ u d-data xjentifika. L-Italja ntalbet teżamina dawk il-kwistjonijiet. Sabiex jittrattaw il-kwistjoni tat-titjib fid-data xjentifika, l-awtoritajiet Taljani qablu li jaġġornaw il-pjan ta' ġestjoni tagħhom u li jsaħħu l-obbligi tar-rappurtar obbligatorju u ntrabtu li jipprovdu rapport xjentifiku preliminari fi tmiem l-istaġun tas-sajd tal-2019 u l-2020. |
(8) |
L-estensjoni tad-deroga li l-Italja talbet għaliha tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
(9) |
Hemm restrizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi kemm minħabba l-wisa' limitata tal-blata kontinentali u kemm minħabba d-distribuzzjoni ġeografika tal-ispeċi fil-mira, li tinstab biss f'ċerti żoni max-xatt fejn il-baħar huwa inqas minn 50 metru fond. Għalhekk, iż-żoni tas-sajd huma limitati. |
(10) |
L-STECF esprima xi tħassib dwar in-nuqqas ta' data aġġornata dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-attivitajiet tas-sajd b'rabta mad-distribuzzjoni tal-ħabitats tal-ħaxix tal-baħar. Madankollu, ta' min jinnota li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-impatt fuq qiegħ il-baħar, l-osservazzjonijiet li twettqu abbord matul l-istaġuni tas-sajd juru li s-sajd bit-tartaruni jaħdem tajjeb biss fejn qiegħ il-baħar ikun nadif u jkun magħmul mir-ramel jew mit-tajn, filwaqt li ma jistax isir sajd f'żoni fejn qiegħ il-baħar huwa kopert mill-ispeċi Posidonia. Dan ta' hawn fuq iwassal għall-konklużjoni li s-sajd bit-tartaruni ma għandux impatt sinifikanti fuq il-ħabitats protetti u huwa selettiv ħafna, minħabba li t-tartaruni jiġu kalati fil-kolonna tal-ilma u ma jmissux ma' qiegħ il-baħar – fil-fatt, kieku jinġabar il-materjal minn qiegħ il-baħar, dan jagħmel dannu lill-ispeċi fil-mira u jagħmilha kważi impossibbli li wieħed jagħżel l-ispeċi mistada minħabba d-daqs żgħir ħafna ta' dan it-tip ta' ħut. |
(11) |
Is-sajd bit-tartaruni jsir qrib il-kosta f'baħar baxx. Minħabba n-natura tiegħu, dan it-tip ta' sajd ma jista' jsir bl-ebda rkaptu ieħor tas-sajd. |
(12) |
Id-deroga li l-Italja talbet għaliha tolqot lil 117-il bastiment. |
(13) |
Il-pjan ta' ġestjoni li l-Italja ppreżentat jiżgura li mhux se jiżdied l-isforz tas-sajd fil-ġejjieni, minħabba li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd se jinħarġu għall-117-il bastiment speċifikat li diġà huma awtorizzati jistadu fl-Italja u li flimkien għandhom sforz totali ta' 5 886,9 kW. |
(14) |
It-talba tkopri bastimenti b'iktar minn ħames snin esperjenza f'dan it-tip ta' sajd. |
(15) |
Dawn il-bastimenti huma mniżżlin f'lista li ntbagħtet lill-Kummissjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
(16) |
L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 minħabba li l-pjan ta' ġestjoni li l-Italja adottat jipprojbixxi b'mod ċar li wieħed jistad fiż-żoni protetti. |
(17) |
Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma japplikawx minħabba li dawn għandhom x'jaqsmu mal-bastimenti tat-tkarkir. |
(18) |
F'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżit tal-qies minimu tal-malji stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, jenħtieġ li jiġi nnutat li, minħabba li l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati huma selettivi ħafna, minħabba li l-effett tagħhom fuq l-ambjent tal-baħar huwa negliġibbli u minħabba li dawn ma jsirux fiż-żoni protetti, fil-pjan ta' ġestjoni tagħha, l-Italja awtorizzat deroga minn dak ir-rekwiżit skont l-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
(19) |
L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (8). |
(20) |
L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jsiru qrib ħafna tal-kosta u għalhekk ma jfixklux l-attivitajiet ta' bastimenti li jkunu qed jużaw irkaptu ieħor minbarra x-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni u xbieki rmunkati simili oħrajn. |
(21) |
Il-pjan ta' ġestjoni li l-Italja adottat jirregola l-attivitajiet tas-sajd bit-tartaruni sabiex jiżgura li jkun hemm qabdiet minimi tal-ispeċijiet imsemmijin fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 5.1.2(a) tal-pjan ta' ġestjoni li l-Italja adottat, il-makku (Aphia minuta) jista' jiġi mistad biss fl-istaġun tas-sajd ta' bejn l-1 ta' Novembru u l-31 ta' Marzu ta' kull sena u kull bastiment jista' jistad għalih tul għadd massimu ta' 60 jum f'kull staġun tas-sajd. |
(22) |
Is-sajd bit-tartaruni ma għandux fil-mira ċ-ċefalopodi. |
(23) |
Il-pjan ta' ġestjoni li l-Italja adottat fih miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
(24) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata l-estensjoni tad-deroga mitluba. |
(25) |
Jenħtieġ li l-Italja tibgħat rapport lill-Kummissjoni fiż-żmien dovut u skont il-pjan ta' monitoraġġ previst fil-pjan ta' ġestjoni li adottat. |
(26) |
Il-fatt li d-deroga tkun limitata għal perjodu speċifiku se jippermetti li jiġi żgurat li jittieħdu miżuri korrettivi minnufih f'każ li r-rapport li jintbagħat lill-Kummissjoni jkun juri li l-istokk sfruttat ikun f'qagħda ta' konservazzjoni ħażina, filwaqt li jipprovdi lok biex tittejjeb il-bażi xjentifika u b'hekk jittejjeb il-pjan ta' ġestjoni. |
(27) |
Għalhekk jenħtieġ li d-deroga tkun tapplika sal-31 ta' Marzu 2021. |
(28) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Deroga
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma għandux japplika għas-sajd bit-tartaruni għall-makku (Aphia minuta) użati fl-ilmijiet territorjali tal-Italja li jmissu mal-kosta tar-reġjun tal-Liguria u tar-reġjun tat-Toskana minn bastimenti:
(a) |
li huma rreġistrati fid-Direttorati Marittimi (bit-Taljan imsejħin “Direzione Marittima”) ta' Ġenova u ta' Livorno rispettivament; |
(b) |
li għandhom iktar minn ħames snin esperjenza f'dan it-tip ta' sajd u li mhux se jiżdidilhom l-isforz tas-sajd fil-ġejjieni; u |
(c) |
li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd u li jaħdmu skont il-pjan ta' ġestjoni li l-Italja adottat skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. |
Artikolu 2
Pjan ta' monitoraġġ u rapport
Fi żmien sena minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Italja għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni mfassal skont il-pjan ta' monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 1(c).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u perjodu ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika sal-31 ta' Marzu 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2011 tal-4 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja (ĠU L 260, 5.10.2011, p. 15).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2407 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jġedded id-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 104).
(5) Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana 226,28.9.2018, supplemento ordinario n. 44.
(6) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1635
tat-30 ta' Ottubru 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 7333)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jeħtieġ li jiġu riflessi f'dak l-Anness. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1576 (5), wara l-okkorrenzi reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li seħħew fil-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija. |
(2) |
Ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-organiżmi selvaġġi huwa marbut mat-tixrid naturali bil-mod ta' dik il-marda fost il-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi, kif ukoll ir-riskji marbutin mal-attività umana, kif intwera bl-evoluzzjoni epidemjoloġika reċenti ta' dik il-marda fl-Unjoni, u kif iddokumentat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali, ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA dwar l-analiżijiet epidemjoloġiċi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-23 ta' Marzu 2017; u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA dwar l-analiżijiet epidemjoloġiċi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-8 ta' Novembru 2017 (6). |
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1576, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni evolviet fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u kien hemm okkorrenzi oħra ta' dik il-marda li jridu jiġu riflessi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(4) |
F'Ottubru tal-2018, ġie osservat każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f'ħanżir selvaġġ fil-provinċja ta' Silistra fil-Bulgarija. Dan il-każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer f'ħanżir salvaġġ jikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tal-Bulgarija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Parti II ta' dak l-Anness. |
(5) |
F'Ottubru tal-2018, ġiet osservata tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fil-kontea ta' Maramureș fir-Rumanija. Din it-tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tar-Rumanija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer issa tiġi elenkata fil-Parti III minflok fil-Parti I ta' dak l-Anness. Peress li l-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE telenka ż-żoni fejn is-sitwazzjoni għadha qed tevolvi u hija dinamika, meta kwalunkwe żona tiġi elenkata f'dik il-Parti, dejjem irid jitqies b'mod partikolari l-effett fuq l-inħawi tal-madwar. |
(6) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex ir-riskji marbuta mat-tixrid ta' dik il-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija jiġu demarkati żoni ġodda ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju, u li dawn jiġu elenkati skont kif dovut fil-Partijiet I, II u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1576 tat-18 ta' Ottubru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 262, 19.10.2018, p. 71).
(6) Il-Ġurnal tal-EFSA 2015;13(7):4163; Il-Ġurnal tal-EFSA 2017;15(3):4732; Il-Ġurnal tal-EFSA 2017;15(11):5068.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS
PARTI I
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:
|
fir-reġjun ta' Silistra:
|
|
fir-reġjun ta' Dobrich:
|
2. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
okres Uherské Hradiště, |
— |
okres Kroměříž, |
— |
okres Vsetín, |
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiiu maakond. |
4. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye 650100, 650200, 650300, 650400, 650500, 650600, 650700, 650800, 650900, 651000, 651100, 651200, 651300, 651400, 651500, 651610, 651700, 651801, 651802, 651803, 651900, 652000, 652100, 652200, 652300, 652400, 652500, 652601, 652602, 652603, 652700, 652800, 652900, 653000, 653100, 653200, 653300, 653401, 653403, 653500, 653600, 653700, 653800, 653900, 654000, 654201, 654202, 654301, 654302, 654400, 654501, 654502, 654600, 654700, 654800, 654900, 655000, 655100, 655200, 655300, 655400, 655500, 655600, 655700, 655800, 655901, 655902, 656000, 656100, 656200, 656300, 656400, 656600, 657300, 657400, 657500, 657600, 657700, 657800, 657900, 658000, 658100, 658201, 658202, 658310, 658403, 659100, 659210, 659220, 659300, 659400, 659500, 659601, 659602, 659701, 659800, 659901, 660000, 660100, 660200, 660400, 660501, 660502, 660600 és 660800 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye 900150, 900250, 900350, 900450, 900550, 900650, 900660, 900670, 900750, 900850, 900860, 900930, 900950, 901050, 901150, 901250, 901260, 901270, 901350, 901560, 901590, 901850, 901950, 902950, 902960, 903050, 903150, 903250, 903350, 903360, 903370, 903450, 904450, 904460, 904550, 904650, 904750, 904760, 905450 és 905550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Heves megye 700150, 700250, 700260, 700350, 700450, 700460, 700550, 700650, 700750, 700850, 702350, 702450, 702550, 702750, 702850, 703350, 703360, 703450, 703550, 703610, 703750, 703850, 703950, 704050, 704150, 704250, 704350, 704450, 704550, 704650, 704750, 704850, 704950, 705050, 705250, 705350, 705510 és 705610 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750250, 750260, 750350, 750450, 750460, 750550, 750650, 750750, 750850, 750950 és 750960 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye 550120, 550130, 550210, 550710, 550810, 551450, 551460, 551550, 551650, 551710, 552010, 552150, 552250, 552350, 552360, 552450, 552460, 552520, 552550, 552610, 552620, 552710, 552850, 552860, 552950, 552960, 552970, 553050, 553110, 553250, 553260, 553350, 553650, 553750, 553850, 553910 és 554050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 571250, 571350, 571550, 571610, 571750, 571760, 572250, 572350, 572550, 572850, 572950, 573360, 573450, 580050 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850650, 850850, 851851, 851852, 851950, 852350, 852450, 852550, 852750, 853560, 853650, 853751, 853850, 853950, 853960, 854050, 854150, 854250, 854350, 855250, 855350, 855450, 855460, 855550, 855650, 855660, 855750, 855850, 855950, 855960, 856012, 856050, 856150, 856260, 857050, 857150, 857350 és 857450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
5. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aizputes novads, |
— |
Alsungas novads, |
— |
Kuldīgas novada Gudenieku, Turlavas un Laidu pagasts, |
— |
Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta, |
— |
Priekules novads, |
— |
Skrundas novada Rudbāržu pagasts, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Ventspils novada Jūrkalnes pagasts. |
6. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės, Kelmės apylinkių, Kražių, Kukečių, Liolių, Pakražančio seniūnijos, Tytyvėnų seniūnijos dalis į vakarus ir šiaurę nuo kelio Nr. 157 ir į vakarus nuo kelio Nr. 2105 ir Tytuvėnų apylinkių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr. 157 ir į vakarus nuo kelio Nr. 2105, ir Vaiguvos seniūnijos, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė: Sedos, Šerkšnėnų ir Židikų seniūnijos, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto ir Viduklės seniūnijos, |
— |
Rietavo savivaldybė, |
— |
Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Griškabūdžio, Kriūkų, Kudirkos Naumiesčio, Lekėčių, Lukšių, Sintautų, Slavikų, Sudargo ir Žvirgždaičių seniūnijos, |
— |
Šilalės rajono savivalybė, |
— |
Šilutės rajono savivaldybė: Juknaičių, Kintų, Šilutės ir Usėnų seniūnijos, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė: Lauksargių, Skaudvilės, Tauragės, Mažonų, Tauragės miesto ir Žygaičių seniūnijos. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
8. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Județul Alba cu următoarea delimitare:
|
— |
Județul Arad cu următoarea delimitare:
|
— |
Județul Argeș, |
— |
Județul Bistrița, |
— |
Județul Brașov, |
— |
Județul Cluj, |
— |
Județul Covasna, |
— |
Județul Dolj, |
— |
Județul Harghita, |
— |
Județul Hunedoara cu următoarea delimitare:
|
— |
Județul Iași, |
— |
Județul Neamț, |
— |
Județul Vâlcea, |
— |
Județul Bistrița Nasaud, |
— |
Restul județului Maramureș care nu a fost inclus în Partea III cu următoarele comune:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:
|
fir-reġjun ta' Silistra:
|
|
fir-reġjun ta' Dobrich:
|
2. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Heves megye 700860, 700950, 701050, 701111, 701150, 701250, 701350, 701550, 701560, 701650, 701750, 701850, 701950, 702050, 702150, 702250, 702260, 702950, 703050, 703150, 703250, 703370, 705150 és 705450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850950, 851050, 851150, 851250, 851350, 851450, 851550, 851560, 851650, 851660, 851751, 851752, 852850, 852860, 852950, 852960, 853050, 853150, 853160, 853250, 853260, 853350, 853360, 853450, 853550, 854450, 854550, 854560, 854650, 854660, 854750, 854850, 854860, 854870, 854950, 855050, 855150, 856250, 856350, 856360, 856450, 856550, 856650, 856750, 856760, 856850, 856950, 857650, valamint 850150, 850250, 850260, 850350, 850450, 850550, 852050, 852150, 852250 és 857550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye 550110, 550310, 550320, 550450, 550460, 550510, 550610, 550950, 551010, 551150, 551160, 551250, 551350, 551360, 551810 és 551821 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye 656701, 656702, 656800, 656900, 657010, 657100, 658401, 658402, 658404, 658500, 658600, 658700, 658801, 658802, 658901, 658902 és 659000 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
5. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Ādažu novads, |
— |
Aglonas novads, |
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Aknīstes novads, |
— |
Alojas novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Amatas novads, |
— |
Apes novads, |
— |
Auces novads, |
— |
Babītes novads, |
— |
Baldones novads, |
— |
Baltinavas novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Beverīnas novads, |
— |
Brocēnu novada Blīdenes pagasts, Remtes pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa 1154 un P109, |
— |
Burtnieku novads, |
— |
Carnikavas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Cesvaines novads, |
— |
Ciblas novads, |
— |
Dagdas novads, |
— |
Daugavpils novads, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Dundagas novads, |
— |
Engures novads, |
— |
Ērgļu novads, |
— |
Garkalnes novads, |
— |
Gulbenes novads, |
— |
Iecavas novads, |
— |
Ikšķiles novads, |
— |
Ilūkstes novads, |
— |
Inčukalna novads, |
— |
Jaunjelgavas novads, |
— |
Jaunpiebalgas novads, |
— |
Jaunpils novads, |
— |
Jēkabpils novads, |
— |
Jelgavas novads, |
— |
Kandavas novads, |
— |
Kārsavas novads, |
— |
Ķeguma novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Kocēnu novads, |
— |
Kokneses novads, |
— |
Krāslavas novads, |
— |
Krimuldas novads, |
— |
Krustpils novads, |
— |
Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Padures, Rendas un Kabiles, pagasts, Rumbas pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa P120, Kurmāles pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa 1283 un 1290, un uz ziemeļaustrumiem no autoceļa P118, Kuldīgas pilsēta, |
— |
Lielvārdes novads, |
— |
Līgatnes novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novads, |
— |
Lubānas novads, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novads, |
— |
Mālpils novads, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Mazsalacas novads, |
— |
Mērsraga novads, |
— |
Naukšēnu novads, |
— |
Neretas novads, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Ozolnieku novads, |
— |
Pārgaujas novads, |
— |
Pļaviņu novads, |
— |
Preiļu novads, |
— |
Priekuļu novads, |
— |
Raunas novads, |
— |
republikas pilsēta Daugavpils, |
— |
republikas pilsēta Jelgava, |
— |
republikas pilsēta Jēkabpils, |
— |
republikas pilsēta Jūrmala, |
— |
republikas pilsēta Rēzekne, |
— |
republikas pilsēta Valmiera, |
— |
Rēzeknes novads, |
— |
Riebiņu novads, |
— |
Rojas novads, |
— |
Ropažu novads, |
— |
Rugāju novads, |
— |
Rundāles novads, |
— |
Rūjienas novads, |
— |
Salacgrīvas novads, |
— |
Salas novads, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novada Novadnieku, Kursīšu, Zvārdes, Šķēdes, Nīgrandes, Jaunauces, Rubas, Vadakstes, un Pampāļu pagasts, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Sējas novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Skrīveru novads, |
— |
Skrundas novada Nīkrāces, Skrundas un Raņķu pagasts, Skrundas pilsēta, |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Strenču novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tērvetes novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Vaiņodes novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Varakļānu novads, |
— |
Vārkavas novads, |
— |
Vecpiebalgas novads, |
— |
Vecumnieku novads, |
— |
Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta, |
— |
Viesītes novads, |
— |
Viļakas novads, |
— |
Viļānu novads, |
— |
Zilupes novads. |
6. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Krokialaukio, Miroslavo ir Simno seniūnijos, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Jurbarko miesto ir Jurbarkų seniūnijos, |
— |
Kaišiadorių miesto savivaldybė, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė: Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Palomenės, Pravieniškių, Rumšiškių, Žiežmarių ir Žiežmarių apylinkės seniūnijos, |
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
— |
Kazlų Rūdos savivaldybė, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Užvenčio ir Šaukėnų seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
— |
Marijampolės savivaldybė: Igliaukos, Gudelių, Liudvinavo, Sasnavos, Šunskų seniūnijos, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Alantos, Balninkų, Čiulėnų, Inturkės, Joniškio, Luokesos, Mindūnų, Suginčių, Videniškių seniūnijos, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė: Aukštelkų seniūnija, Baisogalos seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 144, Radviliškio, Radviliškio miesto seniūnija, Šeduvos miesto seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. A9 ir į vakarus nuo kelio Nr. 3417 ir Tyrulių seniūnija, |
— |
Prienų miesto savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė: Ašmintos, Balbieriškio, Išlaužo, Naujosios Ūtos, Pakuonio, Šilavoto ir Veiverių seniūnijos, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos, Betygalos, Pagojukų, Šiluvos, Kalnųjų seniūnijos ir Girkalnio seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. A1, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Šilutės rajono savivaldybė: Rusnės seniūnija, |
— |
Širvintų rajono savivaldybės: Čiobiškio, Gelvonų, Jauniūnų, Karnavės, Musninkų, Širvintų, Zibalų seniūnijos, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė: Batakių ir Gaurės seniūnijos, |
— |
Telšių rajono savivaldybė: Degaičių, Gadūnavo, Luokės, Nevarėnų, Ryškėnų, Telšių miesto, Upynos, Varnių, Viešvėnų ir Žarėnų seniūnijos, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Avižienių, Bezdonių, Buivydžių, Dūkštų, Juodšilių, Kalvelių, Lavoriškių, Maišiagalos, Marijampolio, Medininkų, Mickūnų, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Nemėžio, Pagirių, Riešės, Rudaminos, Rukainių, Sudervės, Sužionių, Šatrininkų, Žujūnų seniūnijos, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|